This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TJ0039
Judgment of the General Court (Eighth Chamber) of 8 December 2011.#Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE v European Commission.#Public service contracts - Tendering procedure - Provision of information technology services relating to the hosting, management, enhancement, promotion and maintenance of an internet portal - Rejection of a tender and award of the contract to another tenderer - Selection criteria - Award criteria - Non-contractual liability.#Case T-39/08.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Diċembru 2011.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment ta' portal tal-internet - Ċaħda tal-offerta u għoti ta' kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta' għażla - Kriterji ta' għoti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-39/08.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta' Diċembru 2011.
Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment ta' portal tal-internet - Ċaħda tal-offerta u għoti ta' kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta' għażla - Kriterji ta' għoti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-39/08.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:721
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-39/08)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni ta’ portal tal-Internet – Ċaħda tal-offerta u għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Kriterji ta’ għoti – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Kriterji ta’ selezzjoni - Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jipprovdu servizzi speċifiċi - Kriterji ta’ għoti - Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u tal-merti partikolari tal-offerti individwali - Applikazzjoni ta’ kriterju ddestinat għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kandidati sabiex jeżegwixxu kuntratt matul il-fażi ta’ għoti tal-kuntratt - Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 17-24, 38-40, 42)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet (ara l-punti 21, 47)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Oneru tal-prova - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 288(2) KE) (ara l-punti 45-47)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti EAC/04/07 għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info) (ĠU 2007, S 87), u li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni. |
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EAC/04/07 dwar il-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info), u li tattribwixxi dan il-kuntratt lil offerent ieħor, hija annullata. |
2) |
It-talba għad-danni hija miċħuda. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis. |