Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0551

    Kawża T-551/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – H&R ChemPharm vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xama’ tal-paraffin — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova tal-ksur — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Perijodu ta’ referenza — Kalkolu tal-valur tal-bejgħ — Gravità tal-ksur — Konċentrazzjoni matul il-perijodu tal-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità” )

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – H&R ChemPharm vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-551/08) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xama’ tal-paraffin - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Prova tal-ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Perijodu ta’ referenza - Kalkolu tal-valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Konċentrazzjoni matul il-perijodu tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”))

    (2015/C 046/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: H&R ChemPharm GmbH (Salzbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Klusmann, avukat, u S. Thomas, professur, sussegwentement M. Klusmann)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xama’ tax-xemgħa), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    H&R ChemPharm GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    H&R ChemPharm hija kkundannata tirrimborsa lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 10  000 skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top