This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0401
Case T-401/08: Judgment of the General Court of 12 April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Copyright relating to public performance of musical works via the internet, satellite and cable retransmission — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Sharing of the geographic market — Bilateral agreements between national collecting societies — Concerted practices precluding the possibility of granting multi-territory and multi-repertoire licences — Proof — Presumption of innocence)
Kawża T-401/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni tal-innoċenza” )
Kawża T-401/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni tal-innoċenza” )
ĠU C 156, 1.6.2013, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2013/C 156/46
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, sussegwentement E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, rigward proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC)
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry. |
(2) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 ta’ din tal-aħħar, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto. |
(5) |
Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |
(6) |
Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |