Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 62008FB0048
Case F-48/08: Order of the Civil Service Tribunal (Third Chamber) of 30 October 2008 — Ortega Serrano v Commission (Staff case — Manifestly inadmissible — Impossible for applicant to be represented by a lawyer who is not a third party — Legal aid — Application to intervene)
Kawża F-48/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 30 ta' Ottubru 2008 — Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà manifesta — Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna — Għajnuna legali — Talba għal intervent)
Kawża F-48/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 30 ta' Ottubru 2008 — Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà manifesta — Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna — Għajnuna legali — Talba għal intervent)
ĠU C 44, 21.2.2009, blz. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/73 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Ottubru 2008 — Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-48/08) (1)
(Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna - Għajnuna legali - Talba għal intervent)
(2009/C 44/129)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Antonio Ortega Serrano (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: A. Ortega Serrano, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05, li tirrifjuta lir-rikorrent jitniżżel fil-lista ta' riżerva u li tistabbilixxi data ġdida għall-prova orali.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
It-talba sussidjarja ta' A. Ortega Serrano sabiex jiġi awtorizzat jirregolarizza r-rikors tiegħu hija miċħuda. |
3) |
A. Ortega Serrano huwa kkundanndat għall-ispejjeż. |
4) |
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent. |
5) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent. |
6) |
It-talba għal għajnuna legali, fil-Kawża F-48/08 AJ, Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda. |
(1) ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.