Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0068

    Kawża C-68/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Estonja

    ĠU C 92, 12.4.2008, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 92/21


    Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Estonja

    (Kawża C-68/08)

    (2008/C 92/40)

    Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Randvere u K. Simonsson)

    Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Estonja

    Talbiet

    tiddikjara li r-Repubblika ta' l-Estonja ma kkonformatx ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1);

    tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Estonja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 200/59/KE fid-dritt nazzjonali skada fit-28 ta' Diċembru 2002.


    (1)  ĠU L 332, p. 81.


    Top