Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0440

    Kawża C-440/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën (Tassazzjoni diretta — Artikolu 43 KE — Persuna taxxabbli mhux residenti — Imprenditur — Dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom — Kriterju tas-sigħat — Diskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u dawk li mhumiex residenti — Għażla ta’ assimilazzjoni)

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-440/08) (1)

    (Tassazzjoni diretta - Artikolu 43 KE - Persuna taxxabbli mhux residenti - Imprenditur - Dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom - Kriterju tas-sigħat - Diskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u dawk li mhumiex residenti - Għażla ta’ assimilazzjoni)

    2010/C 134/09

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: F. Gielen

    Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-imprendituri indipendenti d-dritt li jnaqqsu mill-profitt tagħhom ammont stabbilit minn qabel bil-kundizzjoni li jkunu ddedikaw mill-inqas 1 225 siegħa kull sena għall-attivitajiet ta’ impriża — Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni, fil-każ biss ta’ persuna taxxabbli mhux residenti, tas-sigħat ta’ attività ddedikati għal impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor

    Dispożittiv

    L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha effetti diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jagħżlu s-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


    Top