EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0205

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011.
Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Sistema lingwistika – Pubblikazzjoni fis-sit internet tal-EPSO ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess sabiex tiġi kkostitwita database ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala membri tal-persunal bil-kuntratt – Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali – Artikoli 12 KE u 290 KE – Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Regolament Nru 1.
Kawża T-205/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:25





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-205/07)

“Sistema lingwistika – Pubblikazzjoni fis-sit internet tal-EPSO ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess sabiex tiġi kkostitwita database ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala membri tal-persunal bil-kuntratt – Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali – Artikoli 12 KE u 290 KE – Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Regolament Nru 1”

1.                     Unjoni Ewropea - Sistema lingwistika - Regolament Nru 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punti 30-33)

2.                     Unjoni Ewropea - Sistema lingwistika - Eżistenza ta’ prinċipju ġenerali li jagħti d-dritt lil kull ċittadin li kull att li jista’ jaffettwa l-interessi tiegħu jiġi mfassal fil-lingwa tiegħu - Assenza (Artikoli 290 KE u 314 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punt 50)

3.                     Uffiċjali - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess sabiex tiġi kkostitwita database ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala membri tal-persunal bil-kuntratt - Pubblikazzjoni fis-sit tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) f’ċerti lingwi uffiċjali biss - Obbligu li jiġu adottati miżuri li jippermettu lill-kandidati potenzjali kollha li jsiru jafu dwar l-eżistenza u l-kontenut tas-sejħa - Kandidati li għandhom konoxxenza suffiċjenti ta’ minn tal-inqas waħda mil-lingwi ta’ pubblikazzjoni - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Assenza - Kandidati li jafu biss lingwi uffiċjali oħra - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa (Artikolu 12 KE; Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, Artikolu 82(1)) (ara l-punti 52-54, 58, 59, 63, 64)

Suġġett

Talba għall-annullament tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07, sabiex tiġi kkostitwita database ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala membri tal-persunal bil-kuntratt sabiex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippubblikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) fis-27 ta’ Marzu 2007.

Dispożittiv

1)

Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07 sabiex tiġi kkostitwita database ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala membri tal-persunal bil-kuntratt sabiex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippubblikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal fis-27 ta’ Marzu 2007, hija annullata.

2)

Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Top