Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0161

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tielet Awla) tal-4 ta' Novembru 2008.
    Group Lottuss Corp., SL vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COYOTE UGLY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti COYOTE UGLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-161/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:473





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008 – Group Lottuss vs UASI – Ugly (COYOTE UGLY)

    (Kawża T-161/07)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COYOTE UGLY – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti COYOTE UGLY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”


    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 35, 37)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Marzu 2007 (Każijiet magħquda R 165/2006-2 u R 194/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lotuss Corp., SL.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Group Lottuss Corp., SL

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva COYOTE UGLY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2428795

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Ugly, Inc.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali Komunitarja COYOTE UGLY għall-prodotti fil-klassijiet 14, 16, 21, 25, 32 u 34, kif ukoll it-trade marks preċedenti magħrufa mhux irreġistrati, verbali u figurattivi “COYOTE UGLY” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 16, 21, 25, 32, 33, 34, 41 u 42.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda fir-rigward tas-servizzi fil-klassi 42.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Deċiżjoni appellata annullata, sa fejn din kienet ċaħdet l-oppożizzjoni kontra s-“servizzi ta’ divertiment, diskoteki u swali għall-festi”, fil-klassi 41 imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għal dawn is-servizzi miċħuda


    Dispożittiv

    1)      Ir-rikors huwa miċħud.

    2)      Group Lotuss Corp., SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha, 80 % tal-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u 80 % tal-ispejjeż ta’ Ugly, Inc.

    3)      Ugly għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha u 20 % tal-ispejjeż tal-UASI.

    Top