Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0047

    Kawża T-47/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/38


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)

    (Kawża T-47/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 285/69)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Völker, imbagħad minn S. Völker u A. Schabenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (R 1047/2004-4) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioGenerix bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007


    Top