Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FN0120

    Kawża F-120/07: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Ottubru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 315, 22.12.2007, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 315/50


    Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2007 — Strack vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-120/07)

    (2007/C 315/95)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

    jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta' Mejju 2005, tal-25 ta' Ottubru 2005, tal-15 ta' Marzu 2007 u ta' l-20 ta' Lulju 2007 safejn dawn jillimitaw għal 12 in-numru ta' ġranet ta' leave annwali mhux użati għall-2004 li r-rikorrent ingħata awtorizzazzjoni li jittrasferixxi għas-sena ta' wara u li jillimitaw skond il-każ il-kumpens għall-leave mhux użati mħallsa lir-rikorrent fil-perijodu meta telaq mis-servizz;

    jordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent, mill-1 ta' April 2005, kumpens finanzjarju għal 26.5 ġurnata ta' leave mhux użati li fir-rigward tagħhom l-ebda kumpens ma tħallas skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-interessi, miz-zmien li fih ir-rikors ġie ppreżentat, bir-rata ta' 2 % fis-sena iktar mir-rata ta' l-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-perijodu in kwistjoni;

    jordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Sabiex isaħħaħ ir-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ksur ta' l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-Avviż Amministrattiv Nru 66-2002 tal-konvenuta. Skond dawn id-dispożizzjonijiet, huwa kien intitolat jittrasferixxi kollha kemm hi għall-2005 dik il-parti tal-leave annwali tiegħu għall-2004 li, minħabba l-ħtiġijiet tas-servizz, huwa ma setax juża qabel l-aħħar tas-sena kalendarja 2004, ħaġa li d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenuta rrifjutatlu l-permess li jagħmel. Huwa ma setax juża' l-leave tiegħu minħabba mard li l-konvenuta kienet aċċettat sadattant kien ikkaġunat mix-xogħol.

    Ir-rikorrent jsostni wkoll li jista' jiġi stabbilit mit-talba sekondarja għal kumpens għad-danni li l-konvenuta rrifjutat illegalment li tħallas il-kumpens dovut lir-rikorrent skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 ta' l-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal fiż-żmien li r-rikorrent telaq mis-servizz attiv.


    Top