Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TO0301

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tat-13 ta' Novembru 2008.
Lemaître Sécurité SAS vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben b’maskaretta ta’ protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża T-301/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:495





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Lemaître Sécurité vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/06)

“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ żraben b’maskaretta ta’ protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 5(10) u 6(5); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/582) (ara l-punti 23-29)

2.                     Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Komunitarja - Ġurisdizzjoni sħiħa - Ordni mogħtija lil istituzzjoni - Inammissibbiltà (Artikoli 229 KE u 230 KE) (ara l-punt 31)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/582/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 li tagħlaq il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ żraben b’maskaretta ta’ protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU L 234, p. 33).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Lemaître Sécurité SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

L-Associazione nazionale calzaturifici italiani għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Top