Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TO0102

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tat-22 ta' Novembru 2007.
    Investire Partecipazioni SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà.
    Kawża T-102/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:355





    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007 – Investire Partecipazioni vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-102/06)

    “Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

    Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 44, 47-49, 52-54)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4683, tal-25 ta’ Novembru 2005, rigward tnaqqis tal-kontribuzzjoni mogħtija mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) b’applikazzjoni tad-deċiżjoni C (97) 2199, tas-27 ta’ Lulju 1997, li tapprova l-għajnuna tal-FEŻR favur miżuri previsti fid-dokument waħdieni ta’ programmar tal-perijodu 1997-1999 fir-reġjun tal-Piemonte (l-Italja) li jaqgħu taħt l-Obbjettiv Nru 2.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Investire Partecipazioni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top