Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0057

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tas-7 ta' Novembru 2007.
    NV Marly SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Top iX - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TOFIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Talba għal prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti li ġiet ippreżentata għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza- Inammissibbiltà.
    Kawża T-57/06.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:333





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2007 – Marly vs UASI – Erdal (Top iX)

    (Kawża T-57/06)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Top iX – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TOFIX – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Talba għal prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti li ġiet ippreżentata għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza– Inammissibbiltà”

    1.                     Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 63(2) u 74(1)) (ara l-punti 15-18)

    2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti u servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(b)) (ara l-punti 88 u 90)

    Suġġett

    Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 (Każ R 1147/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erdal GmbH u NV Marly SA.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għal trade mark Komunitarja:

    NV Marly SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva Top iX għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 2326072

    Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal invokat/a in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Erdal GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat/a in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali internazzjonali TOFIX għal prodotti fil-klassijiet 3 u 4

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    NV Marly SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top