Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0055

    Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2011 — RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordju — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Implementazzjoni — Legalità — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Ksur uniku u kontinwat — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol esklużivament passiv — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur” )

    ĠU C 6, 7.1.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-55/06 u T-66/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Implementazzjoni - Legalità - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Ksur uniku u kontinwat - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol esklużivament passiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

    2012/C 6/12

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: RKW SE, li qabel kienet RKW AG Rheinische Kunststoffwerke (Worms, il-Ġermanja); u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Hellmann, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Núñez-Müller, avukat)

    Suġġett

    Preliminarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    RKW SE u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 96, 22.04.2006.


    Top