Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TO0315

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tas-27 ta' Awwissu 2008.
Adomex International BV vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża T-315/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:300





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Awwissu 2008 – Adomex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/05)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà manifesta”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni mingħajr ma nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (Artikolu 88(2) u (3) KE, u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 27-31, 33-36)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 592 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Marzu 2005, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-Għajnuna N 372/2003 dwar is-settur tal-florikultura, innotifikata mill-awtoritajiet Olandiżi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Adomex International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top