Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TO0297

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Mejju 2007.
    IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Miżura provviżorja - Artikolu 256 KE - Suġġett tat-talba - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza.
    Kawża T-297/05 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:118





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Mejju 2007 – IPK International World Tourism Marketing Consultants vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-297/05 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Artikolu 256 KE – Suġġett tat-talba – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tinvolvi obbligu pekunjarju – Talba intiża, fir-realtà, għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni oħra li taffettwa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti (Artikoli 242 KE u 256 KE) (ara l-punti 18, 21-24)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(2)) (ara l-punti 33-39)

    3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji –Kundizzjonijiet ta’ għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-43)

    4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji –Kundizzjonijiet ta’ għoti – Urġenza – Natura partikolarment serja tal-“fumus boni juris” (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 51-61)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6452, ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006, dwar l-irkupru ta’ somma ta’ EUR 318 000 li r-rikorrenti rċeviet bħala ħlas bil-quddiem abbażi tal-proġett Ecodata.

     

    Dispożittiv

     

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

     

    L-ispejjeż huma riżervati.

    Top