EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0455

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (il-Ħames Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008.
Componenta Oyj vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Għajnuna mill-Istat - Settur tal-produzzjoni tal-metall - Akkwist ta’ sehem miżmuma minn impriża f’kumpannija tal-immobbli u l-ħlas lura ta’ self mogħti minn din l-impriża lill-kumpannija tal-immobbli inkambju għal investiment ta’ din l-impriża - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat - Stima tal-azzjonijiet ta’ kumpannija tal-immobbli - Stima tal-beni immobbli ta’ kumpannija - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżami ex officio.
Kawża T-455/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:597





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Componenta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/05)

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-produzzjoni tal-metall – Akkwist ta’ sehem miżmuma minn impriża f’kumpannija tal-immobbli u l-ħlas lura ta’ self mogħti minn din l-impriża lill-kumpannija tal-immobbli inkambju għal investiment ta’ din l-impriża – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Kriterju tal-investitur privat – Stima tal-azzjonijiet ta’ kumpannija tal-immobbli – Stima tal-beni immobbli ta’ kumpannija – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 44, 45)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Kompetenza mogħtija lill-Kummissjoni u lill-qorti nazzjonali għall-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punt 97)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikolu 87(1) KE u 253 KE) (ara l- punti 98-100)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proċedura amministrattiva - Miżuri nazzjonali implementati mingħajr ma ġew innotifikati - Possibbiltà tal-Kummissjoni li tirrikorri għal inġunzjoni lill-Istat Membru kkonċernat sabiex tikseb l-informazzjoni li hija tqis neċessarja - Deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni, mingħajr ma tirrikorri għal inġunzjoni, fuq il-bażi ta’ informazzjoni li hija tqis mhux kompluta (Regolament tal-Kunsill Nru. 659/1999, Artikolu 10) (ara l-punti 105-108)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża - Inammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 121)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/900/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj (ĠU 2006, L 353, p. 36).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/900/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Finlandja implementat bħala għajnuna għall-investiment favur l-impriża Componenta Oyj hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk subiti minn Componenta.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top