Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FO0052

    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta' Settembru 2007.
    Q vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Servizz pubbliku - Uffiċjali.
    Kawża F-52/05.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2007 I-A-1-00263; II-A-1-01485

    ECLI identifier: ECLI:EU:F:2007:165

    DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLLIKU (L-Ewwel Awla)

    26 ta’ Settembru 2007

    Kawża F-52/05

    Q

    vs

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    “Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kwistjonijiet proċedurali – Aċċess għall-proċess – Eċċezzjoni”

    Suġġett :         Rikors, imressaq skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu Q essenzjalment titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talbiet ta’ assistenza, magħmula mir-rikorrenti skond l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u ta’ miżuri provviżorji marbuta mal-fastidju li hija tallega li batiet, kif ukoll l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tagħha għas-sena 2003, u, min-naħa l-oħra, talba għal danni. Sussegwentement, il-Kummissjoni titlob, min-naħa tagħha, it-tneħħija ta’ sentenzi li jinsabu f’uħud mix-xhieda li kienet is-suġġett ta’ rapporti tas-seduta li jinsabu annessi ma’ l-atti ta’ l-investigazzjoni amministrattiva.

    Deċiżjoni : It-talba tal-Kummissjoni hija miċħuda. L-ispejjeż huma rriżervati.

    Sommarju

    Proċedura – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura –Atti ta’ l-investigazzjoni amministrattiva trażmessi minn istituzzjoni lil Qorti Komunitarja –Dritt ta’ aċċess – Talba ta’l-istituzzjoni sabiex mill-atti jitneħħew sentenzi li jinsabu f’uħud mix-xhieda mogħtija – Rifjut

    Top