Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TJ0458

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla) tat-3 ta' Lulju 2007.
Au Lys de France SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Suq tal-provvistà ta' siti għall-operat ta' negozji bl-imnut fl-ajruport ta' Roissy-Charles-de-Gaulle miżmum mill-operatur Aéroports de Paris - Ċaħda ta' ilment - Talba għal annullament - Nuqqas ta' interess Komunitarju.
Kawża T-458/04.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:195





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2007 – Au Lys de Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/04)

“Kompetizzjoni – Pożizzjoni dominanti – Suq tal-provvisti ta’ siti għall-operat ta’ negozji bl-imnut fl-ajruport ta’ Roissy-Charles-de-Gaulle miżmum mill-operatur Aéroports de Paris – Ċaħda ta’ lment – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess Komunitarju”

1.                     Proċedura – Intervent – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mhux imqajma mill-konvenuta – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 40(4) u 53(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 113 u 116(3)) (ara l-punti 31-33)

2.                     Proċedura – Rikors promotur – Persuna ġuridika (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(5)) (ara l-punt 34)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami ta’ l-ilmenti – Obbligu tal-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur – Nuqqas (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 70)

4.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami ta’ l-ilmenti – Teħid in kunsiderazzjoni ta’ l-interess Komunitarju marbut ma’ l-investigazzjoni ta’ kawża (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 72, 103)

5.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami ta’ l-ilmenti – Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni mmotivata mill-possibbiltà li l-persuna li tagħmel l-ilment tista’ tiftaħ kawża quddiem il-qorti nazzjonali – Legalità (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 83, 90)

6.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 96-97)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2004, li tagħlaq il-każ fir-rigward ta’ l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-impriża pubblika Aéroports de Paris għall-ksur ta’ l-Artikolu 82 KE (Każ COMP/D3/38. 666 Au Lys de France/Aéroports de Paris).

Dispożittiv

1)     L-appell huwa miċħud.

2)     Au Lys de France hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top