Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024PC0097

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

    COM/2024/97 final

    Brussell, 4.3.2024

    COM(2024) 97 final

    2024/0052(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ŻEE”) jippermetti lill-Iżlanda, lill-Liechtenstein u lin-Norveġja (“l-Istati taż-ŻEE-EFTA”) jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq uniku. Flimkien ma’ dan, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fl-1994, dawn it-tliet pajjiżi kkontribwew ukoll biex itaffu d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 115 tal-Ftehim. Barra minn hekk, in-Norveġja kkontribwiet permezz ta’ Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż separat. Il-mekkaniżmi finanzjarji l-aktar reċenti skadew fit-30 ta’ April 2021. 1

    Minħabba l-ħtieġa kontinwa biex jittaffew id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea, fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Iżlanda, mal-Liechtenstein u man-Norveġja rigward ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri li għandhom isiru mill-Istati taż-ŻEE-EFTA lejn it-titjib tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea. 2 In-negozjati formali nfetħu fis-16 ta’ Ġunju 2022. B’mod parallel, iżda indipendentement min-negozjati dwar il-mekkaniżmi finanzjarji, infetħet reviżjoni tal-protokolli tal-kummerċ tal-ħut bejn l-UE u l-Iżlanda u bejn l-UE u n-Norveġja fuq il-bażi tal-klawsoli ta’ reviżjoni tal-protokolli addizzjonali tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles mal-Iżlanda u n-Norveġja. 3  

    In-negozjati ġew konklużi fil-livell tan-negozjaturi bl-inizjalar fit-30 ta’ Novembru 2023 ta’:

    ·il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028;

    ·il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028;

    ·il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja; kif ukoll

    ·il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda.

    Il-proposta mehmuża tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, il-Ftehim tan-Norveġja, il-Protokoll tan-Norveġja u l-Protokoll tal-Iżlanda.

    Il-Ftehim dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Ftehim tan-Norveġja flimkien se jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati taż-ŻEE-EFTA lill-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-ŻEE ta’ EUR 3,268 biljun għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028. L-eżitu jirrifletti d-direttivi ta’ negozjati li nħarġu mill-Kunsill, li talbu a) żieda fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati taż-ŻEE-EFTA; b) l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tad-distribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE; c) l-allinjament tad-durata tal-mekkaniżmi finanzjarji ġodda mal-Istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE (2021-2027); d) l-inklużjoni ta’ objettivi ekoloġiċi fost il-prijoritajiet appoġġati; u e) proċessi ta’ implimentazzjoni aktar effiċjenti għall-mekkaniżmi futuri.

    B’mod parallel, ġew riveduti wkoll il-protokolli bilaterali tal-kummerċ tal-ħut mal-Iżlanda u n-Norveġja. Konċessjonijiet ġodda jingħataw għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028. Il-konċessjonijiet huma mibnija fuq il-protokolli preċedenti għall-perjodu 2014-2021 u huma proporzjonati mal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Hija pprovduta flessibbiltà rigward ir-riport ta’ kwoti mhux eżawriti fi tmiem il-perjodu. In-Norveġja se ġġedded ukoll l-arranġament tat-tranżitu tal-ħut għall-bastimenti tal-UE li jħottu l-art qabdiet fin-Norveġja.

    Il-Ftehimiet u l-Protokolli għandhom jiġu applikati b’mod proviżorju mid-dati stipulati fl-Artikoli tagħhom, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għar-ratifika jew il-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom.

    Il-Kummissjoni qieset ir-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u tipproponi li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni mehmuża dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, il-Ftehim tan-Norveġja, il-Protokoll tan-Norveġja u l-Protokoll tal-Iżlanda wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    Peress li hija prattika komuni meta jiġu modifikati elementi speċifiċi ta’ ftehimiet internazzjonali eżistenti, huwa propost li jintużaw l-artikoli rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi legali għall-abbozzi tad-deċiżjonijiet, jiġifieri l-Artikolu 175 TFUE, it-tielet paragrafu għall-ftehimiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-Artikolu 207 TFUE għall-protokolli tal-kummerċ tal-ħut. Barra minn hekk, l-Artikolu 218(6)(a) TFUE huwa msemmi bħala l-bażi legali għall-konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet.

    2024/0052 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 175, it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)Għad hemm il-ħtieġa li jittaffew id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA u mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid.

    (2)Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Iżlanda, mal-Prinċipat tal-Liechtenstein u mar-Renju tan-Norveġja rigward ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    (3)Il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (Mejju 2021 – April 2028) u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż (Mejju 2021 – April 2028) se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Istati taż-ŻEE-EFTA u l-Istati Benefiċjarji.

    (4)Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjonijiet fl-UE ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u min-Norveġja, stabbiliti fil-Protokolli Addizzjonali tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom ta’ Kummerċ Ħieles mal-Komunità Ekonomika Ewropea, skadew fit-30 ta’ April 2021 u ġew riveduti f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dawn il-Protokolli.

    (5)Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ġew iffirmati fi Brussell fi (....). Dawn il-Ftehimiet u l-Protokolli jenħtieġ li jiġu approvati f’isem l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-testi tal-Ftehimiet u l-Protokolli huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita l-istrumenti ta’ approvazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea kif previst fl-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, l-Artikolu 5 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehimiet u l-Protokolli.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi .... 4

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    ĠU L 141, 28.05.2016, pp. 3 u 11.
    (2)    Id-Dokument 8365/21 ADD 1 tal-Kunsill.
    (3)    ĠU L 141, 28.05.2016, pp. 18 u 22.
    (4)    Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
    Top

    Brussell, 4.3.2024

    COM(2024) 97 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda


    DOKUMENT MEHMUŻ I

    FTEHIM

    BEJN L-UNJONI EWROPEA, L-IŻLANDA,

    IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN U R-RENJU TAN-NORVEĠJA

    DWAR MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAŻ-ŻEE GĦALL-PERJODU BEJN MEJJU 2021 U APRIL 2028



    L-UNJONI EWROPEA,

    L-IŻLANDA,

    IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN,

    IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

    BILLI l-Partijiet għal dan il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) qablu dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħhom bil-ħsieb li jippromwovu tisħiħ kontinwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejniethom,

    BILLI, sabiex jikkontribwixxu għal dak l-objettiv, l-Istati tal-EFTA stabbilew Mekkaniżmu Finanzjarju fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea,

    BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2004-2009 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38a u l-Addendum tal-Protokoll 38a tal-Ftehim ŻEE,

    BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38b u l-Addendum tal-Protokoll 38b tal-Ftehim ŻEE,

    BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2014-2021 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38c tal-Ftehim ŻEE,

    BILLI tippersisti l-ħtieġa li jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028,

    IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:

    ARTIKOLU 1

    It-test tal-Artikolu 117 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    ‘‘Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum tal-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b, l-Addendum tal-Protokoll 38b, il-Protokoll 38c u l-Protokoll 38d.’’.

    ARTIKOLU 2

    Protokoll 38d ġdid għandu jiddaħħal wara l-Protokoll 38c tal-Ftehim ŻEE. It-test tal-Protokoll 38d huwa previst fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

    ARTIKOLU 3

    Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

    Sakemm jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan il-għan.

    ARTIKOLU 4

    Dan il-Ftehim, imfassal f’kopja oriġinali waħda bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, Żvediż, Iżlandiż u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, dan il-jum ... ta’

    Għall-Unjoni Ewropea

    Għall-Iżlanda

    Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

    Għar-Renju tan-Norveġja



    ANNESS

       PROTOKOLL 38d

    dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2021-2028)

    Artikolu 1

    (1)Objettivi

    L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (“l-Istati tal-EFTA”) għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati Benefiċjarji, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-prijoritajiet tematiċi elenkati fl-Artikolu 3 1 .

    (2)Valuri u prinċipji komuni

    Il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2021-2028) huwa bbażat fuq il-valuri u l-prinċipji komuni tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

    Il-programmi u l-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandhom ikunu konsistenti mar-rispett għal dawn il-valuri u l-prinċipji u jastjenu milli jappoġġaw operazzjonijiet li jistgħu jonqsu milli jagħmlu dan. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mad-drittijiet u l-obbligi fundamentali minquxa fl-istrumenti u l-istandards rilevanti.

    Artikolu 2

    Impenji

    L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 1 705 miljun. Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali ta’ EUR 100 miljun għandha tkun disponibbli wkoll għall-proġetti relatati mal-isfidi esperjenzati bħala riżultat tal-invażjoni tal-Ukrajna. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal impenn f’porzjonijiet annwali ta’ EUR 257,86 miljun matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028, iż-żewġ dati inklużi.

    L-ammont totali għandu jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 flimkien mal-fondi speċifikati fl-Artikolu 7.

    Artikolu 3

    (1)Prijoritajiet tematiċi

    L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu disponibbli biex jippromwovu l-prijoritajiet tematiċi ġenerali li ġejjin;

    (a)it-tranżizzjoni ekoloġika Ewropea

    (b)id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

    (c)l-inklużjoni soċjali u r-reżiljenza

    F’dawn il-prijoritajiet tematiċi, l-oqsma tal-programm huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Il-kontenut ta’ dawn l-oqsma tal-programm se jiġi kkonsultat mal-Istati Benefiċjarji.

    (2)Ħtiġijiet tal-Istati Benefiċjarji

    L-oqsma tal-programm għandhom jintgħażlu, jiġu kkonċentrati u adattati, biex jirrispondu għall-ħtiġijiet differenti f’kull Stat Benefiċjarju, filwaqt li jitqiesu d-daqs tiegħu u l-ammont tal-kontribuzzjoni. Għal dan l-għan, il-proċedura li għandha tiġi segwita hija stabbilita fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5.

    Artikolu 4

    (1)Memoranda ta’ Qbil

    Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni u tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f’konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li jitqiesu l-politiki tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, kif ukoll il-Ftehimiet ta’ Sħubija konklużi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, l-Istati tal-EFTA għandhom jinnegozjaw ma’ kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta’ Qbil f’konformità mal-Artikolu 9, il-paragrafu 5.

    (2)Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea

    Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru f’livell strateġiku u għandhom isiru matul in-negozjati tal-Memoranda ta’ Qbil bil-ħsieb li jippromwovu l-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE.

    Artikolu 5

    (1)Kofinanzjament

    Fir-rigward ta’ programmi skont l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandu jkollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, il-kontribuzzjoni tal-EFTA ma għandhiex taqbiżx il-85 % tal-kost tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istati tal-EFTA.

    (2)Għajnuna mill-Istat

    Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rrispettati.

    (3)Responsabbiltà

    Ir-responsabbiltà tal-Istati tal-EFTA għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Għaldaqstant, l-Istati tal-EFTA mhuma se jassumu l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.

    Artikolu 6

    Allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

    L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Ungerija, f’konformità mad-distribuzzjoni li ġejja:

    Stat Benefiċjarju

    Fondi (EUR)

    Bulgarija

    132,807,931

    Kroazja

    68,018,840

    Ċipru

    9,014,276

    Repubblika Ċeka

    115,163,505

    Estonja

    36,750,087

    Greċja

    159,320,451

    Ungerija

    129,868,485

    Latvja

    56,013,268

    Litwanja

    60,274,987

    Malta

    5,710,418

    Polonja

    472,614,415

    Portugall

    126,276,741

    Rumanija

    304,642,069

    Slovakkja

    66,843,694

    Slovenja

    25,580,833

    L-ammonti ppreżentati jinkludu l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għandhom ikunu disponibbli għal kull Stat Benefiċjarju f’konformità mal-Artikolu 9, il-paragrafu 5, u s-sehem tal-fond għas-soċjetà ċivili msemmi fl-Artikolu 7 li għandu jkun ta’ benefiċċju għal kull Stat Benefiċjarju.

    Artikolu 7

    Fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, għandhom ikunu disponibbli żewġ fondi. Huma għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2021-2028) kif definiti fl-Artikolu 1, u għall-prijoritajiet tematiċi msemmija fl-Artikolu 3. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala sħab fil-fondi.

    Fond għas-soċjetà ċivili

    10 % tal-ammont totali għandu jitwarrab għal fond għas-soċjetà ċivili. Il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni għall-Istati Benefiċjarji huwa stabbilit fl-Artikolu 6.

    5 % tal-fond għandu jiġi allokat għal inizjattivi tranżnazzjonali.

    Fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali

    2 % tal-ammont totali għandu jitwarrab għal fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali, fost oħrajn, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (European Union Agency for Fundamental Rights, FRA). Dan il-fond se jippromwovi l-prijoritajiet tematiċi fl-Istati Benefiċjarji.

    Artikolu 8

    (1)Koordinazzjoni mal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista f’dan il-Protokoll għandha tiġi kkoordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni bilaterali min-Norveġja prevista fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż. B’mod partikolari, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji.

    (2)Koordinazzjoni mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE

    Għandha titqies kull bidla rilevanti fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE, kif xieraq.

    Artikolu 9

    Dan li ġej għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE:

    (1)Kooperazzjoni

    L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu segwiti f’qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA, filwaqt li jirrispettaw il-valuri u l-prinċipji u jikkonformaw mad-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2.

    (2)Prinċipji ta’ implimentazzjoni

    L-ogħla grad ta’ trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jiġi applikat fil-fażijiet kollha ta’ implimentazzjoni, flimkien mar-rispett għall-prinċipji ta’ governanza tajba, is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli, l-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni.

    (3)Ġestjoni tal-fondi

    L-Istati tal-EFTA għandhom joperaw u jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni, inklużi l-ġestjoni u l-kontroll, taż-żewġ fondi stabbiliti fl-Artikolu 7.

    (4)Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju

    L-Istati tal-EFTA għandhom jistabbilixxu kumitat għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Aktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, inklużi miżuri ta’ simplifikazzjoni mmirati lejn l-iżgurar tal-effiċjenza u l-effettività fl-implimentazzjoni, se jinħarġu mill-Istati tal-EFTA wara konsultazzjonijiet mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jiġu assistiti mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati tal-EFTA għandhom jagħmlu ħilithom biex joħorġu dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta’ Qbil.

    (5)Negozjati ta’ Memoranda ta’ Qbil

    L-Istati tal-EFTA għandhom jinnegozjaw ma’ kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta’ Qbil dwar l-allokazzjoni rispettiva speċifika għall-pajjiż, esklużi l-fondi msemmija fl-Artikolu 7 u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Memorandum ta’ Qbil għandu jistabbilixxi l-programmi, id-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-oqsma tal-programm, l-istrutturi għall-ġestjoni u l-kontroll u l-kundizzjonijiet applikabbli.

    (6)Implimentazzjoni

    (a)Fuq il-bażi tal-Memoranda ta’ Qbil, l-Istati Benefiċjarji għandhom jippreżentaw proposti għal programmi speċifiċi lill-Istati tal-EFTA li għandhom jivvalutaw u japprovaw il-proposti u jikkonkludu ftehimiet ta’ għotja, bil-kundizzjonijiet, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni rilevanti, mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm.

    (b)L-implimentazzjoni tal-programmi miftiehma għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji li għandhom jipprevedu sistema xierqa ta’ ġestjoni u kontroll sabiex jiżguraw implimentazzjoni u ġestjoni tajba.

    (c)L-Istati tal-EFTA jistgħu jwettqu kontrolli skont ir-rekwiżiti interni tagħhom. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu l-assistenza, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha għal dan il-għan.

    (d)Biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi, l-Istati tal-EFTA jistgħu, wara valutazzjoni, wara li jkunu semgħu lill-Istat Benefiċjarju, jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati, inklużi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-irkupru ta’ fondi.

    (e)Meta xieraq, għandhom jiġu applikati sħubiji fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sħab jistgħu jkunu, fost oħrajn, fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll is-settur privat, is-soċjetà ċivili u sħab soċjali fl-Istati Benefiċjarji u fl-Istati tal-EFTA.

    (f)Kull proġett skont il-programmi fl-Istati Benefiċjarji jista’ jiġi implimentat f’kooperazzjoni bejn, fost oħrajn, l-entitajiet ibbażati fl-Istati Benefiċjarji u fl-Istati tal-EFTA, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

    (7)Kostijiet ta’ ġestjoni

    Il-kostijiet ta’ ġestjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom jiġu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, u għandhom jiġu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-kostijiet ta’ ġestjoni għall-Fondi msemmija fl-Artikolu 7 jiġu koperti mill-ammont allokat għall-Fondi.

    (8)Rapportar

    L-Istati tal-EFTA għandhom jirrapportaw dwar il-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.

    Artikolu 10

    Rieżami

    Fi tmiem il-perjodu kif definit fl-Artikolu 2 u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi skont il-Ftehim ŻEE, il-Partijiet Kontraenti, fid-dawl tal-Artikolu 115 tal-Ftehim ŻEE, għandhom jirrieżaminaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea.



    ANNESS TAL-PROTOKOLL 38d

    Tranżizzjoni ekoloġika

    Negozju ekoloġiku u innovazzjoni

    Riċerka u innovazzjoni

    Edukazzjoni, taħriġ u impjieg taż-żgħażagħ

    Kultura

    Żvilupp lokali, governanza tajba u inklużjoni

    Inklużjoni tar-Rom u Għoti tas-Setgħa

    Saħħa pubblika

    Prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom

    Is-settur tal-ġustizzja inklużi l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-aċċess għall-ġustizzja, is-servizzi korrettivi, il-kriminalità serja u organizzata

    Ażil, migrazzjoni u integrazzjoni

    Kooperazzjoni interistituzzjonali u bini tal-kapaċitajiet

    L-Istati Benefiċjarji se jibbenefikaw ukoll minn proġetti ffinanzjati minn:

    Fond għas-soċjetà ċivili

    Fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali

    L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diġitalizzazzjoni se jiġu integrati u jiffurmaw parti mill-oqsma rilevanti kollha tal-programm.

    (1)    F’dan il-Protokoll, ir-referenzi għall-artikoli, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-artikoli f’dan il-Protokoll.
    Top

    Brussell, 4.3.2024

    COM(2024) 97 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda


    DOKUMENT MEHMUŻ II

    FTEHIM

    BEJN IR-RENJU TAN-NORVEĠJA U L-UNJONI EWROPEA DWAR MEKKANIŻMU FINANZJARJU NORVEĠIŻ GĦALL-PERJODU BEJN MEJJU 2021 U APRIL 2028



    Artikolu 1

    (1)Objettivi

    Ir-Renju tan-Norveġja jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Benefiċjarji, permezz ta’ Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż separat fil-prijoritajiet tematiċi elenkati fl-Artikolu 3 1 .

    (2)Valuri u Prinċipji Komuni

    Il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż (2021-2028) huwa bbażat fuq il-valuri u l-prinċipji komuni tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

    Il-programmi u l-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għandhom ikunu konsistenti mar-rispett għal dawn il-valuri u l-prinċipji u jastjenu milli jappoġġaw operazzjonijiet li jistgħu jonqsu milli jagħmlu dan. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mad-drittijiet u l-obbligi fundamentali minquxa fl-istrumenti u l-istandards rilevanti.

    Artikolu 2

    Impenji

    L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 1 380 miljun. Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali ta’ EUR 83 miljun għandha tkun disponibbli wkoll għall-proġetti relatati mal-isfidi esperjenzati b’konsegwenza tal-invażjoni tal-Ukrajna. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-impenn f’porzjonijiet annwali ta’ EUR 209 miljun matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028, iż-żewġ dati inklużi.

    L-ammont totali għandu jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 flimkien mal-fondi speċifikati fl-Artikolu 7.

    Artikolu 3

    (1)Prijoritajiet tematiċi

    L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu disponibbli biex jippromwovu l-prijoritajiet tematiċi ġenerali li ġejjin;

    (a)it-tranżizzjoni ekoloġika Ewropea

    (b)id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

    (c)l-inklużjoni soċjali u r-reżiljenza

    F’dawn il-prijoritajiet tematiċi, l-oqsma tal-programm huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Ftehim. Il-kontenut ta’ dawn l-oqsma tal-programm jiġi kkonsultat mal-Istati Benefiċjarji.

    (2)Ħtiġijiet tal-Istati Benefiċjarji

    L-oqsma tal-programm għandhom jintgħażlu, jiġu kkonċentrati u adattati, biex jirrispondu għall-ħtiġijiet differenti f’kull Stat Benefiċjarju, filwaqt li jitqiesu d-daqs tiegħu u l-ammont tal-kontribuzzjoni. Għal dan l-għan, il-proċedura li għandha tiġi segwita hija stabbilita fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5.

    Artikolu 4

    (1)Memoranda ta’ Qbil

    Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni u tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f’konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li jitqiesu l-politiki tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, kif ukoll il-Ftehimiet ta’ Sħubija konklużi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tan-Norveġja għandu jinnegozja ma’ kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta’ Qbil f’konformità mal-Artikolu 9, il-paragrafu 5.

    (2)Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea

    Il-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru f’livell strateġiku u għandhom isiru matul in-negozjati tal-Memoranda ta’ Qbil bil-ħsieb li jippromwovu l-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE.

    Artikolu 5

    (1)Kofinanzjament

    Fir-rigward ta’ programmi skont l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandu jkollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, il-kontribuzzjoni mir-Renju tan-Norveġja ma għandhiex taqbeż il-85 % tal-kost tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mir-Renju tan-Norveġja.

    (2)Għajnuna mill-Istat

    Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rrispettati.

    (3)Responsabbiltà

    Ir-responsabbiltà tar-Renju tan-Norveġja għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Għaldaqstant, ir-Renju tan-Norveġja mhuwa se jassumi l-ebda responsabbiltà għal partijiet terzi.

    Artikolu 6

    Allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

    L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, skont id-distribuzzjoni li ġejja:

    Stat Benefiċjarju

    Fondi (EUR)

    Bulgarija

    127,197,491

    Kroazja

    65,092,127

    Ċipru

    8,613,472

    Repubblika Ċeka

    110,034,588

    Estonja

    35,081,761

    Ungerija

    124,271,436

    Latvja

    53,529,539

    Litwanja

    57,575,226

    Malta

    5,462,877

    Polonja

    452,283,429

    Rumanija

    291,616,358

    Slovakkja

    63,904,256

    Slovenja

    24,437,440

    L-ammonti ppreżentati jinkludu l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għandhom ikunu disponibbli għal kull Stat Benefiċjarju f’konformità mal-Artikolu 9, il-paragrafu 5, u s-sehem tal-fond għas-soċjetà ċivili msemmi fl-Artikolu 7 li għandu jkun ta’ benefiċċju għal kull Stat Benefiċjarju.

    Artikolu 7

    Fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż, għandhom ikunu disponibbli tliet fondi. Huma għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż (2021-2028) kif definiti fl-Artikolu 1, u għall-prijoritajiet tematiċi msemmija fl-Artikolu 3. Entitajiet Norveġiżi jistgħu jipparteċipaw bħala sħab fil-fondi.

    (1)Fond għas-soċjetà ċivili

    10 % tal-ammont totali għandu jitwarrab għal fond għas-soċjetà ċivili. Il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni għall-Istati Benefiċjarji huwa stabbilit fl-Artikolu 6.

    5 % tal-fond għandu jiġi allokat għal inizjattivi tranżnazzjonali.

    (2)Fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali

    2 % tal-ammont totali għandu jitwarrab għal fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali, fost oħrajn, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (European Union Agency for Fundamental Rights, FRA). Dan il-fond se jippromwovi l-prijoritajiet tematiċi fl-Istati Benefiċjarji.

    (3)Fond għal djalogu soċjali u xogħol deċenti

    1 % tal-ammont totali għandu jitwarrab għal fond għal djalogu soċjali u xogħol deċenti.

    Artikolu 8

    (1)Koordinazzjoni mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 1 għandha tkun ikkoordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA prevista fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. B’mod partikolari, ir-Renju tan-Norveġja għandu jiżgura li l-proċeduri u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji.

    (2)Koordinazzjoni mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE

    Għandha titqies kull bidla rilevanti fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE, kif xieraq.

    Artikolu 9

    Dan li ġej għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja:

    (1)Kooperazzjoni

    L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu segwiti f’qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja, filwaqt li jirrispettaw il-valuri u l-prinċipji u jikkonformaw mad-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2.

    (2)Prinċipji ta’ implimentazzjoni

    L-ogħla grad ta’ trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta’ implimentazzjoni, flimkien mar-rispett għall-prinċipji ta’ governanza tajba, is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli, l-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni.

    (3)Ġestjoni tal-fondi

    Ir-Renju tan-Norveġja għandu jopera u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni, inklużi l-ġestjoni u l-kontroll, tat-tliet fondi stabbiliti fl-Artikolu 7.

    (4)Ġestjoni mir-Renju tan-Norveġja

    Ir-Renju tan-Norveġja, jew entità maħtura minnu, għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja. Aktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż, inklużi miżuri ta’ simplifikazzjoni mmirati lejn l-iżgurar tal-effiċjenza u l-effettività fl-implimentazzjoni, se jinħarġu mir-Renju tan-Norveġja wara konsultazzjonijiet mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jiġu assistiti mill-Kummissjoni Ewropea. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jagħmel ħiltu biex joħroġ dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta’ Qbil.

    (5)Negozjati ta’ Memoranda ta’ Qbil

    Ir-Renju tan-Norveġja għandu jinnegozja ma’ kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta’ Qbil dwar l-allokazzjoni rispettiva speċifika għall-pajjiż, esklużi l-fondi msemmija fl-Artikolu 7 u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-Memorandum ta’ Qbil għandu jistabbilixxi l-programmi, id-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-oqsma tal-programm, l-istrutturi għall-ġestjoni u l-kontroll u l-kundizzjonijiet applikabbli.

    (6)Implimentazzjoni

    (a)Fuq il-bażi tal-Memoranda ta’ Qbil, l-Istati Benefiċjarji għandhom jippreżentaw proposti għal programmi speċifiċi lir-Renju tan-Norveġja li għandhom jivvalutaw u japprovaw il-proposti u jikkonkludu ftehimiet ta’ għotja, bil-kundizzjonijiet, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni rilevanti, mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm.

    (b)L-implimentazzjoni tal-programmi miftiehma għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji li għandhom jipprevedu sistema xierqa ta’ ġestjoni u kontroll sabiex jiżguraw implimentazzjoni u ġestjoni tajba.

    (c)Ir-Renju tan-Norveġja jista’ jwettaq kontrolli skont ir-rekwiżiti interni tiegħu. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu l-assistenza, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha għal dan il-għan.

    (d)Biex jiżgura l-konformità mal-obbligi, lir-Renju tan-Norveġja jista’, wara valutazzjoni, wara li jkun sema’ lill-Istat Benefiċjarju, jieħu miżuri xierqa u proporzjonati, inklużi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-irkupru ta’ fondi.

    (e)Meta xieraq, għandhom ikunu applikati sħubiji fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sħab jistgħu jkunu, fost oħrajn, fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll fis-settur privat, is-soċjetà ċivili u sħab soċjali fl-Istati Benefiċjarji u fir-Renju tan-Norveġja.

    (f)Kull proġett skont il-programmi fl-Istati Benefiċjarji jista’ jiġi implimentat f’kooperazzjoni bejn, fost oħrajn, entitajiet ibbażati fl-Istati Benefiċjarji u fir-Renju tan-Norveġja, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

    (7)Kostijiet ta’ ġestjoni

    Il-kostijiet ta’ ġestjoni tar-Renju tan-Norveġja għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Il-kostijiet ta’ ġestjoni għall-Fondi msemmija fl-Artikolu 7 se jiġu koperti mill-ammont allokat għall-Fondi.

    (8)Rapportar

    Ir-Renju tan-Norveġja għandu jirrapporta dwar il-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

    Artikolu 10

    (1)Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri tagħhom stess.  L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)Għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

    (3)Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet iddepożitata l-aħħar notifika għal dan il-għan.

    Artikolu 11

    Dan il-Ftehim, imfassal f’oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, Żvediż u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, dan il-jum …. ta’ [sena]

    Għall-Unjoni Ewropea

    Għar-Renju tan-Norveġja



    ANNESS

    Tranżizzjoni ekoloġika

    Negozju ekoloġiku u innovazzjoni

    Riċerka u innovazzjoni

    Edukazzjoni, taħriġ u impjieg taż-żgħażagħ

    Kultura

    Żvilupp lokali, governanza tajba u inklużjoni

    Inklużjoni tar-Rom u għoti tas-setgħa

    Saħħa pubblika

    Prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom

    Is-settur tal-ġustizzja inklużi l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-aċċess għall-ġustizzja, is-servizzi korrettivi, il-kriminalità serja u organizzata

    Ażil, migrazzjoni u integrazzjoni

    Kooperazzjoni interistituzzjonali u bini tal-kapaċitajiet

    L-Istati Benefiċjarji se jibbenefikaw ukoll minn proġetti ffinanzjati minn:

    Fond għas-soċjetà ċivili

    Fond għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali

    Fond għal djalogu soċjali u xogħol deċenti

    L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diġitalizzazzjoni se jiġu integrati u jiffurmaw parti mill-oqsma rilevanti kollha tal-programm.

    (1)    F’dan il-Ftehim, ir-referenzi għall-artikoli, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-artikoli f’dan il-Ftehim.
    Top

    Brussell, 4.3.2024

    COM(2024) 97 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda


    DOKUMENT MEHMUŻ III

    PROTOKOLL ADDIZZJONALI TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-IŻLANDA



    L-UNJONI EWROPEA

    u

    L-IŻLANDA

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda ffirmat fit-22 ta’ Lulju 1972, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu 2014-2021 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:



    ARTIKOLU 1

    1.Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda huma stabbiliti f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mill-jum li fih issir effettiva l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, sat-30 ta’ April 2028.

    2.Fi tmiem dan il-perjodu, il-Partijiet Kontraenti jivvalutaw il-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk meħtieġ, jirrevedu l-livelli tal-kwoti filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

    ARTIKOLU 2

    1.Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu mill-jum li fih issir effettiva l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.

    2.Il-volumi tal-kwoti tariffarji huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. L-ewwel kwota tariffarja għandha tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll sat-30 ta’ April 2024. Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ April sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

    3.Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonali u jkunu disponibbli għall-bqija tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

    4.F’każ li l-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ma jiġux eżawriti matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, u f’każ li protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti ma jiġix applikat b’mod proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Iżlanda jistgħu jsiru għall-bqija tal-volum akkumulat tal-kwota ta’ dawk il-kwoti tariffarji sa sentejn wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, iżda għal mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti.

    Artikolu 3

    Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fit-22 ta’ Lulju 1972.

    ARTIKOLU 4

    1.Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    2.Il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

    3.Sakemm jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

    ARTIKOLU 5

    Dan il-Protokoll, imħejji f’oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, Żvediż u Iżlandiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

    Magħmul fi Brussell, dan il-jum....tal-2024.

    Għall-Unjoni Ewropea

    Għar-Repubblika tal-Iżlanda



    Anness

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

    Flimkien mal-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda:

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f’piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor 1

    0303 51 00

    Aringi “clupea harengus, clupea pallasii”, iffriżati 2

    400 tunnellata

    0306 51 00

    Awwisti tan-Norveġja “nephrops norvegicus”, iffriżati, anki affumikati, kemm jekk bil-qoxra kif ukoll jekk le, inklużi awwisti bil-qoxra, imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma

    100 tunnellata

    0304 49 50

    Fletti tar-redfish “sebastes spp.”, friski jew imkessħin

    2 500 tunnellata

    1604 19 92

    1604 20 90

    Preparazzjonijiet ta’ bakkaljaw u ħut ieħor

    2 000 tunnellata

    0302 23 00

    0302 24 00

    0302 29

    Frisk jew imkessaħ

    Lingwata (Solea spp.),

    Barbun imperjali (Psetta maxima),

    Megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut ċatt ieħor, minbarra fletti tal-ħut u laħam tal-ħut ieħor,

    5 500 tunnellata

    0302 59 90

    Ħut mill-familji bregmacerotidae, euchlichthyidae, gadidae, macrouridae, melanonidae, merlucciidae, moridae u muraenolepididae,

    0302 82 00

    Raj u rebekkini (Rajidae),

    0302 89 50

    Petriċa kbira (Lophius spp.),

    0302 89 90

    0302 32 00

    0303 39 85

    0303 59 90

    0303 69 90

    0303 82 00

    0303 89 90

    0303 99 00

    03 04 43 00

    0304 44 90

    0304 46

    0304 49 10

    0304 49 90

    0304 95 10

    Ħut ieħor, frisk jew imkessaħ, n.e.s.

    Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa), iffriżat

    Ħut ċatt, iffriżat

    Kavalli tal-Indo-Paċifiku, iffriżati

    Ħut iffriżat mill-familji bregmacerotidae, euchlichthyidae, gadidae, macrouridae, melanonidae, merlucciidae, moridae u muraenolepididae

    Raj (Rajidae), iffriżat

    Ħut, iffriżat, n.e.s.

    Pinnen, irjus, dnub, vexxiki u ġewwieni ieħor tal-ħut li jittiekel, iffriżati

    Fletti tal-ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae), friski jew imkessħin

    Fletti friski jew imkessħin tal-ħut mill-familji bregmacerotdae, euchlichthyidae, gadidae, macrouridae, melanonidae, merlucciidae, moridae u muraenolepididae

    Fletti tal-ħut tas-sinna, friski jew imkessħin

    Fletti tal-ħut tal-ilma ħelu, friski jew imkessħin

    Fletti ta’ ħut ieħor, friski jew imkessħin, n.e.s.

    Surimi, iffriżat

    0305 39 10

    Fletti tas-salamun, immellħin jew fis-salmura, iżda mhux affumikati

    50 tunnellata

    0305 42 00

    Aringi, affumikati

    0305 69 50

    Salamun, immellaħ biss, jew fis-salmura

    0305 41 00

    Salamun, affumikat, inkluż fletti

    0305 72 00

    0305 79 00

    0305 43 00

    0305 49 80

    1604 11 00

    1604 20 10

    1605 62 00

    Irjus, dnub u vexxiki tal-għawm, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

    Pinen u ġewwieni ieħor tal-ħut li jittiekel, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

    Troti, affumikati (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster)

    Ħut ieħor, affumikat

    Ħjar tal-baħar, ippreparati jew ippreservati

    Rizzi, ippreparati jew ippreservati

    1 950 tunnellata

    0302 22 00

    0302 59 20

    0304 49 10

    0304 52 00

    0304 89 10

    0305 69 80

    0304 82 90

    0302 59 40

    0305 53 90

    0303 14 20

    0303 14 90

    0304 82 10

    0302 14 00

    0303 13 00

    0304 41 00

    0304 81 00

    Barbun tat-tbajja’ (“pleuronectes platessa”), frisk jew imkessaħ

    Merlangu (“merlangius merlangus”), frisk jew imkessaħ

    Fletti tal-ħut tal-ilma ħelu, friski jew imkessħin, n.e.s.

    Laħam, frisk jew imkessaħ, kemm jekk kapuljat kif ukoll jekk le, tas-Salmonidi

    Fletti tal-ħut tal-ilma ħelu, iffriżati, n.e.s.

    Ħut ieħor, immellaħ biss, jew fis-salmura

    Fletti tat-troti “salmo trutta, oncorhynchus mykiss, oncorhynchus”, iffriżati

    Lipp “molva spp.”, frisk jew imkessaħ

    Ħut imnixxef mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, għajr il-bakkaljaw

    Trota “oncorhynchus mykiss”, iffriżata, bl-irjus u l-garġi, imnaddfa

    Troti “salmo trutta, oncorhynchus mykiss, oncorhynchus”, iffriżati, fletti tat-trota “oncorhynchus mykiss”, iffriżati, li jiżnu aktar minn 400 gramma kull wieħed

    Salamun tal-Atlantiku “salmo salar”, frisk jew imkessaħ, u salamun tad-Danubju

    Salamun tal-Atlantiku “salmo salar”, iffriżat, u salamun tad-Danubju “hucho hucho”

    Fletti tas-salamun tal-Paċifiku “Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus”, friski jew imkessħin

    Fletti tas-salamun tal-Paċifiku “Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus”, iffriżati

    2 500 tunnellata

    (1)    Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f’konformità mal-Artikolu 2, il-paragrafu 3 ta’ dan il-Protokoll.
    (2)    Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja ma għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perjodu bejn il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Ġunju.
    Top

    Brussell, 4.3.2024

    COM(2024) 97 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu bejn Mejju 2021 u April 2028, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda


    DOKUMENT MEHMUŻ IV

    PROTOKOLL ADDIZZJONALI TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U R-RENJU TAN-NORVEĠJA



    L-UNJONI EWROPEA

    u

    R-RENJU TAN-NORVEĠJA

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta’ Mejju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-‘‘Ftehim’’, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu 2014-2021 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:



    ARTIKOLU 1

    1.Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw min-Norveġja huma stabbiliti f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

    2.Il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028. Il-livelli tal-kwoti għandhom jiġu riveduti sa tmiem il-perjodu filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

    ARTIKOLU 2

    1.Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu mill-jum li fih issir effettiva l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5.

    2.L-ewwel kwota tariffarja għandha tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll sat-30 ta’ April 2024. Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ April sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

    3.Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonali u jkunu disponibbli għall-bqija tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll.

    4.F’każ li l-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ma jiġux eżawriti matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, u f’każ li protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti ma jiġix applikat b’mod proviżorju, l-importazzjonijiet min-Norveġja jistgħu jsiru għall-bqija tal-volum akkumulat tal-kwota ta’ dawk il-kwoti tariffarji sa sentejn wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, iżda għal mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti.

    Artikolu 3

    1. In-Norveġja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-arranġamenti li jippermettu t-tranżitu liberu tal-ħut u l-prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fin-Norveġja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

    2.L-arranġament għandu japplika sa sentejn wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, iżda għal mhux aktar mill-applikazzjoni proviżorja ta’ protokoll sussegwenti.


    Artikolu 4

    Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta’ dan il-protokoll għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta’ Mejju 1973.

    ARTIKOLU 5

    1.Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet f’konformitá mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    2.Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun ġie ddepożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

    3.Sakemm jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

    ARTIKOLU 6

    Dan il-Protokoll, imħejji f’oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż, Żvediż u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

    Magħmul fi Brussell, dan il-jum....tal-2024.

    Għall-Unjoni Ewropea

    Għar-Renju tan-Norveġja



    Anness

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

    Flimkien mal-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw min-Norveġja:

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f’piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor 1

    0303 51 00

    Aringi “clupea harengus, clupea pallasii”, iffriżati 2

    25 000 tunnellata

    0303 55 90

    Sawrell “trachurus spp.”, iffriżat (minbarra sawrell komuni u sawrell taċ-Ċilì)

    5 000 tunnellata

    0303 59 90

    Kavalli tal-Indo-Paċifiku “rastrelliger spp.”, kavalli rjali “scomberomorus spp.”, karanġidi, krevalli “caranx spp.”, pompi fiddien “pampus spp.”, kastardella tal-Paċifiku “cololabis saira”, sugarotti “decapterus spp.”, kapelin “mallotus villosus”, plamti “sarda spp.”, marlini, pixxivela, pastardelli “istiophoridae”, iffriżati

    0303 69 90

    Ħut iffriżat mill-familji bregmacerotidae, euclichthyidae, gadidae, macrouridae, melanonidae, merlucciidae, moridae u muraenolepididae (minbarra bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju iswed, merluzz, merluzz tal-Alaska, stokkafixx, bakkaljaw polari, merlangu, pollakkju, grenadier ikħal u lipp)

    0303 82 00

    Raj u rebekkini “rajidae”, iffriżati

    0303 89 90

    Ħut, iffriżat, n.e.s.

    0304 86 00

    Fletti tal-aringi “clupea harengus, clupea pallasii”, iffriżati

    65 000 tunnellata

    0304 99 23

    Ġwienaħ u laħam “kemm jekk kapuljat kif ukoll jekk le” tal-aringi “clupea harengus, clupea pallasii”, iffriżati

    ex 0304 49 90

    Fletti tal-aringi, friski jew imkessħin

    0304 59 50

    Ġwienaħ tal-aringi, friski jew imkessħin

    0309 10 00

    Dqiq, frakass u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem

    1 000 tunnellata

    1604 12 91

    1604 12 99

    Aringi, imħawrin u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura

    28 000 tunellata netti mingħajr likwidi

    1605 21 10

    1605 21 90

    1605 29 00

    Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

    7 000 tunnellata

    1604 11 00

    Salamun, ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

    1 250 tunnellata

    0305 41 00

    Salamun, affumikat, inkluż fletti tal-ħut, għajr ġewwieni tal-laħam li jittiekel

    2 500 tunnellata

    0306 16 99

    0306 17 93

    Gambli tal-familja Pandalidae, iffriżati

    1 000 tunnellata

    0302 19 00

    0302 22 00

    0302 43 90

    0302 59 20

    0302 59 30

    0302 81 15

    0302 89 31

    0302 91 00

    0302 99 00

    Ħut, frisk jew imkessaħ

    5 100 tunnellata

    0303 19 00

    0303 53 90

    0303 89 31

    0303 89 39

    0303 91 90

    0303 99 00

    Ħut, iffriżat

    6 850 tunnellata

    0304 52 00

    0304 73 00

    0304 99 21

    0304 99 99

    Fletti tal-ħut friski, imkessħin jew iffriżati

    3 600 tunnellata

    (1)    Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f’konformità mal-Artikolu 2, il-paragrafu 3 ta’ dan il-Protokoll.
    (2)    Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja ma għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-perjodu bejn il-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Ġunju.
    Top