Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024PC0042

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq b’mod limitat u inkrementali, u li tneħħi l-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji

    COM/2024/42 final

    Brussell, 22.1.2024

    COM(2024) 42 final

    2024/0019(COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq b’mod limitat u inkrementali, u li tneħħi l-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) twaqqaf fl-1991 biex jappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomiji orjentati lejn is-suq fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant wara l-kollass tar-reġimi komunisti. L-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u 40 pajjiż (inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni f’dak iż-żmien), kienu membri fundaturi. Bħalissa 1 l-BERŻ huwa proprjetà ta’ 72 pajjiż, l-Unjoni, u l-BEI. Wara żewġ estensjonijiet tal-ambitu ġeografiku oriġinali tiegħu, il-BERŻ illum jappoġġa investimenti fi 38 pajjiż tal-operazzjoni 2 li huma impenjati favur il-prinċipji tad-demokrazija multipartitika, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq, u li japplikawhom, bl-għan li jiżviluppa inizjattiva privata u intraprenditorjali. 3

    Id-Deċiżjoni proposta hija maħsuba biex tippermetti lill-Unjoni tissottoskrivi għal ishma mħallsa addizzjonali fil-BERŻ fiż-żieda fil-kapital deċiża mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu fil-15 ta’ Diċembru 2023 biex jiġi żgurat l-appoġġ tal-Bank għar-reżiljenza u r-rikostruzzjoni fl-Ukrajna lil hinn mill-2023, u t-tkomplija tal-appoġġ fil-pajjiżi kollha tal-operazzjonijiet tiegħu fl-indirizzar tal-isfidi ta’ tranżizzjoni l-aktar urġenti, allinjati mal-mandat u d-direzzjoni strateġika tal-BERŻ.

    Id-Deċiżjoni proposta hija maħsuba wkoll biex tapprova emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ, li (i) jippermettu l-espansjoni limitata u inkrementali tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq u (ii) ineħħu l-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji u jinkarigaw lill-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ biex jistabbilixxi u jżomm kwalunkwe limitu xieraq fir-rigward tal-metriċi tal-adegwatezza kapitali.

    Id-Deċiżjoni proposta tawtorizza lill-Gvernatur li jirrappreżenta lill-Unjoni fil-BERŻ biex jiddepożita l-istrument meħtieġ ta’ sottoskrizzjoni ta’ ishma ġodda kif ukoll jikkomunika lill-BERŻ id-dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-emendi deskritti hawn fuq għall-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ. 

    L-Unjoni saret membru tal-BERŻ wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/674/KEE 4 tad-19 ta’ Novembru 1990 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ 5 . Il-kapital inizjali tal-BERŻ ġie stabbilit għal ECU 10 biljun, li minnhom l-Unjoni ssottoskriviet 3 %.

    Fl-1996, il-Gvernaturi tal-BERŻ iddeċidew li jirduppjaw il-kapital awtorizzat tal-BERŻ li għalih l-Unjoni ssottoskriviet 30 000 sehem addizzjonali ta’ EUR 10 000 kull wieħed, biex b’hekk il-kapital sottoskritt mill-Unjoni kien ta’ EUR 600 miljun 6 . Is-sehem tal-Unjoni fil-kapital awtorizzat totali tal-BERŻ inżamm. Is-sottoskrizzjoni ta’ ishma addizzjonali segwiet id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/135/KE 7 adottata fis-17 ta’ Frar 1997 li tipprevedi li “l-Komunità Ewropea għandha tissottoskrivi għal ishma addizzjonali bħala riżultat tad-Deċiżjoni li jiġi rduppjat il-kapital tal-BERŻ”. Fl-2010, il-BERŻ iddeċieda li jżid l-istokk kapitali awtorizzat tiegħu b’EUR 10 biljun, li jikkonsisti f’100 000 sehem imħallas u 900 000 sehem eżerċitabbli sabiex iżomm biżżejjed kapital biex isostni fuq perjodu medju ta’ żmien livell raġonevoli ta’ attività fil-pajjiżi tal-operazzjonijiet. L-Unjoni għaldaqstant issottoskriviet għal ishma addizzjonali wara d-Deċiżjoni 1219/2011/UE adottata fis-16 ta’ Novembru 2011 8 .

    Matul il-Laqgħa Annwali tal-Gvernaturi tiegħu f’Samarkand fit-18 ta’ Mejju 2023, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ ħa tliet deċiżjonijiet strateġiċi, li se jsawru l-futur tal-BERŻ:

    L-ewwel nett, il-Bord tal-Gvernaturi adotta r-Riżoluzzjoni Nru 258, li tistipula li se jkun meħtieġ aktar appoġġ tal-azzjonisti biex il-BERŻ ikun jista’ jwettaq il-missjoni tiegħu fl-Ukrajna billi jiżgura appoġġ kontinwu lil hinn mill-2023. Ir-riżoluzzjoni ġiet fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ta’ Frar 2022, appoġġata mill-gvern tal-Belarussja. Il-BERŻ kien l-akbar investitur istituzzjonali u sieħeb impenjat għall-Ukrajna mill-indipendenza tal-Ukrajna f’Awwissu 1991.

    Minħabba l-mandat uniku u l-vantaġġi komparattivi tiegħu, l-azzjonisti kienu ċari li l-BERŻ irid ikompli jaqdi rwol kritiku fl-isforz internazzjonali - billi jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) oħra - biex jappoġġa l-ekonomija reali tal-Ukrajna waqt il-gwerra u fir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, filwaqt li jżomm is-saħħa finanzjarja tiegħu. Il-Bord tal-Gvernaturi konsegwentement stabbilixxa l-appoġġ għall-Ukrajna issa u fil-futur bħala l-ogħla prijorità tal-BERŻ.

    Il-Bord tal-Gvernaturi ddikjara wkoll li l-BERŻ għandu jkompli jappoġġa l-pajjiżi kollha tal-operazzjoni tiegħu. Ħafna minn dawk għadhom affettwati b’mod negattiv mill-gwerra, inklużi dawk li jaċċettaw ir-refuġjati, u li l-ekonomiji tagħhom kienu fil-biċċa l-kbira dipendenti fuq ir-Russja.

    Il-Bord tal-Gvernaturi kkonkluda wkoll li l-kapital imħallas huwa l-aktar forma effiċjenti ta’ appoġġ tal-azzjonisti u li kellu l-għan li jieħu deċiżjoni finali dwar l-ammont u ż-żmien taż-żieda fil-kapital sa tmiem l-2023. Iż-żieda fil-kapital hija maħsuba biex tagħti lill-BERŻ il-mezzi meħtieġa biex ikompli jappoġġa lill-Ukrajna filwaqt li jipproteġi s-saħħa finanzjarja u l-klassifikazzjoni AAA tiegħu. B’mod speċifiku, dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat livell sostnut ta’ attività waqt il-gwerra u livelli għoljin ta’ investiment fil-fażi ta’ rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

    Għaldaqstant, fil-15 ta’ Diċembru 2023, il-Bord tal-Gvernaturi adotta r-Riżoluzzjoni Nru 265, 9 li tawtorizza lill-BERŻ iżid l-għadd ta’ ishma tiegħu b’400 000 sehem ġdid bi prezz ta’ EUR 10 000 kull wieħed, li jammontaw għal EUR 4 biljun, b’data effettiva tal-31 ta’ Diċembru 2024.

    Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fiż-żieda fil-kapital se tiżgura li l-Unjoni żżomm is-sehem dirett tagħha ta’ 3 % tal-kapital sottoskritt totali tal-BERŻ. Il-BEI (3 %) u l-Istati Membri individwalment (EU27, madwar 48,4 %) huma wkoll azzjonisti fil-BERŻ, li bħalissa jagħti lill-Unjoni parteċipazzjoni azzjonarja b’maġġoranza kkombinata ta’ 54,4 %.

    L-Unjoni se tkun tista’ tissottoskrivi b’mod proporzjonali għal 12 102 sehem ġdid, li kull wieħed minnhom għandu valur nominali ta’ EUR 10 000, li jżid l-għadd ta’ ishma mħallsa tal-Unjoni għal 102 146. L-ishma jitħallsu fuq perjodu ta’ ħames snin f’pagamenti ndaqs.



    Tabella 1: Parteċipazzjoni azzjonarja tal-Unjoni fil-BERŻ wara ż-żieda fil-kapital

    Nru eżistenti ta’ Ishma

    Nru ta’ ishma ġodda

    Nru ta’ ishma wara ż-żieda fil-kapital

    Ammont f’EUR ta’ kapital imħallas ġdid

    Ammont f’EUR ta’ kull pagament parzjali

    90 044

    12 102

    102 146

    121 020 000

    24 204 000

    It-tieni, f’Mejju 2023 il-Bord tal-Gvernaturi ddeċieda fir-Riżoluzzjoni Nru 259 10 li jipproċedi b’espansjoni limitata u inkrementali għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq, billi jemenda l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ, li huwa definit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ. Ir-rapport tal-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ lill-Bord tal-Gvernaturi kkonkluda li l-mandat u l-mudell tan-negozju tal-BERŻ ikunu adattati l-aktar f’sitt pajjiżi fl-Afrika sub-Saħarjana, jiġifieri l-Benin, il-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, il-Kenja, in-Niġerja, u s-Senegal, bl-ewwel investimenti previsti li jsiru mill-2025 ’il quddiem, bil-kundizzjoni li dawn il-pajjiżi japplikaw għas-sħubija u għall-istatus ta’ pajjiż tal-operazzjoni tal-BERŻ u l-approvazzjoni sussegwenti tagħhom mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ. Id-deċiżjoni tirrifletti r-rabtiet ekonomiċi li qed jikbru bejn il-pajjiżi tal-operazzjonijiet attwali tal-BERŻ u l-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq u l-potenzjal tiegħu li jiżviluppa s-settur privat f’dawk l-ekonomiji f’konformità mal-mandat ta’ tranżizzjoni tal-Bank. Dan huwa aktar u aktar importanti minħabba r-rwol destabbilizzanti li għandha r-Russja fir-reġjun.

    L-analiżi mwettqa mill-BERŻ tikkonferma li espansjoni limitata u inkrementali għas-sitt pajjiżi msemmija hawn fuq fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Iraq mhux se 1) tfixkel il-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-pajjiżi tal-operazzjonijiet eżistenti tiegħu, 2) tikkomprometti l-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA, jew 3) twassal għal talba għal kontribuzzjonijiet kapitali addizzjonali. Barra minn hekk, tali espansjoni limitata u inkrementali tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tiegħu se tkun permessa permezz ta’ emenda tal-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ. Il-Bord tal-Gvernaturi kien ċar li l-implimentazzjoni tal-espansjoni trid titwettaq b’mod li ma jdgħajjifx il-fokus tal-BERŻ fl-appoġġ tal-pajjiżi tal-operazzjoni eżistenti tiegħu, inkluż l-Ukrajna u pajjiżi oħra affettwati mill-gwerra tar-Russja.

    Skont it-termini tar-riżoluzzjoni adottata, kwalunkwe applikazzjoni għal status ta’ pajjiż riċevitur se tiġi kkunsidrata wara r-ratifika u d-dħul fis-seħħ tal-emenda rilevanti għall-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ. 11 L-applikazzjonijiet kollha li jaslu se jiġu vvalutati skont il-proċeduri ta’ governanza stabbiliti tal-BERŻ.

    Il-BERŻ ma jipprevedi li jagħmel l-ebda investiment f’dawn il-pajjiżi qabel l-2025.

    It-tielet, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rieżami tal-Qafas tal-Adegwatezza Kapitali tal-G20, il-Bord tal-Gvernaturi f’Mejju 2023 iddeċieda fir-Riżoluzzjoni Nru 260 12 li jneħħi mill-Artikolu 12.1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ il-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji u li jiddelega lill-Bord tad-Diretturi l-aspetti kollha tal-qafas tal-adegwatezza kapitali tal-BERŻ. 13 Dan iwitti t-triq għal ġestjoni tal-kapital aktar flessibbli u dinamika, filwaqt li jiżgura kontroll kontinwu tal-metriċi kapitali ewlenin mill-azzjonisti.

    L-Artikolu 12.1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ bħalissa jimponi limitazzjoni formali fuq il-valur nominali tal-obbligi kapitali ordinarji li l-BERŻ jista’ jassumi. Din id-dispożizzjoni hija simili għal dik li tinsab fid-dokumenti ta’ fondazzjoni ta’ Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (MDBs) oħrajn.

    Madankollu, matul l-aħħar għaxar snin, l-azzjonisti qisuha dejjem aktar importanti li l-MDBs ikunu innovattivi fl-użu tal-kapital tagħhom, bl-għan li jużaw il-kapaċità kapitali tagħhom bl-aħjar mod u li jkunu f’pożizzjoni li jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. L-aħħar u l-aktar sett komprensiv ta’ proposti biex jiġi appoġġat dan l-għan tressqu mir-Rieżami Indipendenti tal-G20 tal-Oqfsa tal-Adegwatezza Kapitali tal-MDB. Dan ir-Rieżami għamel rakkomandazzjonijiet wiesgħa, li l-BERŻ u l-Bord tal-Gvernaturi tiegħu qiesu bir-reqqa. B’mod partikolari, ir-Rieżami rrakkomanda li l-MDBs għandhom jirrilokaw miri numeriċi speċifiċi ta’ ingranaġġ – bħal dik stabbilita skont l-Artikolu 12.1 – mill-istatuti tal-MDB għall-oqfsa ta’ adegwatezza kapitali tagħhom. Jekk tittieħed din l-azzjoni tiżdied il-flessibbiltà billi l-BERŻ ikun jista’ jagħmel l-aġġustamenti futuri meħtieġa għall-miri mingħajr il-ħtieġa li jemenda d-dokumenti bażiċi tiegħu.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

    Is-sħubija tal-Unjoni mal-BERŻ hija aktar b’saħħitha minn qatt qabel. Il-BERŻ huwa involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni taħt ġestjoni indiretta (għotjiet, strumenti finanzjarji, u garanziji baġitarji) u b’hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE. Il-BERŻ huwa wkoll kontributur ewlieni għall-implimentazzjoni tal-Global Gateway. L-Unjoni tirrappreżenta 40 % tal-fondi totali tad-donaturi sa mill-bidu tal-BERŻ, u b’hekk hija l-akbar donatur għall-Bank. Fl-2022, l-Unjoni kkontribwiet għall-appoġġ tal-BERŻ għall-pajjiżi tal-operazzjoni tiegħu billi pprovdiet EUR 998 miljun ta’ finanzjament bħala donatur u garanziji biex tappoġġa prijoritajiet konġunti, ġewwa u barra l-Unjoni.

    Fl-2022 biss, l-Unjoni u l-BERŻ iffirmaw ftehimiet importanti li jħarsu ’l quddiem, bħall-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Finanzjarja, il-Ftehim ta’ Garanzija InvestEU u żewġ Ftehimiet ta’ Garanzija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+). Meta jimplimenta l-fondi tal-UE, il-BERŻ jenħtieġ li jkompli jaderixxi mar-regoli u l-proċeduri kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. 14

    Il-BERŻ kien l-akbar investitur istituzzjonali fl-Ukrajna u appoġġa t-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn ekonomija tas-suq sostenibbli għal dawn l-aħħar tletin sena. Wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-BERŻ ħadem mill-qrib mal-Unjoni u ma’ sħab internazzjonali oħra, bħall-FMI, biex jippromwovi objettivi komuni fl-Ukrajna. L-iskala tal-appoġġ meħtieġ fit-tul fl-Ukrajna tagħmel il-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva mal-atturi l-oħra, inklużi l-MDBs u l-IFIs, essenzjali biex jiġi massimizzat l-impatt tar-riżorsi limitati. L-għanijiet komuni huma pprovduti mill-impenn tal-Gvern tal-Ukrajna li jirrestawra u jżomm l-istabbiltà makroekonomika u li jagħmel progress lejn is-sħubija fl-Unjoni.

    F’dan il-kuntest l-objettivi tal-Unjoni rigward il-BERŻ huma: (i) li tal-anqas iżżomm is-sehem tal-vot tagħha fil-livell attwali, sabiex tkompli twettaq il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE fl-Ukrajna, kif ukoll pajjiżi oħra tal-operazzjoni tal-BERŻ; (ii) li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ biex a) jestendi l-ambitu ġeografiku tal-BERŻ, b’mod limitat u inkrimentali, għal ċerti pajjiżi fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Iraq; u b) li tneħħi l-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji u tiddelega lill-Bord tad-Diretturi l-aspetti kollha tal-qafas tal-adegwatezza kapitali tal-BERŻ, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rieżami Indipendenti tal-G20, biex tippermetti ġestjoni tal-kapital flessibbli u dinamika, filwaqt li tiżgura kontroll kontinwu tal-metriċi kapitali ewlenin mill-azzjonisti.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-BERŻ ġie stabbilit b’mandat biex “irawwem it-tranżizzjoni lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u biex jippromwovi inizjattiva privata u intraprenditorjali fil-pajjiżi impenjati li japplikaw il-prinċipji tad-demokrazija multilaterali, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq” madwar l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Asja Ċentrali, mill-2006 fil-Mongolja u, mill-2012, fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. Il-BERŻ ġeneralment japplika u jippromwovi l-istandards u l-politiki tal-Unjoni fl-operazzjonijiet tiegħu. Permezz tal-proġetti tiegħu, il-BERŻ juża djalogu ta’ politika u l-applikazzjoni ta’ kundizzjonalitajiet (pereż. impatt ta’ tranżizzjoni, standards ta’ governanza korporattiva, akkwist, standards ambjentali, eċċ.) biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Unjoni f’oqsma bħall-politiki ambjentali u soċjali.

    Ir-rispons tal-BERŻ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kien b’saħħtu u f’konformità mal-politika tal-Unjoni, peress li l-Bank malajr ħabbar pakkett komprensiv immirat lejn l-iskjerament ta’ EUR 3 biljun ta’ investiment fl-2022-23 b’appoġġ għall-Ukrajna. 15 Ir-rispons tal-BERŻ kien jinkludi wkoll appoġġ sinifikanti għall-pajjiżi l-oħra tal-operazzjoni tal-Bank affettwati mill-gwerra permezz tal-qafas ta’ reżiljenza u għajxien tiegħu. Il-BERŻ huwa parteċipant attiv fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Pjattaforma għall-Koordinazzjoni tad-Donaturi, li huwa magħmul minn uffiċjali għolja mill-Ukrajna, il-G7 u l-Unjoni. Din il-Pjattaforma tikkoordina l-finanzjament għall-ħtiġijiet immedjati tal-Ukrajna kif ukoll għall-isforzi ta’ rkupru ekonomiku u ta’ rikostruzzjoni tagħha. Il-parteċipazzjoni fiż-żieda tal-kapital imħallas tal-BERŻ hija l-aktar strument effettiv u effiċjenti biex jipprovdi l-akbar ingranaġġ u bażi stabbli għat-tkomplija tal-investiment tal-BERŻ fl-Ukrajna.

    Fil-pajjiżi kandidati, il-kisba tal-objettivi ta’ tranżizzjoni mill-BERŻ tingħaqad sew mal-għan li jsir progress lejn l-adeżjoni mal-Unjoni. L-analiżi preliminari tal-Kummissjoni tal-istatus tal-Ukrajna bħala pajjiż kandidat għas-sħubija fl-Unjoni turi li se tkun meħtieġa riforma sinifikanti fl-oqsma kollha biex l-Ukrajna ssir konformi mal-istandards tal-Unjoni. L-isforzi tal-BERŻ – u l-kundizzjonalitajiet li se jkopru dak l-isforz – se jkunu konsistenti mal-kisba b’suċċess ta’ dawn ir-riformi sabiex jiġu appoġġati l-objettivi tas-sħubija tal-Ukrajna.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-kapital tal-BERŻ żdied darbtejn qabel, fl-1996 u fl-2011. 16 L-Unjoni ssottoskriviet għal kapital addizzjonali fiż-żewġ okkażjonijiet skont is-sehem tagħha fil-kapital.

    Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-deċiżjoni tal-2011 li tipparteċipa fiż-żieda tal-kapital ittieħdet permezz ta’ kodeċiżjoni bl-Artikolu 212 tat-TFUE bħala bażi ġuridika li jipprevedi li l-Unjoni twettaq miżuri ta’ kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, b’mod partikolari assistenza ma’ pajjiżi terzi.

    Id-Deċiżjoni 602/2012/UE dwar l-emenda tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ biex jippermetti l-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-BERŻ fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran kienet ibbażata wkoll fuq l-Artikolu 212 tat-TFUE.

    Meta wieħed iqis il-preċedenti ta’ hawn fuq u li l-għan taż-żieda fil-kapital huwa li l-BERŻ ikun jista’ jappoġġa r-reżiljenza u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, jidher xieraq li d-Deċiżjoni proposta tiġi bbażata fuq l-Artikolu 212 tat-TFUE, inkluża l-emenda anċillari tal-Artikolu 12.1.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Id-Deċiżjoni proposta tappartjeni għas-sħubija diretta u l-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Unjoni fil-BERŻ.

    Proporzjonalità

    Mhux applikabbli

    Għażla tal-istrument

    L-għan jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill u l-Parlament.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Bejn l-2021 u l-2023, il-BERŻ wettaq analiżi fil-fond dwar id-direzzjoni strateġika futura tiegħu. L-azzjonisti tal-BERŻ (li jinkludu, fost l-oħrajn, l-Istati Membri kollha, il-BEI u l-Kummissjoni li jirrappreżentaw lill-Unjoni) kienu involuti b’mod attiv fil-proċess. F’dan il-qafas, il-BERŻ wettaq analiżi tal-opzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapital, abbażi tal-ħtiġijiet kapitali interni tiegħu, iż-żamma tal-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tiegħu, kif ukoll l-użu effettiv u effiċjenti tal-kapital tal-azzjonisti. Id-Deċiżjoni attwali dwar iż-żieda fil-kapital tal-BERŻ, l-espansjoni tal-operazzjonijiet għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq u t-tneħħija tal-użu tal-kapital bħala limitu statutorju, tirrifletti analiżi fil-fond, diskussjonijiet u negozjati fost l-azzjonisti tal-BERŻ.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Żieda fil-kapital!

    Il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ irrieżamina l-evoluzzjoni tal-ħidma tal-BERŻ fl-Ukrajna b’mod regolari mill-bidu tal-gwerra. Sensiela ta’ rapporti mill-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ ivvalutaw ir-rwol li l-BERŻ jista’ jkollu kemm biex isostni r-reżiljenza tal-Ukrajna waqt il-gwerra kif ukoll biex jappoġġa b’mod sinifikanti r-rikostruzzjoni fit-tul, filwaqt li jiġi żgurat l-appoġġ kontinwu tiegħu lill-pajjiżi kollha tal-operazzjoni tiegħu. Dawn ir-rapporti eżaminaw in-natura u l-iskala potenzjali tal-attività tal-BERŻ, b’kont meħud tal-punti b’saħħithom istituzzjonali u operazzjonali partikolari tiegħu, il-pożizzjoni distintiva tiegħu fl-Ukrajna u l-ħidma ta’ oħrajn b’appoġġ għall-pajjiż. Ir-rapporti qiesu wkoll b’mod sistematiku liema miżuri tal-azzjonisti jistgħu jkunu meħtieġa biex l-Ukrajna tkun appoġġata bl-aħjar mod mill-BERŻ. Din il-ħidma rriżultat fl-approvazzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi tar-Riżoluzzjoni Nru 258 dwar l-Appoġġ għar-Reżiljenza u r-Rikostruzzjoni tal-BERŻ fl-Ukrajna tat-18 ta’ Mejju 2023, li tat struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ biex jiżviluppa proposta konkreta għal żieda fil-kapital imħallas għall-approvazzjoni qabel tmiem l-2023.

    Emenda tal-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ

    F’Mejju 2022, il-Bord tal-Gvernaturi approva r-Riżoluzzjoni Nru 248 intitolata “Toward a Limited and Incremental Expansion of the Geographic Scope of the EBRD to sub-Saharan Africa and Iraq” (Espansjoni Limitata u Inkrementali tal-Ambitu Ġeografiku tal-Operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq). Ir-riżoluzzjoni, li kienet ibbażata fuq valutazzjoni fil-fond tal-valur miżjud potenzjali tal-BERŻ fir-reġjun u l-impatt kapitali u finanzjarju fuq il-BERŻ ta’ espansjoni limitata u inkrementali, approvat, fil-prinċipju, espansjoni limitata u inkrementali tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq.

    Il-Bord tad-Diretturi sussegwentement ivvaluta mill-ġdid l-implikazzjonijiet kapitali u finanzjarji ta’ espansjoni limitata u inkrementali għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq, fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-pożizzjoni finanzjarja tal-BERŻ. Il-valutazzjoni mill-ġdid uriet li fil-perjodu tal-Qafas Strateġiku u Kapitali attwali sal-2025 u minn hemm ’il quddiem sal-aħħar tal-2030, l-impatt ta’ kwalunkwe espansjoni fuq il-pożizzjoni kapitali tal-BERŻ ikun limitat u, fih innifsu, ma jfixkilx il-kapaċità tal-BERŻ li jappoġġa l-pajjiżi tal-operazzjonijiet eżistenti tiegħu, jipperikola l-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tal-BERŻ jew iwassal għal ħtieġa għal żieda oħra fil-kapital.

    Emenda tal-Artikolu 12.1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ

    Ir-raġuni ewlenija għall-emendar tal-Artikolu 12.1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ biex jitneħħa l-limitu tal-kapital statutorju hija r-rilokazzjoni tal-limiti tal-użu tal-kapital nominali għall-qafas tal-adegwatezza kapitali, ġestit fil-livell tal-Bord tad-Diretturi, sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-flessibbiltà fl-użu tal-kapital tal-BERŻ. Kif irrikonoxxa r-Rieżami Indipendenti tal-G20 tal-Oqfsa tal-Adegwatezza Kapitali tal-MDB, fuq medda twila ta’ żmien hemm ir-riskju li l-limitu statutorju nominali jsir restrizzjoni vinkolanti, li tista’ tipprevjeni lill-BERŻ milli jappoġġa lill-pajjiżi riċevituri tiegħu anke fejn tkun disponibbli kapaċità addizzjonali ta’ rfigħ tar-riskji. L-analiżi tal-BERŻ uriet li l-livell massimu teoretiku tal-assi operattivi li jista’ jintlaħaq taħt il-Qafas tal-Adegwatezza Kapitali kien ogħla minn dak taħt il-proporzjon nominali. It-tneħħija tal-limitu statutorju u li l-Bord tad-Diretturi jitħalla jikkunsidra l-livelli xierqa tal-użu tal-kapital nominali bħala parti mill-politiki tal-qafas tal-adegwatezza kapitali tiegħu jippermettu valutazzjoni olistika tal-pożizzjoni kapitali tal-BERŻ biex tiggwida l-attivitajiet ta’ self tiegħu.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Fl-isfond stabbilit fiż-żewġ taqsimiet preċedenti, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prattika tal-passat, il-Kummissjoni ma żviluppatx valutazzjoni tal-impatt formali.

    Drittijiet fundamentali

    Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Is-sehem tal-Unjoni fil-kapital sottoskritt tal-BERŻ huwa ta’ madwar 3,03 %, għalhekk l-Unjoni tkun qed iżżid il-kapital sottoskritt tagħha b’EUR 121 020 000, fil-forma ta’ ishma mħallsa bi prezz ta’ EUR 10 000 għal kull sehem. Il-membri tal-BERŻ jistgħu jissottoskrivu, fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, jew tali data sussegwenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 li l-Bord tad-Diretturi jista’ jiddetermina fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel.

    L-ewwel pagament għandu jitħallas minn kull membru tal-BERŻ sa mhux aktar tard (i) mit-30 ta’ April 2025; jew (ii) minn 60 jum wara li l-istrument ta’ sottoskrizzjoni tiegħu jkun sar effettiv. L-erba’ pagamenti li jifdal għandhom jitħallsu sat-30 ta’ April 2026; it-30 ta' April 2027; it-30 ta’ April 2028 u t-30 ta’ April 2029, rispettivament.

    Din l-inizjattiva teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-Intestatura 6, jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP. Dan se jiġi ddeterminat meta tiġi stabbilita l-proposta tal-Kummissjoni għall-Abbozz tal-Baġit 2025 u soġġett għal negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew..

    L-emendi għall-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ ma għandhom l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta lill-Unjoni jirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar:

    ·il-promozzjoni tal-objettivi tal-UE;

    ·l-użu tal-kapital tal-BERŻ;

    ·miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-BERŻ permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

    ·il-kontribuzzjonijiet tal-BERŻ għal teħid ta’ riskji u effettività fl-ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali mis-settur privat;

    ·kooperazzjoni bejn il-BEI u l-BERŻ barra mill-Unjoni.

    2024/0019 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea għal ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u li temenda l-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ fir-rigward tal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq b’mod limitat u inkrementali, u li tneħħi l-limitazzjoni tal-kapital statutorju fuq operazzjonijiet ordinarji

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Skont l-Artikolu 4(3) tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (“BERŻ”), il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ, fil-15 ta’ Diċembru 2023, iddeċieda fir-Riżoluzzjoni tiegħu Nru 265 17 li jżid b’EUR 4 000 000  000 l-istokk kapitali awtorizzat tal-BERŻ sabiex iżomm biżżejjed kapital biex isostni, fuq terminu medju, livell raġonevoli ta’ attività fil-pajjiżi tal-operazzjoni tal-BERŻ fil-limiti statutorji.

    (2)Qabel dik iż-żieda fil-kapital, l-Unjoni għandha 90 044 sehem, li kull sehem minnhom għandu valur nominali ta’ EUR 10 000.

    (3)Skont ir-Riżoluzzjoni 265, l-istokk kapitali awtorizzat tal-BERŻ jiżdied b’400 000 sehem imħallas, u l-membri tal-BERŻ jistgħu jissottoskrivu, fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, jew tali data sussegwenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 kif il-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ jista’ jiddetermina fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, għal għadd ta’ ishma sħaħ, pro rata għas-sehem eżistenti tagħhom. Iż-żieda fil-kapital għandha titħallas f’ħames pagamenti, li għandhom jitħallsu minn kull membru sa mhux aktar tard minn (i) it-30 ta’ April 2025; jew (ii) minn 60 jum wara li l-istrument ta’ sottoskrizzjoni tiegħu jkun sar effettiv. L-erba’ pagamenti li jifdal għandhom jitħallsu sat-30 ta’ April 2026, sat-30 ta’ April 2027, sat-30 ta’ April 2028 u sat-30 ta’ April 2029, rispettivament. Għaldaqstant, l-Unjoni se titħalla tissottoskrivi għal 12 102 sehem ġdid, kull wieħed b’valur pari ta’ EUR 10 000 għal total ta’ EUR 121 020 000 li jżid l-għadd ta’ ishma mħallsa tal-Unjoni għal 102 146.

    (4)Iż-żieda fil-kapital hija meħtieġa biex tkun possibbli t-tkomplija tal-attivitajiet u l-investimenti tal-BERŻ fl-Ukrajna matul il-gwerra u b’mod partikolari fil-perjodu ta’ wara l-gwerra biex tiġi appoġġata r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna. Fl-appoġġ ta’ dawk l-attivitajiet, iż-żieda fil-kapital tiżgura wkoll li dan l-isforz ma jirrestrinġix il-kapaċità tal-BERŻ li jissodisfa l-ħtiġijiet fil-pajjiżi l-oħra tal-operazzjonijiet. Huwa konsistenti mar-rekwiżit fl-Artikolu 13.v) tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ li l-Bank għandu jfittex li jżomm diversifikazzjoni raġonevoli fl-investimenti kollha tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, żieda fil-kapital imħallas issostni BERŻ finanzjarjament b’saħħtu li kapaċi jsegwi l-mandat tiegħu u jilħaq l-objettivi tal-azzjonisti fil-pajjiżi kollha tal-operazzjonijiet tiegħu.

    (5)Huwa xieraq li l-Unjoni tissottoskrivi dawn l-ishma addizzjonali sabiex tilħaq l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni u żżomm is-saħħa tal-votazzjoni relattiva tagħha fil-BERŻ.

    (6)Skont ir-Riżoluzzjoni 259 18 , adottata fit-18 ta’ Mejju 2023, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ ivvota favur l-emendi meħtieġa għall-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ, li jippermettu lill-BERŻ jespandi b’mod limitat u inkrimentali l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tiegħu għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq filwaqt li jżomm l-impenn sħiħ tiegħu lejn l-Ukrajna u l-pajjiżi tal-operazzjoni eżistenti tiegħu. Dik ir-Riżoluzzjoni kkonfermat li l-estensjoni tal-mandat tal-BERŻ jenħtieġ li tinkiseb mingħajr il-ħtieġa ta’ kontribuzzjonijiet kapitali addizzjonali mill-azzjonisti tiegħu.

    (7)L-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ jenħtieġ li jiġi estiż b’mod limitat u inkrimentali għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq u jkun kompletament konformi mal-valuri tal-BERŻ li jappoġġa lil dawk il-pajjiżi li huma impenjati favur il-prinċipji tad-demokrazija multipartitika, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-pluraliżmu, u l-ekonomija tas-suq, u japplikawhom. Il-BERŻ żviluppa approċċ gradwali biex jibda l-attivitajiet tiegħu fir-reġjuni kkonċernati, li se jqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali. L-ewwel investimenti fl-Afrika sub-Saħarjana huma previsti li jsiru f’pajjiżi magħżula mill-2025 ’il quddiem 19 . B’kont meħud tal-fokus tal-BERŻ fuq l-iżvilupp tas-settur privat u l-mandat ta’ tranżizzjoni tiegħu, il-valur li l-bank jista’ jżid fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Iraq huwa sostanzjali u ta’ importanza ġeostrateġika għall-Unjoni.

    (8)Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ jenħtieġ li jinkoraġġixxu lill-BERŻ biex ikompli l-involviment mill-qrib tiegħu mal-Unjoni u l-kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili, kif ukoll biex jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu ma’ istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħra ta’ finanzjament pubbliku, sabiex jagħmel użu sħiħ mill-vantaġġi komparattivi tagħhom, meta jestendi l-operazzjonijiet tiegħu għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq.

    (9)F’konformità mal-prattika eżistenti, qabel ma l-BERŻ japprova pajjiż ġdid tal-operazzjoni, huwa jenħtieġ li jagħmel valutazzjoni teknika dettaljata tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u politiċi eżistenti fil-pajjiż ikkonċernat, inklużi: valutazzjoni tal-impenn ta’ dak il-pajjiż favur il-prinċipji tad-demokrazija multipartitika, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ, valutazzjoni tan-nuqqasijiet fit-tranżizzjoni, u rieżami tal-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra f’dak il-pajjiż u tal-prijoritajiet li fir-rigward tagħhom il-BERŻ jista’ jagħmel l-aħjar użu mill-għarfien u l-ħiliet uniċi tiegħu. Tali valutazzjoni jenħtieġ li ssir soġġett għal kwalunkwe pajjiż ġdid li japplika għas-sħubija tal-BERŻ u l-istatus tal-pajjiż tal-operazzjoni u l-approvazzjoni sussegwenti tiegħu mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ.

    (10)Bir-Riżoluzzjoni 260 20 , il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ irrikonoxxa r-rwol essenzjali tal-BERŻ fl-indirizzar tal-isfidi globali urġenti u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rieżami Indipendenti tal-Oqfsa tal-Adegwatezza Kapitali tal-G20. Sabiex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mill-kapaċità kapitali tal-BERŻ biex jinkiseb l-impatt potenzjali massimu fil-pajjiżi riċevituri tiegħu, hija meħtieġa emenda għall-Artikolu 12.1 tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ li tneħħi l-limitazzjoni tal-kapital statutorju.

    (11)Skont l-Artikolu 56 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ staqsa lill-Membri kollha jekk jaċċettawx l-emendi proposti.

    (12)Iż-żieda fil-kapital u l-emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ jenħtieġ li għalhekk jiġu approvati f’isem l-Unjoni,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Unjoni għandha tissottoskrivi 12 102 sehem addizzjonali ta’ EUR 10 000 kull wieħed fil-BERŻ skont ir-Riżoluzzjoni 265 tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, jew tali data sussegwenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 kif il-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ jista’ jiddetermina fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel.

    Is-sottoskrizzjoni għandha titħallas f’ħames pagamenti, li l-ewwel wieħed minnhom għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn (i) it-30 ta’ April 2025; jew (ii) 60 jum wara li l-istrument ta’ sottoskrizzjoni mill-Unjoni jkun sar effettiv. L-erba’ pagamenti li jifdal għandhom jitħallsu sat-30 ta’ April 2026, sat-30 ta’ April 2027, sat-30 ta’ April 2028 u sat-30 ta’ April 2029, rispettivament. 

    Artikolu 2

    Il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta lill-Unjoni għandu jiddepożita l-istrument meħtieġ ta’ sottoskrizzjoni f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    L-emendi għall-Artikolu 1 tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ biex jippermettu l-estensjoni limitata u inkrementali tal-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tiegħu għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq u għall-Artikolu 12.1 tiegħu biex titneħħa l-limitazzjoni kapitali statutorja huma approvati f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 4

    Il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta lill-Unjoni għandu, f'isem l-Unjoni, jikkomunika lill-BERŻ l-Istqarrija ta’ Aċċettazzjoni tal-emendi.

    Artikolu 5

    Bħala parti mir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew, il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta lill-Unjoni għandu jirrapporta wkoll dwar l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-BERŻ fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Iraq.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f’ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni mill-BERŻ li jżid il-kapital tiegħu u l-emendi għall-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ li jestendu l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tiegħu għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq b’mod limitat u inkrementali u jneħħu l-limitazzjoni kapitali statutorja fuq operazzjonijiet ordinarji.

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

    Intestatura 6. Il-Viċinat u d-Dinja

    Titolu 14. Azzjoni Esterna

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 21  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    Tgħin lill-azzjoni esterna tal-UE permezz ta’ investiment fil-viċinat tagħha, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fil-bqija tad-dinja, inkluża assistenza għall-pajjiżi li qed iħejju għall-adeżjoni mal-UE.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    Tippermetti lill-BERŻ, billi tissottoskrivi għal ishma mħallsa ġodda, ikompli jwettaq rwol kritiku fl-isforz internazzjonali b’ħidma f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni u istituzzjonijiet oħra biex jappoġġa l-ekonomija reali tal-Ukrajna waqt il-gwerra u fir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, filwaqt li jżomm is-saħħa finanzjarja tiegħu.

    Tapprova li l-BERŻ jipproċedi b’espansjoni limitata u inkrementali għall-Afrika sub-Saħarjana u l-Iraq, billi temenda l-ambitu ġeografiku tal-operazzjonijiet tal-BERŻ.

    F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami tal-Qafas tal-Adegwatezza Kapitali tal-G20, twitti t-triq għal ġestjoni tal-kapital aktar flessibbli u dinamika mill-BERŻ, billi tiddelega lill-Bord tad-Diretturi l-aspetti kollha tal-qafas tal-adegwatezza kapitali tal-BERŻ, filwaqt li tiżgura kontroll kontinwu tal-metrika kapitali ewlenija mill-azzjonisti.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Iż-żieda fil-kapital issaħħaħ sostanzjalment il-BERŻ kemm permezz tal-impatt finanzjarju tanġibbli kif ukoll bħala konferma tal-fiduċja tal-azzjonisti fil-missjoni u l-attività tal-BERŻ fil-pajjiżi kollha tal-operazzjonijiet tiegħu. Il-BERŻ ikun b’saħħtu biżżejjed kemm biex iwettaq investiment addizzjonali fl-Ukrajna, kemm matul il-gwerra kif ukoll fir-rikostruzzjoni tagħha, u jkompli jappoġġa bis-sħiħ pajjiżi oħra tal-operazzjonijiet fl-indirizzar tal-isfidi ta’ tranżizzjoni tagħhom, kif ukoll l-implikazzjonijiet reġjonali u globali tal-gwerra fl-Ukrajna.

    Żieda fil-kapital se tiżgura li fil-futur il-BERŻ ikun jista’ kemm jappoġġa lill-Ukrajna fi żminijiet eċċezzjonali kif ukoll jippermetti appoġġ għoli u sostnut għall-pajjiżi kollha tal-operazzjonijiet tiegħu – inklużi pajjiżi oħra affettwati mill-gwerra tar-Russja – biex jagħlqu d-distakki tagħhom fit-tranżizzjoni.

    B’dan il-mod, il-BERŻ se jkompli jsegwi l-Qafas strateġiku u kapitali attwali tiegħu għall-2021-2025 fil-ħidma kollha tiegħu, inkluż fl-Ukrajna, f’konformità mal-mandat tiegħu li jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, inklużiva, reżiljenti, integrata, regolata tajjeb u kompetittiva orjentata lejn is-suq - b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tas-settur privat u jikkonċentra l-isforzi tiegħu fejn l-operazzjonijiet tiegħu jkunu l-aktar addizzjonali u jkollhom l-ogħla impatt ta’ tranżizzjoni.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    Il-kisba tal-objettivi se titkejjel mill-volum tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BERŻ skont ir-reġjuni, speċjalment fl-Ukrajna u pajjiżi oħra tal-operazzjonijiet affettwati mill-gwerra tar-Russja, skont is-setturi u skont il-volum tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BERŻ kofinanzjati ma’ IFIs oħra u/jew programmi tal-Kummissjoni, kif ukoll minn indikaturi oħra stabbiliti fil-qafas tal-impatt tal-BERŻ.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Fil-15 ta’ Diċembru 2023, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ adotta r-Riżoluzzjoni Nru 265 tiegħu, li tawtorizza lill-BERŻ iżid l-għadd ta’ ishma tiegħu b’400 000 sehem ġdid bi prezz ta’ EUR 10 000 kull wieħed, li jammontaw għal EUR 4 biljun, b’data effettiva tal-31 ta’ Diċembru 2024. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fiż-żieda fil-kapital se tiżgura li l-Unjoni żżomm is-sehem dirett tagħha ta’ 3 % tal-kapital sottoskritt totali tal-BERŻ. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (3 %) u l-Istati Membri individwalment (EU27, madwar 48,4 %) huma wkoll azzjonisti fil-BERŻ, li bħalissa jagħti lill-Unjoni parteċipazzjoni azzjonarja kkombinata b’maġġoranza ta’ 54,4 %.

    Skont ir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, il-membri tal-BERŻ jistgħu jissottoskrivu, fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, jew tali data sussegwenti mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 li l-Bord tad-Diretturi jista’ jiddetermina fit-30 ta’ Ġunju 2025 jew qabel, għal għadd ta’ ishma sħaħ, pro rata skont il-parteċipazzjoni azzjonarja eżistenti tagħhom. Għaldaqstant, l-Unjoni se titħalla tissottoskrivi għal 12 102 sehem ġdid, kull wieħed b’valur pari ta’ EUR 10 000 għal total ta’ EUR 121 020 000 li jżid l-għadd ta’ ishma mħallsa tal-Unjoni għal 102 146. L-ewwel pagament għandu jitħallas minn kull membru sa mhux aktar tard (i) mit-30 ta’ April 2025; jew (ii) 60 jum wara li l-istrument ta’ sottoskrizzjoni tiegħu jkun sar effettiv. L-erba’ pagamenti li jifdal għandhom jitħallsu sat-30 ta’ April 2026; it-30 ta' April 2027; it-30 ta’ April 2028 u t-30 ta’ April 2029, rispettivament.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Il-proposta tikkonċerna s-sottoskrizzjoni diretta tal-Unjoni għal ishma ġodda fil-BERŻ, peress li l-BERŻ stieden lill-azzjonisti diretti kollha tiegħu biex jissottoskrivu pro rata għall-parteċipazzjoni azzjonarja attwali tagħhom skont ir-riżoluzzjoni 265 tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ. Għalhekk, sabiex jinżamm is-sehem attwali tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Unjoni, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Fl-1996, il-Gvernaturi tal-BERŻ iddeċidew li jirduppjaw il-kapital awtorizzat tal-BERŻ li għalih l-Unjoni ssottoskriviet 30 000 sehem addizzjonali ta’ EUR 10 000 kull wieħed, biex b’hekk il-kapital sottoskritt tal-Unjoni kien ta’ EUR 600 miljun. Is-sehem tal-Unjoni fil-kapital awtorizzat totali tal-BERŻ inżamm. Is-sottoskrizzjoni ta’ ishma addizzjonali mill-Unjoni segwiet id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/135/KE.

    Fl-2010, il-Gvernaturi tal-BERŻ iddeċidew li jżidu l-istokk kapitali awtorizzat b’EUR 10 biljun, li kienu jikkonsistu f’100 000 sehem imħallas u 900 000 sehem eżerċitabbli sabiex jinżamm biżżejjed kapital biex jinżamm livell raġonevoli ta’ attività fil-pajjiżi tal-operazzjonijiet tiegħu. L-Unjoni għaldaqstant issottoskriviet għal ishma addizzjonali wara d-Deċiżjoni 1219/2011/UE.

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    Il-mandat tal-BERŻ huwa li “jrawwem tranżizzjoni lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u li jippromwovi l-inizjattiva privata u intraprenditorjali fil- [...] pajjiżi impenjati lejn il-prinċipji tad-demokrazija multilaterali, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq u li japplikawhom” madwar l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Asja Ċentrali u, mill-2012, ir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. L-Unjoni b’kollox, inkluż is-sehem dirett tal-Unjoni (3,03 %), il-BEI (3,03 %) u l-ishma individwali tal-Istati Membri (EU27, madwar 48,4 %), għandha sehem ikkombinat maġġoritarju ta’ 54,4 % tal-kapital tal-BERŻ. Kull azzjonist huwa rrappreżentat fil-Bord tad-Diretturi residenti tal-BERŻ. Il-BERŻ ġeneralment japplika u jippromwovi l-istandards u l-politiki tal-Unjoni fl-operazzjonijiet tiegħu. Permezz tal-proġetti tiegħu, il-BERŻ juża djalogu ta’ politika u l-applikazzjoni ta’ kundizzjonalitajiet (pereż. impatt ta’ tranżizzjoni, standards ta’ governanza korporattiva, akkwist, standards ambjentali, eċċ.) biex jissodisfa rekwiżiti tal-Unjoni f’oqsma bħall-politiki ambjentali u soċjali.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Is-sottoskrizzjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ 12 102 sehem addizzjonali skont ir-Riżoluzzjoni 265 tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ teħtieġ li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jiġu impenjati fl-ewwel nofs tas-sena finanzjarja 2025. Għal dan l-għan, il-linja baġitarja ddedikata taħt l-Intestatura 6 (Il-Viċinat u d-Dinja), speċifikament il-Partita 14 20 03 04 - Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp — Provvediment ta’ ishma mħallsa ta’ kapital sottoskritt, se jkollha bżonn tipprovdi għal ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn ekwivalenti għad-daqs sħiħ tal-parteċipazzjoni tal-UE fiż-żieda tal-kapital imħallas tal-BERŻ, jiġifieri EUR 121 020 000.

    Meta jitqies li l-azzjoni ma tistax tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni, din tkun teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-Intestatura 6 u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP. Dan għadu jrid jiġi ddeterminat meta tiġi stabbilita l-proposta tal-Kummissjoni għall-Abbozz tal-Baġit 2025 u soġġett għal negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

    Kwalunkwe implikazzjoni baġitarja taħt il-QFP ta’ wara l-2027 se tiddependi fuq id-disponibbiltà tal-finanzjament, mingħajr ma jiġu antiċipati l-proposta u l-ftehim tal-QFP u l-programmi.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

     durata limitata

       fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju fl-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 sal-2029 22 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 23   

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati:

    lil pajjiżi terzi jew lil korpi nnominati minnhom;

    lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lil aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lil korpi tal-liġi pubblika;

    lil korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lil korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lil korpi jew lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Kummenti

    Mhux applikabbli

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

    L-operazzjonijiet tal-BERŻ se jiġu ġestiti skont il-proċeduri ta’ monitoraġġ u rappurtar tal-BERŻ stess. Il-BERŻ jirrapporta dwar l-operazzjonijiet tiegħu, il-kisba tal-objettivi ta’ politika tiegħu kif ukoll dwar il-kontijiet awditjati tiegħu għal kull sena finanzjarja lill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu. Il-Bord tal-Gvernaturi japprova, wara li jirrevedi r-rapport tal-awditur, il-karta tal-bilanċ ġenerali u r-rapport tal-profitt u t-telf tal-BERŻ.

    Il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta lill-Unjoni jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar:

    • il-promozzjoni tal-objettivi tal-UE;

    • l-użu tal-kapital tal-BERŻ;

    • miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-BERŻ permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

    • il-kontribuzzjonijiet tal-BERŻ għal teħid ta’ riskji u effettività fl-ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali mis-settur privat;

    • kooperazzjoni bejn il-BEI u l-BERŻ barra mill-Unjoni.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    L-azzjoni se tiġi implimentata b’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, li se tissottoskrivi, f’isem l-Unjoni, għal 12 102 sehem ġdid, kull wieħed b’valur nominali ta’ EUR 10 000 għal total ta’ EUR 121 020 000. L-ewwel pagament għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn (i) it-30 ta’ April 2025; jew (ii) 60 jum wara li l-istrument ta’ sottoskrizzjoni tagħha jkun sar effettiv. L-erba’ pagamenti li jifdal għandhom jitħallsu sat-30 ta’ April 2026; it-30 ta' April 2027; it-30 ta’ April 2028 u t-30 ta’ April 2029, rispettivament.

    L-operazzjonijiet tal-BERŻ se jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BERŻ stess, inklużi miżuri xierqa ta’ awditjar, kontroll u monitoraġġ. Kif previst fil-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ, il-Kumitat tal-Verifika tal-BERŻ, li huwa appoġġat minn awdituri esterni, jassisti lill-Bord tad-Diretturi tal-BERŻ u huwa responsabbli biex jivverifika r-regolarità tal-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-BERŻ. Il-Bord tad-Diretturi, fejn l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha Direttur, jissottometti l-kontijiet awditjati għal kull sena finanzjarja għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi f’kull laqgħa annwali u japprova l-baġit tal-BERŻ. Il-Bord tal-Gvernaturi japprova, wara li jirrevedi r-rapport tal-awditur, il-karta tal-bilanċ ġenerali u dikjarazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-BERŻ.

    Dipartiment tal-Evalwazzjoni indipendenti jevalwa l-prestazzjoni tal-proġetti u l-programmi kkompletati tal-BERŻ relattivament għall-objettivi. Huwa janalizza b’mod sistematiku r-riżultati kemm ta’ proġetti individwali kif ukoll ta’ temi usa’ definiti fil-politiki tal-BERŻ. L-objettiv ewlieni tal-evalwazzjoni huwa li jikkontribwixxi għal-leġittimità, ir-rilevanza u l-prestazzjoni istituzzjonali superjuri tal-BERŻ.

    Id-dipartiment tal-Awditjar Intern tal-BERŻ, huwa stabbilit skont il-Qafas tal-Prattiki Professjonali Internazzjonali tal-Istitut tal-Awdituri Interni u huwa responsabbli biex jipprovdi assigurazzjoni indipendenti u oġġettiva lill-maniġment eżekuttiv u lill-Bord tad-Diretturi dwar l-adegwatezza u l-effettività tal-kontrolli interni, il-governanza, u l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju biex jittaffew ir-riskji ewlenin tal-Bank.

    Il-BERŻ għandu wkoll Mekkaniżmu Indipendenti ta’ Responsabbiltà tal-Proġetti, li huwa l-mekkaniżmu ta’ lmentar tal-Bank. Huwa jittratta lmenti dwar kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ divulgazzjoni relatati mal-investimenti tal-Bank. Il-mekkaniżmu huwa indipendenti mill-ġestjoni tal-BERŻ u jwettaq investigazzjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni biex jiddetermina jekk il-Bank ikkonformax mal-istandards ambjentali, soċjali u ta’ divulgazzjoni.

    Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi jistabbilixxi l-politika u jieħu deċiżjonijiet dwar self, garanziji, investiment f’kapital ta’ ekwità, self mill-BERŻ, l-għoti ta’ assistenza teknika u operazzjonijiet oħrajn tal-BERŻ b’konformità mad-direzzjonijiet ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi.

    Il-Bord tad-Diretturi stabbilixxa tliet Kumitati tal-Bord biex jgħinuh fil-ħidma tiegħu: il-Kumitat tal-Awditjar imsemmi hawn fuq, il-Kumitat għall-Affarijiet Baġitarji u Amministrattivi u l-Kumitat dwar il-Politika Finanzjarja u tal-Operazzjonijiet. Id-Direttur (jew is-sostitut tiegħu) li jirrappreżenta lill-Unjoni jattendi dawn il-Kumitati kollha tal-Bordijiet. Fl-aħħar nett, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ stabbilixxa Kumitat tal-Etika, li jinterpreta u jissalvagwardja l-kodiċijiet ta’ Kondotta applikabbli għall-persunal u l-uffiċjali tal-bord tal-BERŻ.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    L-Artikolu 5.3 tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ jistipula li l-Bord tal-Gvernaturi għandu jirrevedi l-istokk kapitali tal-BERŻ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin. Il-BERŻ huwa soġġett għas-sistemi ta’ kontroll tiegħu stess.

    Barra minn hekk, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE tal-BERŻ, is-sistemi ta’ kontroll intern tiegħu nstab li huma ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-pilastri mwettqa f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

    Ara t-tweġiba ta’ hawn fuq f’2.2.2.

    2,3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

    Il-BERŻ għandu Uffiċċju indipendenti tal-Uffiċjal Kap għall-Konformità (OCCO), li huwa mmexxi minn Uffiċjal Kap għall-Konformità li jirrapporta direttament lill-President u kull sena, jew kif meħtieġ, lill-Kumitat tal-Awditjar. Il-mandat tal-OCCO huwa li jippromwovi governanza tajba u li jiżgura li l-ogħla standards ta’ integrità jiġu applikati fl-attivitajiet kollha tal-BERŻ skont l-aħjar prattika internazzjonali. Ir-responsabbiltajiet tal-OCCO jinkludu t-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ integrità, diliġenza dovuta, kunfidenzjalità, kunflitti ta’ interess, governanza korporattiva, responsabbiltà, etika, ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, finanzjament kontra t-terroriżmu, u l-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti u korrotti. L-OCCO huwa responsabbli għall-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ frodi, korruzzjoni u mġiba ħażina. Iħarreġ u jagħti pariri wkoll, skont il-ħtieġa, lill-membri tal-persunal tal-BERŻ li jinħatru bħala diretturi ta’ bordijiet ta’ kumpaniji li fihom il-BERŻ ikollu interess fl-ekwità. Id-diliġenza dovuta finanzjarja u tal-integrità huma integrati fl-approvazzjoni normali tal-BERŻ ta’ negozju ġdid u fil-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet eżistenti tiegħu. Il-BERŻ jippubblika r-rapport tal-OCCO kontra l-korruzzjoni fis-sit elettroniku tiegħu. Barra minn hekk, l-OCCO għandu r-responsabbiltà speċifika għall-amministrazzjoni tal-mekkaniżmu indipendenti ta’ obbligu ta’ rendikont tal-proġetti tal-BERŻ, li jirrevedi kwistjonijiet ambjentali, soċjali u relatati mat-trasparenza mqajma minn persuni affettwati mill-proġetti u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Huwa joħroġ, fejn ġustifikat, determinazzjoni dwar jekk fl-approvazzjoni ta’ proġett partikolari, il-BERŻ aġixxiex f’konformità mal-politiki rilevanti tiegħu.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff. 24

    mill-pajjiżi tal-EFTA 25

    minn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali 26

    minn pajjiżi terzi oħra

    dħul assenjat ieħor

    6

    14 20 03 04

    Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp — Forniment ta’ azzjonijiet totalment imħallsa ta’ kapital sottoskritt

    Diff

    LE

    LE

    LE

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    minn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali

    minn pajjiżi terzi oħra

    dħul assenjat ieħor

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
    qafas

    Numru

    6

    DĠ: ECFIN

    Sena
    2025 27

    Sena
    2026

    Sena
    2027

    Sena
    2028

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    2025

    2026

    2027

    2028 28

    202928

    14 20 03 04 29

    Impenji

    (1a)

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    (2 a)

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1b)

    Pagamenti

    (2b)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 30  

    Linja baġitarja

    (3)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    għad-DĠ ECFIN

    Impenji

    =1a+1b +3

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020





    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

    Impenji

    (4)

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    (5)

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

    (6)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    skont l-INTESTATURA 6
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    =5+ 6

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020

    Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

    • TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

    Impenji

    (4)

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    (5)

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

    (6)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    skont l-INTESTATURI 1 sa 6
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Ammont ta’ referenza)

    Impenji

    =4+ 6

    121,020

    121,020

    Pagamenti

    =5+ 6

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    24,204

    121,020





    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
    qafas

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabelxejn trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), imtella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    2025

    Sena
    2026

    Sena
    2027

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    DĠ: <ECFIN>z

    • Riżorsi umani

    • Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL DĠ <ECFIN>

    Approprjazzjonijiet

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    skont l-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    2025 31

    Sena
    2026

    Sena
    2027

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    Pagamenti

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    2025

    2026

    2027

    2028

    2029 2030 2031

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 32

    Kost medju

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investiment annwali

    Kost

    Investimenti Totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 33

    Investiment Annwali tal-BERŻ fl-Ukrainet [f’miljuni ta’ EUR]

    t

    2,500

    121,200

    2,500

    3,000

    3,000

    3,000

    3,000

    0

    3,000

    0

    20,000

    121,020

    - Output

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

    2,500

    121,020

    2,500

    3,000

    3,000

    3,000

    3,000

    0

    3,000

    0

    TOTALI

    2,500

    121,020

    2,500

    3,000

    3,000

    3,000

    3,000

    0

    3,000

    0

    20,000

    121,020

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2025 

    2026

    2027

    2028

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 7 34
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Total parzjali
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    2025

    2026

    2027

    2028

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    • Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 35

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz   36

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    06 hu l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    .

    Persunal estern

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Għadu jrid jiġi ddeterminat meta tiġi stabbilita l-proposta tal-Kummissjoni għall-Abbozz tal-Baġit 2025 u soġġett għal negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    fuq ir-riżorsi proprji

    fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

    (1)    Sa tmiem l-2023
    (2)    L-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja (Aċċess għar-riżorsi tal-BERŻ sospiż minn Marzu 2022), il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Eġittu, l-Estonja, il-Georgia, il-Greċja, l-Ungerija, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kosovo, ir-Repubblika Kirgiża, il-Latvja, il-Libanu, il-Litwanja, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (l-ebda operazzjoni ġdida mill-2014 u l-aċċess għar-riżorsi tal-BERŻ sospiż minn Marzu 2022), is-Serbja, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, it-Taġikistan, it-Tuneżija, it-Turkmenistan, it-Turkija, l-Ukrajna, l-Użbekistan
    (3)    Skont l-Artikolu 8.3 tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-BERŻ, l-aċċess għar-riżorsi tal-BERŻ mill-Federazzjoni Russa u mill-Belarussja ġie sospiż fl-1 ta’ April 2022.
    (4)    ĠU L 372, 31.12.1990, p. 1.
    (5)    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/674/KEE tad-19 ta’ Novembru 1990, l-Unjoni hija rrappreżentata mill-Kummissjoni fil-BERŻ.
    (6)    Dan l-ammont kien magħmul minn kapital imħallas ta’ EUR 157,5 miljun u kapital eżerċitabbli ta’ EUR 442,5 miljun.
    (7)    ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4.
    (8)    ĠU L 313, 26.11.2011, p. 1.
    (9)     Riżoluzzjoni 265
    (10)     Riżoluzzjoni 259  
    (11)    Biex l-emenda tal-Artikolu 1 tidħol fis-seħħ, jeħtieġ li jappoġġawha 3/4 tal-Membri tal-BERŻ, inklużi mill-inqas żewġ pajjiżi riċevituri, li jirrappreżentaw 4/5 tas-Saħħa Totali tal-Votazzjoni fil-BERŻ.
    (12)     Riżoluzzjoni 260
    (13)    Biex l-emenda tal-Artikolu 12.1 tidħol fis-seħħ, jeħtieġ li jappoġġawha mill-inqas 3/5 tal-Membri tal-BERŻ, li jirrappreżentaw mill-inqas 85 % tas-Saħħa Totali tal-Votazzjoni fil-BERŻ.
    (14)    ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1–222
    (15)    Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-BERŻ ħabbar li l-mira li jiġu mobilizzati EUR 3 biljun ta’ finanzjament fl-ekonomija reali tal-Ukrajna kienet intlaħqet.
    (16)    Il-kapital tal-BERŻ żdied fl-1996 sabiex jippermetti ż-żieda fl-operazzjonijiet tal-Bank fir-reġjuni oriġinali tal-operazzjoni tiegħu f’konformità mal-mandat ta’ tranżizzjoni tiegħu, filwaqt li ż-żieda fil-kapital fl-2011 ġiet miftiehma b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja tal-2008 u l-ħtieġa rikonoxxuta mill-azzjonisti tal-Bank li jżidu l-attività tiegħu biex jgħin fil-promozzjoni u l-appoġġ tal-irkupru fir-reġjun tiegħu.
    (17)     Riżoluzzjoni 265
    (18)     Riżoluzzjoni 259
    (19)    Il-Benin, il-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, il-Kenja, in-Niġerja, u s-Senegal, soġġett għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni tagħhom bħala pajjiżi riċevituri tal-BERŻ.
    (20)     Riżoluzzjoni 260
    (21)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (22)    L-implikazzjonijiet finanzjarji possibbli għas-snin ta’ wara l-2027 huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2027.
    (23)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BUDGpedia.
    (24)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (25)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (26)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (27)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (28)    L-implikazzjonijiet baġitarji possibbli għas-snin ta’ wara l-2027 huma indikattivi u ppreżentati għal skopijiet ta’ informazzjoni biss mingħajr ma jiġi antiċipat il-ftehim dwar ir-Regolament Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2027.
    (29)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
    (30)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (31)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (32)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (33)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
    (34)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (35)    AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
    (36)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    Top