Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024DC0921

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAS-SENA 2024 Li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja

    COM/2024/921 final

    Brussell, 9.4.2024

    COM(2024) 921 final

    2024/0090(BUD)

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 3
    GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAS-SENA 2024

    Li jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara l-adeżjoni tal-Polonja u l-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja


    Wara li kkunsidrat:

    it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

    il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, kif adottat fit-22 ta’ Novembru 2023 3 ,

    l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2024 4 , adottat fid-29 ta’ Frar 2024,

    l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 5 , adottat fid-[9 ta’ April 2024],

    Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 3 tal-baġit tal-2024.

    BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

    Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa u għat-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.Introduzzjoni

    L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 3 għas-sena 2024 (ABE 3/2024) huwa li jintroduċi t-tisħiħ meħtieġ għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Polonja fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE li ġiet adottata fid-29 ta’ Frar 2024 6 , kif ukoll il-parteċipazzjoni mistennija tal-Iżvezja.

    B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 3/2024 fuq in-nefqa huwa żieda ta’ EUR 3,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

    2.L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

    Sa mill-istabbiliment tiegħu, 22 Stat Membru kienu qed jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa biex jistabbilixxu l-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 7 . Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni kkonfermat il-parteċipazzjoni tal-Polonja fil-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE, wara li fil-5 ta’ Jannar 2024 l-Polonja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa. L-adeżjoni futura tal-Iżvezja hija mistennija li tiġi kkonfermata fix-xhur li ġejjin.

    Il-Kummissjoni għalhekk qed tipproponi fl-ABE 3/2024 li ssaħħaħ l-UPPE billi talloka għoxrin kariga addizzjonali fil-pjan ta’ stabbiliment għar-reklutaġġ ta’ Prosekuturi Ewropej u l-funzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa, biex jitqies l-ammont ta’ xogħol addizzjonali minħabba żewġ Stati Membri parteċipanti addizzjonali. Qed jiġi propost li l-baġit tal-UPPE jiżdied b’EUR 3,6 miljun biex ikopri, għall-bqija tas-sena 2024, in-nefqa marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Polonja u tal-Iżvezja, relatata mas-salarji tal-persunal li jrid jiġi impjegat kif ukoll in-nefqa operazzjonali, inklużi s-salarji ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej addizzjonali li jridu jinħatru fil-Polonja u fl-Iżvezja.

    EUR

    Linja baġitarja

    Isem

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Approprjazzjonijiet ta’ pagament

    Taqsima III – Il-Kummissjoni

    07 10 08

    Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

    3 600 000

    3 600 000

    Total    

    3 600 000

    3 600 000

    Minħabba n-nuqqas ta’ marġni fis-subintestatura 2b (Reżiljenza u Valuri), qed jiġi propost li jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà għal dan it-tisħiħ.

    Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.

    3.Finanzjament

    B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 3/2024 fuq in-nefqa huwa żieda ta’ EUR 3,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

    Minħabba n-nuqqas ta’ marġini u spazju għar-riallokazzjoni taħt is-subintestatura 2b, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 8 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 3,6 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri biex jissaħħaħ l-UPPE.

    L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2021 sa 2024 huma stmati għal EUR 1 738,0 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija ppreżentata fit-tabella li ġejja:

    Strument ta’ Flessibbiltà — profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)

    Sena ta’ mobilizzazzjoni

    2024

    2025

    2026

    2027

    Total

    2021

    7,6

    0,0

    0,0

    0,0

    7,6

    2022

    49,8

    36,7

    0,0

    0,0

    86,5

    2023

    279,0

    120,6

    83,2

    0,0

    482,8

    2024

    1 401,6

    107,6

    83,7

    46,3

    1 639,1

    Total

    1 738,0

    265,0

    166,9

    46,3

    2 216,1



    4.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

    F’EUR

     

    Baġit 2024 (inkl. ABE 1-2/2024)

    Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2024

    Baġit 2024 (inkl. ABE 1-3/2024)

    AI

    AP

    AI

    AP

    AI

    AP

    1

    Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    21 493 372 987

    20 827 967 003

     

     

    21 493 372 987

    20 827 967 003

     

    Limitu

    21 598 000 000

     

     

     

    21 598 000 000

     

     

    Marġini

    104 627 013

     

     

     

    104 627 013

     

    2

    Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

    74 560 690 949

    33 715 996 204

    3 600 000

    3 600 000

    74 564 290 949

    33 719 596 204

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

    1 289 495 333

     

    3 600 000

     

    1 293 095 333

     

     

    Limitu

    73 289 000 000

     

     

     

    73 289 000 000

     

     

    Marġini

    17 804 384

     

     

     

    17 804 384

     

    2a.

    Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    64 665 195 616

    24 155 654 152

     

     

    64 665 195 616

    24 155 654 152

     

    Limitu

    64 683 000 000

     

     

     

    64 683 000 000

     

     

    Marġini

    17 804 384

     

     

     

    17 804 384

     

    2b.

    Reżiljenza u valuri

    9 895 495 333

    9 560 342 052

    3 600 000

    3 600 000

    9 899 095 333

    9 563 942 052

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

    1 289 495 333

     

    3 600 000

     

    1 293 095 333

     

     

    Limitu

    8 606 000 000

     

     

     

    8 606 000 000

     

     

    Marġini

     

     

     

     

     

     

    3

    Riżorsi naturali u Ambjent

    57 338 630 839

    54 151 402 941

     

     

    57 338 630 839

    54 151 402 941

     

    Limitu

    57 449 000 000

     

     

     

    57 449 000 000

     

     

    Marġini

    110 369 161

     

     

     

    110 369 161

     

     

    Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

    40 517 278 000

    40 505 482 213

     

     

    40 517 278 000

    40 505 482 213

     

    Sublimitu tal-FAEG

    41 649 000 000

     

     

     

    41 649 000 000

     

     

    Ittondjar tad-differenza eskluża għall-kalkolu tas-sottomarġni

    722 000

     

     

     

    722 000

     

     

    Trasferimenti netti bejn l-FAEG u l-FAEŻR

    -1 046 000 000

     

     

     

    -1 046 000 000

     

     

    Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)

    40 603 000 000

     

     

     

    40 603 000 000

     

     

    Submarġni tal-FAEG

    85 722 000

     

     

     

    85 722 000

     

    4

    Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

    3 892 705 671

    3 248 967 443

     

     

    3 892 705 671

    3 248 967 443

     

    Limitu

    4 020 000 000

     

     

     

    4 020 000 000

     

     

    Marġini

    127 294 329

     

     

     

    127 294 329

     

    5

    Sigurtà u Difiża

    2 697 177 926

    2 035 413 531

     

     

    2 697 177 926

    2 035 413 531

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

    317 177 926

     

     

     

    317 177 926

     

     

    Limitu

    2 380 000 000

     

     

     

    2 380 000 000

     

     

    Marġini

     

     

     

     

     

     

    6

    Viċinat u d-Dinja

    16 731 000 000

    15 315 050 313

     

     

    16 731 000 000

    15 315 050 313

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

    28 828 204

     

     

     

    28 828 204

     

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

    371 171 796

     

     

     

    371 171 796

     

     

    Limitu

    16 331 000 000

     

     

     

    16 331 000 000

     

     

    Marġini

     

     

     

     

     

     

    7

    Amministrazzjoni pubblika Ewropea

    11 988 000 603

    11 988 000 603

     

     

    11 988 000 603

    11 988 000 603

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

    215 000 603

     

     

     

    215 000 603

     

     

    Limitu

    11 773 000 000

     

     

     

    11 773 000 000

     

     

    Marġini

     

     

     

     

     

     

     

    li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

    9 175 375 841

    9 175 375 841

     

     

    9 175 375 841

    9 175 375 841

     

    Sottolimitu

    9 006 000 000

     

     

     

    9 006 000 000

     

     

    Sottomarġni

     

     

     

     

     

     

    Approprjazzjonijiet għal intestaturi

    188 701 578 975

    141 282 798 038

    3 600 000

    3 600 000

    188 705 178 975

    141 286 398 038

     

    Limitu

    186 840 000 000

    170 543 000 000

     

     

    186 840 000 000

    170 543 000 000

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

    1 635 501 463

    1 734 392 297

    3 600 000

    3 600 000

    1 639 101 463

    1 737 992 297

     

    Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

    586 172 399

     

     

     

    586 172 399

     

     

    Marġini

    360 094 887

    30 994 594 259

     

     

    360 094 887

    30 994 594 259

     

    Strumenti speċjali tematiċi

    6 517 600 432

    5 491 076 559

     

     

    6 517 600 432

    5 491 076 559

    Total tal-approprjazzjonijiet

    195 219 179 407

    146 773 874 597

    3 600 000

    3 600 000

    195 222 779 407

    146 777 474 597

    (1)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
    (2)      Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.
    (3)      ĠU L, 2024/207, 22.2.2024.
    (4)      COM(2024) 80 final.
    (5)      COM(2024) 920 final.
    (6)      Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/807 tad-29 ta’ Frar 2024 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Polonja fil-kooperazzjoni msaħħa għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 2024/807, 29.2.2024).
    (7)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
    (8)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027, ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11.
    Top