Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024DC0187

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2022

    COM/2024/187 final

    Brussell, 17.5.2024

    COM(2024) 187 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2022


    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2022

    Werrej

    1.    INTRODUZZJONI    

    2.    BAŻI ĠURIDIKA    

    3.    METODOLOĠIJA U INFORMAZZJONI RIĊEVUTA    

    4.    IS-SETTUR TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE TAL-UE    

    4.1 Installazzjonijiet u produzzjoni    

    4.2 Spezzjonijiet, investigazzjonijiet, azzjonijiet tal-infurzar offshore u qafas regolatorju    

    5.    INĊIDENTI U PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA    

    6.    KONKLUŻJONIJIET    

    1.    INTRODUZZJONI

    Il-Kummissjoni Ewropea ilha mill-2016 tippubblika rapport annwali dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE.

    Il-bażi ġuridika ta’ dan ir-rapport hija d-Direttiva 2013/30/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore”). Din għandha l-għan li tikseb livell għoli tas-sikurezza fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, għall-ġid ta’:

    I.il-ħaddiema;

    II.l-ambjent;

    III.il-pjattaformi u t-tagħmir offshore;

    IV.l-attivitajiet ekonomiċi, bħas-sajd u t-turiżmu.

    Id-Direttiva, kif implimentawha l-Istati Membri, tgħin biex:

    I.jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti kbar;

    II.jonqos l-għadd ta’ inċidenti;

    III.ikun żgurat segwitu effettiv tal-aċċidenti u tal-inċidenti ħalli tonqos is-severità tal-konsegwenzi tagħhom.

    Bħalma sar fir-rapporti tal-passat, dan ir-rapport annwali:

    I.jagħti l-għadd u t-tip ta’ installazzjonijiet fl-UE;

    II.jipprovdi informazzjoni dwar l-inċidenti tas-sikurezza f’dawn l-installazzjonijiet;

    III.jivvaluta l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

    Ir-rapport issa jkopri perjodu ta’ sitt snin, u jservi bħala rekord tal-prestazzjoni tas-sikurezza fl-attivitajiet taż-żejt u tal-gass offshore tal-Istati Membri.

    Dan ir-rapport hu bbażat fuq rapporti annwali u data li ppreżentaw l-Istati Membri kif teżiġi d-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore.

    Fil-Baħar Mediterran hemm 164 installazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Oċean Atlantiku hemm 135, hemm 8 fil-Baħar l-Iswed u 4 fil-Baħar Baltiku. Fl-2022, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri spezzjonaw is-sikurezza ta’ 485 installazzjoni offshore fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-pajjiżi ma rrappurtaw l-ebda aċċident kbir.

    L-għadd ta’ inċidenti żdied minn 26 fl-2021 għal 37 fl-2022.

    2.    BAŻI ĠURIDIKA

    F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore, il-Kummissjoni trid tippubblika rapport annwali dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Dan ir-rapport hu bbażat fuq rapporti annwali individwali li l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni. L-Anness IX(3) tad-Direttiva jistabbilixxi l-informazzjoni minima li jrid ikun fihom ir-rapporti annwali:

    I.l-għadd, l-età u l-post tal-installazzjonijiet,

    II.l-għadd u t-tip tal-ispezzjonijiet u tal-investigazzjonijiet imwettqa, u l-azzjonijiet tal-infurzar jew il-kundanni,

    III.l-inċidenti li ġraw,

    IV.kull bidla kbira fil-qafas regolatorju offshore, u

    V.il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

    L-Istati Membri jridu jippubblikaw u jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-perjodu tar-rappurtar (eż. l-1 ta’ Ġunju 2023 għall-2022).

    L-Istati Membri jridu jippreżentaw l-informazzjoni bil-mudelli pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2014 tat-13 ta’ Ottubru 2014 2 . Il-mudelli jippermettu li:

    I.l-operaturi u s-sidien tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jaqsmu informazzjoni bejniethom dwar l-indikaturi ta’ perikli kbar,

    II.l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar l-indikaturi ta’ perikli kbar.

    Dokument gwida 3 jipprovdi informazzjoni speċifika dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u jispjega kif iridu jintużaw il-mudelli tar-rappurtar.

    3.    METODOLOĠIJA U INFORMAZZJONI RIĊEVUTA 

    L-Istati Membri jridu jippreżentaw informazzjoni definita b’mod ċar dwar l-inċidenti tas-sikurezza fis-settur taż-żejt u tal-gass offshore billi jużaw il-mudelli. Id-data jrid ikun fiha informazzjoni dwar l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE, bħal pereżempju l-għadd, it-tip, il-post u l-età. Ir-rapporti tal-Istati Membri jrid ikun fihom ukoll informazzjoni dwar l-għadd ta’ (i) spezzjonijiet , investigazzjonijiet u azzjonijiet tal-infurzar offshore li saru; (ii) l-inċidenti skont il-kategorija, u (iii) il-korrimenti.

    Għal dan ir-rapport annwali, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li taw il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija u Spanja. L-Istati Membri l-oħra ma kinux attivi fis-settur taż-żejt u tal-gass offshore jew ma ppreżentawx informazzjoni rilevanti. L-Istati Membri kollha b’operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore iddikjaraw li kienu ppreżentaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-installazzjonijiet kollha.

    4.    IS-SETTUR TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE TAL-UE

    4.1 Installazzjonijiet u produzzjoni

    Fl-2022, l-Istati Membri rrappurtaw 311-il installazzjoni fl-ilmijiet tal-UE (ara t-Tabella 1):

    ·Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet offshore 4 kienu fil-Baħar Mediterran. L-Italja hija l-aktar pajjiż attiv (b’45% tal-installazzjonijiet kollha fl-ilmijiet tal-UE) u warajha l-Kroazja.

    ·Fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku, ħafna mill-installazzjonijiet (madwar 36% tal-installazzjonijiet kollha fl-ilmijiet tal-UE) kienu fil-parti Olandiża tal-Baħar tat-Tramuntana (magħrufa bħala ż-żona ekonomika esklużiva tan-Netherlands).

    ·Fil-Baħar l-Iswed, ir-Rumanija għandha industrija taż-żejt u tal-gass offshore stabbilita sew. Il-Bulgarija kompliet l-esplorazzjoni tal-idrokarburi offshore, iżda kellha biss installazzjoni waħda u għalhekk ftit li xejn tipproduċi żejt u gass.

    ·Fil-Baħar Baltiku, il-Polonja biss għandha installazzjonijiet offshore.

    Tabella 1: Installazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar 2022: tip ta’ installazzjoni skont ir-reġjun u l-Istat Membru

    Reġjun

    Pajjiż

    Tip ta’ impjant*

    FMI

    NUI

    FNP

    FPI

    Total (reġjun/pajjiż)

    Bidla mqabbla mal-2021

    Il-Baħar Baltiku

    3

    1

    0

    0

    4

    --

    Il-Polonja

    3

    1

    0

    0

    4

    --

    Il-Baħar l-Iswed

    5

    3

    0

    0

    8

    --

    Il-Bulgarija

    0

    1

    0

    0

    1

    --

    Ir-Rumanija

    5

    2

    0

    0

    7

    --

    Il-Baħar Mediterran

    13

    149

    0

    2

    164

    --

    Il-Kroazja

    2

    17

    0

    0

    19

    --

    Il-Greċja

    1

    1

    0

    0

    2

    --

    L-Italja

    9

    129

    0

    2

    140

    --

    Spanja

    1

    2

    0

    0

    3

    --

    Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku

    36

    96

    3

    0

    135

    -36

    Id-Danimarka

    7

    11

    1

    0

    19

    --

    Il-Ġermanja

    1

    1

    0

    0

    2

    --

    L-Irlanda

    2

    0

    0

    0

    2

    --

    In-Netherlands

    26

    84

    2

    0

    112

    -36

    Total (tip ta’ installazzjoni)

    57

    249

    3

    2

    311

    -36

    * FMI: Installazzjoni fissa, bl-ekwipaġġ; FNP: Installazzjoni fissa, mhux tal-produzzjoni; FPI: Installazzjoni tal-produzzjoni f’wiċċ l-ilma; NUI: Installazzjoni normalment mingħajr ekwipaġġ.

    Aktar minn nofs l-installazzjonijiet offshore bdew joperaw bejn l-1980 u l-2000. Fl-2022 bdiet topera installazzjoni fissa ġdida. Mill-2010 sal-lum, l-iżvilupp tal-installazzjonijiet ġodda tal-produzzjoni naqas notevolment fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku.

    Madwar 80% taż-żejt u l-gass domestiku tal-UE (16 264 ekwivalenti ta’ kilotunnellati ta’ żejt (minn hawn ’il quddiem: “ktoe”)) hu prodott fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku (ara t-Tabella 2). L-akbar kontributuri fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku huma n-Netherlands u d-Danimarka. L-Italja u l-Kroazja huma l-akbar produtturi fil-Baħar Mediterran. Spanja u l-Greċja ma kellhom l-ebda produzzjoni. Fil-Baħar l-Iswed, il-produzzjoni tar-Rumanija biss hi sinifikanti.

    Tabella 2: Il-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE f’ktoe fl-2022

    Reġjun

    Pajjiż

    ktoe

    % tat-total tal-UE

    % tal-bidla mqabbla mal-2021

    Il-Baħar Baltiku

    271

    1,6%

    +1%

    Il-Polonja

    271

    1,6%

    +1%

    Il-Baħar l-Iswed

    922

    5,7%

    -12%

    Il-Bulgarija

    15

    0,1%

    +1%

    Ir-Rumanija

    907

    5,6%

    -13%

    Il-Baħar Mediterran

    2069

    12,1%

    -4,2%

    Il-Kroazja

    197

    1,2%

    +6%

    Il-Greċja

    0

    0%

    -100%

    L-Italja

    1872

    11,5%

    -1%

    Spanja

    0

    0%

    -100%

    Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku

    13002

    80%

    -12%

    Id-Danimarka

    4435

    27,2%

    -3%

    Il-Ġermanja

    755

    4,6%

    -12%

    In-Netherlands

    7812

    48%

    -16%

    Total

    16 264

    100%

    -11%

    Il-produzzjoni żdiedet daqsxejn fil-Kroazja; il-Polonja u l-Bulgarija baqgħu kostanti, u naqset fl-Istati Membri l-oħra kollha, b’mod partikolari fin-Netherlands, fil-Ġermanja u fir-Rumanija. Spanja u l-Greċja ma kellhom l-ebda produzzjoni. Meta mqabbla mal-produzzjoni fl-Istati Membri fl-2021, fl-2022 kien hemm telf ta’ 11% fil-produzzjoni (madwar 1 923 tkoe).

    Mill-produzzjoni ġenerali fl-UE mkejla bil-ktoe, 69% kienet tal-gass u 31% taż-żejt. Bi 3 230 ktoe, id-Danimarka kienet l-aktar produttur importanti taż-żejt, u warajha l-Ġermanja (745 ktoe), l-Italja (390 ktoe) u n-Netherlands (308 ktoe).

    4.2 Spezzjonijiet, investigazzjonijiet, azzjonijiet tal-infurzar offshore u qafas regolatorju

    Fl-2022, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri spezzjonaw regolarment l-installazzjonijiet offshore fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom (ara t-Tabella 3). Aktar ma pajjiż ikollu installazzjonijiet, aktar normalment ikun wettaq spezzjonijiet.

    Meta mqabbel mal-2021, l-għadd ta’ spezzjonijiet żdied, u l-għadd ta’ installazzjonijiet spezzjonati kważi rdoppja. L-Istati Membri rrappurtaw li, minħabba kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi, reġgħu bdew jitħaddmu installazzjonijiet li kienu ppjanati għad-dekummissjonar, ħalli jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fl-UE. Biex l-installazzjonijiet jerġgħu jibdew jaħdmu b’mod sikur, l-awtoritajiet ippjanaw aktar spezzjonijiet mis-sena ta’ qabel.

    Żewġ każijiet speċifiċi huma l-Greċja u n-Netherlands. Fil-Greċja, kien hemm 36 jum tax-xogħol għall-ispezzjonijiet u l-ebda installazzjoni attiva. Billi l-installazzjonijiet kien ilhom żmien twil magħluqa, l-awtoritajiet kellhom iwettqu spezzjoni fuq skala sħiħa biex jikkonfermaw li l-operazzjonijiet setgħu jerġgħu jibdew b’mod sikur (l-akbar spezzjoni li qatt saret fil-Greċja). Fin-Netherlands, l-għadd tal-ispezzjonijiet ittrippla meta mqabbel mal-2021. Fl-istess żmien, in-Netherlands iddekummissjonat tliet installazzjonijiet tul il-perjodu tar-rappurtar.

    Tabella 3: Spezzjonijiet offshore skont ir-reġjun u l-Istat Membru fl-2022

    Reġjun

    Pajjiż

    Spezzjonijiet

    Jiem tax-xogħol għal kull installazzjoni (il-ħin tal-ivvjaġġar eskluż)

    Għadd ta’ installazzjonijiet spezzjonati

    Il-Baħar Baltiku

    2

    8

    5

    Il-Polonja

    2

    8

    5

    Il-Baħar l-Iswed

    15

    31,5

    9

    Il-Bulgarija

    0

    0

    0

    Ir-Rumanija

    15

    31,5

    9

    Il-Baħar Mediterran

    333

    408

    271

    Il-Kroazja

    36

    36

    9

    Ċipru

    3

    10

    2

    Il-Greċja

    1

    36

    1

    L-Italja

    291

    325

    257

    Spanja

    2

    1

    2

    Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku

    174

    199

    200

    Id-Danimarka

    28

    136

    23

    Il-Ġermanja

    4

    9

    2

    L-Irlanda

    0

    0

    0

    In-Netherlands

    142

    54

    175

    Total

    524

    646,5

    485 5

    L-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore jagħti drittijiet u setgħat lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fuq l-operazzjonijiet u l-installazzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawn is-setgħat jinkludu d-dritt li jipprojbixxu operazzjonijiet u li jeżiġu miżuri li jiżguraw il-konformità tal-ġestjoni tar-riskju u operazzjonijiet sikuri.

    Fl-2022, ma saret l-ebda investigazzjoni dwar aċċidenti kbar. Fl-2021, kienet qed issir investigazzjoni waħda (il-Kroazja).

    Fl-2022, in-Netherlands biss ħadet azzjoni tal-infurzar.

    5.    INĊIDENTI U PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA 

    L-operaturi u s-sidien tal-installazzjonijiet u l-awtoritajiet nazzjonali jridu jirrappurtaw kull aċċident jew sitwazzjoni ta’ periklu serju (imsejħa “avveniment”). Iżda avveniment partikolari jista’ jiġi kkategorizzat bħala inċident wieħed jew aktar. Ngħidu aħna, iridu jiġu notifikati żewġ kategoriji ta’ inċidenti għall-istess avveniment meta jkun hemm (a) rilaxx mhux intenzjonat tal-gass li jeżiġi (b) l-evakwazzjoni tal-persunal.

    Fl-2022, l-Istati Membri rrappurtaw 37 avveniment 6 meta mqabbla mas-26 fl-2021:

    -Id-Danimarka u l-Kroazja – 12-il avveniment kull wieħed, l-ebda aċċident kbir (meta mqabbla mat-13 u ż-żewġ avvenimenti rispettivament fl-2021) 7 .

    -In-Netherlands – 11-il avveniment iżda l-ebda aċċident kbir 8 (11-il avveniment fl-2021 9 ).

    -Ir-Rumanija u Spanja – avveniment kull wieħed (fl-2021 ma ġie rrappurtat l-ebda avveniment) 10 .

    Mill-inċidenti li ġraw fl-2022, 75,67% kienu jappartjenu għall-kategorija tar-rilaxxi mhux intenzjonati tal-gass u/jew taż-żejt, 18,91% jappartjenu għall-fallimenti fl-elementi kritiċi ambjentali u tas-sikurezza, u 5,40% għat-telf tal-bjar. L-ebda inċident minn dawn ma wassal għal imwiet. Barra minn hekk, ma ġew irrappurtati l-ebda ħabta tal-bastimenti jew aċċident bil-ħelikopter.

    Tabella 4: Inċidenti skont il-kategorija (stabbiliti fl-Anness IX tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore) fl-2022

    Kategorija

    Total

    Sehem tat-total tal-kategorija

    Sehem tal-inċidenti totali

    (a)

    Rilaxxi mhux intenzjonati – total

    28

    100%

    75,67%

    Nirien ikkawżati minn żejt/gass imqabbad

    0

    0%

    0

    Splużjonijiet ikkawżati minn żejt/gass imqabbad

    0

    0%

    0%

    Gass mhux imqabbad

    17

    60,7%

    45,95%

    Żejt mhux imqabbad

    11

    39,2%

    29,70%

    Sustanza perikoluża

    0

    0%

    0%

    (b)

    Telf tal-bjar – total

    2

    100%

    5,40%

    Żbroffi

    0

    0%

    0%

    Attivazzjoni tat-tagħmir tal-prevenzjoni tal-iżbroffi/tat-tagħmir tad-devjazzjoni tal-flussi

    2

    100%

    5,40%

    Ħsara fl-ilqugħ tal-bjar

    0

    0%

    0%

    (c)

    Falliment tal-elementi kritiċi ambjentali u tas-sikurezza

    7

    100%

    18,91%

    (d)

    Telf ta’ integrità strutturali – total

    0

    0%

    0%

    Telf ta’ integrità strutturali

    0

    0%

    0%

    Telf ta’ stabbiltà/kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma

    0

    0%

    0%

    Telf ta’ stabbiltà fl-istess post

    0

    0%

    0%

    (e)

    Ħabtiet tal-bastimenti

    0

    (f)

    Aċċidenti tal-ħelikopters

    0

    (g)

    Aċċidenti fatali*

    0

    (h)

    Korrimenti serji ta’ ħames persuni jew aktar fl-istess aċċident

    0

    (i)

    Evakwazzjoni tal-persunal

    0

    (j)

    Aċċidenti ambjentali

    0

    Total

    37

    100%

    * Dawk biss relatati ma’ aċċident kbir.

    Fl-UE, it-total tal-inċidenti żdied minn 26 fl-2021 għal 37 fl-2022. Din iż-żieda nkisbet minħabba żieda fir-rilaxxi mhux intenzjonati taż-żejt u tal-gass minn 20 għal 28, u żieda fil-fallimenti tal-elementi kritiċi ambjentali u tas-sikurezza minn tlieta għal sebgħa. L-inċidenti li jinvolvu t-telf tal-bjar naqsu minn tlieta għal tnejn bejn l-2021 u l-2022. Fl-2022 ma ġie kklassifikat l-ebda inċident bħala aċċident kbir. L-awtoritajiet tal-Istati Membri qed jivvalutaw, flimkien mal-operaturi, il-kawżi tal-inċidenti biex jiddeterminaw jekk hemmx bżonn investigazzjonijiet jew azzjonijiet tal-infurzar.

    6.    KONKLUŻJONIJIET

    Fl-2022, kien hemm 311-il installazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE. In-Netherlands iddekummissjonat tliet installazzjonijiet tul il-perjodu tar-rappurtar.

    Il-produzzjoni ġenerali taż-żejt u tal-gass naqset minn 18 187 ktoe fl-2021 għal 16 264 ktoe fl-2022 (telf ta’ 11% fil-produzzjoni). Id-Danimarka u n-Netherlands ipproduċew 75% taż-żejt u tal-gass offshore totali fl-UE.

    Il-Kummissjoni vvalutat is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE abbażi tal-informazzjoni li taw l-Istati Membri skont ir-regoli dwar ir-rappurtar stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Għalhekk, l-eżattezza tal-analiżi tal-Kummissjoni tiddependi fuq l-eżattezza ta’ din l-informazzjoni.

    Fl-2022, l-awtoritajiet nazzjonali komplew l-isforzi tagħhom biex jiżguraw livell għoli tas-sikurezza fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore billi spezzjonaw 485 installazzjoni (meta mqabbla mal-248 fl-2021). Stat Membru wieħed (in-Netherlands) irrapporta azzjoni tal-infurzar.

    Fl-2022 ma kien hemm l-ebda aċċident kbir. It-total tal-inċidenti żdied minn 26 fl-2021 għal 37 fl-2022. Ma ġiet irrappurtata l-ebda fatalità, iżda ġraw 44 korriment u 4 korrimenti serji.

    Fl-2022, minħabba kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi, reġgħu bdew jitħaddmu installazzjonijiet li kienu ppjanati għad-dekummissjonar, ħalli tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-UE. Dan jista’ jispjega ż-żieda fl-għadd tal-inċidenti. L-awtoritajiet tal-Istati Membri ħadu miżuri biex jindirizzaw il-kawżi tal-inċidenti li ġraw u biex jissolvew. Meta meħtieġ, se jiġu stabbiliti investigazzjonijiet u azzjonijiet tal-infurzar potenzjali.

    Bħala konklużjoni, bis-saħħa tal-ispezzjonijiet obbligatorji u l-azzjonijiet korrettivi meħuda, f’konformità mad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore, ma kien hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

    Biex iżżomm dan il-livell għoli tas-sikurezza, il-Kummissjoni qed tkompli taħdem mill-qrib mal-Grupp tal-Awtoritajiet Offshore tal-Unjoni Ewropea (EUOAG). L-EUOAG jippromwovi l-aqwa prattiki għat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet kollha, u jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali rrappreżentati fil-Grupp.

    (1)

       ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66.

    (2)

       ĠU L 302, 22.10.2014, p. 1.

    (3)

       Dokument Gwida dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2014 tat-13 ta’ Ottubru 2014 https://energy.ec.europa.eu/document/download/68234e29-37c0-48ed-a48c-cb6c488415f5_en? filename= guidelines_reporting_of_accidents.pdf

    (4)

       L-unitajiet mobbli tat-tħaffir offshore mhumiex parti mid-data fit-Taqsima 4.1.

    (5)

       Installazzjoni tista’ tiġi spezzjonata aktar minn darba tul sena tar-rappurtar, u għalhekk l-“għadd ta’ installazzjonijiet spezzjonati” (485) hu differenti minn dak ta’ “installazzjonijiet totali” (311)

    (6)

       L-obbligu tar-rappurtar ma jkoprix ċerti avvenimenti (eż. dawk li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet).

    (7)

       Għad-Danimarka, kull wieħed mit-12-il inċident fih jinkludi rilaxxi mhux intenzjonati. Għall-Kroazja, mit-12-il avveniment, sebgħa kienu minħabba rilaxxi mhux intenzjonati, u ħamsa minħabba fallimenti tal-elementi kritiċi ambjentali u tas-sikurezza.

    (8)

       L-aċċidenti l-kbar jinkludu l-inċidenti li jistgħu jikkawżaw fatalitajiet jew korrimenti serji (anki jekk ma jkunux ġraw).

    (9)

       Għan-Netherlands, l-inċidenti kienu żewġ telfiet tal-bjar, u 9 rilaxxi mhux intenzjonati.

    (10)

       L-avvenimenti kienu jikkonsistu f’fallimenti tal-elementi kritiċi ambjentali u tas-sikurezza.

    Top