Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0593

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment

    COM/2023/593 final

    Brussell, 17.10.2023

    COM(2023) 593 final

    2023/0363(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Fil-Komunikazzjoni tagħha Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030 1 , il-Kummissjoni saħqet fuq l-importanza ta’ sistema regolatorja li tiżgura li l-objettivi jintlaħqu bl-inqas kost possibbli. Għalhekk qed tagħmel sforz ġdid biex tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar, bl-għan aħħari li jitnaqqsu dawn il-piżijiet mingħajr ma jiġu mminati l-objettivi ta’ politika relatati.

    Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ infurzar korrett u ta’ monitoraġġ xieraq tal-leġiżlazzjoni. B’mod ġenerali, il-kostijiet tagħhom huma fil-biċċa l-kbira kkumpensati mill-benefiċċji li jġibu magħhom, b’mod partikolari fil-monitoraġġ u fl-iżgurar tal-konformità ma’ miżuri ta’ politika ewlenin. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ rapportar jistgħu jimponu wkoll piżijiet sproporzjonati fuq il-partijiet ikkonċernati, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lill-mikrokumpaniji. Il-kumulazzjoni tagħhom maż-żmien tista’ tirriżulta f’duplikazzjoni jew f’obbligi ta’ rapportar obsoleti, frekwenza u twaqqit ineffiċjenti, jew f’metodi ta’ ġbir inadegwati.

    Għalhekk, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huma prijorità. F’dan il-kuntest, din il-proposta għandha l-għan li tgħin biex tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar fl-ambizzjoni ewlenija “Ekonomija għas-servizz tan-nies”, f’żewġ oqsma ta’ politika..

    L-ewwel nett, fil-qasam tas-suq intern u speċifikament fis-settur tas-servizzi finanzjarji, il-proposta se tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet li jissorveljaw is-settur finanzjarju u l-konsolidazzjoni tar-rapportar attwalment imwettaq skont diversi rekwiżiti. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jikkonċernaw l-istituzzjonijiet finanzjarji u parteċipanti oħra fis-suq finanzjarju. 

    It-titjib fil-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet huwa wieħed mill-objettivi tal-Istrateġija dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE 2 . Din l-istrateġija għandha l-għan li timmodernizza r-rapportar superviżorju tal-UE u li tistabbilixxi sistema li tipprovdi data akkurata, konsistenti u f’waqtha lill-awtoritajiet superviżorji fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, filwaqt timminimizza l-piż aggregat tar-rapportar għall-partijiet rilevanti kollha. Il-proposta għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet li jissorveljaw is-settur finanzjarju għandha l-għan li tevita talbiet ta’ rapportar duplikat li fihom diversi awtoritajiet ikollhom is-setgħa li jiġbru ċerta data minn istituzzjonijiet finanzjarji jew minn parteċipanti oħra fis-suq (kemm jekk l-awtoritajiet diġà jiġbruha kif ukoll jekk le) iżda ma għandhomx il-bażi ġuridika espliċita biex jikkondividha bejniethom. Il-proposta hija kkomplementata b’mandat għall-awtoritajiet biex jirrieżaminaw u jneħħu b’mod regolari r-rekwiżiti ta’ rapportar li saru żejda jew obsoleti pereżempju minħabba titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni. Dan jevita li n-negozji jkollhom jirrapportaw l-istess informazzjoni darbtejn. Din għandha wkoll l-għan li tiffaċilita l-aċċess għal verżjonijiet nodfa jew ipproċessati ta’ tali data (b’differenza minn sitwazzjoni li fiha l-awtoritajiet kollha jkollhom inaddfu u jipproċessaw id-data separatament) 3 . 

    Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li tiġi mmassimizzata l-utilità tal-informazzjoni rrapportata mill-kumpaniji, il-proposta se żżid ukoll il-kapaċità tal-Kummissjoni li tikseb data biex tħejji politiki u twettaq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet tal-impatt. Dan se jappoġġa t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza f’konformità mal-aġenda tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar, filwaqt li jevita l-kostijiet (kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-entitajiet li jipprovdu l-informazzjoni) li altrimenti jiġġarrbu fil-ġbir tal-informazzjoni permezz ta’ mezzi oħra. L-aċċess ikun limitat għal data li ma tagħmilx possibbli l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali.

    Biex l-utilità tad-data rrapportata tittejjeb ulterjorment, il-proposta għandha l-għan ukoll li tappoġġa l-użu ta’ informazzjoni għall-fini ta’ riċerka u innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji, billi tippermetti, f’kundizzjonijiet stretti, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi, u entitajiet oħra b’interess leġittimu. B’dan il-mod, din il-proposta tikkomplementa r-Regolament (UE) 2022/868 (l-Att dwar il-Governanza tad-Data) billi toħloq dispożizzjoni speċifika għas-settur fid-dritt tal-UE li tippermetti l-użu mill-ġdid tad-data miġbura mill-awtoritajiet għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Il-proposta se tippermetti lill-awtoritajiet jikkondividu l-informazzjoni rilevanti miksuba bħala parti minn dmirijiethom, soġġett għas-salvagwardji dwar id-data personali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-kunfidenzjalità tan-negozju.

    It-tieni, fl-oqsma ta’ politika tal-kompetittività, tat-tkabbir, tal-impjiegi, tal-innovazzjoni, tar-reżiljenza soċjali, tal-koeżjoni u tal-investimenti strateġiċi, il-proposta għandha l-għan li tissimplifika r-rekwiżiti għar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU, kif previst fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2021/523 (ir-Regolament InvestEU). Ir-rekwiżiti jkopru s-setturi li ġejjin: l-aċċess għall-finanzjament mill-SMEs u l-appoġġ għall-investiment lill-kumpaniji fl-infrastruttura sostenibbli, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, u l-investiment soċjali u l-ħiliet.

    Ir-rekwiżiti ta’ rapportar skont ir-Regolament InvestEU jikkonċernaw is-sħab ta’ implimentazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji, l-SMEs u kumpaniji oħra. Il-proposta tbiddel il-frekwenza tar-rapportar minn biannwali għal annwali, u dan inaqqas l-ammont ta’ xogħol u l-piż amministrattiv fit-twieqi kollha ta’ InvestEU (jiġifieri Infrastruttura sostenibbli, SMEs, Riċerka, innovazzjoni u diġitalizzazzjoni, investiment soċjali u ħiliet), b’implikazzjonijiet negliġibbli fuq l-implimentazzjoni tal-programm. 

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-proposta hija parti mill-ewwel pakkett ta’ miżuri biex jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati r-rekwiżiti ta’ rapportar. Dan huwa wieħed mill-passi fi proċess li janalizza b’mod komprensiv ir-rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti, bil-għan li tiġi vvalutata r-rilevanza kontinwa tagħhom u li jkunu magħmulin aktar effiċjenti. Din tibni fuq ir-regoli eżistenti li diġà jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet f’settur partikolari tas-servizzi finanzjarji, billi ssaħħaħ il-bażi ġuridika għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet, inkluż bejn is-setturi.

    Fir-rigward tal-miżuri proposti dwar il-kondiviżjoni tad-data fis-settur finanzjarju, dawn se jwasslu għal effiċjenzi mingħajr ma jaffettwaw l-ilħuq tal-objettivi f’dan il-qasam ta’ politika. Dan għaliex il-proposta mhux se tnaqqas id-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw is-settur finanzjarju fil-ħidma tagħhom li jżommu l-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investituri u l-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji. Minflok, il-miżuri se jippermettu ġbir u pproċessar aktar effiċjenti tal-informazzjoni. 

    Il-proposta għandha wkoll l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-istituzzjonijiet finanzjarji u għal entitajiet oħrajn b’interess leġittimu li jaċċessaw l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Dan huwa konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali għall-UE 4 biex tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali tas-settur finanzjarju. Hija konsistenti wkoll mal-Att dwar il-Governanza tad-Data, li jiffaċilita l-kondiviżjoni volontarja ta’ data protetta skont id-dritt tal-UE u dak nazzjonali u miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku fl-Istati Membri. Il-proposta tippermetti lill-awtoritajiet jikkondividu l-informazzjoni miksuba bħala parti minn dmirijiethom, soġġett għas-salvagwardji dwar id-data personali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-kunfidenzjalità tan-negozju.

    Fir-rigward tal-Programm InvestEU, il-bidla minn rapportar biannwali għal dak annwali ma għandhiex impatt fuq il-valur miżjud u l-kontenut ġenerali tar-rapportar; dan huwa pprovdut mis-sħab ta’ implimentazzjoni għall-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament u ta’ investiment ta’ InvestEU fuq bażi kumulattiva. Għalhekk, is-simplifikazzjoni proposta ma huwa se jkollha l-ebda impatt fuq l-ilħuq tal-objettivi ta’ politika tal-Programm. Il-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettivi tal-Programm fil-livell tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-monitoraġġ diġà jseħħ fuq bażi annwali. Barra minn hekk, l-istruttura kuntrattwali mas-sħab ta’ implimentazzjoni tirrikjedi djalogi ta’ politika bejn il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni għal djalogu regolari dwar l-implimentazzjoni. Matul is-sena, dan jipprevedi wkoll rapportar ħafif tal-progress dwar l-operazzjonijiet appoġġati minn InvestEU, li se jitkompla għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emenda proposta se tarmonizza r-rekwiżiti ta’ rapportar inklużi fir-Regolament InvestEU f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ir-“Regolament Finanzjarju”). Is-simplifikazzjoni tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà fil-konfront taċ-ċittadini tal-UE fis-sens li l-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament InvestEU, se tkompli tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Programm InvestEU, b’mod partikolari fil-forma tar-rapporti previsti skont l-Artikoli 41(5) u 250 tar-Regolament Finanzjarju. 

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Skont il-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), il-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni tagħha tkun adatta għall-iskop tagħha, immirata lejn il-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati u timminimizza l-piżijiet filwaqt li tilħaq l-objettivi tagħha. Għalhekk, din il-proposta hija parti mill-programm REFIT, peress li tnaqqas il-kumplessità tal-piżijiet tar-rapportar li jinħolqu mill-ambjent legali tal-UE. 

    Filwaqt li ċerti rekwiżiti ta’ rapportar huma essenzjali, jeħtieġ li jkunu effiċjenti kemm jista’ jkun, jevitaw id-duplikazzjonijiet, ineħħu piżijiet mhux meħtieġa u jużaw kemm jista’ jkun soluzzjonijiet diġitali u interoperabbli.

    Il-proposta tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar, u b’hekk tagħmel l-ilħuq tal-objettivi tal-leġiżlazzjoni aktar effiċjenti u inqas ta’ piż.

    Il-miżuri proposti li jikkonċernaw is-settur finanzjarju għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet u li jevitaw talbiet ta’ rapportar duplikati u żejda lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil entitajiet relaturi oħra, b’iffrankar tal-kostijiet relatati. Dawn għandhom ukoll l-għan li jżidu l-utilità tal-informazzjoni, filwaqt li jippermettu l-użi usa’ tagħha f’kundizzjonijiet stretti, filwaqt li jillimitaw il-kostijiet addizzjonali fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet.

    Il-proposta biex titnaqqas il-frekwenza tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU se tagħmel l-ilħuq tal-objettivi tal-leġiżlazzjoni aktar effiċjenti u inqas ta’ piż għas-sħab ta’ implimentazzjoni ta’ InvestEU u, konsegwentement, għall-mikrointrapriżi, l-SMEs u kumpaniji oħra, u l-intermedjarji finanzjarji li jridu jipprovdu data lis-sħab ta’ implimentazzjoni għal finijiet ta’ rapportar. 

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-proposta temenda regolamenti eżistenti. Għalhekk, il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-istess bħall-bażi ġuridika tar-Regolamenti emendati, jiġifieri l-Artikolu 114 tat-TFUE għall-miżuri fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-Artikoli 173 u 175(3) tat-TFUE għall-miżura InvestEU.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Ir-rekwiżiti ta’ rapportar ikkonċernati huma imposti mid-dritt tal-UE. Għalhekk, ir-razzjonalizzazzjoni tagħhom issir l-aħjar fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza tar-rapportar. Dan se jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u l-awtoritajiet madwar l-UE, li se jibbenefikaw mir-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw minn din il-proposta.

    Proporzjonalità

    Ir-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar tissimplifika l-qafas legali billi tintroduċi bidliet minimi għar-rekwiżiti eżistenti li ma jaffettwawx is-sustanza tal-objettiv ta’ politika usa’. Għalhekk, il-proposta hija limitata għal dawk il-bidliet li huma meħtieġa biex jiġi żgurat rapportar li jkun aktar effiċjenti mingħajr ma jinbidel l-ebda wieħed mill-elementi sostanzjali tal-leġiżlazzjoni kkonċernata.

    Għażla tal-istrument

    Il-proposta tkopri leġiżlazzjoni b’bażi ġuridika kompatibbli. L-emendi mmirati jikkonċernaw biss ir-rekwiżiti ta’ rapportar u għalhekk huma xierqa biex jiġu inklużi fi proposta waħda. 

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Fir-rigward tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet, fl-2019 il-Kummissjoni ppubblikat kontroll komprensiv tal-idoneità tar-rekwiżiti ta’ rapportar superviżorju tal-UE fis-settur finanzjarju 6 . Dan identifika l-kondiviżjoni tad-data bħala wieħed mill-oqsma għal titjib. B’riżultat ta’ dan, fl-istrateġija tagħha tal-2021 dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi t-tneħħija ta’ kwalunkwe ostaklu legali żejjed għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet. Dan biex jitnaqqas il-piż fuq il-kumpaniji li jirrapportaw billi jiġu evitati talbiet għal data duplikata. Dan jinkludi miżuri biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tad-data fil-leġiżlazzjoni settorjali, li huma kkomplementati mill-miżuri li jkopru s-settur finanzjarju usa’ f’din il-proposta.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Minn Ġunju sa Settembru 2022, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni mmirata tal-awtoritajiet li jissorveljaw is-sistema finanzjarja tal-UE sabiex tidentifika l-ostakli għall-kondiviżjoni tad-data bejniethom. Mit-58 rispondent, kważi 70 % irrapportaw li qed jiffaċċjaw ostakli legali għall-kondiviżjoni tad-data meta talbu data minn awtoritajiet oħra, u 40 % għamlu dan meta xtaqu jipprovdu tali data lil awtoritajiet oħra. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tad-data għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, 43 % tal-awtoritajiet wieġbu li bħalissa jikkondividu d-data għal dan il-għan, b’36 % wieġbu li esperjenzaw xi ostakli biex jagħmlu dan, inkluż in-nuqqas ta’ bażi ġuridika. 

    Ir-riżultati tal-konsultazzjoni ġew ippreżentati u analizzati ulterjorment f’sessjoni ta’ ħidma, li saret fis-16 ta’ Frar 2023, b’aktar minn 130 rappreżentant tal-awtoritajiet imsemmija 7 . Kien hemm appoġġ wiesa’ għal aktar kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet fis-settur bankarju, fis-settur tal-assigurazzjoni u fis-settur tas-swieq finanzjarji, kif ukoll fis-setturi kollha, biex jittejjeb l-użu tad-data miġbura u biex jitnaqqas ir-rapportar żejjed. Fis-sessjoni ta’ ħidma, l-awtoritajiet ġeneralment kienu tal-fehma li t-tisħiħ u l-kjarifika tal-bażi ġuridika għall-kondiviżjoni tad-data fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma importanti. Huma qiesu li jkunu meħtieġa kemm bidliet immirati fil-leġiżlazzjoni settorjali kif ukoll dispożizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali biex jinkiseb eżitu komprensiv, sistematiku u validu għall-futur.

    Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll elementi possibbli tal-proposta lill-Grupp ta’ Esperti dwar is-Settur Bankarju, il-Pagamenti u l-Assigurazzjoni (Finanzi Miftuħa). Filwaqt li d-dispożizzjonijiet dettaljati ma ġewx diskussi, l-esperti esprimew appoġġ għal kondiviżjoni mtejba tad-data fil-livell ġenerali, filwaqt li ddefinew b’mod ċar l-ambitu tal-awtoritajiet u ma ndaħħlux fil-mod kif inhuma maqsuma l-kompetenzi fil-preżent.

    Fir-rigward tal-Programm InvestEU, il-proposta biex titnaqqas il-frekwenza tar-rapportar qieset il-feedback mis-sħab ta’ implimentazzjoni u l-intermedjarji tagħhom, li jqisu li r-rekwiżiti ta’ rapportar huma kkumplikati. 

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-proposta ġiet identifikata wara proċess ta’ skrutinju intern tal-obbligi ta’ rapportar eżistenti u hija bbażata fuq l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata. Peress li dan huwa pass fil-proċess ta’ valutazzjoni kontinwa tar-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE, l-iskrutinju ta’ tali piżijiet u tal-impatt tagħhom fuq il-partijiet ikkonċernati se jibqa’ għaddej. 

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-proposta tikkonċerna bidliet limitati u mmirati tal-leġiżlazzjoni bil-għan li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-miżuri ewlenin huma bbażati fuq l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Peress li l-bidliet immirati proposti jiżguraw implimentazzjoni aktar effiċjenti u effettiva tal-miżuri politiċi eżistenti u hemm nuqqas ta’ għażliet ta’ politika rilevanti differenti, mhijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt. 

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din hija proposta REFIT, li għandha l-għan li tissimplifika l-leġiżlazzjoni u tnaqqas il-piżijiet għall-partijiet ikkonċernati.

     

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet fis-settur finanzjarju jirrappreżentaw l-ewwel pass lejn sistema fejn l-entitajiet jirrapportaw id-data darba biss, u fejn id-data tiġi kondiviża u użata mill-ġdid kif meħtieġ mid-diversi awtoritajiet li jissorveljaw is-sistema finanzjarja fl-UE. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet se jgħinu biex jiġi evitat rapportar doppju mill-entitajiet, u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet.

    Id-dispożizzjonijiet proposti ma jimponux il-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet. Il-kondiviżjoni tad-data tibqa’ soġġetta għal talba volontarja iżda ssir aktar faċli biex tiġi implimentata. Għalhekk, filwaqt li d-dispożizzjonijiet huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-entitajiet u l-awtoritajiet relaturi, l-impatt eżatt tagħhom ma jistax jiġi stmat b’mod prospettiv. Dan huwa dovut ukoll għan-natura li tibqa’ valida fil-futur ta’ din il-politika li se tippermetti lill-awtoritajiet jużaw id-dispożizzjonijiet ta’ abilitazzjoni biex jibdlu u jadattaw l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tad-data ħalli jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tagħhom li qed jevolvu b’mod kostanti. 

    L-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE, inkluża l-proposta bħala parti minnha, se tippermetti użu aktar effettiv u effiċjenti tat-teknoloġiji moderni, minħabba li se ttejjeb iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-rekwiżiti ta’ rapportar superviżorju u żżid l-istandardizzazzjoni tad-data. L-użu ta’ tali soluzzjonijiet se jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data u b’mod aktar ġenerali se jkompli jnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji. Dan se jżid ukoll l-akkuratezza u l-puntwalità tad-data riċevuta mill-awtoritajiet u jtejjeb il-kapaċità tagħhom li janalizzawha.

     

    L-aċċess għal informazzjoni aktar kompluta u akkurata se jtejjeb il-kapaċità tal-Kummissjoni li tistma l-impatti tal-proposti tagħha, u li tissorveljahom maż-żmien, li huwa prerekwiżit biex il-kostijiet jinżammu baxxi kemm jista’ jkun. 

    Il-ħolqien ta’ dispożizzjoni speċifika fil-liġi tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji li tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ data miġbura mill-awtoritajiet għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni se jtejjeb l-utilità tad-data rrapportata għall-istituzzjonijiet finanzjarji, ir-riċerkaturi, u entitajiet oħra b’interess leġittimu. Meta tagħmel dan, tista’ sempliċiment tipprovdi aċċess għal tali informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet u tippermetti aktar opportunitajiet biex jiġu ttestjati l-prodotti u l-mudelli ta’ negozju.

    It-tnaqqis tal-frekwenza tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU se jnaqqas il-piż tar-rapportar għas-sħab ta’ implimentazzjoni u l-intermedjarji finanzjarji, l-SMEs u kumpaniji oħra affettwati mir-rekwiżiti. 

    Drittijiet fundamentali

    Id-drittijiet fundamentali tal-protezzjoni tad-data, il-privatezza u l-proprjetà (dwar id-drittijiet ta’ proprjetà f’ċerta data, li hija kummerċjalment kunfidenzjali jew protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali) jiġu rispettati. Il-kondiviżjoni tad-data miksuba mill-awtoritajiet hija soġġetta għal salvagwardji dwar id-data personali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-kunfidenzjalità tan-negozju, f’konformità wkoll mal-Artikoli 7, 8, 17 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Ma hemm l-ebda implikazzjoni baġitarja. Id-dispożizzjonijiet ma jirrikjedux il-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet li jissorveljaw is-settur finanzjarju. Tali kondiviżjoni ssegwi biss it-talba volontarja minn awtorità għal oħra, u hemm il-possibbiltà li jsiru arranġamenti biex jiġu kondiviżi l-kostijiet u l-benefiċċji bejn l-awtoritajiet tal-kondiviżjoni u dawk rikjedenti. Għall-awtorità rikjedenti, hemm iffrankar fil-kostijiet mill-fatt li altrimenti jkollha tikseb l-informazzjoni permezz ta’ rotot oħra li jimponu wkoll kostijiet fuq dawk li jkollhom jipprovdu din l-informazzjoni. Id-dispożizzjoni dwar il-kondiviżjoni tad-data miżmuma minn awtorità waħda ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi, u entitajiet oħra b’interess leġittimu hija volontarja u ma timponix kostijiet ġodda jew kwalunkwe piż amministrattiv.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Mhux applikabbli. 

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-emendi proposti għar-Regolament (UE) 1092/2010, ir-Regolament (UE) 1093/2010, ir-Regolament (UE) 1094/2010 u r-Regolament (UE) 1095/2010 jistabbilixxu kif l-awtoritajiet li jissorveljaw is-settur finanzjarju tal-UE jistgħu jikkondividu ma’ xulxin informazzjoni li jkunu kisbu fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-għan huwa li jiġu evitati talbiet duplikati lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil entitajiet relaturi oħra meta żewġ awtoritajiet jew aktar ikollhom id-dritt li jiġbru l-istess informazzjoni. Tali kondiviżjoni għandha tirrispetta l-istandards applikabbli kollha tal-protezzjoni tad-data, tal-proprjetà intellettwali u tas-segretezza professjonali. Din ma għandha bl-ebda mod tirrestrinġi l-kondiviżjoni li diġà qed isseħħ bejn l-awtoritajiet iżda pjuttost għandha toffri mezz addizzjonali għall-kondiviżjoni. L-emendi proposti għandhom ukoll l-għan li jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni għat-tfassil tal-liġijiet ibbażat fuq l-evidenza; għal tali finijiet, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tkun tista’ tidentifika l-entitajiet individwali. Peress li l-istess tip ta’ informazzjoni tista’ tkun utli, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, anke b’mod aktar wiesa’ għall-awtoritajiet li jissorveljaw is-settur finanzjarju, l-emendi proposti jintroduċu l-istess possibbiltà għalihom biex jiksbuha. L-emendi proposti jippermettu wkoll l-innovazzjoni billi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq inizjattiva tagħhom stess, jikkondividu l-informazzjoni li jiksbu mill-obbligi ta’ rapportar tal-UE jew nazzjonali mal-istituzzjonijiet finanzjarji, ir-riċerkaturi, u entitajiet oħra b’interess leġittimu, dment li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi għas-salvagwardja ta’ din id-data.

    L-emendi proposti jawtorizzaw lill-awtoritajiet jiskennjaw b’mod sistematiku r-rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti u jneħħu dawk żejda u obsoleti, inaqqsu l-kostijiet tar-rapportar u jikkunsidraw l-użu mill-ġdid tar-rapportar eżistenti qabel ma jintroduċu rekwiżiti ġodda.

    L-emenda proposta għall-Artikolu 28, il-paragrafu 4, tar-Regolament (UE) 2021/523 tnaqqas minn biannwali għal annwali l-frekwenza tar-rapportar mis-sħab ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm InvestEU.

     

    2023/0363 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, l-Artikolu 173 u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ monitoraġġ xieraq u ta’ infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati, sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop maħsub tagħhom u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv. 

    (2)Għalhekk, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huma prijorità, inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar fis-settur finanzjarju u fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar relatat mal-Programm InvestEU stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

    (3)Ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010 11 , (UE) Nru 1093/2010 12 , (UE) Nru 1094/2010 13 , (UE) Nru 1095/2010 14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 2021/523 fihom għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar li jenħtieġ li jiġu ssimplifikati, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” 15 .

    (4)L-istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra attivi fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jirrapportaw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni biex l-awtoritajiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jissorveljaw is-sistema finanzjarja jkunu jistgħu jimmonitorjaw ir-riskji, jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-suq, u jipproteġu lill-investituri u lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jenħtieġ li jirrieżaminaw regolarment ir-rekwiżiti ta’ rapportar u jipproponu, meta xieraq, li jissimplifikaw u jneħħu rekwiżiti żejda jew obsoleti. Huma jenħtieġ li jikkoordinaw din il-ħidma permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-iffaċilitar tal-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-protezzjoni tad-data, is-segretezza professjonali u l-proprjetà intellettwali, jenħtieġ li jnaqqas il-piż fuq l-entitajiet ta’ rapportar u fuq l-awtoritajiet billi jiġu evitati talbiet duplikati, f’konformità mal-Istrateġija dwar id-data superviżorja fis-servizzi finanzjarji tal-UE. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għal koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet superviżorji u għal konverġenza superviżorja.

    (5)Għal dak il-għan, meta żewġ awtoritajiet ikollhom dritt jiġbru ċerta informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet relaturi oħra, jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġbruha darba biss u jaqsmuha ma’ xulxin, b’differenza minn sitwazzjoni li fiha t-tnejn li huma jiġbru l-istess informazzjoni, inkluż meta dawk l-awtoritajiet ikollhom dritt jiġbru l-informazzjoni minn entitajiet jew awtoritajiet relaturi differenti. Bl-istess objettiv li tittejjeb l-effiċjenza fil-ġbir, fl-ipproċessar u fl-użu tal-informazzjoni, l-awtoritajiet li jtejbu l-informazzjoni permezz tat-tindif jew l-arrikkiment tagħha jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jikkondividu tali informazzjoni mtejba.

    (6)Tali kondiviżjoni ta’ informazzjoni jenħtieġ li tkun komplementari għall-possibbiltajiet eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, u jenħtieġ li fl-ebda każ ma tirrestrinġi dawk il-possibbiltajiet eżistenti.

    (7)Il-Kummissjoni tirrikjedi informazzjoni akkurata u komprensiva biex tiżviluppa politiki, tevalwa l-leġiżlazzjoni eżistenti u tivvaluta l-impatt ta’ inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi potenzjali, inkluż matul in-negozjati ta’ proposti leġiżlattivi. Il-kondiviżjoni mill-awtoritajiet mal-Kummissjoni ta’ informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra jkunu rrapportaw lil dawk l-awtoritajiet skont l-obbligi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li tgħin biex tipprovdi pedament ibbażat fuq l-evidenza għall-formulazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. Għal dak il-għan, tali informazzjoni jenħtieġ li tkun f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. L-awtoritajiet jistgħu jibbenefikaw ukoll minn data anonimizzata u għalhekk jenħtieġ li jikkondividu wkoll tali informazzjoni bejniethom meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

    (8)Iċ-ċikli tal-innovazzjoni fis-settur finanzjarju qed jaċċelleraw, qed isiru aktar miftuħa u dejjem aktar kollaborattivi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkondividu informazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi, u entitajiet oħra għall-finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni lil hinn mill-iskop inizjali li għalih tkun inġabret l-informazzjoni. Il-kondiviżjoni ta’ tali informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet jenħtieġ li ttejjeb l-utilità tagħha billi tespandi l-informazzjoni disponibbli għar-riċerka fis-settur finanzjarju u tipprovdi aktar opportunitajiet biex jiġu ttestjati prodotti u mudelli ta’ negozju kif ukoll kollaborazzjoni akbar bejn diversi parteċipanti fis-swieq finanzjarji, inklużi t-teknoloġija finanzjarja, negozji ġodda u istituzzjonijiet finanzjarji eżistenti. L-użu mill-ġdid tad-data kondiviża mill-awtorità kompetenti huwa regolat mill-qafas ġenerali għall-użu mill-ġdid tad-data stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 . Madankollu, meta titqies in-natura sensittiva tad-data riċevuta għal skopijiet ta’ superviżjoni mill-awtoritajiet fis-settur finanzjarju, jenħtieġ li jiġu introdotti kundizzjonijiet obbligatorji speċifiċi għall-użu mill-ġdid ta’ din id-data, inkluża l-anonimizzazzjoni ta’ data personali u mhux personali li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali u l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

    (9)Il-bidla fil-frekwenza tar-rapportar dwar il-Programm InvestEU mis-sħab ta’ implimentazzjoni minn biannwali għal annwali jenħtieġ li tnaqqas l-ammont ta’ xogħol tas-sħab ta’ implimentazzjoni, tal-intermedjarji finanzjarji, tal-SMEs u ta’ kumpaniji oħra mingħajr ma jinbidel l-ebda wieħed mill-elementi sostantivi tar-Regolament (UE) 2021/523. 

    (10)Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010, u (UE) 2021/523 jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1092/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 huwa emendat kif ġej:

    1.fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 u l-applikazzjoni tal-liġi kriminali, l-ebda informazzjoni kunfidenzjali riċevuta mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tiġi ddivulgata lil xi persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma fil-qosor jew aggregata, b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.”;

    2.fl-Artikolu 15 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: 

    “8. Il-BERS għandu jikkondividi, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkun kiseb mingħand awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 2 jew awtorità ta’ membru ieħor tas-SESF fit-twettiq ta’ dmirijietu, meta mitlub minn awtorità oħra minn dawk l-awtoritajiet, jew awtorità kompetenti oħra kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, jew fl-Artikolu 4, il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jew l-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , dment li l-awtorità rikjedenti jkollha s-setgħa li tikseb dik l-istess informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra skont id-dritt tal-Unjoni.

    9. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 8 għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtorità oħra msemmija f’dak il-paragrafu. L-awtorità rikjedenti u l-BERS għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 8 fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 8 u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn awtorità oħra msemmija f’dak il-paragrafu u l-BERS. Il-BERS għandu jinforma lil kull awtorità rilevanti dwar tali skambju ta’ informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. 

    10. Il-paragrafi 8 u 9 għandhom japplikaw ukoll għal informazzjoni li l-BERS ikun irċieva minn awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 8 u li fuqha l-BERS ikun sussegwentement wettaq kontrolli tal-kwalità jew li l-BERS ikun altrimenti pproċessa. 

    11. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 8, 9 u 10, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 8 jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża. 

    12. Il-paragrafi 8, 9 u 10 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 8 f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta l-paragrafi 8, 9 jew 10 ikunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 8, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 

    13. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-BERS għandu, fuq talba ġġustifikata u fuq bażi ta’ każ b’każ, jikkondividi mal-Kummissjoni jew ma’ waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 8 informazzjoni li awtoritajiet oħra jkunu rrapportaw lilu skont l-obbligi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni. Il-BERS għandu jibgħat dik l-informazzjoni f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. 

    14. Il-BERS jista’ jagħti aċċess għall-informazzjoni miksuba fit-twettiq ta’ dmirijietu għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-BERS ikun żgura li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:

    (a) l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata, b’tali mod li s-suġġett tad-data jew l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx jew ma tibqax identifikabbli;

    (b) l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss bil-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni.”

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej: 

    1.fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “(d) tirrieżamina l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi meta xieraq, inkluż biex jitneħħew rekwiżiti ta’ rapportar żejda jew obsoleti u jiġu mminimizzati l-ispejjeż;”;

    2.fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej: 

    “(e) l-effettività tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ rapportar u l-grad ta’ konverġenza ta’ tali rekwiżiti ma’ dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.”;

    3.fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “4.   Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.”; 

    4.jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: 

    “Artikolu 35a

    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra

    1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu ma’ awtoritajiet oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom, meta mitluba mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, mill-BERS jew mill-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (2), ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jew fl-Artikolu 4, il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jew l-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , dment li l-awtorità li titlob dik l-informazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, ikollha d-dritt li tikseb dik l-istess informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser “istituzzjoni finanzjarja” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 

    2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti jew lil awtorità kompetenti oħra dwar tali skambju ta’ informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. 

    3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 1 u li fuqha l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 

    4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża. 

    5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 

    6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni jew ma’ waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. 

    7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:

    (a) l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata, b’tali mod li s-suġġett tad-data jew l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx jew ma tibqax identifikabbli;

    (b) l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss bil-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni.”;

    5.fl-Artikolu 54(2), jiżdied l-inċiż li ġej: 

    “ — ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-ġbir ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji.”;

    6.Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, ma’ ASE oħra, mal-BERS u mal-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) …/… 19 – f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.”.

    Artikolu 3

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1094/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 huwa emendat kif ġej: 

    1.fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “(d) tirrieżamina l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi meta xieraq, inkluż biex jitneħħew rekwiżiti ta’ rapportar żejda jew obsoleti u jiġu mminimizzati l-ispejjeż;”;

    2.fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej: 

    “(e) l-effettività tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ rapportar u l-grad ta’ konverġenza ta’ tali rekwiżiti ma’ dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.”;

    3.fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “4.   Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.”; 

    4.jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: 

    “Artikolu 35a

    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra

    1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu ma’ awtoritajiet oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom, meta mitluba mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, mill-BERS jew mill-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (2), ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew fl-Artikolu 4, il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jew l-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , dment li l-awtorità li titlob l-informazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, ikollha d-dritt li tikseb dik l-istess informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser “istituzzjoni finanzjarja” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 

    2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti jew lil awtorità kompetenti oħra dwar tali skambju ta’ informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. 

    3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 1 u li fuqha l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 

    4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża. 

    5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 

    6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni jew ma’ waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. 

    7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:

    (a) l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata, b’tali mod li s-suġġett tad-data jew l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx jew ma tibqax identifikabbli;

    (b) l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss bil-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni. ”;

    5.fl-Artikolu 54(2), jiżdied l-inċiż li ġej: 

    “ — ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-ġbir ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji.”;

    6.fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, ma’ ASE oħra, mal-BERS u mal-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) …/… 21 f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.”.

    Artikolu 4

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej: 

    1.fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “(d) tirrieżamina l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi meta xieraq, inkluż biex jitneħħew rekwiżiti ta’ rapportar żejda jew obsoleti u jiġu mminimizzati l-ispejjeż;”;

    2.fl-Artikolu 30(3), jiżdied il-punt (e) li ġej: 

    “(e) l-effettività tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ rapportar u l-grad ta’ konverġenza ta’ tali rekwiżiti ma’ dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.”;

    3.fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “4.   Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 35a(1) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.”;

    4.jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej: 

    “Artikolu 35a

    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra  

    1. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu ma’ awtoritajiet oħra, fuq bażi ta’ każ b’każ jew fuq bażi regolari, l-informazzjoni li jkunu kisbu mingħand istituzzjonijiet finanzjarji jew mingħand awtoritajiet kompetenti oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom, meta mitluba mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, mill-BERS jew mill-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (3), ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew fl-Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, jew l-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , dment li l-awtorità li titlob dik l-informazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, ikollha d-dritt li tikseb dik l-istess informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “istituzzjoni finanzjarja” tfisser “istituzzjoni finanzjarja” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. 

    2. It-talba għall-iskambju ta’ informazzjoni għandha tindika kif xieraq il-bażi ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni li tippermetti lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew minn awtoritajiet kompetenti oħra. L-awtorità rikjedenti u l-awtorità tal-kondiviżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 u fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, kif ukoll għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità tal-kondiviżjoni. L-awtorità tal-kondiviżjoni għandha tinforma lil kull istituzzjoni finanzjarja rilevanti jew lil awtorità kompetenti oħra dwar tali skambju ta’ informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. 

    3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun irċeviet minn istituzzjoni finanzjarja jew awtorità oħra msemmija fil-paragrafu 1 u li fuqha l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun sussegwentement wettqet kontrolli tal-kwalità jew li l-awtorità tal-kondiviżjoni tkun ipproċessat mod ieħor. 

    4. Għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil biex jispeċifikaw il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni. Huma jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ tali data kondiviża. 

    5. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta d-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu jkunu f’kunflitt ma’ dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet f’tali leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. 

    6. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, l-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba ġġustifikata, jikkondividu fuq bażi ta’ każ b’każ, mal-Kummissjoni jew ma’ waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, informazzjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu rrapportaw lilhom skont dmirijiethom fid-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ entitajiet individwali u li ma jkunx fiha data personali. 

    7. L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra b’interess leġittimu f’tali informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità tkun żgurat li jkun hemm konformità ma’ dan kollu li ġej:

    (a) l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata, b’tali mod li s-suġġett tad-data jew l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx jew ma tibqax identifikabbli;

    (b) l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    L-informazzjoni riċevuta minn awtorità oħra għandha tiġi kondiviża biss bil-qbil tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet l-informazzjoni.”;

    5.fl-Artikolu 54(2), jiżdied l-inċiż li ġej: 

    “ — ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-ġbir ta’ informazzjoni minn parteċipanti fis-swieq finanzjarji.”;

    6.fl-Artikolu 70, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: 

    “3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, ma’ ASE oħra, mal-BERS u mal-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) …/… 23 f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.” 

    Artikolu 5

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2021/523

    Fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 2021/523, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:  

    “4. Darba fis-sena, kull sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament, imqassam skont il-kompartiment tal-UE u l-kompartiment tal-Istati Membri, kif xieraq. Kull sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni dwar il-kompartiment tal-Istati Membri lill-Istat Membru li jkun qiegħed jimplimenta l-kompartiment tiegħu. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data operazzjonali, statistika, finanzjarja u ta’ kontabbiltà dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment u stima tal-flussi ta’ flus mistennija, fil-livell tal-kompartiment, tat-tieqa ta’ politika u tal-Fond InvestEU. Ir-rapport mill-Grupp tal-BEI u, jekk ikun xieraq, mis-sħab ta’ implimentazzjoni, għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-ostakli għall-investiment li rriżultaw fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandu jkun fihom l-informazzjoni li s-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu skont il-punt (a) tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju.” 

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1)    COM(2023) 168.
    (2)    COM(2021) 798 final.
    (3)    Ir-rapportar duplikat kien wieħed mill-punti ta’ tħassib li tqajjem mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija fil-kontroll tal-idoneità mill-Kummissjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar superviżorju tal-UE fis-settur finanzjarju (SWD (2019) 402 final).
    (4)    COM(2020) 591 final.
    (5)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
    (6)    SWD (2019) 402 final.
    (7)    https://finance.ec.europa.eu/events/data-sharing-between-authorities-eu-financial-services-2023-02-16_en
    (8)    ĠU C […], […], p. […]
    (9)    ĠU C […], […], p. […].
    (10)    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
    (11)    Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
    (12)    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
    (13)    Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
    (14)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
    (15)    COM(2023)168.
    (16)    Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1).
    (17)    OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus – COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
    (18)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
    (19)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final).
    (20)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
    (21)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final).
    (22)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
    (23)    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2021/0250(COD) (proposta għas-Sitt Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus - COM/2021/423 final).
    Top