Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0492

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra

    COM/2023/492 final

    Brussell, 28.8.2023

    COM(2023) 492 final

    2023/0301(NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ir-“Regolament Bażiku tal-PKS”), ir-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar iridu jiġu sfruttati b’mod li jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (“MSY”). Għodda importanti biex dan jiġi żgurat huwa l-iffissar annwali tal-opportunitajiet tas-sajd fil-forma ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs) u kwoti.

    Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 li jistabbilixxi l-pjan pluriennali (MAP) għall-Baħar Baltiku jkompli jispeċifika meded tal-miri tal-mortalità mis-sajd. Dawn il-meded jintużaw f’din il-proposta biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u b’mod partikolari biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY.

    Din il-proposta għandha l-għan li tiffissa l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istati Membri għall-2024 għall-aktar stokkijiet tal-ħut kummerċjalment sinifikanti fil-Baħar Baltiku. Din il-proposta għandha wkoll l-għan li tirregola s-sajd rikreattiv tal-baħar sal-punt meħtieġ biex jiġu kkonservati l-istokkijiet tal-ħut koperti minn dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ssimplifikati u ċċarati d-deċiżjonijiet annwali dwar it-TAC u l-kwoti, l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku ilhom li ġew iffissati mill-2006 minn regolament separat.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-proposta tistabbilixxi t-TACs u l-kwoti f’livelli konsistenti mal-objettivi tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Din il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

    2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi legali

    Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)

    Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    Proporzjonalità

    Il-proposta talloka opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri skont l-objettivi tar-Regolament Bażiku tal-PKS u l-MAP tal-Baltiku. Skont l-Artikolu 16(6), l-Artikolu 16(7) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku tal-PKS, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom jiġu allokati lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom skont ċerti kriterji stabbiliti f’dawk l-Artikoli. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-marġni ta’ diskrezzjoni neċessarju filwaqt li jiddistribwixxu t-TACs allokati, f’konformità mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom li huma koperti mill-proposta.

    Għażla tal-istrument

    Regolament huwa meqjus l-aktar strument xieraq peress li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti li japplikaw direttament għall-Istati Membri u għan-negozji rilevanti. Dan se jgħin biex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu implimentati fil-ħin u b’mod armonizzat, u b’hekk iwassal għal aktar ċertezza legali.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari permezz tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar Baltiku, abbażi tal-Komunikazzjoni tiegħu Sajd sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2024 (COM(2023) 303 final). Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ipprovda l-bażi xjentifika għall-proposta. Il-fehmiet preliminari espressi mill-partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati dwar l-istokkijiet tal-ħut kollha kkonċernati tqiesu kemm jista’ jkun mingħajr ma kkontradixxew il-politiki attwali jew mingħajr ma kkawżaw xi deterjorament fl-istat tar-riżorsi vulnerabbli.

    F’Ġunju 2023, ġie diskuss ukoll parir xjentifiku dwar il-limiti tal-qbid u dwar l-istatus tal-istokkijiet mal-Istati Membri fil-forum reġjonali BALTFISH.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-Kummissjoni kkonsultat lill-ICES dwar il-metodoloġija li għandha tintuża. Il-parir xjentifiku tal-ICES huwa bbażat fuq qafas ta’ pariri żviluppat mill-gruppi ta’ esperti tiegħu u mill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u maħruġ f’konformità mal-ftehim qafas ta’ sħubija tiegħu mal-Kummissjoni.

    Kull sena l-Unjoni titlob lill-ICES parir xjentifiku dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut importanti. Il-parir li tirċievi jkopri l-istokkijiet kollha tal-Baltiku u jiġu proposti TACs għall-aktar stokkijiet kummerċjalment sinifikanti 3 .

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-proposta hija parti minn approċċ fit-tul fejn is-sajd jiġi aġġustat u miżmum f’livelli sostenibbli fit-tul. Maż-żmien, dan l-approċċ huwa mistenni li jirriżulta fi: (i) pressjoni tas-sajd stabbli; (ii) kwoti ogħla; u għalhekk, (iii) introjtu aħjar għas-sajjieda u l-familji tagħhom. Iż-żieda fil-ħatt l-art hija mistennija li tkun ta’ benefiċċju għall-industrija tas-sajd, għall-konsumaturi, għall-industrija tal-ipproċessar u tal-bejgħ bl-imnut, u għall-bqija tal-industrija marbuta mas-sajd kummerċjali u rikreattiv. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li tiġi enfasizzata r-rabta bejn is-sajd sostenibbli u ambjent tal-baħar san fil-Baħar Baltiku, f’konformità mal-istrateġija għall-bijodiversità u ma’ inizjattivi relatati oħra, b’mod partikolari l-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekosistemi tal-baħar u s-sajd 4 .

    Din il-proposta tfittex li tevita approċċi għal perjodu qasir favur is-sostenibbiltà fit-tul. Għalhekk, din il-proposta tqis l-inizjattivi tal-partijiet ikkonċernati u tal-Kunsilli Konsultattivi jekk dawn ikunu ġew rieżaminati b’mod pożittiv mill-ICES u/jew mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Il-proposta ta’ riforma tal-PKS tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt (SEC(2011) 891) skont liema tqies li filwaqt li l-kisba tal-objettiv tal-MSY kienet kundizzjoni meħtieġa għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali, dawk it-tliet objettivi ma jistgħux jinkisbu iżolati minn xulxin.

    Sal-2019, id-deċiżjonijiet dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku rnexxielhom iġibu l-mortalità mis-sajd b’parir dwar l-MSY konformi mal-meded tal-MSY fil-mument tal-istabbiliment tat-TAC għall-istokkijiet kollha, għajr għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent. Dawn id-deċiżjonijiet dehru li rnexxielhom ukoll jerġgħu jibnu l-istokkijiet u jibbilanċjaw mill-ġdid il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Madankollu, fl-2019, sar evidenti li l-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant kien taħt pressjoni qawwija. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-istimi tal-ICES issuġġerew li probabbilment dan l-istokk se jibqa’ mnaqqas fis-snin li ġejjin. Fl-2021, sar evidenti li l-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent kien ukoll taħt il-limiti bijoloġiċi sikuri (jiġifieri taħt l-hekk imsejjaħ punt ta’ referenza tal-Blim) għal ħafna snin, u l-ICES issottolinja li diversi popolazzjonijiet tas-salamun huma dgħajfa ħafna wkoll. Filwaqt li sal-2020, l-ICES stma li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali kienet taħt il-livelli b’saħħithom (taħt l-hekk imsejjaħ punt ta’ referenza tal-Btrigger), issa l-ICES jistma li fil-verità, il-bijomassa ilha madwar il-Blim minn nofs is-snin 90 u taħt il-Blim għal diversi snin. Fl-aħħar nett, filwaqt li sal-2022 l-ICES stma li l-aringa tal-Bothnia kienet qrib ħafna tal-limitu tal-Btrigger, l-ICES issa jistma li l-istokk ilu taħt dak il-limitu mill-2021. Għalhekk, għad hemm bżonn ta’ aktar progress biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet kollha tal-Baħar Baltiku.

    Fil-31 ta’ Mejju 2023, l-ICES ippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għad-diversi stokkijiet tal-Baltiku. L-ICES jistma li l-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent u dik tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u tal-Punent għadha taħt il-Blim. Issa, il-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali tinsab taħt il-Blim ukoll, u l-aringa tal-Bothnia tinsab taħt il-Btrigger. Il-bakkaljaw u s-salamun tal-Baltiku tal-Lvant u tal-Punent fil-Golf tal-Finlandja jirċievu parir ta’ prekawzjoni. Is-seba’ stokkijiet li jifdal irċevew il-parir dwar l-MSY li ġej:

    ·il-laċċa kaħla, l-aringa fil-Golf ta’ Riga, u l-barbun tat-tbajja’ jinsabu ’l fuq mill-Btrigger;

    ·l-aringa fil-Golf tal-Bothnia niżlet taħt il-Btrigger;

    ·l-aringa tal-Baltiku tal-Punent u dik tal-Baltiku Ċentrali jinsabu taħt il-Blim;

    ·id-diversi popolazzjonijiet tas-salamun fil-baċir ewlieni jibqgħu f’kundizzjonijiet li jvarjaw ħafna (bejn taħt l-Rlim u ’l fuq mill-RMSY).

    Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, huwa propost li l-approċċ meħud għas-salamun fil-baċir ewlieni jinżamm, filwaqt li t-TAC titnaqqas bi 15 % meta mqabbla mal-2023. Din il-proposta żżid l-opportunitajiet tas-sajd għas-salamun fil-Golf tal-Finlandja b’7 %, meta mqabbla mal-2023. Din il-proposta tnaqqas l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fil-Golf ta’ Riga b’20 %, meta mqabbla mal-2023. Għall-istokkijiet l-oħra, il-Kummissjoni talbet lill-ICES biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-ispeċijiet u dwar il-qabdiet aċċessorji inevitabbli. Il-Kummissjoni se taġġorna l-proposta tagħha ladarba tkun irċeviet l-informazzjoni mill-ICES.

    Għalhekk, l-impatt ekonomiku tal-proposta għall-2024 ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju, għalkemm se jkun hemm tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kollha.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Il-proposta tibqa’ flessibbli fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tal-iskambju tal-kwoti diġà stabbiliti mir-regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku fis-snin preċedenti. Ma ġiet proposta l-ebda regola ġdida jew proċedura amministrattiva ġdida għall-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali jew tal-Unjoni) li tista’ żżid il-piż amministrattiv.

    Il-proposta tikkonċerna regolament annwali li japplika għall-2024 u għalhekk, ma tinkludi l-ebda klawżola ta’ reviżjoni.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-monitoraġġ tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd fil-forma ta’ TACs u kwoti ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 5 .

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Il-proposta tiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet għas-sajd fil-Baħar Baltiku għall-2024.

    Biex jiġu stabbiliti l-kwoti tal-Unjoni għall-istokkijiet kondiviżi mal-Federazzjoni Russa, il-kwantitajiet rispettivi ta’ dawn l-istokkijiet tnaqqsu mill-qabdiet rakkomandati mill-ICES. It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri huma stabbiliti fl-Anness tal-proposta.

    Għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, l-ICES għadu ma jistax jiddetermina l-valuri tal-meded tal-FMSY. Għalhekk, għal darba oħra, huwa ħareġ parir ta’ prekawzjoni għall-2024. Għall-ħames sena konsekuttiva, l-ICES jagħti l-parir li ma jiġi permess l-ebda qbid tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. L-ICES jistma li d-daqs tal-istokk fl-2023 huwa biss 71 % tal-Blim u li se jibqa’ taħt dan il-livell fil-perjodu medju, anke mingħajr l-ebda sajd. Barra minn hekk, l-ICES jistma li r-reklutaġġ għadu baxx. Minħabba s-sitwazzjoni tal-istokkijiet imnaqqsa, mill-2019 ’l hawn bdew jiġu adottati miżuri severi. Is-sajd immirat għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant ingħalaq, għajr għas-sajd purament xjentifiku, u t-TAC hija limitata għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli biex jiġi evitat li l-biċċa l-kbira tas-sajd l-ieħor fil-Baħar Baltiku jkun bi kwoti limitanti. Mill-2019 ’l hawn ġew adottati aktar miżuri ta’ rimedju li huma marbuta b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd fil-forma ta’ għeluq fiż-żmien riproduttiv li jkopri l-perjodu massimu tar-riproduzzjoni u ż-żoni potenzjali tar-riproduzzjoni u tal-migrazzjoni għar-riproduzzjoni. Ġew adottati eċċezzjonijiet għall-għeluq fiż-żmien riproduttiv għal sajd purament xjentifiku, għal ċertu sajd kostali fuq skala żgħira bl-użu ta’ rkaptu passiv, u għal ċertu sajd għall-aringi għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, is-sajd rikreattiv ilu pprojbit fiż-żona ewlenija ta’ distribuzzjoni mill-2020, minħabba li l-kwantitajiet maqbuda jkunu sostanzjali meta mqabbla mat-TAC tal-qabdiet aċċessorji. Peress li dawn il-miżuri ta’ rimedju għad ma kellhomx iż-żmien li jirriżultaw fi status imtejjeb tal-istokk, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament Bażiku tal-PKS, tipproponi li żżommhom filwaqt li twaqqaf l-eċċezzjoni għal ċertu sajd għall-aringa mill-perjodu tal-għeluq fiż-żmien riproduttiv minħabba li s-sajd immirat għall-aringa tal-Baltiku Ċentrali se jingħalaq. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant f’sajd ieħor. Dik l-informazzjoni hija meħtieġa minħabba li l-informazzjoni disponibbli bħalissa hija mill-2020 u ċ-ċirkostanzi tas-sajd inbidlu minn dak iż-żmien ’l hawn, b’mod partikolari r-reklutaġġ straordinarjament għoli tal-barbun tat-tbajja’ f’dawn l-aħħar snin.

    Il-parir tal-ICES għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent kien fih inċertezzi sinifikanti għal diversi snin. Fil-parir tiegħu għall-2021, l-ICES indika li l-istokk kien taħt il-Blim għall-biċċa l-kbira tal-10 snin preċedenti. B’riżultat ta’ dan, mill-2021 ’l hawn, il-Kunsill iddeċieda li jagħlaq is-sajd immirat, għajr għas-sajd purament xjentifiku, u li jillimita t-TAC għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli biex jiġi evitat li sajd ieħor ikun bi kwoti limitanti. Il-Kunsill żamm jew saħħaħ ukoll miżuri ta’ rimedju preeżistenti oħra li huma marbuta b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd. B’mod partikolari, il-Kunsill żamm l-għeluq fiż-żmien riproduttiv li jkopri l-perjodu massimu tar-riproduzzjoni u ż-żoni potenzjali tar-riproduzzjoni, b’eċċezzjonijiet għal: (i) sajd purament xjentifiku; (ii) ċerti sajd kostali fuq skala żgħira bl-użu ta’ rkaptu passiv; (iii) ċertu sajd għall-aringi għall-konsum mill-bniedem; u (iv) sajd għall-molluski bivalvi f’ċerti ilmijiet baxxi. Barra minn hekk, il-Kunsill estenda l-perjodu tal-għeluq fiż-żmien riproduttiv biex ikopri s-sajd rikreattiv bil-qasba u s-sunnara. Barra mill-perjodu tal-għeluq fiż-żmien riproduttiv, il-Kunsill naqqas il-limitu tal-qabda għas-sajd rikreattiv bil-qasba u s-sunnara għal ħuta waħda kuljum għal kull sajjied tal-qasba u s-sunnara. Minħabba li l-inċertezzi jkomplu jippersistu, l-ICES iddeċieda li jnaqqas il-parir tiegħu għall-2024 għal parir ta’ prekawzjoni tal-kategorija 3 u li jnaqqas il-livell tal-qabdiet totali rakkomandati tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent b’– 97 %. L-ICES iddikjara li l-bijomassa tal-istokk ilha taħt il-Blim għall-biċċa l-kbira ta’ dawn l-aħħar 15-il sena u fl-2022 kienet f’livell storikament baxx. Għalkemm għoliet bi ftit mill-2022 ’l hawn, għadha ferm taħt il-Blim. Minħabba l-parir għal qabdiet baxxi, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament Bażiku tal-PKS, tipproponi li: twaqqaf is-sajd rikreattiv bil-qasba u s-sunnara, iżżomm magħluq is-sajd immirat, iżżomm l-għeluq fiż-żmien riproduttiv, u twaqqaf l-eċċezzjoni għal ċertu sajd għall-aringa minħabba li s-sajd immirat għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent u tal-Baltiku Ċentrali se jingħalaq. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent f’sajd ieħor, b’mod partikolari fis-sajd għall-pixxiċatt.

    Sa mill-inqas mis-snin 90, l-ICES iddikjara li l-istatus tal-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar fil-Baħar Baltiku huwa eteroġenju, bi wħud li huma b’saħħithom, iżda b’oħrajn li huma dgħajfa ħafna. B’segwitu ta’ studju dwar il-parametri referenzjarji, fil-parir tiegħu għall-2022, l-ICES iddikjara għall-ewwel darba li l-qabdiet kummerċjali u rikreattivi kollha tas-salamun fil-baċir ewlieni, li huma tipi ta’ sajd intrinsikament imħalltin li jaqbdu s-salamun kemm minn stokkijiet b’saħħithom tax-xmajjar kif ukoll minn dawk dgħajfa, jenħtieġ li jitwaqqfu biex jiġu protetti l-istokkijiet dgħajfa tax-xmajjar. Madankollu, fl-istess ħin, l-ICES ikkunsidra wkoll li t-tkomplija tas-sajd immirat eżistenti fiż-żoni kostali tal-Golf tal-Bothnia u tal-Baħar Åland (is-subdiviżjonijiet 29N, 30 u 31 tal-ICES) matul il-migrazzjoni fis-sajf tas-salamun xorta tkun possibbli. Għalhekk, mill-2021 ’l hawn, il-Kunsill iddeċieda li jagħlaq is-sajd immirat għas-salamun fil-baċir ewlieni u li jistabbilixxi TAC ta’ qabda aċċessorja għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli, għajr għal sajd purament xjentifiku, filwaqt li jżomm is-sajd immirat għas-salamun miftuħ matul il-perjodu tas-sajf f’dawk iż-żoni kostali tat-Tramuntana. Mill-2021 ’l hawn, il-Kunsill adotta wkoll aktar miżuri ta’ rimedju li huma marbuta b’mod funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd u pprojbixxa s-sajd bil-konzijiet lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi. Barra minn hekk, mill-2021 ’l hawn, il-Kunsill iddeċieda li fis-sajd rikreattiv jibda japplika limitu tal-qabda fil-ġurnata ta’ salamun wieħed bil-pinen maqtugħin għal kull sajjied tal-qasba u s-sunnara fejn u meta s-sajd kummerċjali mmirat jingħalaq, u t-tekniki ta’ qbid u rilaxx huma pprojbiti. Fil-parir tiegħu għall-2024, l-ICES itenni li l-qabdiet kummerċjali u rikreattivi kollha tas-salamun fil-baċir ewlieni jenħtieġ li jitwaqqfu biex jiġi protett l-istokk dgħajjef tax-xmajjar filwaqt li xi sajd immirat għas-salamun jista’ jkompli b’ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, minħabba li stokk wieħed tas-salamun tax-xmajjar fil-Baħar tal-Bothnia (is-subdiviżjoni 30 tal-ICES) jinsab taħt il-punt ta’ referenza rilevanti, l-ICES iqis li s-sajd immirat fiż-żoni kostali matul ix-xhur tal-migrazzjoni tas-sajf huwa possibbli biss fil-Bajja tal-Bothnia (is-subdiviżjoni 31 tal-ICES) u li l-livell tal-qabdiet totali jenħtieġ li jitnaqqas skont dan. Abbażi ta’ dan, u f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament Bażiku tal-PKS, il-Kummissjoni tipproponi li: (i) tillimita s-sajd immirat għall-Bajja tal-Bothnia; (ii) taġġusta t-TAC għal-livell rakkomandat mill-ICES; u (iii) iżżomm il-miżuri ta’ rimedju attwali.

    L-ICES ħareġ parir ta’ prekawzjoni għall-2024 għas-salamun fil-Golf tal-Finlandja. Abbażi ta’ dan, u f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament Bażiku tal-PKS, il-Kummissjoni tipproponi TAC. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li żżomm: (i) il-flessibbiltà limitata bejn iż-żoni bejn iż-żewġ TACs tas-salamun; (ii) il-projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi; u (iii) il-projbizzjoni li jintużaw konzijiet għas-sajd għat-trota tal-baħar jew għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi.

    Il-valutazzjoni tal-aringa fil-Golf tal-Bothnia kienet waħda inċerta f’dawn l-aħħar snin. Fil-parir tiegħu għall-2023, l-ICES naqqas l-istima tiegħu tal-bijomassa tal-istokk u stma li din kienet niżlet għal livell ftit ’il fuq mill-Btrigger. L-ICES indika li dan l-iżvilupp x’aktarx kien minħabba d-daqs dejjem jonqos tal-aringa, fenomenu diġà osservat għal xi żmien minn ċerti sajjieda kostali. Fil-parir tiegħu għall-2024, l-ICES kompla jnaqqas il-bijomassa tal-istokk li issa tinsab taħt il-Btrigger. Barra minn hekk, anke mingħajr l-ebda qbid, il-probabbiltà li fl-2025 l-istokk jaqa’ taħt il-Blim hija ta’ 9 %. Abbażi ta’ dan, u f’konformità mal-Artikolu 4(6) tal-MAP tal-Baltiku, il-Kummissjoni tipproponi li tagħlaq is-sajd immirat. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-aringa tal-Bothnia f’sajd ieħor, b’mod partikolari fis-sajd għal-laċċa kaħla.

    Għall-aringa tal-Baltiku tal-Punent, id-daqs tal-istokk stmat mill-ICES fil-parir tiegħu għall-2024 huwa biss ta’ 71 % tal-Blim fl-2023. L-ICES jistma wkoll li l-bijomassa se tibqa’ taħt il-Blim mill-inqas sal-2025, anke mingħajr l-ebda sajd. Ir-reklutaġġ ilu storikament baxx għal ħafna snin. Billi l-ebda wieħed mix-xenarji tal-qbid ma jwassal biex il-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent tkun ’il fuq mill-Blim fil-futur qarib, l-ICES itenni, għas-sitt sena konsekuttiva, il-parir tiegħu li ma jiġi permess l-ebda qbid. Mill-2021 ’l hawn, il-Kunsill iddeċieda li jagħlaq is-sajd immirat, għajr għas-sajd purament xjentifiku u dak kostali fuq skala żgħira, u li jistabbilixxi TAC għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli biex jiġi evitat li sajd ieħor ikun bi kwoti limitanti. Peress li dawn il-miżuri ta’ rimedju għad ma kellhomx iż-żmien biex jirriżultaw fi status imtejjeb tal-istokkijiet, il-Kummissjoni tipproponi, f’konformità mal-Artikolu 4(6) tal-MAP tal-Baltiku, li żżomm is-sajd immirat magħluq u li twaqqaf l-eżenzjoni għas-sajd kostali fuq skala żgħira. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna aktar informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent f’sajd ieħor. Dik l-informazzjoni hija meħtieġa minħabba li s-sajd fuq skala żgħira jrid jingħalaq u l-informazzjoni disponibbli bħalissa tidher li hi insuffiċjenti biex tiġi proposta TAC xierqa.

    L-istatus tal-bijomassa tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali kien inċert f’dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant, fl-2023, l-ICES wettaq studju dwar il-parametri referenzjarji. L-ICES issa jistma li din il-bijomassa ilha taħt il-Blim għall-parti l-kbira ta’ dawn l-aħħar 30 sena, inkluż f’dawn l-aħħar snin. Anke mingħajr l-ebda qbid, il-probabbiltà li fl-2025 l-istokk jibqa’ taħt il-Blim hija ta’ 22 %. Għalhekk, u f’konformità mal-Artikolu 4(6) tal-MAP tal-Baltiku, il-Kummissjoni tipproponi li tagħlaq is-sajd immirat. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali f’sajd ieħor, b’mod partikolari fis-sajd għal-laċċa kaħla.

    Bħal fis-snin preċedenti, il-parir tal-ICES għall-2024 għall-aringa fil-Golf ta’ Riga jindika li xi aringi tal-Baltiku Ċentrali jemigraw mill-baċir ewlieni għall-Golf ta’ Riga u li xi aringi tal-Golf ta’ Riga jemigraw mill-Golf ta’ Riga għall-baċir ewlieni. Barra minn hekk, bħal fis-snin preċedenti, l-ICES jissuġġerixxi li dawn l-aringi migratorji jiżdiedu/jitnaqqsu mat-/mit-TAC għall-aringa fil-Golf ta’ Riga. Madankollu, għall-2024, il-Kummissjoni tqis li peress li l-istokk tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali jinsab taħt il-Blim u li għalhekk il-qabdiet tal-aringa tal-Baltiku ċentrali jenħtieġ li jitnaqqsu kemm jista’ jkun, ma jkunx xieraq li qabdiet tal-aringa tal-Baltiku ċentrali jiżdiedu mat-TAC għall-aringa fil-Golf ta’ Riga. B’kuntrast għal dan, il-Kummissjoni tqis li jixraq li tkompli tnaqqas l-ammont ta’ aringi tal-Golf ta’ Riga li jemigraw barra mill-Golf ta’ Riga, peress li dik it-tip ta’ aringa ma għadhiex preżenti fil-Golf ta’ Riga. Il-valur tal-punt tal-FMSY li jirriżulta għat-TAC għall-aringa fil-Golf ta’ Riga jirrappreżenta tnaqqis ta’ – 23 %. Abbażi ta’ dan, u peress li l-istokk jinsab ’il fuq mill-Btrigger, il-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi t-TAC fil-medda superjuri f’konformità mal-Artikolu 4(5)(c) tal-MAP tal-Baltiku sabiex it-tnaqqis fit-TAC jiġi limitat għal – 20 %.

    It-TAC għall-barbun tat-tbajja’ hija taħlita ta’: (i) il-parir dwar l-MSY għall-istokk fis-subdiviżjonijiet 21, 22 u 23; u (ii) il-parir dwar l-MSY għall-istokk fis-subdiviżjonijiet 24 sa 32, li fl-2022, ġie aġġornat mill-ICES għal parir dwar l-MSY tal-kategorija tad-data 2 tal-ICES. Skont il-parir tal-ICES għall-2024, iż-żewġ stokkijiet esperjenzaw reklutaġġ straordinarju fl-2019–2021. Barra minn hekk, il-ħatt l-art totali naqas b’mod sostanzjali u l-qbid skartat żdied. Barra minn hekk, l-interazzjonijiet bejn diversi speċijiet jenħtieġ li jitqiesu, peress li l-bakkaljaw huwa qabda aċċessorja inevitabbli fis-sajd għall-barbun tat-tbajja’, u l-livelli tal-qabdiet aċċessorji jistgħu jkunu sinifikanti, b’mod partikolari dment li ma jintużawx irkapti tas-sajd aktar selettivi. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tal-bakkaljaw fis-sajd għall-barbun tat-tbajja’.

    Skont il-parir tal-ICES għall-2024, il-bijomassa tal-laċċa kaħla tinsab ’il fuq mill-Btrigger, għalkemm il-pressjoni preċedenti tas-sajd kienet ogħla mill-FMSY u r-reklutaġġ kien storikament baxx fl-2021 u fl-2022. Fir-rigward tal-livell tat-TAC, il-Kummissjoni qed tistenna informazzjoni mill-ICES dwar il-livell tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli tat-tipi differenti ta’ stokkijiet tal-aringa fis-sajd għal-laċċa kaħla.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 jistabbilixxi aktar kundizzjonijiet għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għall-istokkijiet soġġetti għal TACs prekawzjonarji u analitiċi, rispettivament. L-Artikolu 2 tiegħu jistipula li meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi għal liema stokkijiet l-Artikoli 3 u 4 ma jenħtieġx li japplikaw, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. L-Artikolu 15(9) tar-Regolament Bażiku tal-PKS jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta’ flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, biex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar u tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-PKS, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss meta l-Istati Membri ma jużawx il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

    Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 biex tistabbilixxi TAC għall-merluzz tan-Norveġja, li s-sajd għalih jibda fl-1 ta’ Novembru 2023. Il-livell tat-TAC huwa mmarkat bħala “pm” (pro memoria) sakemm jiġu ppubblikati l-parir tal-ICES mistenni fid-9 ta’ Ottubru 2023 u l-konsultazzjonijiet mar-Renju Unit.

    2023/0301 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta jkunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u minn korpi konsultattivi oħra, u kwalunkwe parir li jasal mingħand il-kunsilli konsultattivi.

    (2)Il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet li huma marbuta b’mod funzjonali ma’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS), kif stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew sajda.

    (3)Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, billi jitqiesu l-implikazzjonijiet bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, u filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

    (4)Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringa u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet. Il-mira ta’ dak il-pjan hija li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet pluriennali.

    (5)F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati biex tinkiseb il-mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY, espressa f’meded, mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020. Il-limiti tal-qbid applikabbli fl-2024 għall-istokkijiet rilevanti fil-Baħar Baltiku jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli u l-objettivi tal-pjan pluriennali stabbiliti minn dak ir-Regolament.

    (6)Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir annwali tiegħu għall-istokkijiet tal-Baltiku fil-31 ta’ Mejju 2023 8 .

    (7)Hemm ċerti stokkijiet li għalihom l-ICES jagħti l-parir li ma jsir l-ebda qbid. Madankollu, jekk it-TACs għal dawk l-istokkijiet jiġu stabbiliti fil-livell rakkomandat, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet aċċessorji minn dawk l-istokkijiet f’sajd imħallat, iwassal għall-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”. Sabiex jinkiseb bilanċ bejn iż-żamma tas-sajd, minħabba l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment serji li jirriżultaw min-nuqqas ta’ dan, u l-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għal dawk l-istokkijiet, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY, jixraq li jiġu stabbiliti TACs speċifiċi għall-qabdiet aċċessorji għal dawk l-istokkijiet. Dawk it-TACs jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livelli li jiżguraw li l-mortalità għal dawk l-istokkijiet titnaqqas u li jipprovdu inċentivi biex tittejjeb is-selettività u biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji ta’ dawk l-istokkijiet. Sabiex jitnaqqsu l-qabdiet tal-istokkijiet li għalihom jiġu stabbiliti t-TACs tal-qabdiet aċċessorji, l-opportunitajiet tas-sajd għall-attivitajiet tas-sajd li fihom jinqabad il-ħut minn dawn l-istokkijiet jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livelli li jgħinu biex il-bijomassa tal-istokkijiet vulnerabbli tirkupra għal livelli sostenibbli. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll miżuri tekniċi u ta’ kontroll li huma intrinsikament marbuta mal-opportunitajiet tas-sajd biex jiġi evitat l-iskartar illegali.

    (8)Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, l-ICES jistma li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant għadha taħt il-punt ta’ referenza ta’ limitu għall-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas (Blim) u bilkemm żdiedet meta mqabbla mal-2022. Għalhekk, għall-ħames sena konsekuttiva, l-ICES jagħti l-parir li ma jinqabad l-ebda bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant 9 . F’dawn iċ-ċirkostanzi, jixraq, skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li s-sajd immirat jinżamm magħluq u li l-miżuri ta’ rimedju, li huma marbuta b’mod funzjonali, jinżammu kif inhuma, filwaqt li titwaqqaf l-eċċezzjoni għas-sajd għall-aringi magħżula għall-konsum mill-bniedem mill-perjodu tal-għeluq fiż-żmien riproduttiv, peress li s-sajd immirat għall-aringa tal-Baltiku Ċentrali se jingħalaq. L-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”.

    (9)Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, minħabba inċertezzi kontinwi fil-parir, l-ICES iddegrada l-parir tiegħu 10 għal parir ta’ prekawzjoni. Issa jidher li l-istokk ilu taħt il-Blim għall-biċċa l-kbira ta’ dawn l-aħħar 15-il sena u fl-2022 kien f’livell storikament baxx. Il-parir ta’ prekawzjoni dwar il-qbid huwa baxx ħafna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jixraq, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li s-sajd immirat jinżamm magħluq u li l-miżuri ta’ rimedju, li huma marbuta b’mod funzjonali, jinżammu kif inhuma, filwaqt li titwaqqaf l-eċċezzjoni għas-sajd għall-aringi magħżula għall-konsum mill-bniedem peress li s-sajd immirat għall-aringa tal-Baltiku Ċentrali se jingħalaq. Barra minn hekk, jixraq li jitwaqqaf kull sajd rikreattiv. L-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”.

    (10)Fir-rigward tas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES, l-ICES żamm mal-parir tiegħu li ma jsir l-ebda qbid, illimita l-possibbiltà tas-sajd kostali immirat kontinwu li jsir fis-sajf għas-subdiviżjoni 31 tal-ICES, u naqqas il-parir tiegħu dwar il-qbid skont dan 11 . Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jixraq li ż-żona tas-sajd u l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd jiġu aġġustati f’konformità mal-parir tal-ICES, u li l-miżuri ta’ rimedju tagħhom, li huma marbuta b’mod funzjonali, jinżammu kif inhuma.

    (11)Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali fis-subdiviżjoni 32 tal-ICES, fl-2019 ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun bejn is-subdiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES u s-subdiviżjoni 32 tal-ICES 12 . Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawn iż-żewġ stokkijiet, jixraq li din il-flessibbiltà tinżamm.

    (12)Il-projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi u l-limitazzjoni tal-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda kkombinata tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwew għat-tnaqqis sostanzjali tar-rapportar ħażin sinifikanti li sar preċedentement dwar il-qabdiet fis-sajd għas-salamun, b’mod partikolari bħala qabdiet tat-trota tal-baħar. Għalhekk, jixraq li jinżammu r-restrizzjonijiet eżistenti biex jinżamm livell baxx ta’ rapportar ħażin.

    (13)Il-miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw u s-salamun, u l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 1380/2013.

    (14)Fir-rigward tal-aringa fil-Golf tal-Bothnia, l-ICES naqqas il-bijomassa tal-istokk li issa tinsab taħt il-punt ta’ referenza li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger) 13 . Barra minn hekk, l-ICES jiddikjara li anke mingħajr l-ebda qbid, il-probabbiltà li fl-2025 l-istokk jinżel taħt il-Blim hija ta’ 9 %. F’ċirkostanzi bħal dawn, jixraq li s-sajd immirat jingħalaq skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2016/1139 u li l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”.

    (15)Fir-rigward tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES jistma li filwaqt li l-bijomassa tal-istokk żdiedet, hija biss 71 % tal-Blim 14 . Barra minn hekk, ir-reklutaġġ għadu f’livelli storikament baxxi, u l-bijomassa mhijiex mistennija li fl-2025 tirkupra ’l fuq mill-Blim. Għalhekk, għas-sitt sena konsekuttiva, l-ICES jagħti l-parir li ma tinqabad l-ebda aringa tal-Baltiku tal-Punent. F’ċirkostanzi bħal dawn, skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li s-sajd immirat jinżamm magħluq u li titwaqqaf l-eċċezzjoni għas-sajjieda fuq skala żgħira. L-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”.

    (16)Fir-rigward tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali, l-ICES issa jistma li dan l-istokk ilu taħt il-Blim għall-parti l-kbira ta’ dawn l-aħħar 30 sena, inkluż f’dawn l-aħħar snin 15 . Barra minn hekk, anke mingħajr l-ebda qbid, il-probabbiltà li fl-2025 l-istokk jibqa’ taħt il-Blim hija ta’ 22 %. F’ċirkostanzi bħal dawn, jixraq li s-sajd immirat jingħalaq skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2016/1139 u li l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti”.

    (17)Fir-rigward tal-aringa fil-Golf ta’ Riga, l-ICES jistma li l-bijomassa tinsab ’il fuq mill-Btrigger u l-pressjoni tas-sajd fil-livell tal-FMSY 16 .. L-ICES jistma wkoll li dan l-istokk jitħallat mal-aringa tal-Baltiku Ċentrali. Abbażi tal-istimi tal-ICES, dan it-taħlit kien diġà ġie meqjus meta ġew stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd rispettivi. Madankollu, minħabba l-istatus tal-istokk tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali, l-ammont ta’ aringi tal-Baltiku Ċentrali li jemigraw fil-Golf ta’ Riga jenħtieġ li ma jiżdiedx mat-TAC għall-aringa fil-Golf ta’ Riga għall-2024. F’ċirkostanzi bħal dawn, jixraq li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti fil-medda superjuri sabiex il-varjazzjonijiet minn sena għal sena jiġu limitati għal mhux aktar minn 20 % skont l-Artikolu 4(5), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/1139.

    (18)Fir-rigward tal-barbun tat-tbajja’, skont l-ICES, il-bakkaljaw huwa qabda aċċessorja fis-sajd għall-barbun tat-tbajja’ 17 . Barra minn hekk, ir-rata tal-iskartar tal-barbun tat-tbajja’ żdiedet b’mod sostanzjali. Għalhekk, jixraq li dawn il-fatturi jitqiesu u li l-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ jiġu ffissati skont dan.

    (19)Fir-rigward tal-laċċa kaħla, l-ICES jistma li filwaqt li l-bijomassa tinsab ’il fuq mill-Btrigger, ma kien hemm l-ebda reklutaġġ qawwi mill-2014 ’l hawn. Barra minn hekk, l-ICES jistma li r-reklutaġġ fl-2021 u l-2022 kien saħansitra storikament baxx 18 . Barra minn hekk, is-sajd għal-laċċa kaħla spiss ikun sajd imħallat bl-aringi. Għalhekk, jixraq li dawn il-fatturi jitqiesu u li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu ffissati skont dan.

    (20)L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 19 , u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu dwar ir-reġistrar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd, u l-Artikolu 34 tiegħu dwar it-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.

    (21)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 20 jistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għall-istokkijiet soġġetti għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi għal liema stokkijiet ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. L-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta’ flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-Artikoli 3(2), 3(3) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (22)Il-bijomassa tal-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent u dik tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali jinsabu taħt il-Blim. Il-bijomassa tal-istokk tal-aringa tal-Bothnia tinsab taħt il-Btrigger u hija mistennija li fl-2024 tersaq viċin ħafna tal-Blim. Għal dawn l-istokkijiet kollha, il-qabdiet aċċessorji u s-sajd xjentifiku biss huma permessi fl-2024. Għalhekk, u minħabba r-reżiljenza relattivament baxxa tal-ekosistema tal-Baħar Baltiku, l-Istati Membri li għandhom sehem mill-kwota tat-TACs rilevanti impenjaw ruħhom li fl-2024 ma japplikawx il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dawk l-istokkijiet sabiex il-qabdiet fl-2024 ma jaqbżux it-TACs rilevanti. Barra minn hekk, fis-subdiviżjonijiet 22 sa 30 tal-ICES, il-bijomassa ta’ kważi l-istokkijiet kollha tas-salamun tax-xmajjar tinsab taħt il-punt ta’ referenza tal-limitu għall-produzzjoni tas-salamun żgħir (Rlim), u fl-2024 huma permessi biss il-qabdiet aċċessorji u s-sajd xjentifiku. Għalhekk, l-Istati Membri rilevanti impenjaw ruħhom b’mod simili rigward il-flessibbiltà minn sena għal sena fir-rigward tal-qabdiet tas-salamun tal-baċir ewlieni fl-2024.

    (23)[spazju riżervat għall-“merluzz tan-Norveġja” - Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 21 jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja sal-31 ta’ Ottubru 2023 fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4, u fl-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2a. Il-perjodu tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja huwa mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru. Biex is-sajd ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Novembru 2023, u abbażi ta’ pariri xjentifiċi ġodda u wara konsultazzjonijiet mar-Renju Unit, jeħtieġ li tiġi ffissata TAC preliminari għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4, u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023. Jenħtieġ li din it-TAC proviżorja tiġi ffissata f’konformità mal-parir tal-ICES ippubblikat fid-9 ta’ Ottubru 2023 22 .]

    (24)[spazju riżervat għal modifiki oħra].

    (25)Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (26)Biex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-Baħar Baltiku jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES, u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024, peress li dak huwa l-istaġun tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1
    Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2024 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra ffissati bir-Regolament (UE) 2023/194.

    Artikolu 2
    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

    2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

    Artikolu 3
    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Barra minn hekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)it-terminu “subdiviżjoni” ifisser subdiviżjoni tal-Baħar Baltiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) kif definit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 ;

    (2)it-terminu “qabda totali permissibbli (TAC)” ifisser:  

    (a)fil-każ tas-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

    (b)fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk kull sena;

    (3)it-terminu “kwota” ifisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

    (4)it-terminu “sajd rikreattiv” ifisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, pereżempju għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

    (5)it-terminu “valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk kif ukoll fuq indikaturi, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex tagħti parir xjentifiku;

    (6)it-terminu “TAC analitika” ifisser TAC li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika.

    KAPITOLU II

    OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

    Artikolu 4
    TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs, il-kwoti u, fejn xieraq, il-miżuri marbuta b’mod funzjonali magħhom, huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 5
    Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

    1.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju:

    (a)għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (b)għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

    (c)għall-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (d)għall-kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (e)għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    2.L-istokkijiet soġġetti għat-TACs prekawzjonarji jew analitiċi għall-finijiet tal-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.  

    3.Għajr meta speċifikat mod ieħor fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonarja, u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

    4.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 6
    Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji

    Għall-finijiet tad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti, kif previst fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istokkijiet ta’ speċijiet mhux immirati fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija f’dak l-Artikolu huma identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 7
    Għeluq għall-protezzjoni tar-riproduzzjoni tal-bakkaljaw

    1.Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

    2.Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każ ta’:

    (a)operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

    (b)bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    3.Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-subdiviżjonijiet 22 u 23 mill-15 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu u fis-subdiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.

    4.Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika fil-każ ta’:

    (a)operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

    (b)bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

    (c)bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu bil-gangmi għall-molluski bivalvi fis-subdiviżjoni 22, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    5.Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b) u fil-paragrafu 4, il-punti (b) u (c) għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru kompetenti.

    Artikolu 8
    Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 26

    Is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw għandu jkun ipprojbit fis-subdiviżjonijiet 22 sa 26.

    Artikolu 9
    Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31

    1.Is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jkun ipprojbit fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31. Kull kampjun ta’ salamun li jinqabad b’mod aċċidentali għandu jiġi rilaxxat lura fil-baħar minnufih.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1, is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jkun permess bil-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a)kull sajjied rikreattiv ma jistax jaqbad u jżomm aktar minn kampjun wieħed kuljum ta’ salamun bil-pinen maqtugħin;

    (b)wara li s-sajjied rikreattiv jaqbad l-ewwel salamun bil-pinen maqtugħin, huwa għandu jieqaf jistad għas-salamun għall-bqija tal-ġurnata;

    (c)il-kampjuni kollha ta’ kwalunkwe speċi ta’ ħut miżmuma għandhom jinħattu l-art sħaħ.

    3.B’deroga ulterjuri mill-paragrafu 1, is-sajd rikreattiv għas-salamun għandu jkun permess fis-subdiviżjoni 31 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.

    4.Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 10
    Miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 32

    1.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjonijiet 22 sa 32. Meta jsir is-sajd għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjoni 32, il-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar abbord fi kwalunkwe mument jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

    2.Is-sajd bil-konzijiet għat-trota tal-baħar jew għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31 għandu jkun ipprojbit.

    3.Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 11
    Trażmissjoni tad-data 

    Meta l-Istati Membri jibagħtu data relatata mal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda jew li jinħattu l-art lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 12
    Emenda għar-Regolament (UE) 2023/194

    Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

    (1)Fl-Anness IA, il-Parti B, it-tabella dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

    Speċi:

    Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

     

    Żona:

    3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni ta’ 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2a

     

    Trisopterus esmarkii

     

    (NOP/2A3A4.)

     

     

    Sena

    2023

    2024

     

    TAC analitika

     

    Id-Danimarka

    46 929

    (1)(3)

    pro memoria (pm)

    (1)(6)

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    Il-Ġermanja

    9

    (1)(2)(3)

    pm

    (1)(2)(6)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

    In-Netherlands

    35

    (1)(2)(3)

    pm

    (1)(2)(6)

    L-Unjoni

    46 973

    (1)(3)

    pm

    (1)(6)

    Ir-Renju Unit

    11 439

    (2)(3)

    pm

    (2)(6)

    In-Norveġja

    0

    (4)

    pm

    (4)

    Il-Gżejjer Faeroe

    0

    (5)

    pm

    (5)

    TAC

    58 412

     

     

     

     

     

    (1)

    Sa 5 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f’daqqa ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

    (2)

    Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tar-Renju Unit u f’dawk tal-Unjoni ta’ 2a, 3a u 4.

    (3)

    Tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2023.

    (4)

    Għandu jintuża għarbiel.

    (5)

    Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jinqatgħu minn din il-kwota.

    (6)

    Din il-kwota tista’ tinqabad mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024.

     

    ”;

    (2)[spazju riżervat].

    Artikolu 13
    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2024.

    B’deroga mit-tieni paragrafu:

    (a)l-Artikolu 12, il-punt (1), għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024;

    (b)[spazju riżervat].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
    (2)    Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
    (3)     http://www.ices.dk/advice/Pages/Latest-Advice.aspx
    (4)    COM(2023) 102 final tal-21 ta’ Frar 2023.
    (5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
    (6)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
    (7)    Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
    (8)     https://doi.org/10.17895/ices.pub.c.6398177
    (9)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820497
    (10)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820494
    (11)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820596
    (12)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820602
    (13)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820521
    (14)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21907944
    (15)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.23310368
    (16)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820512
    (17)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820533 u https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820539
    (18)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21820581  
    (19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 ( ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1 ).
    (20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.).
    (21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
    (22)    [Spazju riżervat għall-parir tal-ICES li għandu jiġi ppubblikat fid-9 ta’ Ottubru 2023].
    (23)    Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
    Top

    Brussell, 28.8.2023

    COM(2023) 492 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra












    ANNESS

    TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI LI GĦALIHOM JEŻISTU TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

    It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-miżuri marbutin b’mod funzjonali magħhom.

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES.

    L-istokkijiet tal-ħut jissemmew skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet.

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet xjentifiċi u l-ismijiet komuni:

    Isem xjentifiku

    Kodiċi alfa-3

    Isem komuni

    Clupea harengus

    HER

    Aringa

    Gadus morhua

    COD

    Bakkaljaw

    Pleuronectes platessa

    PLE

    Barbun tat-tbajja’

    Salmo salar

    SAL

    Salamun tal-Atlantiku

    Sprattus sprattus

    SPR

    Laċċa kaħla

    Tabella 1

    Speċi:

    Aringa

     

     

    Żona:

    Is-subdiviżjonijiet 30-31

     

     

    Clupea harengus

     

     

    (HER/30/31.)

     

    Il-Finlandja

     

    pm

    (1)

    TAC analitika

     

     

    L-Iżvezja

    pm

    (1)

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Unjoni

    pm

    (1)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    TAC

     

    pm

     (1)

     

     

     

     

    (1)

    Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-aringa, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

    Tabella 2

     

     

     

     

     

     

     

     

    Speċi:

    Aringa

     

     

    Żona:

    Is-subdiviżjonijiet 22-24

     

     

    Clupea harengus

     

     

    (HER/3BC+24)

     

    Id-Danimarka

     

     pm

    (1)

    TAC analitika

     

     

    Il-Ġermanja

    pm

    (1)

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Il-Finlandja

     pm

    (1)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Il-Polonja

     pm

    (1)

    L-Iżvezja

     pm

    (1)

    L-Unjoni

     pm

    (1)

    TAC

     pm

    (1)

    (1)

    Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-aringa, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

    Tabella 3

    Speċi:

    Aringa

     

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

     

    Clupea harengus

     

     

    (HER/3D-R30)

     

    Id-Danimarka

     

    pm

    TAC analitika

     

     

    Il-Ġermanja

     pm

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Estonja

    pm

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Il-Finlandja

    pm

    Il-Latvja

    pm

    Il-Litwanja

    pm

    Il-Polonja

    pm

    L-Iżvezja

    pm

    L-Unjoni

    pm

    TAC

     

    Mhux rilevanti

     

     

     

     

     

    Tabella 4

    Speċi:

    Aringa

     

     

    Żona:

    Is-subdiviżjoni 28.1

     

     

    Clupea harengus

     

     

    (HER/03D.RG)

     

    L-Estonja

     

    16 862

    TAC analitika

     

     

    Il-Latvja

    19 652

    Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

    L-Unjoni

    36 514

    TAC

     

    36 514

     

     

     

     

     

    Tabella 5

    Speċi:

    Bakkaljaw

     

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 25-32

     

    Gadus morhua

     

     

    (COD/3DX32.)

     

    Id-Danimarka

     

    pm

    (1)

    TAC prekawzjonarja

     

     

    Il-Ġermanja

     pm

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Estonja

     pm

    (1)

    Il-Finlandja

     pm

    (1)

    Il-Latvja

     pm

    (1)

    Il-Litwanja

     pm

    (1)

    Il-Polonja

     pm

    (1)

    L-Iżvezja

     pm

    (1)

    L-Unjoni

     pm

    (1)

    TAC

    Mhux rilevanti

    (1)

    (1)

    Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

     

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

    Tabella 6

    Speċi:

    Bakkaljaw

     

     

    Żona:

    Is-subdiviżjonijiet 22-24

     

     

    Gadus morhua

     

     

    (COD/3BC+24)

     

    Id-Danimarka

     

     pm

    (1)

    TAC prekawzjonarja

     

     

    Il-Ġermanja

     pm

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Estonja

     pm

    (1)

    Il-Finlandja

     pm

    (1)

    Il-Latvja

     pm

    (1)

    Il-Litwanja

     pm

    (1)

    Il-Polonja

     pm

    (1)

    L-Iżvezja

     pm

    (1)

    L-Unjoni

     pm

    (1)

    TAC

     pm

    (1)

    (1)

    Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

     

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

    Tabella 7

    Speċi:

    Barbun tat-tbajja’

     

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32

     

    Pleuronectes platessa

     

     

    (PLE/3BCD-C)

     

    Id-Danimarka

     

    pm

    TAC analitika

     

     

    Il-Ġermanja

     pm

    Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

    Il-Polonja

    pm

    L-Iżvezja

     pm

    L-Unjoni

    pm

    TAC

     

    pm

     

     

     

     

     

    Tabella 8

    Speċi:

    Salamun tal-Atlantiku

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-31

     

    Salmo salar

     

     

    (SAL/3BCD-F)

     

    Id-Danimarka

     

    11 183

    (1)(2)

    TAC analitika

     

     

    Il-Ġermanja

    1 244

    (1)(2)

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Estonja

    1 137

    (1)(2)(3)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    Il-Finlandja

    13 945

    (1)(2)

    Il-Latvja

    7 113

    (1)(2)

    Il-Litwanja

    836

    (1)(2)

    Il-Polonja

    3 393

    (1)(2)

    L-Iżvezja

    15 116

    (1)(2)

    L-Unjoni

    53 967

    (1)(2)

    TAC

    Mhux rilevanti

    (1)

    Espress f’għadd ta’ ħut individwali.

     

     

     

    (2)

    Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv tal-investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għas-salamun tal-Atlantiku, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fis-subdiviżjoni 31 tal-ICES f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

    (3)

    Kundizzjoni speċjali: fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjoni 32, jistgħu jiġu mistada sa massimu ta’ 450 kampjun ta’ din il-kwota (SAL/*3D32).

    Tabella 9

    Speċi:

    Salamun tal-Atlantiku

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjoni 32

     

    Salmo salar

     

     

    (SAL/3D32.)

     

    L-Estonja

     

    1 040

    (1)

    TAC prekawzjonarja 

     

     

    Il-Finlandja

    9 104

    (1)

    L-Unjoni

    10 144

    (1)

    TAC

    Mhux rilevanti

    (1)

    Espress f’għadd ta’ ħut individwali. 

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tabella 10

    Speċi:

    Laċċa kaħla

     

     

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32

     

    Sprattus sprattus

     

     

    (SPR/3BCD-C)

     

    Id-Danimarka

     

    pm

    TAC analitika

     

     

    Il-Ġermanja

    pm

    Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

    L-Estonja

    pm

    Il-Finlandja

    pm

    Il-Latvja

    pm

    Il-Litwanja

    pm

    Il-Polonja

    pm

    L-Iżvezja

    pm

    L-Unjoni

    pm

    TAC

     

    Mhux rilevanti

     

     

     

     

     

    Top