Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0707

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

    COM/2022/707 final

    Brussell, 8.12.2022

    COM(2022) 707 final

    2022/0413(CNS)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

    {SEC(2022) 438 final} - {SWD(2022) 400 final} - {SWD(2022) 401 final} - {SWD(2022) 402 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    It-tassazzjoni ġusta hija waħda mill-pedamenti ewlenin tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew. Hija wkoll fost il-pilastri ewlenin tal-impenn tal-Kummissjoni għal “ekonomija li taħdem għan-nies” 1 . Sistema tat-taxxa ġusta għandha tkun ibbażata fuq regoli tat-taxxa li jiżguraw li kulħadd iħallas is-sehem ġust tiegħu, filwaqt li tagħmilha faċli biex il-kontribwenti, kemm jekk negozji kif ukoll individwi, jikkonformaw mar-regoli.

    Il-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jżidu l-urġenza tal-ħtieġa li l-finanzi pubbliċi jiġu protetti. L-Istati Membri se jkollhom bżonn ta’ biżżejjed dħul mit-taxxi biex jiffinanzjaw l-isforzi konsiderevoli tagħhom biex irażżnu l-impatt ekonomiku negattiv tal-kriżijiet, filwaqt li jiżguraw li l-aktar gruppi vulnerabbli jkunu protetti. F’dan il-kuntest, l-iżgurar tal-ġustizzja fit-taxxi permezz tal-prevenzjoni tal-frodi tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa sar aktar importanti minn qatt qabel. U, sabiex issir aktar prevenzjoni tal-frodi tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa fl-UE, huwa kruċjali li jissaħħu kemm il-kooperazzjoni amministrattiva kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa.

    B’mod aktar speċifiku, l-emerġenza ta’ mezzi alternattivi ta’ ħlas u investiment, bħal kriptoassi u flus elettroniċi, thedded li ddgħajjef il-progress li sar fit-trasparenza tat-taxxa f’dawn l-aħħar snin u toħloq riskji sostanzjali ta’ evażjoni tat-taxxa. Għalhekk, il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-Komunikazzjoni għal Pjan ta’ Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li jappoġġa l-istrateġija ta’ rkupru 2 li taġġorna d-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva biex tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ekonomija li qed tevolvi u biex issaħħaħ il-qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

    B’appoġġ għall-ħidma tal-Kummissjoni, fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill (Ecofin) adotta konklużjonijiet tal-Kunsill dwar tassazzjoni ġusta u effettiva fi żminijiet ta’ rkupru, dwar l-isfidi tat-taxxa relatati mad-diġitalizzazzjoni u dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fl-UE u lil hinn minnha 3 .

    Ir-rapport tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ taxxa 4 , li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fl-1 ta’ Diċembru 2021, jiddikjara li “huwa mistenni li l-Kummissjoni, fl-2022, tressaq proposta leġiżlattiva dwar reviżjoni ulterjuri tad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-kriptoassi u d-deċiżjonijiet tat-taxxa għal individwi għonja.

    Il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar tassazzjoni ġusta u sempliċi li jappoġġaw l-istrateġija ta’ rkupru 5 fejn huwa jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni u jappoġġa l-implimentazzjoni bir-reqqa tiegħu u jitlob speċifikament lill-Kummissjoni biex tinkludi kategoriji ta’ introjtu u assi ulterjuri bħal kriptoassi fl-ambitu tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.

    Din il-proposta għandha titqies ukoll fil-kuntest tal-ħidma parallela fl-OECD biex jintlaħaq qbil dwar standard għall-iskambju tal-informazzjoni għall-finijiet tat-taxxa fir-rigward tal-kriptoassi (is-CARF) u l-estensjoni tal-ambitu tal-Istandard Komuni ta’ Rapportar (CRS) biex jiġu koperti l-flus elettroniċi, li rriżultat fi ftehim f’Awwissu 2022 6 u ntlaqgħet mill-G20 fid-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja ta’ Bali 7 f’Novembru 2022.

    Tul dawn l-aħħar snin, l-UE ffokat l-isforzi tagħha biex tindirizza l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u biex tagħti spinta lit-trasparenza. Sar titjib kbir b’mod partikolari fil-qasam tal-iskambju tal-informazzjoni permezz ta’ għadd ta’ emendi għad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC) 8 . Madankollu, ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 9  u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 10 indikaw xi ineffiċjenzi u l-ħtieġa ta’ titjib f’diversi oqsma tad-Direttiva, relatati mal-forom kollha ta’ skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva. B’mod partikolari, instab li fost l-aktar elementi problematiċi tal-qafas kienu n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi li jkopru l-flus elettroniċi u l-muniti diġitali tal-bank ċentrali, id-deċiżjonijiet tat-taxxa transkonfinali għall-individwi b’valur nett għoli, u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-miżuri ta’ konformità 11 .

    Ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jinnota li “Il-kriptovaluti huma esklużi mill-ambitu tal-iskambju ta’ informazzjoni. Jekk kontribwent ikollu flus fi kriptovaluti elettroniċi, il-pjattaforma jew fornitur elettroniku ieħor li jipprovdi servizzi ta’ portafoll għal tali klijenti ma huwiex obbligat jiddikjara ebda ammont jew qligħ ta’ dan it-tip miksub lill-awtoritajiet tat-taxxa. Għalhekk, il-flus miżmuma fi strumenti elettroniċi bħal dawn jibqgħu fil-biċċa l-kbira mhux intaxxati.”

    Għalhekk, hemm ħtieġa ċara li jittejjeb il-qafas eżistenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-kooperazzjoni amministrattiva fl-UE.

    Minbarra li r-regoli eżistenti jsiru aktar stretti, l-espansjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva għal oqsma ġodda hija meħtieġa fl-UE. Dan sabiex jiġu indirizzati l-isfidi maħluqin mill-użu dejjem jiżdied tal-kriptoassi għal finijiet ta’ investiment. Dan se jgħin lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-UE jiġbru t-taxxi b’mod aħjar u b’mod aktar effiċjenti u jlaħħqu ma’ żviluppi ġodda, speċjalment minħabba d-differenzi fis-sistemi tat-tassazzjoni għall-kriptoassi minn Stat Membru għal ieħor. Il-karatteristiċi tal-kriptoassi jagħmlu t-traċċabbiltà u d-detezzjoni tal-avvenimenti taxxabbli mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa diffiċli ħafna. Il-problema tkompli tikber b’mod partikolari meta n-negozjar jitwettaq bl-użu ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew ta’ operaturi tal-kriptoassi li jinsabu f’pajjiż ieħor, jew meta jsir direttament bejn individwi jew entitajiet stabbiliti f’ġuriżdizzjoni oħra. In-nuqqas ta’ rapportar tal-introjtu mill-investimenti tal-kriptoassi jwassal għal nuqqas fid-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri. Dan jagħti vantaġġ ukoll lill-utenti tal-kriptoassi fuq dawk li ma jinvestux fil-kriptoassi. Jekk din il-lakuna regolatorja ma tiġix indirizzata, l-objettiv tat-tassazzjoni ġusta ma jistax jiġi żgurat. Sabiex tindirizza dan it-tħassib, il-Kummissjoni ressqet din il-proposta li hija bbażata fuq il-qafas ta’ rapportar tal-kriptoassi tal-OECD. L-OECD tispeċifika proċeduri ta’ diliġenza dovuta, rekwiżiti ta’ rapportar u regoli oħrajn għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. Id-differenza ewlenija bejn il-proposta u l-qafas ta’ rapportar tal-kriptoassi tal-OECD hija li l-operaturi ta’ servizzi tal-kriptoassi attivi fis-suq tal-UE huma rregolati mir-Regolament XXX.

    Barra minn hekk jenħtieġu rapportar u skambju ta’ informazzjoni li jiffunzjonaw tajjeb u li huma kkoordinati biex jittejbu l-kundizzjonijiet għat-teħid ta’ azzjoni meħtieġa biex jiġu infurzati s-sanzjonijiet kontra r-Russja. Dan iżid l-urġenza u jenfasizza l-importanza li jiġu introdotti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-informazzjoni relatata kemm maż-żamma kif ukoll mat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi tiġi rrapportata u skambjata fost l-Istati Membri.

    Din il-proposta tipprevedi wkoll li jissaħħu d-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva biex jiġu riflessi l-iżviluppi osservati fis-suq intern u fil-livell internazzjonali. Dan għandu jwassal għal rapportar u għal skambju ta’ informazzjoni effettivi inkluż billi jiġu riflessi l-aħħar żidiet għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar inkluża l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-flus elettroniċi u l-munita diġitali tal-bank ċentrali, billi jiġi pprovdut qafas ċar u armonizzat għall-miżuri ta’ konformità, jew billi jiġi estiż l-ambitu tad-deċiżjonijiet tat-taxxa transkonfinali għall-individwi b’valur nett għoli.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Il-leġiżlazzjoni proposta tindirizza l-prijorità politika ġenerali tat-trasparenza fit-tassazzjoni, li hija prerekwiżit għal ġlieda effettiva kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa.

    Id-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva li tipprovdi l-qafas għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni ġiet emendata diversi drabi bl-inizjattivi li ġejjin:

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta’ Diċembru 2014 12 (DAC2) fir-rigward tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri abbażi tal-Istandard Komuni ta’ Rapportar (CRS) tal-OECD li jippreskrivi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji miżmuma minn persuni li ma humiex residenti;

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta’ Diċembru 2015 13 (DAC3) fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati transfruntiera;

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 14 (DAC4) fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni dwar rapportar għal kull pajjiż (CbCR) fost l-awtoritajiet tat-taxxa;

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta’ Diċembru 2016 15 (DAC5) fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 16 (DAC6) fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni b’rabta ma’ arranġamenti transfruntiera rapportabbli; u

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 17 tat-22 ta’ Marzu 2021 (DAC7) li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali.

    Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva jinteraġixxu mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 18 (GDPR) f’diversi każijiet fejn id-data personali ssir rilevanti. Fl-istess ħin, id-Direttiva tinkludi dispożizzjonijiet u salvagwardji speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data. L-emendi proposti se jkomplu jsegwu u jirrispettaw dawn is-salvagwardji. Il-miżuri rilevanti tal-IT u proċedurali jiżguraw li d-data personali tiġi protetta f’konformità mal-GDPR. L-iskambju tad-data se jgħaddi minn sistema elettronika sigura li tikkripta u tiddekripta d-data u, f’kull amministrazzjoni tat-taxxa, l-uffiċjali nazzjonali awtorizzati biss għandu jkollhom l-aċċess għal din l-informazzjoni. Bħala kontrolluri konġunti tad-data, l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-ħżin tad-data skont il-miżuri ta’ sigurtà u l-limiti ta’ żmien meħtieġa mill-GDPR.

    Il-Kummissjoni hija attiva f’diversi oqsma ta’ politika rilevanti għas-suq tal-kriptoassi, inklużi l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-operaturi tal-kriptoassi koperti mill-inizjattiva proposta. L-inizjattiva proposta ma taffettwax proġetti oħrajn tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa b’mod simultanju, peress li għandha l-għan speċifiku li tindirizza ċerti kwistjonijiet relatati mat-taxxa. Il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar is-Suq tal-Kriptoassi (ir-Regolament XXX) u tar-Regolament dwar it-Trasferiment tal-Fondi speċjalment f’termini tal-użu tad-definizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-atti tal-UE u abbażi tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni tal-ewwel wieħed. Ir-Regolament dwar it-Trasferiment tal-Fondi jiżgura ċertu livell ta’ diliġenza dovuta mwettqa mill-entitajiet obbligati għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu iżda ma jipprevedix ir-rapportar u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni fid-dettall li hu meħtieġ għall-finijiet ta’ taxxa diretta.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    L-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-bażi ġuridika għall-inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Għalkemm ma ssir l-ebda referenza espliċita għat-tassazzjoni direttta, l-Artikolu 115 jirreferi għad-direttivi għall-approssimizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Sabiex tiġi ssodisfata din il-kundizzjoni, huwa neċessarju li l-leġiżlazzjoni proposta tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni diretta jkollha l-għan li tirrettifika l-inkonsistenzi eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, minħabba li l-informazzjoni skambjata skont id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva tista’ tintuża wkoll fil-qasam tal-VAT u ta’ taxxi indiretti oħrajn, l-Artikolu 113 tat-TFUE huwa kkwotat ukoll bħala bażi ġuridika.

    Peress li l-inizjattiva proposta temenda d-Direttiva, huwa impliċitu li l-bażi ġuridika tibqa’ l-istess. Tabilħaqq, ir-regoli proposti li jimmiraw li jtejbu l-qafas eżistenti fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva ma jiddevjawx mis-suġġett tad-Direttiva. B’mod partikolari, l-emendi previsti se jkunu jipprovdu qafas ċar u armonizzat għall-miżuri ta’ konformità, jintegraw id-dispożizzjonijiet dwar il-flus elettroniċi fil-qafas eżistenti u jestendu l-ambitu tad-deċiżjonijiet transfruntiera tat-taxxa għall-individwi b’valur nett għoli. L-applikazzjoni konsistenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tinkiseb biss permezz tal-approssimizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali.

    Minbarra l-qafas eżistenti, il-proposta tippreżenta r-regoli dwar ir-rapportar mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti bħala rispons għall-problemi fil-qasam tat-tassazzjoni li jirriżultaw mill-użu tal-kriptoassi għall-investiment jew bħala mezz ta’ skambju. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jippermettu li l-utenti tal-kriptoassi jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom, filwaqt li potenzjalment ma jirrapportawx l-introjtu li jkun ġie ggwadanjat fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. B’hekk, l-Istati Membri jbatu minħabba introjtu li ma jiġix irrapportat u telf ta’ dħul mit-taxxa. Din is-sitwazzjoni twassal ukoll għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa li taħdem kontra l-individwi jew in-negozji li ma jinvestux fil-kriptoassi, u dan joħloq distorsjoni fit-tħaddim tas-suq intern. Għalhekk, din is-sitwazzjoni tista’ tiġi indirizzata biss permezz ta’ approċċ uniformi, kif preskritt fl-Artikolu 115 tat-TFUE.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta tosserva bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE. Tindirizza l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Din tinkludi ċerti modifiki fir-regoli biex jittejjeb il-funzjonament ta’ dispożizzjonijiet eżistenti li jittrattaw il-kooperazzjoni transfruntiera bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa fi Stati Membri differenti. Il-proposta tinvolvi wkoll l-estensjoni tal-ambitu tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni biex jinkludi lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u lill-operaturi tal-kriptoassi billi tqiegħed obbligu fuqhom li jirrapportaw dwar l-introjtu li jinkiseb mill-utenti tal-kriptoassi.

    L-awtoritajiet tat-taxxa ma għandhomx informazzjoni biex jimmonitorjaw ir-rikavat miksub bl-użu tal-kriptoassi u l-konsegwenzi potenzjali tat-taxxa. Fi kliem ieħor, hemm nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa dwar il-kriptoassi, anke jekk is-suq tal-kriptoassi kiseb importanza matul dawn l-aħħar ftit snin.

    Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà għandhom leġiżlazzjoni jew tal-inqas gwida amministrattiva fis-seħħ għad-dħul mit-taxxa miksub permezz ta’ investimenti tal-kriptoassi. Madankollu, spiss ma jkollhomx l-informazzjoni meħtieġa li tippermettilhom jagħmlu dan.

    Iċ-ċertezza u ċ-ċarezza ġuridiċi jistgħu jiġu żgurati biss billi jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi nazzjonali permezz ta’ sett uniku ta’ regoli li japplikaw għall-Istati Membri kollha. Is-suq intern jeħtieġ mekkaniżmu robust biex dawn il-lakuni jiġu indirizzati b’mod uniformi u biex id-distorsjonijiet eżistenti jiġu rettifikati billi jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxa jirċievu informazzjoni xierqa u f’waqtha. Jidher li hu indispensabbli qafas ta’ rapportar armonizzat madwar l-UE fid-dawl tad-dimensjoni transfruntiera prevalenti tas-servizzi pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. Meta jitqies li l-obbligu ta’ rapportar fir-rigward tal-introjtu miksub permezz ta’ investimenti fil-kriptoassi għandu l-għan ewlieni li jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kriptoassi, huwa meħtieġ li din l-inizjattiva tiġi segwita permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE, sabiex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-problema identifikata.

    Għaldaqstant, l-UE tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri individwali biex tindirizza l-problemi identifikati u biex tiżgura l-effettività u l-kompletezza tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-kooperazzjoni amministrattiva. L-ewwel nett, id-Direttiva proposta se tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli fl-UE kollha. It-tieni, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni se jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ rapportar. It-tielet, ir-rapportar se jkun akkumpanjat minn skambju ta’ informazzjoni, u b’hekk jippermetti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiksbu sett komprensiv ta’ informazzjoni rigward l-introjtu ggwadanjat permezz ta’ investimenti fil-kriptoassi.

    Proporzjonalità

    Il-proposta tikkonsisti mit-titjib tad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva u testendi l-ambitu tal-iskambji awtomatiċi għal ċerta informazzjoni speċifika rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. It-titjib ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-iskambji ta’ informazzjoni u, b’mod usa’, tal-kooperazzjoni amministrattiva. Meta jitqies li d-distorsjonijiet identifikati fil-funzjonament tas-suq intern normalment jestendu lil hinn mill-fruntieri ta’ Stat Membru wieħed, ir-regoli komuni tal-UE jirrappreżentaw il-minimu meħtieġ biex il-problemi jiġu indirizzati b’mod effettiv.

    Għalhekk, ir-regoli proposti jikkontribwixxu għal applikazzjoni aktar ċara, konsistenti u effettiva tad-Direttiva li twassal għal modi aħjar biex jintlaħqu l-objettivi tagħha. L-obbligu previst tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti li jirrapportaw l-introjtu li jiggwadanjaw l-utenti tagħhom, joffri wkoll soluzzjoni prattika kontra l-evażjoni tat-taxxa permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni li diġà kienu ġew ipprovati għad-DAC3 u d-DAC6. F’dan ir-rigward, wieħed jista’ jiddikjara li l-inizjattiva proposta tirrappreżenta tweġiba proporzjonata għall-inkonsistenzi identifikati fid-Direttiva u għandha l-għan ukoll li tindirizza l-problema tal-evażjoni tat-taxxa.

    Għażla tal-istrument

    Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija doppja: l-Artikoli 113 u 115 tat-TFUE, li jistabbilixxu b’mod espliċitu li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tista’ tiġi ppromulgata biss fil-forma ġuridika ta’ direttiva. Għalhekk ma huwiex permissibbli li jintuża kwalunkwe tip ieħor ta’ att ġuridiku tal-UE f’dak li jirrigwardja t-tfassil ta’ regoli vinkolanti fit-tassazzjoni. Barra minn hekk, id-direttiva proposta tikkostitwixxi s-seba’ emenda tad-Direttiva; din għaldaqstant issegwi d-Direttivi tal-Kunsill 2014/107/UE, (UE) 2015/2376, (UE) 2016/881, (UE) 2016/2258, (UE) 2018/822 u (UE) 2021/514.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Fl-2021 , il-Qorti Ewropea tal-Awdituri eżaminat kif il-Kummissjoni Ewropea qiegħda timmonitorja l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa stabbilita fid-Direttiva 2011/16/UE, u kif l-Istati Membri qed jużaw l-informazzjoni skambjata.

    Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew 19 ivvaluta l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE u l-emendi sussegwenti tagħha, li għandhom l-għan li jiġġieldu l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa billi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mat-tassazzjoni.

    Ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistema ġiet stabbilita sew, iżda jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, l-iżgurar tal-kwalità tad-data u l-użu tal-informazzjoni miksuba. Fir-riżoluzzjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew isostni li l-informazzjoni skambjata hija ta’ kwalità limitata u li ftit isir monitoraġġ tal-effettività tas-sistema. Ġie nnotat ukoll li bħalissa ma hemm l-ebda qafas komuni tal-UE għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kisbiet tas-sistema, u ftit Stati Membri biss sistematikament iwettqu kontrolli tal-kwalità fuq id-data skambjata. Fl-aħħar, il-Parlament Ewropew irrakkomanda leġiżlazzjoni ġdida biex issaħħaħ u ttejjeb ulterjorment id-Direttiva 20 , filwaqt li fl-istess ħin, tiżgura l-implimentazzjoni bir-reqqa tar-regoli u l-istandards eżistenti, anke fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Filwaqt li tibni fuq dawn iż-żewġ rapporti, din il-proposta leġiżlattiva tippreżenta sett ta’ interventi speċifiċi biex jittejjeb il-funzjonament tal-kooperazzjoni amministrattiva.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Fl-10 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika biex tiġbor il-feedback dwar it-triq ’il quddiem għall-azzjoni tal-UE dwar it-tisħiħ tal-qafas tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni. Ġew ippreżentati numru ta’ mistoqsijiet u l-partijiet ikkonċernati taw il-feedback ta’ appoġġ tagħhom f’total ta’ 33 rispons.

    Barra minn hekk, fit-23 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni mmirata tas-settur tan-negozju billi organizzat laqgħa ma’ diversi rappreżentanti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u tal-flus elettroniċi u ta’ assoċjazzjonijiet ta’ assi diġitali. Kien hemm kunsens fost ir-rappreżentanti dwar il-benefiċċji li jkun hemm qafas legali standardizzat tal-UE għall-ġbir tal-informazzjoni mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, meta mqabbel ma’ ħafna regoli nazzjonali diversi għar-rapportar. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti kienu favur soluzzjoni simili għad-DAC2, li tippermetti r-rapportar tal-informazzjoni biss lill-amministrazzjoni tat-taxxa fi Stat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jkun awtorizzat/residenti/irreġistrat.

    Fir-rigward tal-Istati Membri, dawn ġew ikkonsultati permezz ta’ kwestjonarju u laqgħat apposta. Fit-13 ta’ Novembru 2020 u fl-24 ta’ Marzu 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma IV, fejn l-Istati Membri kellhom l-opportunità li jiddibattu proposta possibbli għal emenda għad-Direttiva. Il-laqgħa ffokat fuq ir-rapportar u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-introjtu miksub permezz ta’ investimenti fil-kriptoassi.

    B’mod ġenerali, ġie rreġistrat appoġġ mifrux għal inizjattiva possibbli tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-introjtu li jinkiseb mill-utenti tal-kriptoassi permezz tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri appoġġaw l-allinjament tal-ambitu mal-ħidma mwettqa fil-livell tal-OECD.

    B’mod ġenerali jidher li kemm il-konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk immirati jikkonverġu fuq l-isfidi li r-regoli l-ġodda għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandhom jimmiraw li jindirizzaw: in-nuqqas ta’ rapportar dwar parteċipazzjonijiet u tranżazzjonijiet li jinvolvu kriptoassi; u l-ħtieġa li tiġi ċċarata l-inklużjoni ta’ prodotti tal-flus elettroniċi fl-ambitu tal-obbligi ta’ rapportar u tal-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri.

    Valutazzjoni tal-impatti

    Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatti tal-għażliet ta’ politika rilevanti. Din irċeviet opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-12 ta’ Novembru 2021 (SEC(2022)438). Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’xi riżervi u għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib li tqiesu fir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatti (SWD(2022) 401). Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ikkummenta dwar it-titjib potenzjali fid-deskrizzjoni tal-ambitu tal-inizjattiva u tal-għażliet ta’ politika kollha disponibbli u fattibbli filwaqt li qies l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u medji. Il-valutazzjoni tal-impatti ġiet abbozzata mill-ġdid biex tiddefinixxi aħjar l-ambitu tal-inizjattiva u biex tanalizza ulterjorment l-għażliet ta’ politika diversi filwaqt li tqis it-tiswir potenzjali tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi abbażi tad-daqs tagħhom.

    Ġew ivvalutati għażliet ta’ politika diversi skont il-kriterji tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza meta mqabblin max-xenarju bażi. Fl-ogħla livell tal-analiżi, trid issir għażla bejn l-istatus quo jew ix-xenarju bażi u xenarju li fih il-Kummissjoni taġixxi b’azzjoni mhux regolatorja inkella b’azzjoni regolatorja. L-azzjoni mhux regolatorja tkun tikkonsisti mill-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni. L-għażliet regolatorji jinvolvu inizjattiva leġiżlattiva biex jiġu emendati ċerti elementi speċifiċi tal-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva eżistenti.

    L-għażliet ta’ politika diversi daru madwar l-interazzjoni ta’ forom diversi ta’ rapportar (jiġifieri tranżazzjoni bi tranżazzjoni, aggregat jew ibridu) u l-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu bbażat fuq id-daqs (fatturat) tan-negozji. L-għażla ppreferuta hija dik fejn ikun hemm rapportar ibridu, fejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jirrapportaw informazzjoni aggregata għal kull tip ta’ kriptoassi u għal kull tip ta’ tranżazzjoni; b’hekk jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jimmaniġġaw l-ammont ta’ informazzjoni miksuba biex iwettqu l-analiżi tar-riskji meħtieġa. L-għażla ppreferuta ma tinkludi l-ebda limitu bbażat fuq id-daqs tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti peress li dan jista’ joħloq xi lakuni.

    Fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, il-valutazzjoni tal-impatti tindika li l-għażla regolatorja fil-livell tal-UE hija l-aktar xierqa biex tintlaħaq il-politika identifikata. Intwera li l-istatus quo jew ix-xenarju bażi huwa l-inqas għażla effettiva, effiċjenti jew koerenti. Għall-kuntrarju tax-xenarju bażi, standard komuni obbligatorju tal-UE jiżgura li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa kollha tal-UE jkollhom aċċess għall-istess tip ta’ data. Fi kliem ieħor, azzjoni regolatorja tal-UE tqiegħed lill-awtoritajiet tat-taxxa kollha fuq livell indaqs fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni miġbura għal fini identifikat tat-taxxa. Din tippermetti wkoll l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livell tal-UE abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni. Ladarba tiġi implimentata, hija l-uniku xenarju li fih l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ utent tal-kriptoassi jistgħu jivverifikaw li l-utent irrapporta akkuratament il-qligħ kapitali tiegħu li kiseb mill-investimenti fil-kriptoassi, mingħajr il-ħtieġa ta’ talbiet u investigazzjonijiet ad hoc u li jieħdu ħafna ħin. Barra minn hekk, standard komuni obbligatorju ta’ rapportar tal-UE jiżgura li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jiffaċċjawx soluzzjonijiet nazzjonali frammentati fir-rigward tal-obbligi tar-rapportar relatati mat-taxxa.

    Impatti ekonomiċi

    Benefiċċji

    L-obbligu li jiġi rrapportat l-introjtu miksub permezz tal-investimenti fil-kriptoassi u l-iskambju ta’ din l-informazzjoni se jgħin lill-Istati Membri biex jirċievu sett sħiħ ta’ informazzjoni sabiex jiġbru d-dħul mit-taxxa dovut. Abbażi tal-istimi, id-dħul mit-taxxa addizzjonali jista’ jilħaq EUR 2,4 biljun. Ir-regoli komuni ta’ rapportar se jgħinu wkoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-kriptoassi. It-trasparenza fuq l-introjtu miksub mill-investituri fil-kriptoassi ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi ma’ assi aktar tradizzjonali.

    Li jkun hemm strument obbligatorju uniku tal-UE jista’ jkollu wkoll impatti soċjali pożittivi u jikkontribwixxi biex ikun hemm perċezzjoni pożittiva tal-ġustizzja fit-taxxa u tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet bejn il-kontribwenti. Huwa preżunt li aktar ma jkun wiesa’ l-ambitu tar-regoli, aktar tkun b’saħħitha l-perċezzjoni tal-ġustizzja fit-taxxa, minħabba li hemm kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ rapportar fit-tipi kollha ta’ attivitajiet. L-istess raġunament japplika għall-benefiċċji f’termini tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet: aktar ma jkun wiesa’ l-ambitu tal-inizjattiva, aktar l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw aħjar li t-taxxi dovuti jinġabru b’mod effettiv. Il-benefiċċji fiskali tal-azzjoni tal-UE huma ħafna akbar fejn l-obbligu ta’ rapportar għandu ambitu wiesa’.

    Kostijiet

    L-ispejjeż ta’ darba mġarrbin għall-implimentazzjoni u r-rapportar awtomatiku madwar l-UE huma stmati għal madwar EUR 300 miljun għat-totalità tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti u tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, bis spejjeż rikorrenti ta’ madwar EUR 25 miljun fis-sena. L-ispejjeż ta’ darba u rikorrenti huma prinċipalment dovuti għall-iżvilupp u għall-operat tas-sistemi tal-IT. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa se jġarrbu wkoll spejjeż għall-infurzar. Fl-interess tal-kosteffiċjenza, l-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu r-rapportar diġitali u jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, l-interoperabbiltà tas-sistemi, inkluż fil-livell tad-data, bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Il-proposta hija mfassla biex timminimizza l-piżijiet regolatorji għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, tal-kontribwenti u tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa. F’konformità mar-regola “One In One Out”, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti se jibbenefikaw minn rekwiżiti ta’ rapportar omoġeni madwar l-UE, aħjar milli jkollhom standards diversi għal kull Stat Membru. Ir-rispons politiku ppreferut jirrappreżenta tweġiba proporzjonata għall-problema identifikata peress li ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tat-Trattati għal funzjonament aħjar tas-suq intern mingħajr distorsjonijiet. Fil-fatt, ir-regoli komuni jkunu limitati għall-ħolqien ta’ qafas komuni minimu meħtieġ għar-rapportar tal-introjtu miksub permezz ta’ investimenti fil-kriptoassi. Pereżempju: (i) ir-regoli jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda rapportar doppju (jiġifieri rapportar ta’ punt uniku); (ii) l-iskambju awtomatiku jkun limitat għall-Istati Membri rilevanti; u (iii) l-impożizzjoni ta’ penali għan-nuqqas ta’ konformità tibqa’ taħt il-kontroll sovran tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni ma tmurx lil hinn milli tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu informati dwar l-introjtu miksub. Minn hemm ’il quddiem, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taxxa dovuta f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Drittijiet fundamentali

    Din id-direttiva proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, is-sett ta’ elementi tad-data li jridu jiġu trażmessi lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa huma ddefiniti b’mod biex tinqabad biss id-data minima meħtieġa biex jiġi identifikat rapportar mhux komplut jew in-nuqqas ta’ rapportar mhux konformi, f’konformità mal-obbligi tal-GDPR b’mod partikolari l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Ara d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

    5.SPJEGAZZJONI FID-DETTALL TAD-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-PROPOSTA

    Il-proposta tressaq bidliet għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-iskambji ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva. Din testendi wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. Ir-regoli dwar il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta, ir-rekwiżiti ta’ rapportar u regoli oħrajn li japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huma bbażati fuq il-qafas ta’ rapportar tal-kriptoassi tal-OECD.

    (i) Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni

    Kategoriji ta’ introjtu u kapital

    L-Artikolu 8(1) jistabbilixxi l-kategoriji ta’ introjtu li huma soġġetti għal skambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-introjtu mid-dividendi mhux ta’ kustodja jiżdied mal-kategoriji ta’ introjtu u kapital li diġà huma soġġetti għall-iskambju ta’ informazzjoni. Emenda tkun tobbliga wkoll lill-Istati Membri jiskambjaw ma’ Stati Membri oħrajn l-informazzjoni kollha li hija disponibbli fil-kategoriji kollha ta’ introjtu u kapital 21 fir-rigward ta’ perjodi taxxabbli li jibdew minn Jannar 2026 jew wara f’konformità mal-Artikolu 8(3).

    Deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għall-individwi b’valur nett għoli

    L-Artikolu 8a jistabbilixxi r-regoli għall-iskambju awtomatiku ta’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti antiċipati ta’ prezzijiet ta’ trasferiment għall-persuni għajr il-persuni fiżiċi. Din id-dispożizzjoni hija estiża għall-individwi b’valur nett għoli li għandhom minimu ta’ EUR 1 000 000 f’ġid jew f’assi finanzjarji jew investibbli ġestiti, għajr ir-residenza privata ewlenija tal-individwu li jkun. L-emenda se tobbliga lill-Istati Membri jiskambjaw ma’ Stati Membri oħrajn l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għall-individwi b’valur nett għoli maħruġin, emendati jew imġeddin bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2025, din il-komunikazzjoni għandha ssir bil-kundizzjoni li dawn ikunu għadhom validi fl-1 ta’ Jannar 2026.

    Informazzjoni rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti

    L-Artikolu 8ad jistabbilixxi l-ambitu u l-kundizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni li se tiġi rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-regoli dettaljati dwar l-obbligi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huma stabbiliti fl-Anness VI li huwa introdott mill-Anness III. Għall-ewwel pass, ir-regoli jipprevedu obbligu fuq il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti li jiġbor u jivverifika l-informazzjoni f’konformità mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stabbiliti mill-proposta. Għat-tieni pass, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jridu jirrapportaw lill-awtorità kompetenti rilevanti l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi, jiġifieri dawk li jużaw il-fornitur ta’ servizzi biex jinnegozjaw u jiskambjaw il-kriptoassi tagħhom. It-tielet pass jikkonċerna l-komunikazzjoni tal-informazzjoni rrapportata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun irċieva l-informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti fejn ikun residenti l-utent tal-kriptoassi rapportabbli.

    Kamp ta’ Applikazzjoni 

    L-Anness V, it-Taqsima IV tipprevedi d-definizzjonijiet li jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli għar-rapportar.

    Min hu responsabbli li jirrapporta?

    Ir-regoli jinkludu definizzjonijiet ta’ x’inhuma fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, operatur tal-kriptoassi u fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti.

    Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew impriża li l-okkupazzjoni jew in-negozju tagħha jkun il-forniment ta’ servizz tal-kriptoassi wieħed jew aktar lil partijiet terzi fuq bażi professjonali, u li tkun awtorizzata fi Stat Membru biex tipprovdi servizzi tal-kriptoassi f’konformità mar-Regolament XXX. Dan it-terminu huwa marbut mar-Regolament XXX biex tinżamm definizzjoni konsistenti. Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu jeżerċitaw attività fl-UE permezz ta’ passaportar u huma elenkati f’reġistru miżmum mill-ESMA.

    Operatur tal-kriptoassi jfisser kwalunkwe persuna fiżika, persuna ġuridika jew impriża li l-okkupazzjoni jew in-negozju tagħha jkun il-forniment ta’ servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi lil partijiet terzi fuq bażi professjonali, iżda li ma tkunx koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament XXX.

    Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huwa kwalunkwe fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u kwalunkwe operatur tal-kriptoassi li jwettaq servizz tal-kriptoassi wieħed jew aktar li jippermetti lill-utenti rapportabbli jagħmlu tranżazzjoni ta’ skambju.

    Id-definizzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti tinkludi fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX u operaturi tal-kriptoassi li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament XXX (eż. operatur tal-kriptoassi b’ utenti tal-kriptoassi residenti fl-UE “mhux solleċitati”, operaturi tal-kriptoassi li jinnegozjaw tokens mhux funġibbli, eċċ.) u għalhekk ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jiġu awtorizzati skont dak ir-Regolament.

    Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jirċievu awtorizzazzjoni skont ir-Regolament XXX fl-Istat Membru tal-entità ġuridika u għalhekk jirrapportaw f’dak l-Istat Membru. Filwaqt li, biex tkopri l-operaturi tal-kriptoassi, fl-Artikolu 8ad(7) il-proposta tistabbilixxi obbligi għal reġistrazzjoni unika ma’ Stat Membru tal-għażla tagħhom. Ir-rapportar isir f’dak l-Istat Membru. L-Anness VI, it-Taqsima V, il-paragrafu F jistabbilixxi d-dettalji tal-proċess tar-reġistrazzjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli proposti u, b’mod aktar preċiż, għar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, l-Artikolu 8ad(11), is-subparagrafu 3 jagħti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta formola standard. Dawn is-setgħat iridu jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 

    Huma biss l-operaturi tal-kriptoassi li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament XXX, li jkunu meħtieġa jirreġistraw fi Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 8ad(12). Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi diġà awtorizzat fl-UE, skont ir-Regolament XXX, ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni unika.

    Peress li l-operaturi tal-kriptoassi jistgħu jkunu residenti barra mill-UE, il-proposta tipprevedi l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni unika u tar-rapportar kif previst f’din id-Direttiva, u din tkun tiddependi mid-determinazzjoni ta’ mekkaniżmi korrispondenti ta’ rapportar u skambju fir-rigward ta’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dan il-mekkaniżmu huwa simili għal dak inkluż fid-Direttiva 2021/514 (DAC7) u għandu l-istess għan li jiżgura kundizzjonijiet ekwi u li jevita li l-fornituri tas-servizzi jinvolvu ruħhom f’għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni.

    Id-Direttiva tirrikjedi r-rapportar minn operaturi tal-kriptoassi fl-Unjoni Ewropea u dawk li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, safejn dawn l-operaturi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea jkollhom utenti rapportabbli residenti fl-Unjoni. Dan huwa essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti kollha u biex tiġi evitata komptezzjoni inġusta.

    L-operaturi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni unika u ta’ rapportar f’każijiet fejn jeżistu arranġamenti adegwati, biex jiġi żgurat li tiġi skambjata l-informazzjoni korrispondenti bejn ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u l-Istati Membri.

    Dawn l-arranġamenti adegwati se jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni f’konformità mal-kriterji u l-proċessi speċifikati fl-Artikolu 8ad. Meta jiġi ddeterminat li l-informazzjoni tkun korrispondenti, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni u ta’ rapportar jitneħħa u meta ma ssirx din id-determinazzjoni, l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rapportar, kif previst fid-Direttiva, xorta għandhom japplikaw.

    Liema huma t-tranżazzjonijiet rapportabbli?

    It-tranżazzjonijiet rapportabbli huma tranżazzjonijiet ta’ skambju u trasferimenti ta’ kriptoassi rapportabbli. Kemm it-tranżazzjonijiet domestiċi kif ukoll dawk transfruntiera huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta u huma aggregati skont it-tip ta’ kriptoassi rapportabbli.

    It-tranżazzjonijiet rapportabbli ta’ min ikunu?

    Utent tal-kriptoassi huwa individwu jew entità li jkun/tkun klijent ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għall-finijiet tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet rapportabbli. Individwu jew entità, għajr istituzzjoni finanzjarja jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, li taġixxi bħala utent tal-kriptoassi għall-benefiċċju jew f’isem individwu jew entità oħra bħala aġent, kustodju, persuna maħtura, firmatarju, konsulent tal-investiment, jew intermedjarju, ma tiġix ittrattata bħala utent tal-kriptoassi, u huma ttrattati bħala l-utent tal-kriptoassi l-individwu jew l-entità l-oħra .

    Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jiffaċilita l-pagamenti fil-kriptoassi għal negozjant jew f’ismu, il-klijent li jkun il-kontroparti għan-negozjant irid jiġi ttrattat bħala utent tal-kriptoassi. F’każijiet bħal dawn, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huwa meħtieġ jivverifika l-identità tal-klijent f’konformità mar-regoli domestiċi kontra l-ħasil tal-flus.

    Utent rapportabbli huwa utent tal-kriptoassi residenti fi Stat Membru li jkun persuna rapportabbli. Il-persuni esklużi huma: (a) entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b’mod regolari f’suq tat-titoli stabbilit wieħed jew aktar; (b) kwalunkwe entità li hija entità relatata ma’ entità deskritta fil-klawżola (a); (c) entità governattiva; (d) organizzazzjoni internazzjonali; (e) bank ċentrali; jew (f) istituzzjoni finanzjarja għajr entità ta’ investiment deskritta fit-Taqsima IV E(5)(b).

    It-tranżazzjonijiet ta’ utent rapportabbli biss huma rapportabbli.

    Proċeduri ta’ diliġenza dovuta

    Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandu jwettaq il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fl-Anness VI, it-Taqsima III sabiex jidentifika l-utenti rapportabbli. Il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta japplikaw għall-utenti individwali tal-kriptoassi kif ukoll għall-utenti tal-kriptoassi li huma entitajiet li għandhom jiġu identifikati bħala utenti rapportabbli. L-identifikazzjoni ta’ dawn l-utenti rapportabbli ssir permezz ta’ awtoċertifikazzjoni li tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jiddetermina, pereżempju, ir-residenza/i tal-utenti tal-kriptoassi. Permezz ta’ dan il-proċess tista’ tinġabar dokumentazzjoni addizzjonali skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-klijent.

    It-Taqsima III, il-paragrafu A jistabbilixxi l-informazzjoni speċifika dwar utent individwali tal-kriptoassi li għandu jiġbor fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti.

    It-Taqsima III, il-paragrafu B jistabbilixxi l-informazzjoni speċifika dwar utent tal-kriptoassi li tkun entità li jeħtieġ li jiġbor fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti dwar utent tal-kriptoassi li hi entità. Dawk il-proċeduri japplikaw għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk l-utent entità tal-kriptoassi ikunx utent jew entità rapportabbli, għajr persuna eskluża, b’persuna kontrollanti waħda jew aktar li tkun persuna rapportabbli.

    It-Taqsima III, il-paragrafu C jistabbilixxi r-regoli għar-rekwiżiti tal-awtoċertifikazzjoni għall-utenti individwali tal-kriptoassi u għall-utenti entitajiet tal-kriptoassi.

    It-Taqsima III, il-paragrafu D jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali ta’ diliġenza dovuta.

    Rapportar lill-awtorità kompetenti mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti

    L-informazzjoni, kif tkun inġabret u ġiet ivverifikata, għandha tiġi rrapportata mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti, jew f’perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor tat-tranżazzjoni rapportabbli. Ir-rapportar għandu jsir biss fi Stat Membru wieħed (jiġifieri reġistrazzjoni unika fl-Istat Membru tal-għażla jew fl-Istat Membru tal-awtorizzazzjoni). Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandu jirrapporta fl-Istat Membru li fih ikun awtorizzat skont ir-Regolament XXX. Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti li ma jkunx awtorizzat skont ir-Regolament XXX għandu jirrapporta fl-Istat Membru li fih ikun irreġistra f’konformità mal-Artikolu 8ad(11).

    F’konformità mal-Artikolu 25(3) emendat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandu jinforma lil kull individwu kkonċernat li l-informazzjoni relatata ma’ dan l-individwu se tinġabar u se tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti kif meħtieġ skont din id-Direttiva proposta. Il-fornitur tas-servizzi tal-kriptoassi rapportanti jrid jipprovdi wkoll l-informazzjoni kollha li huma meħtieġa jipprovdu skont il-GDPR il-kontrolluri tad-data. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandu jagħti l-informazzjoni kollha lil kull individwu, u dan irid isir qabel ma tiġi rrapportata l-informazzjoni u mhux aktar tard minn hekk. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont il-GDPR.

    Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

    L-informazzjoni rrapportata minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti tal-Istati Membri fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jkun residenti għall-finijiet ta’ taxxa jew fejn ikun irċieva l-awtorizzazzjoni tiegħu, jew fejn ikun irreġistrat, fi żmien xahrejn wara t-tmiem tas-sena kalendarja li magħha huma relatati r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti. Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 8ad jistabbilixxi liema informazzjoni trid tiġi rrapportata lil dawk l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti tal-Istati Membri.

    Huwa assunt li fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jirrapporta l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-awtorizzazzjoni, tar-residenza tat-taxxa, jew tar-reġistrazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti jew perjodu ta’ rapportar xieraq ieħorgħat-tranżazzjoni rapportabbli.

    Dawn l-iskambji f’waqthom jipprovdu sett komplut ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet tat-taxxa, u b’hekk jippermettu t-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tat-taxxa ta’ kull sena mimlija minn qabel.

    L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jsir b’mod elettroniku permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni (CCN) tal-UE bl-użu tal-iskema XML żviluppata mill-Kummissjoni. Dan huwa n-network komuni ta’ komunikazzjoni li jintuża għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni skont din id-Direttiva.

    Għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni skont din il-proposta, l-informazzjoni se tiġi kkomunikata lid-direttorju ċentrali żviluppat mill-Kummissjoni u li diġà jintuża għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati tat-taxxa transfruntiera u l-arranġamenti transfruntiera.

    L-implimentazzjoni u l-prevenzjoni effettivi tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ skambju

    Jekk utent tal-kriptoassi ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima III wara żewġ tfakkiriet wara l-ewwel talba tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, iżda mhux qabel ma jgħaddu 60 jum, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti ma għandhomx jippermettu lill-utent tal-kriptoassi jwettaq tranżazzjonijiet ta’ skambju. (Ara t-Taqsima V, il-paragrafu A).

    (ii) Kooperazzjoni amministrattiva

    Penali u miżuri ta’ konformità oħrajn

    L-Artikolu 25(a) Penali u miżuri ta’ konformità oħrajn

    Penali effettivi għal nuqqas ta’ konformità fil-livell nazzjonali

    L-Artikolu 25a dwar il-penali huwa emendat billi jindika b’mod speċifiku li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità mad-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8(3a), 8aa, 8ab, 8ac u 8ad. Il-penali u miżuri ta’ konformità oħrajn previsti fid-Direttiva jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għandha tapplika penali finanzjarja minima f’każijiet ta’ nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi validi jew meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li tammonta għal aktar minn 25 % tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata.

    (iii) Dispożizzjonijiet oħrajn

    Użu tal-informazzjoni

    L-Artikolu 16 huwa emendat b’paragrafu 7 ġdid li jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu effettiv biex jiżguraw l-użu tal-informazzjoni miksuba permezz tar-rapportar u l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad. L-Artikolu 16(2) huwa emendat biex jiżgura li l-informazzjoni rrapportata u skambjata skont id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni amministrattiva tista’ tintuża għal finijiet oħrajn għajr it-tassazzjoni diretta, f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ftehim fil-livell tal-UE biex din l-informazzjoni tintuża biex jiġu implimentati sanzjonijiet f’kuntest internazzjonali. Sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu b’mod partikolari dawk fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżuri restrittivi. Tabilħaqq, l-informazzjoni skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE tista’ tkun rilevanti ħafna għall-iskoperta ta’ ksur jew ta’ evażjoni ta’ miżuri restrittivi. Min-naħa l-oħra, kull ksur potenzjali tas-sanzjonijiet ikun rilevanti għall-finijiet tat-taxxa peress li l-evitar ta’ miżuri restrittivi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ikun jammonta wkoll għall-evitar tat-taxxa fir-rigward ta’ dawn l-assi. Għalhekk jixraq li jiġi awtorizzat li d-data terġa’ tintuża, minħabba s-sinerġiji probabbli u r-rabta mill-qrib bejn iż-żewġ oqsma.

    Rapportar

    L-Artikolu 27(2) huwa sostitwit b’dispożizzjoni li tobbliga lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jivvalutaw, għall-ġuriżdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, f’konformità mad-Direttiva. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva, kull sena l-Istati Membri jridu jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din l-emenda tirriżulta fit-tneħħija tal-evalwazzjoni biennali tal-karatteristiċi għall-arranġamenti transfruntiera fl-Anness IV.

    ·Rapportar ta’ informazzjoni dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa

    L-Artikolu 27c jiżdied sabiex tiddaħħal dispożizzjoni li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa ta’ individwi jew ta’ entitajiet irrapportati maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jkun iddaħħal fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(3a), fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8aa(3), fl-Artikolu 8ab(14), fl-Artikolu 8ac(2) u fl-Artikolu 8ad(3). In-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa għandu jingħata anke jekk ma jkunx rikjest speċifikament minn dawn l-Artikoli.

    ·Rieżami tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/107/UE

    Peress li d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (DAC2) timplimenta l-Istandard Komuni ta’ Rapportar tal-OECD fi ħdan l-UE, din il-proposta tqis l-emendi għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar li ġew miftiehma fis-26 ta’ Awwissu 2022 matul il-proċess ta’ rieżami Komuni tar-Rapportar. Dawn l-emendi jestendu l-ambitu tal-Istandard Komuni ta’ Rapportar biex ikopru l-prodotti tal-flus elettroniċi u l-muniti diġitali tal-bank ċentrali. Ġew miftiehma emendi addizzjonali biex jittejbu ulterjorment il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-riżultati tar-rapportar, bil-għan li jiżdied l-użu tal-informazzjoni tal-Istandard Komuni ta’ Rapportar għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u fejn possibbli, jiġu limitati l-piżijiet fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji.

    ·Servizzi ta’ identifikazzjoni

    Is-servizzi ta’ identifikazzjoni huma introdotti bħala mezz simplifikat u standardizzat ta’ identifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi u tal-kontribwenti. Dan jippermetti lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw dan il-format għall-identifikazzjoni mingħajr ma jaffettwaw b’xi mod il-fluss u l-kwalità tal-informazzjoni skambjata ma’ Stati Membri oħrajn li ma jużawx servizzi ta’ identifikazzjoni.

    ·L-użu ta’ skambji ta’ informazzjoni għal skopijiet oħrajn

    B’mod ġenerali, id-Direttiva tipprevedi l-possibbiltà li l-informazzjoni skambjata tintuża għal skopijiet oħrajn għajr għal finijiet ta’ taxxa diretta u indiretta sal-punt li l-Istat Membru emittenti jkun iddikjara l-iskop permess għall-użu ta’ din l-informazzjoni f’lista. Il-proposta tneħħi l-ħtieġa li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat f’każijiet fejn l-użu tal-informazzjoni jkun kopert f’lista abbozzata mill-Istat Membru emittenti.

    Barra minn hekk, il-proposta tiċċara b’mod xieraq li l-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tad-dazji doganali, u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

    ·Data tal-applikazzjoni tad-Direttiva

    Id-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026. Hemm żewġ eċċezzjonijiet previsti fid-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet dwar is-servizz ta’ identifikazzjoni japplikaw minn Jannar 2025. Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika tan-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa mhumiex se jibdew japplikaw qabel Jannar 2027.

     

    2022/0413 (CNS)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 22 ,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 23 ,

    Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali,

    Billi:

    (1)Il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw sfida ewlenija għall-Unjoni u fil-livell globali. L-iskambju tal-informazzjoni huwa kruċjali fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki.

    (2)Il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza politika ta’ tassazzjoni ġusta u tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, inkluż permezz ta’ aktar kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri.

    (3)Fl-1 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill Ewropew approva rapport mill-Kunsill (Ecofin) li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex fl-2022 tressaq proposta leġiżlattiva li jkun fiha reviżjonijiet ulterjuri għad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 24 , f’dak li jikkonċerna l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-kriptoassi u d-deċiżjonijiet tat-taxxa għall-individwi għonja 25 .

    (4)Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport li jeżamina l-qafas ġuridiku u l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Dak ir-rapport jikkonkludi li l-qafas ġenerali tad-Direttiva 2011/16/UE huwa solidu, iżda li jeħtieġ li jissaħħu xi dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jintuża l-potenzjal sħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u titkejjel l-effettività tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapport jikkonkludi li jenħtieġ li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva sabiex ikopri kategoriji addizzjonali ta’ assi u introjtu, bħall-kriptoassi.

    (5)Is-suq tal-kriptoassi kiseb importanza u żdied fil-kapitalizzazzjoni b’mod sostanzjali u rapidu matul l-aħħar 10 snin. Il-kriptoassi huma rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew ta’ dritt li tista’ tiġi ttrasferita u maħżuna elettronikament, bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili.

    (6)L-Istati Membri għandhom regoli u gwida fis-seħħ, għalkemm dawn ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, għall-introjtu mit-taxxa dderivat minn tranżazzjonijiet tal-kriptoassi. Madankollu, minħabba n-natura deċentralizzata tal-kriptoassi l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jsibuha diffiċli jiżguraw il-konformità mat-taxxa.

    (7)Ir-Regolament XXX dwar is-Swieq tal-Kriptoassi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 (ir-Regolament XXX) estenda l-perimetru regolatorju tal-Unjoni għall-kwistjonijiet ta’ kriptoassi li s’issa ma kinux irregolati minn atti tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fir-rigward ta’ dawn il-kriptoassi (“fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi”). Ir-Regolament XXX jistabbilixxi d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva tqis ukoll ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi skont ir-Regolament XXX sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. In-natura transfruntiera intrinsika tal-kriptoassi tirrikjedi kooperazzjoni amministrattiva internazzjonali b’saħħitha biex tiġi żgurata regolamentazzjoni effettiva.

    (8)Il-qafas tal-Unjoni Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Ġlieda Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jestendi l-ambitu tal-entitajiet obbligati soġġetti għar-regoli tal-AML/CFT, għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament XXX. Barra minn hekk, ir-Regolament XXX 27 jestendi l-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li mat-trasferimenti tal-fondi jibagħtu wkoll l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

    (9)Fil-livell internazzjonali, il-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) 28 għandu l-għan li jintroduċi aktar trasparenza fiskali dwar il-kriptoassi u r-rapportar tagħhom. Jenħtieġ li r-regoli tal-Unjoni jqisu l-qafas żviluppat mill-OECD sabiex tiżdied l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv.

    (10)Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 29 tistabbilixxi l-obbligi għall-intermedjarji finanzjarji biex jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa li mbagħad ikunu meħtieġa jiskambjaw din l-informazzjoni ma’ Stati Membri rilevanti oħrajn. Madankollu, mhuwiex obbligatorju li jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva l-biċċa l-kbira tal-kriptoassi billi ma jikkostitwux flus miżmumin f’kontijiet ta’ depożitu u lanqas f’assi finanzjarji. Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif ukoll l-operaturi tal-kriptoassi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma humiex koperti mid-definizzjoni eżistenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva 2011/16/UE.

    (11)Sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda li jirriżultaw mill-użu dejjem jiżdied ta’ mezzi alternattivi ta’ pagament u ta’ investiment, li joħolqu riskji ġodda ta’ evażjoni tat-taxxa u li għadhom ma humiex koperti mid-Direttiva 2011/16/UE, ir-regoli dwar ir-rapportar u l-iskambju tal-informazzjoni jenħtieġ li jkopru l-kriptoassi u l-utenti tagħhom.

    (12)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, jenħtieġ li r-rapportar ikun effettiv, sempliċi u ddefinit b’mod ċar. L-identifikazzjoni ta’ avvenimenti taxxabbli li jseħħu waqt l-investiment fil-kriptoassi hija diffiċli. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiġbru u jivverifikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-utenti tagħhom. Jenħtieġ li l-piż amministrattiv jiġi mminimizzat għall-industrija sabiex tkun tista’ tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha fl-Unjoni.

    (13)L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali biex dawn ikollhom l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jivvalutaw b’mod korrett l-ammonti tat-taxxi dovuti fuq l-introjtu. L-obbligu ta’ rapportar jenħtieġ li jkopri kemm it-tranżazzjonijiet transfruntiera kif ukoll dawk domestiċi, sabiex jiġu żgurati l-effettività tar-regoli tar-rapportar, il-funzjonament xieraq tas-Suq Intern, il-kundizzjonijiet ekwi u r-rispett tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

    (14)Id-Direttiva tapplika għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rregolati mir-Regolament XXX u awtorizzati minnu, u għall-operaturi tal-kriptoassi li ma humiex. It-tnejn jissejħu fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti peress li skont din id-Direttiva huma meħtieġa jirrapportaw. Il-fehim ġenerali ta’ x’jikkostitwixxi kriptoassi huwa wiesa’ ħafna u jinkludi dawk il-kriptoassi li nħarġu b’mod deċentralizzat, kif ukoll stablecoins, u ċerti tokens mhux funġibbli (NFTs). Il-kriptoassi li jintużaw għall-finijiet ta’ pagament jew ta’ investiment huma rapportabbli skont din id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti jikkunsidraw każ b’każ jekk il-kriptoassi jistgħux jintużaw għall-finijiet ta’ pagament u investiment, filwaqt li jqisu l-eżenzjonijiet previsti fir-Regolament XXX, b’mod partikolari fir-rigward ta’ network limitat u ta’ ċerti tokens ta’ utilità.

    (15)Sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jkunu jistgħu janalizzaw l-informazzjoni li jirċievu u jużawha f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, pereżempju, għat-tqabbil tal-informazzjoni u għall-valwazzjoni tal-assi u tal-qligħ kapitali, jixraq li jiġi previst ir-rapportar u l-iskambju ta’ informazzjoni li tkun subdiviża fir-rigward ta’ kull kriptoassi li fir-rigward tiegħu l-utent tal-kriptoassi jkun għamel tranżazzjonijiet.

    (16)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni li tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni rrapportata mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi rapportanti, inkluża formola standard għall-iskambju tal-informazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 .

    (17)Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi koperti mir-Regolament XXX jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Unjoni permezz tal-passaportar ladarba jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni tagħhom fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, l-ESMA għandha reġistru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati. Barra minn hekk, l-ESMA żżomm ukoll lista sewda ta’ operaturi li jeżerċitaw servizzi tal-kriptoassi li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont ir-Regolament XXX.

    (18)L-operaturi tal-kriptoassi li ma jidħlux tfil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament iżda li huma obbligati jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-UE skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw u jirrapportaw fi Stat Membru wieħed għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom.

    (19)Sabiex titrawwem il-kooperazzjoni amministrattiva f’dan il-qasam ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, l-operaturi tal-kriptoassi li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u jipprovdu servizzi lill-utenti tal-kriptoassi fl-UE, bħall-fornituri ta’ servizzi tal-NFT jew l-operaturi li jipprovdu servizzi fuq bażi ta’ solleċitazzjoni inversa, jenħtieġ li jitħallew jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-utenti tal-kriptoassi residenti fl-Unjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni sa fejn biss l-informazzjoni rrapportata tkun tikkorrispondi mal-informazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva u sa fejn ikun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni bejn il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u Stat Membru. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati skont ir-Regolament XXX jistgħu jkunu eżentati mir-rapportar ta’ din l-informazzjoni fl-Istati Membri fejn ikunu detenturi tal-awtorizzazzjoni jekk ir-rapportar korrispondenti jsir f’ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni u sa fejn ikun hemm ftehim effettiv ta’ awtorità kompetenti kwalifikanti fis-seħħ. Il-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni kkwalifikata min-naħa tagħha tikkomunika din l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ dawk l-Istati Membri fejn l-utenti tal-kriptoassi jkunu residenti. Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li dan il-mekkaniżmu jkun attivat sabiex jiġi evitat li l-informazzjoni korrispondenti tiġi rrapportata u trażmessa aktar minn darba.

    (20)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina jekk l-informazzjoni mitluba għall-iskambju skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni tikkorrispondix ma’ dik speċifikata f’din id-Direttiva. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina jekk l-informazzjoni mitluba għall-iskambju skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni tikkorrispondix ma’ dik speċifikata f’dik id-Direttiva. Peress li l-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta għadha fil-kompetenza tal-Istati Membri, l-azzjoni tal-Kummissjoni tista’ tiġi attivata wkoll b’talba minn Stat Membru. Għal dak il-għan, jeħtieġ li, b’segwitu għat-talba minn Stat Membru, id-determinazzjoni tal-korrispondenza tkun tista’ ssir ukoll qabel il-konklużjoni prevista ta’ dan il-ftehim. Meta l-iskambju ta’ din l-informazzjoni jkun ibbażat fuq ftehim multilaterali bejn l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar il-korrispondenza tittieħed fir-rigward tal-qafas rilevanti kollu kopert minn dan il-ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, jenħtieġ li xorta jibqa’ possibbli li tittieħed id-deċiżjoni dwar il-korrispondenza, fejn xieraq, dwar ftehim bilaterali bejn l-awtoritajiet kompetenti.

    (21)Minħabba li l-istandard internazzjonali dwar ir-rapportar u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kriptoassi, il-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi tal-OECD, huwa standard minimu jew ekwivalenti, li jistabbilixxi ambitu u kontenut minimu tal-implimentazzjoni tagħhom mill-ġuriżdizzjonijiet, id-determinazzjoni tal-korrispondenza ta’ din id-Direttiva u l-Qafas tar-Rapportar tal-Kriptoassi tal-OECD mill-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa dment li jkun hemm Ftehim Effettiv bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti fis-seħħ bejn il-ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u l-Istati Membri kollha.

    (22)Għalkemm il-G20 approva l-Qafas ta’ Rapportar tal-Kriptoassi tal-OECD u rrakkomanda l-implimentazzjoni tiegħu, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar jekk dan ikunx meqjus bħala standard minimu jew ekwivalenti. Sakemm tittieħed din id-deċiżjoni, il-proposta tinkludi żewġ approċċi differenti għad-determinazzjoni tal-korrispondenza.

    (23)Din id-Direttiva ma tissostitwixxi l-ebda obbligu usa’ li jirriżulta mir-Regolament XXX.

    (24)Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa s-superviżjoni konsistenti fir-rigward tar-Regolament XXX, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jikkooperaw ma’ awtoritajiet jew ma’ istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali oħrajn u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti.

    (25)L-eżenzjoni mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni u rapportar kif previst f’din id-Direttiva, li hija dipendenti mid-determinazzjoni ta’ mekkaniżmi korrispondenti ta’ rapportar u skambju fir-rigward ta’ ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni u l-Istati Membri, jenħtieġ li tinftiehem li tapplika biss fil-qasam tat-tassazzjoni, speċjalment għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u jenħtieġ li ma titqiesx bħala bażi għar-rikonoxximent tal-korrispondenza f’oqsma oħrajn tad-dritt tal-UE.

    (26)Huwa kruċjali li jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata jew skambjata biex isir adattament għal żviluppi ġodda ta’ swieq diversi u konsegwentement tiġi indirizzata b’mod effettiv l-imġiba li tiġi identifikata bħala frodi tat-taxxa, evitar tat-taxxa u evażjoni tat-taxxa. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-iżviluppi osservati fis-suq intern u fil-livell internazzjonali li jwasslu għal rapportar u skambju effettivi ta’ informazzjoni. Konsegwentement, id-Direttiva tinkludi fost l-oħrajn l-aħħar żidiet għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar tal-OECD, l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-flus elettroniċi u l-munita diġitali tal-bank ċentrali, qafas ċar u armonizzat għall-miżuri ta’ konformità, u l-estensjoni tal-ambitu tad-deċiżjonijiet transfruntiera għall-individwi b’valur nett għoli.

    (27)Il-prodotti tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti mid-Direttiva 2009/110/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 ta’ spiss jintużaw fl-Unjoni u l-volum tat-tranżazzjonijiet, u l-valur ikkombinat tagħhom qiegħed jiżdied b’mod kostanti. Madankollu, il-prodotti tal-flus elettroniċi ma humiex koperti b’mod espliċitu mid-Direttiva 2011/16/UE. L-Istati Membri jadottaw approċċi differenti għall-flus elettroniċi. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti relatati mhux dejjem huma koperti mill-kategoriji eżistenti ta’ introjtu u kapital tad-Direttiva 2011/16/UE. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti regoli li jiżguraw li l-obbligi ta’ rapportar japplikaw għall-flus elettroniċi u għat-tokens tal-flus elettroniċi skont ir-Regolament XXX.

    (28)Sabiex jingħalqu l-lakuni li jippermettu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiskambjaw l-informazzjoni relatata mal-introjtu miksub minn dividendi mhux ta’ kustodja. Għalhekk, jenħtieġ li l-introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja jiġi inkluż fil-kategoriji ta’ introjtu soġġetti għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni.

    (29)In-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent (“TIN”) huwa essenzjali biex l-Istati Membri jqabblu l-informazzjoni li jiriċievu mad-data li jkollhom fil-bażijiet tad-data nazzjonali. Dan iżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti u li jivvalutaw b’mod korrett it-taxxi relatati. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jeżiġu li t-TIN jiġi indikat fil-kuntest ta’ skambji relatati mal-kontijiet finanzjarji, ma’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u ma’ arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, ma’ rapporti pajjiż b’pajjiż, ma’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli, u ma’ informazzjoni dwar il-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali.

    (30)In-nuqqas ta’ skambju ta’ deċiżjonijiet dwar individwi b’valur nett għoli jfisser li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jistgħu ma jkunux jafu b’dawk id-deċiżjonijiet. Hemm riskju li dik is-sitwazzjoni toħloq opportunitajiet għall-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Għalhekk, jenħtieġ li l-iskambju awtomatiku ta’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u ta’ arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment jiġi estiż għal sitwazzjonijiet fejn deċiżjoni tat-taxxa antiċipata transkonfinali tikkonċerna kwistjonijiet ta’ taxxa ta’ individwi b’valur nett għoli.

    (31)Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ deċiżjonijiet trantiċipati transkonfinali għall-individwi b’valur nett għoli, jenħtieġ li dan jestendi għal dawn id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali li nħarġu, ġew emendati jew ġew imġedda bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2025, u li jkunu għadhom validi fl-1 ta’ Jannar 2026.

    (32)Għadd ta’ Stati Membri huma mistennija jintroduċu servizzi ta’ identifikazzjoni bħala mezz simplifikat u standardizzat ta’ identifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi u tal-kontribwenti. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minn dak il-format għall-identifikazzjoni jenħtieġ li jitħallew jagħmlu dan dment li l-fluss u l-kwalità tal-informazzjoni ta’ Stati Membri oħrajn li ma jużawx dawn is-servizzi ta’ identifikazzjoni ma jiġux affettwati.

    (33)Huwa importanti li, bi prinċipju, l-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar ta’ taxxi li huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dik id-Direttiva. Għalkemm sa issa dan ma kienx prekluż, irriżultaw inċertezzi fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni minħabba qafas mhux ċar. Minħabba r-rabtiet bejn il-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-sinerġiji f’termini ta’ infurzar, jixraq li jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tad-dazji doganali u kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

    (34)Id-Direttiva 2011/16/UE tipprevedi l-possibbiltà li l-informazzjoni skambjata tintuża għal skopijiet oħrajn għajr għal finijiet ta’ taxxa diretta u indiretta sal-punt li l-Istat Membru emittenti jkun iddikjara l-iskop permess għall-użu ta’ din l-informazzjoni f’lista. Madankollu, il-proċedura għal dan l-użu hija kkumplikata peress li jeħtieġ li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat qabel ma jkun jista’ juża l-informazzjoni għal skopijiet oħrajn l-Istat Membru riċeventi. It-tneħħija tar-rekwiżit għal din il-konsultazzjoni tkun ittaffi l-piż amministrattiv u tippermetti azzjoni rapida mill-awtoritajiet tat-taxxa meta din tkun meħtieġa. B’hekk ma jkunx hemm bżonn li l-Istat Membru emittenti jiġi kkonsultat meta l-użu intenzjonat tal-informazzjoni jkun kopert f’lista abbozzata minn qabel mill-Istat Membru emittenti.

    (35)Meta wieħed iqis l-ammont u n-natura tal-informazzjoni miġbura u skambjata abbażi tad-Direttiva 2011/16/UE kif emendata, din tista’ tkun utli f’oqsma oħrajn apparti t-tassazzjoni. Filwaqt li l-użu ta’ din l-informazzjoni f’oqsma oħrajn jenħtieġ li bħala regola ġenerali jkun ristrett għal oqsma approvati mill-Istat Membru emittenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hemm il-ħtieġa li jkun hemm lok għal użu usa’ tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet li jippreżentaw karatteristiċi partikolari u serji u fejn ikun ġie maqbul fil-livell tal-Unjoni li tittieħed azzjoni. Sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu b’mod partikolari dawk fejn ikunu ttieħdu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ miżuri restrittivi. Tabilħaqq, l-informazzjoni skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE tista’ tkun rilevanti ħafna għall-iskoperta ta’ ksur jew ta’ evażjoni ta’ miżuri restrittivi. Min-naħa l-oħra, kull ksur potenzjali tas-sanzjonijiet ikun rilevanti għall-finijiet tat-taxxa peress li l-evitar ta’ miżuri restrittivi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ikun jammonta wkoll għall-evitar tat-taxxa fir-rigward ta’ dawn l-assi. Għalhekk jixraq li jiġi awtorizzat li d-data terġa’ tintuża, minħabba s-sinerġiji probabbli u r-rabta mill-qrib bejn iż-żewġ oqsma.

    (36)Sabiex jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u tiġi evitata l-ħtieġa li kull Stat Membru jagħmel bidliet simili fis-sistemi tiegħu għall-ħżin tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit direttorju ċentrali, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha, u għall-finijiet ta’ statistika biss, għall-Kummissjoni, li fih l-Istati Membri jtellgħu u jaħżnu l-informazzjoni rrapportata, minflok ma jiskambjaw dik l-informazzjoni permezz ta’ posta elettronika sigura. Jenħtieġ li l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ dan id-direttorju ċentrali jiġu adottati mill-Kummissjoni.

    (37)Sabiex jiġi żgurat li jkun jista’ jintuża numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (TIN) korrett mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tipprovdi għodda lill-Istati Membri li tippermetti verifika elettronika u awtomatizzata tal-korrettezza tat-TIN li jkun ġie pprovdut lilhom mill-kontribwent jew mill-persuna rapportanti. Dik l-għodda tal-IT tkun tgħin biex jiżdiedu r-rati ta’ tqabbil għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u biex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni skambjata b’mod ġenerali.

    (38)Jenħtieġ li l-perjodu minimu taż-żamma tar-rekords tal-informazzjoni miksubin permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri skont id-Direttiva 2011/16/UE ma jkunx itwal milli meħtieġ iżda, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun iqsar minn 5 snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jżommux l-informazzjoni għal aktar żmien milli meħtieġ biex jiksbu l-finijiet ta’ din id-Direttiva.

    (39)Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u miżuri oħrajn ta’ konformità li jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jenħtieġ li kull Stat Membru japplika dawk ir-regoli f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tiegħu u mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

    (40)Sabiex jiġi ggarantit livell adegwat ta’ effettività fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi ta’ penali fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ mġiba li jitqiesu bħala gravi: jiġifieri n-nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi u meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata. Data mhux kompluta, mhux korretta jew falza taffettwa sostanzjalment l-integrità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni rrapportata meta tammonta għal aktar minn 25 % tad-data totali li l-kontribwent jew l-entità notifikanti kellhom jirrapportaw b’mod korrett f’konformità mal-informazzjoni rikjesta stabbilita fl-Anness VI, it-Taqsima II, is-subparagrafu (B). Jenħtieġ li dawn l-ammonti minimi ta’ penali ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli japplikaw sanzjonijiet aktar stretti għal dawn iż-żewġ tipi ta’ ksur. L-Istati Membri xorta għandhom japplikaw penali effettivi, dissważivi u proporzjonali għal tipi oħrajn ta’ ksur.

    (41)Sabiex jitqiesu l-bidliet possibbli fil-prezzijiet għall-prodotti u s-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-penali previsti f’din id-Direttiva kull 5 snin.

    (42)Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni taż-żmien bejn l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u l-evalwazzjoni biennali tar-rilevanza tal-karatteristiċi distintivi fl-Anness IV, il-proċessi huma allinjati u se jseħħu kull 5 snin wara l-1 ta’ Jannar 2023.

    (43)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 .

    (44)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju.

    (45)Minħabba li l-objettiv tad-Direttiva 2011/16/UE, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kundizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-uniformità u l-effikaċja rikjesti, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

    (46)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:

    (1)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-punt (9) huwa emendat kif ġej:

    (i)il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a sa 8ad, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru;”;

    (ii)il-punt (c) tal-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c) għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għajr l-Artikolu 8(1) u (3a) u l-Artikoli 8a sa 8ad, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni ddefinita minn qabel ipprovdiet l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt.”;

    (iii)it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Fil-kuntest tal-Artikoli 8(3a), 8(7a), u 21(2) u l-Anness IV, kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness I. Fil-kuntest tal-Artikolu 25(3) u (4), kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira li għandu skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness I jew VI. “Fil-kuntest tal-Artikolu 8aa u tal-Anness III, kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira mogħtija skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness III. Fil-kuntest tal-Artikolu 8ac u tal-Anness V, kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira mogħtija skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness V. Fil-kuntest tal-Artikolu 8ad u tal-Anness VI, kull terminu kapitalizzat għandu jkollu t-tifsira mogħtija skont id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness VI.”;

    (b)jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    28. “individwu b’valur nett għoli” tfisser individwu li b’kollox ikollu minimu ta’ EUR 1 000 000 f’ġid jew f’assi finanzjarji jew investibbli ġestiti, għajr ir-residenza privata ewlenija ta’ dak l-individwu. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, individwu għandu jitqies bħala individwu ta’ valur nett għoli meta dak il-limitu minimu jintlaħaq fi kwalunkwe ħin matul is-sena kalendarja li għaliha jseħħ l-iskambju.

    29. “miżuri ta’ konformità” tfisser kwalunkwe miżura mhux monetarja li jista’ juża Stat Membru biex jindirizza nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar.

    30. “użu ta’ informazzjoni” tfisser il-valutazzjoni tad-data miksuba permezz tar-rapportar jew permezz tal-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    31. “introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja” tfisser introjtu minn dividendi li ma humiex imħallsa jew imsarrfa f’kont ta’ kustodja.

    32. “prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux koperti minn strumenti legali oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u miżuri simili oħra” tfisser Kuntratti tal-Assigurazzjoni, għajr Kuntratti tal-Assigurazzjoni b’Valur fi Flus soġġetti għar-rapportar skont id-Direttiva 2014/107/UE, fejn il-benefiċċji skont il-kuntratti huma pagabbli mal-mewt ta’ detentur ta’ polza.

    33. “Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    34. “indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    (2)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Permezz ta’ skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha li tikkonċerna r-residenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji speċifiċi ta’ introjtu u ta’ kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni:

    (a)id-dħul mill-impjiegi;

    (b)il-ħlasijiet tad-direttur;

    (c)il-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li ma humiex koperti minn strumenti legali oħra tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u miżuri simili oħrajn;

    (d)il-pensjonijiet;

    (e)is-sjieda tal-beni immobbli u l-introjtu minnha;

    (f)ir-royalties;

    (g)id-dħul minn dividendi mhux ta’ kustodja.

    (ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara, l-Istati Membri għandhom jinkludu t-TIN ta’ residenti maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu.”

    (b)fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom, bi skambju awtomatiku, jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni dwar il-kategoriji kollha ta’ dħul u kapital imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, dwar ir-residenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Tali informazzjoni għandha tikkonċerna l-perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara.”;

    (c)il-paragrafu 7a huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet u l-kontijiet li se jiġu ttrattati, rispettivament, bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha elenkati fit-Taqsima VIII, is-subparagrafi B.1(c) u C.17(g), tal-Anness I, u b’mod partikolari li l-istatus ta’ Istituzzjoni Finanzjarja bħala Istituzzjoni Finanzjarja mhux Rapportanti jew l-istatus ta’ kont bħala Kont Eskluż ma jxekklux il-finijiet ta’ din id-Direttiva.”;

    (3)L-Artikolu 8a huwa emendat kif ġej:

    (a)fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    “L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn tkun inħarġet, ġiet emendata jew imġedda deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem transfruntiera għal individwu b’valur nett għoli wara l-31 ta’ Diċembru 2023 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21.”;

    (b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha, f’konformità mal-arranġamenti prattiċi applikabbli adottati bis-saħħa tal-Artikolu 21, tikkomunika wkoll l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha kif ukoll lill-Kummissjoni, bil-limitazzjoni tal-każijiet stipulati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għal individwi b’valur nett għoli maħruġin, emendati jew imġeddin fi żmien perjodu li jibda 5 snin qabel l-1 ta’ Jannar 2026.”;

    (ii)Jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Jekk jinħarġu, jiġu emendati jew jiġġeddu deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali għal individwi b’valur nett għoli bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2025, din il-komunikazzjoni għandha ssir bil-kundizzjoni li kienu għadhom validi fl-1 ta’ Jannar 2026.”;

    (c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw f’każ fejn deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem transfruntiera tikkonċerna esklussivament u tinvolvi l-affarijiet tat-taxxa ta’ persuna fiżika waħda jew aktar, ħlief meta mill-inqas waħda minn dawk il-persuni fiżiċi tkun individwu b’valur nett għoli.”;

    (d)il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)il-punt huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “(a) l-identifikazzjoni tal-persuna, għajr persuna fiżika li ma hijiex individwu b’valur nett għoli, u fejn xieraq il-grupp ta’ persuni li tappartjeni għalih;”;

    (ii)il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(k) l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna, għajr persuna fiżika li ma hijiex individwu b’valur nett għoli, fl-Istati Membri l-oħrajn, jekk hemm, li x’aktarx tkun milquta mid-deċiżjoni antiċipata transkonfinali jew minn arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment (fejn għandu jiġi indikat ma’ liema Stati Membri huma relatati l-persuni milqutin);”;

    (4)fl-Artikolu 8ab (14), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c) sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli, inkluża referenza għall-isem li bih huwa magħruf b’mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni tal-arranġamenti rilevanti u kull informazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma dan iwassal biex jiġi divulgat xi sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew dwar proċess kummerċjali, jew xi informazzjoni li d-divulgazzoni tagħha tmur kontra l-politika pubblika;”;

    (5)fl-Artikolu 8ac(2), jiżdied il-punt (m) li ġej:

    “(m) meta l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jibbaża fuq konferma diretta tal-identità u tar-residenza tal-“Bejjiegħ” permezz ta’ “Servizz ta’ Identifikazzjoni” li jipprovdi Stat Membru jew li tipprovdi l-Unjoni biex jiżgura l-identità u r-residenza tat-taxxa tal-Bejjiegħ, l-isem, l-identifikatur tas-Servizz ta’ Identifikazzjoni u l-Istat Membru tal-ħruġ; f’dawn il-każijiet ma huwiex meħtieġ li tiġi kkomunikata l-informazzjoni msemmija fil-punti (c) sa (g).”;

    (6)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “L-Artikolu 8ad
    L-ambitu u l-kundizzjonijiet tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni rrapportata mill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti

    1. Kull Stat Membru għandu jwettaq il-miżuri meħtieġa biex jeżiġi li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jwettqu l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fit-Taqsimiet II u III tal-Anness VI. Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri, u l-konformità magħhom, f’konformità mat-Taqsima V tal-Anness VI.

    2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn iseħħ ir-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, u fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, tikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha f’konformità mal-arranġamenti prattiċi adottati skont l-Artikolu 21.

    3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull Utent tal-Kriptoassi Rapportabbli:

    (a)l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, it-TIN u, fil-każ ta’ individwu, id-data u l-post tat-twelid ta’ kull Utent Rapportabbli u, fil-każ ta’ xi Entità li, wara l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness VI, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza u t-TIN tal-Entità, u l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, it-TIN u d-data u l-post tat-twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli, kif ukoll ir-rwol(i) li bis-saħħa tagħhom kull Persuna Rapportabbli tkun Persuna Kontrollanti tal-Entità;

    (b)l-isem, l-indirizz, it-TIN u, jekk disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali msemmi fil-paragrafu 7 u l-Identifikatur Globali tal-Entità Ġuridika, tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti;

    (c)għal kull Kriptoassi Rapportabbli li fir-rigward tiegħu l-Utent tal-Kriptoassi Rapportabbli jkun wettaq Tranżazzjonijiet Rapportabbli matul is-sena kalendarja rilevanti jew f’xi perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor, fejn rilevanti:

    (a)l-isem sħiħ tal-Kriptoassi Rapportabbli;

    (b)l-ammont gross aggregat imħallas, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet b’munita ta’ kors legali;

    (c)l-ammont gross aggregat riċevut, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward tad-disponimenti bl-użu ta’ munita ta’ kors legali;

    (d)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward ta’ akkwiżizzjonijiet bl-użu ta’ Kriptoassi Rapportabbli oħrajn;

    (e)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward ta’ disponimenti bl-użu ta’ Kriptoassi Rapportabbli oħrajn;

    (f)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli;

    (g)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, u suddiviżi skont it-tip ta’ trasferiment fejn dan ikun magħruf mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, fir-rigward ta’ Trasferimenti lill-Utent Rapportabbli mhux koperti mill-punti (b) u (d);

    (h)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, u suddiviżi skont it-tip ta’ trasferiment fejn dan ikun magħruf mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, fir-rigward ta’ Trasferimenti mill-Utent Rapportabbli li ma jkunux koperti mill-punti (c), (e) u (f); u

    (i)l-valur tas-suq ġust aggregat, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet tal-valur tat-Trasferimenti mwettqa mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-indirizzi tar-reġistru distribwit kif iddefiniti fir-Regolament XXX mhux magħrufin li huma assoċjati ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ assi virtwali jew ma’ istituzzjoni finanzjarja.

    Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) ta’ dan il-punt, l-ammont imħallas jew riċevut għandu jiġi rrapportat fil-munita ta’ kors legali li fiha jkun tħallas jew ġie riċevut. F’każ li l-ammonti jkunu tħallsu jew ġew riċevuti f’diversi muniti ta’ kors legali, l-ammonti għandhom jiġu rrapportati f’munita waħda, ikkonvertiti fiż-żmien ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. Il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jista’ japplika kwalunkwe metodu ta’ konverżjoni bħal fil-mument tat-tranżazzjoni(jiet) biex jittraduċi dawn l-ammonti f’munita ta’ kors legali waħda ddeterminata mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-punt, il-valur ġust tas-suq għandu jiġi ddeterminat u rrapportat f’munita ta’ kors legali waħda, stmata fil-ħin ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    L-informazzjoni rrapportata għandha tispeċifika l-munita ta’ kors legali li fiha jiġi rrapportat kull ammont.

    4. Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

    5. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir billi jintuża l-format kompjuterizzat standard imsemmi fl-Artikolu 20(5) fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena kalendarja li magħha huma relatati r-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2027.

    6. Minkejja l-paragrafu 3, ma huwiex meħtieġ li tiġi rrapportata l-informazzjoni fir-rigward ta’ Utent tal-Kriptoassi fejn il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun kiseb assigurazzjonijiet adegwati li Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ieħor jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ rapportar ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak l-Utent tal-Kriptoassi.

    7. Għall-finijiet tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli meħtieġa biex Operatur tal-Kriptoassi jintalab jirreġistra fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha talloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lil dan l-Operatur tal-Kriptoassi.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Kriptoassi jista’ jagħżel li jirreġistra mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F, it-Taqsima V, tal-Anness VI.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżiġu li Operatur tal-Kriptoassi, li r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata f’konformità mat-Taqsima V, is-subparagrafu F(7), tal-Anness VI, jista’ jitħalla jirreġistra mill-ġdid biss jekk jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat prova ta’ konformità mal-penali imposti kif previst fl-Artikolu 25a u assigurazzjoni xierqa fir-rigward tal-impenn tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ rapportar fl-Unjoni, inkluż kull rekwiżit ta’ rapportar mhux issodisfat pendenti.

    8. Il-paragrafu 7 ma għandux japplika għall-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu B(1), tal-Anness VI.

    9. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u tekniċi meħtieġa għar-reġistrazzjoni u għall-identifikazzjoni tal-Operatur tal-Kriptoassi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

    10. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2026, tistabbilixxi reġistru ċentrali fejn għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata u kkomunikata f’konformità mat-Taqsima V, is-subparagrafu F(2), tal-Anness VI. Dak ir-reġistru ċentrali għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni, meta tipproċessa d-data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandha titqies li tipproċessa d-data personali f’isem il-kontrolluri u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti għall-proċessuri fir-Regolament (UE) 2018/1725. L-ipproċessar għandu jkun irregolat b’kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u tal-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

    11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba motivata minn kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddetermina jekk l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi skambjata awtomatikament skont ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni, tikkorrispondix ma’ dik speċifikata fit-Taqsima II, il-paragrafu B, tal-Anness VI, skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), Tal-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Stat Membru li jitlob il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jibgħat talba motivata lill-Kummissjoni.

    Jekk il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talba, hija għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba, u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa. Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tqis li hi meħtieġa, għandha, fi żmien xahar, tinnotifika lill-Istat Membru rikjedenti u għandha tissottometti l-informazzjoni rilevanti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26(2).

    Meta taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, biss fir-rigward ta’ ftehim ta’ awtorità kompetenti konkluż minn Stat Membru ma’ ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li jirrikjedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar individwu jew Entità li tkun klijent ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-finijiet tat-twettiq ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli.

    Meta tkun qed tiddetermina jekk l-informazzjoni tkunx tikkorrispondi skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet rapportabbli, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq sa liema punt ir-reġim li fuqu hija bbażata din l-informazzjoni jikkorrispondi ma’ dak stabbilit fl-Anness VI, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

    (i)id-definizzjonijiet ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, Utent Rapportabbli, Tranżazzjoni Rapportabbli;

    (ii)il-proċeduri applikabbli għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Utenti Rapportabbli;

    (iii)ir-rekwiżiti ta’ rapportar;

    (iv)ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li ġuriżdizzjonijiet mhux tal-Unjoni jrid ikollhom fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’dak ir-reġim u l-konformità magħhom.

    Il-proċedura stabbilita f’dan il-paragrafu għandha tapplika wkoll biex jiġi ddeterminat li l-informazzjoni ma għadhiex tikkorrispondi skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu F(5), tal-Anness VI.

    12. Minkejja l-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, fejn standard internazzjonali dwar ir-rapportar u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kriptoassi jiġi ddeterminat bħala standard minimu jew ekwivalenti, ma tibqa meħtieġa ebda determinazzjoni mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar jekk l-informazzjoni li hija rikjesta li tiġi skambjata awtomatikament skont l-implimentazzjoni ta’ dan l-istandard u l-ftehim tal-awtoritajiet kompetenti bejn l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha titqies li tikkorrispondi mal-informazzjoni li hija rikjesta skont din id-Direttiva, dment li jkun hemm Ftehim Effettiv bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti fis-seħħ bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati u l-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan l-Artikolu u fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dawn il-finijiet.”;

    (7)L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

    (a)Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista’ tintuża għall-valutazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar it-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll tal-VAT, ta’ taxxi indiretti oħrajn, ta’ dazji doganali u kontra l-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.”;

    (b)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2. Bil-permess tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u biss sa fejn dan huwa permissibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti li jaslu skont din id-Direttiva jistgħu jintużaw għal finijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 1.

    L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kollha lista f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, ta’ informazzjoni u dokumenti li jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni tista’ tuża l-informazzjoni u d-dokumenti li tirċievi mingħajr il-permess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet elenkati mill-Istat Membru li jikkomunikaha.

    Il-lista tal-informazzjoni u d-dokumenti li jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u li hija msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiġi ppubblikata mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru.

    L-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni tista’ tuża wkoll dik l-informazzjoni mingħajr il-permess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal kwalunkwe fini li huwa kopert minn att ibbażat fuq l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandha taqsamha għal dan il-għan mal-awtorità kompetenti responsabbli mill-miżuri restrittivi fl-Istat Membru kkonċernat.

    3. Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor x’aktarx li tkun utli għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għall-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru terz, hija tista’ tittrażmetti dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-aħħar, dment li dik it-trażmissjoni tkun f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu toriġina l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tagħha li taqsam dik l-informazzjoni ma’ Stat Membru terz. L-Istat Membru tal-oriġini tal-informazzjoni jista’ jopponi dan il-qsim tal-informazzjoni fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta jirċievi l-komunikazzjoni mill-Istat Membru li jkun jixtieq jaqsam l-informazzjoni.”;

    (c)jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

    “7. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv biex tiżgura l-valutazzjoni tad-data miksuba permezz tar-rapportar jew l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.”;

    (8)fl-Artikolu 20, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’isem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli kompjuterizzati standard, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), fil-każijiet li ġejjin:

    (a) għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment skont l-Artikolu 8a qabel l-1 ta’ Jannar 2017;

    (b) għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli skont l-Artikolu 8ab qabel it-30 ta’ Ġunju 2019.

    (c) għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-Kriptoassi Rapportabbli skont l-Artikolu 8ad qabel l-1 ta’ Jannar 2026.

    Dawk il-formoli standard ma għandux ikun fihom aktar komponenti għall-iskambju tal-informazzjoni minn dawk elenkati fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8ab(14) u fl-Artikolu 8ad(3), u xi oqsma relatati oħrajn li jkunu konnessi ma’ dawn il-komponenti li jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikoli 8a, 8ab u 8ad, rispettivament.

    L-arranġamenti lingwistiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jgħaddu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8a, 8ab u 8ad bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta’ din l-informazzjoni għandhom jintbagħtu wkoll b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.”;

    (9)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

    (a)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

    “5a. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’isem l-Istati Membri, għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tiżviluppa u tipprovdi b’appoġġ tekniku u loġistiku direttorju ċentrali sigur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8ad(2) u (3) għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f’dawk il-paragrafi.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dak id-direttorju għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, madankollu bil-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8a(8), fl-Artikolu 8ab(17) u fl-Artikolu 8ad(8). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

    Sakemm dak id-direttorju ċentrali sigur ikun jista’ jibda jitħaddem, l-iskambju awtomatiku previst fl-Artikolu 8a(1) u (2), fl-Artikolu 8ab(13), (14) u (16) u fl-Artikolu 8ad(2), (3) u (8) għandu jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-arranġamenti prattiċi applikabbli.”;

    (b)jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

    “8. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’isem l-Istati Membri, għandha tiżviluppa u tipprovdi lill-Istati Membri għodda li tippermetti verifika elettronika u awtomatizzata tal-korrettezza tat-TIN mogħti minn entità notifikanti jew minn kontribwent għall-fini tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.”

    (10)fl-Artikolu 22, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

    “3. L-Istati Membri għandhom iżommu r-rekords tal-informazzjoni li jirċievu permezz ta’ skambju awtomatiku tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad għal perjodu mhux itwal minn dak meħtieġ iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 5 snin mid-data tal-wasla tagħha biex jintlaħqu l-finijiet ta’ din id-Direttiva.

    4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità notifikanti titħalla tikseb konferma b’mezzi elettroniċi tal-validità tal-informazzjoni dwar it-TIN ta’ kull kontribwent li hu soġġett għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikoli 8 sa 8ad. Il-konferma tal-informazzjoni dwar it-TIN tista’ tintalab biss għall-fini ta’ validazzjoni tal-korrettezza tad-data msemmija fl-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(3a), fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8aa(3), fl-Artikolu 8ab(14), fl-Artikolu 8ac(2) u fl-Artikolu 8ad(3), il-punt (c).”

    (11)fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8 sa 8ad kif ukoll dwar ir-riżultati prattiċi li jkunu nkisbu. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”

    (12)L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3. L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-intermedjarji, l-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti, il-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri, li jaġixxu waħedhom jew flimkien. Meta tiġi pproċessata data personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha titqies li tipproċessa d-data personali f’isem il-kontrolluri u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti għall-proċessuri fir-Regolament (UE) 2018/1725. L-ipproċessar għandu jkun irregolat minn kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u tal-Artikolu 29(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725.”;

    (b)fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jiżgura li kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew intermedjarju jew Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jew Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, skont il-każ, li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu:

    (a)jinforma lil kull individwu kkonċernat li l-informazzjoni relatata ma’ dak l-individwu se tinġabar u se tiġi ttrasferita f’konformità ma’ din id-Direttiva; u

    (b)lil kull individwu kkonċernat jipprovdilu l-informazzjoni kollha li dak l-individwu jkun intitolat li jirċievi mingħand il-kontrollur tad-data fi żmien suffiċjenti biex dak l-individwu jeżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħu u, fi kwalunkwe każ, qabel ma tiġi rrapportata l-informazzjoni.”;

    (13)l-Artikolu 25a huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 25a
    Penali u miżuri ta’ konformità oħrajn

    1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikolu 8(3a), u l-Artikoli 8aa sa 8ad, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati u inforzati. Il-penali u l-miżuri ta’ konformità previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali u l-miżuri ta’ konformità jkunu jistgħu jiġu applikati għall-persuni ġuridiċi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u lill-membri tal-korp maniġerjali u lil persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità skont il-liġi nazzjonali.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva minn kwalunkwe persuna li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu ta’ dik il-persuna ġuridika u li jkollha pożizzjoni ewlenija fi ħdan il-persuna ġuridika. Kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin għandha tindika l-pożizzjoni ewlenija fi ħdan il-persuna ġuridika:

    (a)is-setgħa li tirrappreżenta lill-persuna ġuridika;

    (b)l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

    (c)l-awtorità li teżerċita l-kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

    3. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ rapportar wara żewġ tfakkiriet amministrattivi jew meta l-informazzjoni pprovduta jkun fiha data mhux kompluta, mhux korretta jew falza, li tammonta għal aktar minn 25 % tal-informazzjoni li kellha tiġi rrapportata f’konformità mal-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI, it-Taqsima II, is-subparagrafu (B), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas il-penali pekunarji minimi li ġejjin.

    (a)f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8(3a) il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun ta’ EUR 6 miljun jew aktar;

    (b)f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8aa, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 500 000;

    (c)f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ab, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-intermedjarju jew tal-kontribwent rilevanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar; il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-intermedjarju jew il-kontribwent rilevanti jkun persuna fiżika;

    (d)f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ac, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun persuna fiżika;

    (e)f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8ad, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 50 000 meta l-fatturat annwali tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun inqas minn EUR 6 miljun, u EUR 150 000 meta l-fatturat ikun EUR 6 miljun jew aktar, il-penali pekunarja minima ma għandhiex tkun inqas minn EUR 20 000 meta l-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun persuna fiżika.

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-adegwatezza tal-ammonti pprovduti f’dan il-paragrafu (d) fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 27(1).

    L-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-Euro għandhom japplikaw il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    Il-penali pekunarji minimi identifikati skont is-subparagrafu (3) għandhom jiġu imposti mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu penali jew miżuri ta’ konformità differenti għal kwalunkwe ksur ieħor tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għajr dawk iddefiniti f’din id-Direttiva.

    4. L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk il-penali stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali humiex applikati b’referenza għal każijiet individwali ta’ ksur jew fuq bażi kumulattiva. Il-penali minimi stipulati fis-subparagrafu (3) għandhom jiġu applikati fuq bażi kumulattiva.

    5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għal awtoċertifikazzjoni falza kif imsemmi fl-Anness I, it-Taqsima I u fl-Anness VI, it-Taqsima III ta’ din id-Direttiva.

    6. Meta jimponu l-penali u miżuri ta’ konformità oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn rilevanti, jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u ma’ awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom fejn xieraq, meta jittrattaw każijiet transfruntiera.”;

    (14)fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw b’rabta mal-ġuriżdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità ma’ din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u kull sena għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.”

    (15)jiddaħħal l-Artikolu 27c li ġej:

    “L-Artikolu 27c
    Rapportar tat-TIN

    Għal perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TIN ta’ individwi jew ta’ entitajiet irrapportati maħruġ mill-Istat Membru ta’ residenza jkun inkluż fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u (3a), fl-Artikolu 8a(6), fl-Artikolu 8aa(3), fl-Artikolu 8ab(14), fl-Artikolu 8ac(2) u fl-Artikolu 8ad(3). It-TIN għandu jiġi pprovdut anke meta ma jkunx speċifikament rikjest minn dawk l-Artikoli.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li t-TIN ta’ individwi jew ta’ entitajiet irrapportati jiġi rrapportat fuq bażi obbligatorja mill-entità notifikanti anke jekk ma jkunx rikjest mill-Anness I, mill-Anness III, mill-Anness V jew mill-Anness VI.”

    (16)L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva;

    (17)L-Anness V huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva;

    (18)Jiżdied l-Anness VI, li t-test tiegħu huwa stabblit fl-Anness III għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2026.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    2.B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta’ Jannar 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punt 5, ta’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2025.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    3.B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, il-punt 10, ta’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2028.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    4.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/XXX tal-XX ta’ Marzu 2023 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju tal-informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

    Politika tat-tassazzjoni.

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

    X azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 33  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar ma’ azzjoni oħra/ġdida jew ridirezzjonar lejha

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    Il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament ġust u effiċjenti tas-Suq Intern billi żżid it-trasparenza ġenerali tat-taxxa fil-qasam tal-kriptoassi, li minnha jibbenefikaw l-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll l-utenti u l-fornituri tas-servizzi. Din l-inizjattiva għandha wkoll l-għan li tissalvagwardja d-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri billi testendi u tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva. Ir-regoli proposti għandhom itejbu b’mod aktar speċifiku l-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw u jiġġieldu l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Dawn għandhom jikkontribwixxu wkoll biex jiskoraġġixxu n-nuqqas ta’ konformità.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    Objettiv speċifiku

    Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex iwettqu dmirijiethom b’mod aktar effettiv, u li ssaħħaħ il-konformità ġenerali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/16/UE (minn hawn ’il quddiem id-DAC);

    L-inizjattiva se tiżgura kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni peress li d-DAC se teżiġi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi (minn hawn ’il quddiem CASPs) jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti lill-Istati Membri dwar il-kriptotranżazzjonijiet;

    Il-proposta se ttejjeb l-effett dissważiv permezz tal-obbligi ta’ rapportar li jwasslu għal tnaqqis fir-riskju ta’ evażjoni tat-taxxa. Hemm evidenza li l-kontribwenti jafu li hemm aktar probabbiltà li jinqabdu jekk jevitaw u jevadu t-taxxi bil-miżuri fis-seħħ għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    It-titjib tad-dispożizzjoni eżistenti għandu jkollu impatt pożittiv fuq l-applikazzjoni effiċjenti tad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva. L-indirizzar tal-ineffiċjenzi attwali b’mod uniformi jiżgura ċ-ċertezza u ċ-ċarezza ġuridiċi.

    L-obbligu ta’ rapportar fir-rigward tal-introjtu miksub mill-utenti tal-kriptoassi għandu l-għan li jinforma primarjament lill-awtoritajiet tat-taxxa u jippermettilhom jivvalutaw it-taxxa dovuta abbażi ta’ informazzjoni korretta u sħiħa. Din il-proposta se tinkludi obbligi ta’ rapportar u proċeduri ta’ diliġenza dovuta għas-CASPs li jimplikaw spiża għall-konformità; madankollu, dawn l-ispejjeż se jiġu kkumpensati minn kundizzjonijiet aktar ekwi fis-suq, u l-benefiċċji li jirriżultaw minn żieda fiċ-ċertezza ġuridika għall-parteċipanti kollha fis-suq. Apparti milli se jkun aktar stabbli s-suq li fih se jkunu joffru s-servizzi tagħhom is-CASPs, l-utenti se jgħarfu wkoll li dan is-suq huwa aktar ġust u aktar sigur.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

    Objettivi speċifiċi

    Indikaturi

    Għodod tal-kejl

    Tittejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw u jiġġieldu l-evażjoni transfruntiera tat-taxxa

    L-għadd ta’ kontrolli li jitwettqu abbażi tad-data dwar it-taxxa li jiġbru l-amministrazzjonijiet tat-taxxa permezz tal-inizjattiva (jew id-data waħedha inkella d-data inkluża mal-informazzjoni)

    Valutazzjoni annwali tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni (sors: l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri)

    Jittejjeb il-ġbir tad-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri

    Dħul mit-taxxa addizzjonali ggarantit bis-saħħa tal-inizjattiva, imkejjel jew bħala żieda fil-bażi tat-taxxa u/jew bħala żieda fit-taxxa vvalutata

    Valutazzjoni annwali tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni (sors: l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri)

    Jittejjeb l-effett dissważiv permezz tal-obbligi ta’ rapportar u r-riskju sussegwenti ta’ detezzjoni.

    Valutazzjoni kwalitattiva tar-rata ta’ konformità tal-utenti tal-kriptoassi.

    Valutazzjoni annwali tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni (sors: l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Is-CASPs se jkollhom jirrapportaw l-informazzjoni għall-iskopijiet tat-taxxa meta jkollhom utenti li jkunu residenti fl-UE għall-iskopijiet tat-taxxa. Biex ikunu jistgħu jirrapportaw, is-CASPs se jkollhom ikunu rreġistrati f’reġistru ċentrali. Tingħata eżenzjoni għar-reġistrazzjoni lis-CASPs awtorizzati skont ir-Regolament dwar is-Swieq tal-Kriptoassi (minn hawn ’il quddiem, il-MICA). Wara li CASP jipprovdi l-informazzjoni rikjesta għar-reġistrazzjoni fi Stat Membru, l-awtoritajiet tat-taxxa jirrapportaw l-informazzjoni dwar dan is-CASP lil reġistru ċentrali aċċessibbli għall-Istati Membri kollha.

    Għall-finijiet tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, l-Istati Membri se jkollhom jiskambjaw l-informazzjoni rikjesta minn din il-proposta ma’ Stati Membri oħrajn permezz ta’ Direttorju Ċentrali aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni se jkollha l-kompitu li tipprovdi d-Direttorju Ċentrali lill-Istati Membri u tibqa’ proċessur tad-data b’aċċess limitat. B’mod ġenerali, il-proposta se tuża l-arranġamenti prattiċi li qed jintużaw attwalment skont id-DAC.

    F’termini ta’ żmien mill-istabbiliment tad-Direttorju Ċentrali, bħad-DAC3 u d-DAC6, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jeħtieġu xi ftit żmien wara l-adozzjoni tal-proposta sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu s-sistemi li jippermettu li jseħħ l-iskambju tal-informazzjoni minn Stat Membr għal ieħor.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi diversi, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, aktar effettività jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    L-azzjonijiet tal-Istati Membri ma jipprovdux soluzzjoni effiċjenti u effettiva għall-problemi li huma tranżnazzjonali fil-qofol tagħhom. Approċċ tal-UE jidher preferibbli biex tiġi evitata taħlita ta’ rekwiżiti ta’ rapportar implimentati b’mod unilaterali minn xi Stati Membri jew mill-Istati Membri kollha. Azzjoni fil-livell tal-UE tiżgura l-koerenza, tnaqqas il-piż amministrattiv għall-entitajiet ta’ rapportar u għall-awtoritajiet tat-taxxa u hija aktar robusta fir-rigward ta’ lakuni potenzjali minħabba n-natura volatili tal-assi kkonċernati.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Din l-inizjattiva se timplimenta qafas ġdid ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-kriptoassi. L-inizjattiva tfittex ukoll li ttejjeb u li ssaħħaħ id-DAC b’mod ġenerali. Minn esperjenzi simili fil-passat, din l-inizjattiva se ġġib aktar trasparenza fis-suq tal-kriptoassi tal-UE minn perspettiva tat-taxxa f’termini ta’ kisba ta’ sistema fiskali aktar ġusta u ekwa. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodda ġdida biex jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa u, fl-aħħar mill-aħħar, iżidu l-effiċjenza tal-oqfsa fiskali tagħhom.

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Ġusta u Sempliċi li Tappoġġa l-Istrateġija ta’ Rkupru (ippubblikata fil-15 ta’ Lulju 2020), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi r-regoli tal-Unjoni biex tiżdied it-trasparenza fiskali fis-suq tal-kriptoassi. Il-proposta se tuża l-proċeduri, l-arranġamenti u l-għodod tal-IT diġà stabbiliti jew li qegħdin jiġu żviluppati skont id-DAC.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet diversi ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    L-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva se jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE fir-rigward biss tal-komponenti ċentrali għas-sistema ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni. Għall-bqija, se jkun f’idejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri previsti.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

     durata limitata

       fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    X durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita mit-tħaddim sħiħ.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 34   

    X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    Din il-proposta tkompli tibni fuq il-qafas u s-sistemi eżistenti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bl-użu ta’ Direttorju Ċentrali għal deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali (“DAC3”) u arranġamenti tat-taxxa transkonfinali rapportabbli (“DAC6”) li ġew żviluppati skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/16/UE fil-kuntest ta’ dawn l-emendi preċedenti għad-DAC. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa formoli u formati kompjuterizzati standardizzati għall-iskambju tal-informazzjoni permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tan-network komuni ta’ komunikazzjoni (NKK) li se jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni hija responsabbli mill-iżvilupp u mit-tħaddim ta’ dan in-network u l-Istati Membri se jimpenjaw ruħhom biex joħolqu l-infrastruttura domestika xierqa li tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni permezz tan-NKK.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-Kummissjoni se tevalwa l-funzjonament tal-intervent bi tqabbil mal-objettivi ewlenin tal-politika. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jitwettqu bi qbil mal-elementi l-oħrajn tal-kooperazzjoni amministrattiva.

    Kull sena l-Istati Membri se jippreżentaw id-data lill-Kummissjoni għall-informazzjoni deskritta fit-Tabella ta’ hawn fuq dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni li se jintużaw għall-monitoraġġ tal-konformità mal-proposta.

    L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li:

    - Jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effettività tal-

    iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fid-Direttiva msemmija fl-Artikoli 8, 8a, 8aa, 8ab, 8ac u l-8ad propost ukoll;

    - Jipprovdu lista ta’ data statistika li hija ddeterminata mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura tal-Artikolu 26(2) (miżuri ta’ implimentazzjoni), għall-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    - Kull sena jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom tal-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva. Fl-Artikolu 27, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva kull 5 snin, li bdew jgħoddu wara l-1 ta’ Jannar 2013. Ir-

    riżultati ta’ din il-proposta (li temenda d-DAC) se jiġu inklużi fir-rapport lill-

    Parlament Ewropew u lill-Kunsill li se joħroġ sal-1 ta’ Jannar 2028.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    L-implimentazzjoni tal-inizjattiva se tiddependi mill-awtoritajiet kompetenti (l-amministrazzjonijiet tat-taxxa) tal-Istati Membri. Dawn se jkunu responsabbli għall-finanzjament tas-sistemi nazzjonali tagħhom u l-adattamenti tagħhom meħtieġa biex isiru l-iskambji mad-Direttorju Ċentrali li se jiġi stabbilit għall-finijiet tal-proposta.

    Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-infrastruttura, inkluż id-Direttorju Ċentrali, li se tippermetti li jsiru skambji bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Ġew stabbiliti sistemi tal-IT għad-DAC li se jintużaw għal din l-inizjattiva. Il-Kummissjoni se tiffinanzja s-sistemi meħtieġa li jippermettu li jsiru l-iskambji, fosthom id-Direttorju Ċentrali, li se jgħaddu mill-elementi ewlenin ta’ kontroll li huma dawk għall-kuntratti ta’ akkwist, il-verifika teknika tal-akkwist, il-verifika ex ante tal-impenji, u l-verifika ex ante tal-pagamenti.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    L-intervent propost se jkun ibbażat fuq sistema dikjarattiva, li tinvolvi r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni jew dikjarazzjoni ħażina mis-CASPs fl-ambitu. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jirrapportaw l-istatistika rilevanti lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

    Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità tas-CASPs, il-proposta tinkludi qafas ta’ konformità ġdid. L-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa se jkunu inkarigati mill-infurzar ta’ penali u b’mod aktar ġenerali mill-iżgurar tal-konformità mad-DAC8. Il-penali jiġu stabbiliti f’livell għoli biżżejjed biex iservu bħala deterrent. Barra minn hekk, l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa se jkunu jistgħu jwettqu l-awditi biex jidentifikaw u jiskoraġġixxu n-nuqqas ta’ konformità.

    Biex tissorvelja l-applikazzjoni xierqa tal-proposta, il-Kummissjoni se jkollha aċċess limitat għad-Direttorju Ċentrali fejn l-Istati Membri se jiskambjaw l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet bil-kriptoassi tal-utenti, rrapportati skont il-proposta, kif ukoll l-istatistika.

    Fiscalis se jappoġġa s-sistema ta’ kontroll intern f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021, billi jipprovdi l-fondi għal dawn li ġejjin:

    - Azzjonijiet Konġunti (eż. fil-forma ta’ gruppi ta’ proġetti);

    - l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-Iskema XML.

    L-elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ kontroll huma:

    Kuntratti ta’ akkwist

    Il-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist iddefiniti fir-Regolament Finanzjarju: il-kuntratti ta’ akkwist jiġu fformulati skont il-proċedura ta’ verifika prestabbilita, mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-pagament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali tajba. Huma previsti miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ.) fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. Termini dettaljati ta’ referenza jiġu abbozzati u jifformaw il-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċċettazzjoni jsegwi b’mod strett il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu rieżaminati, jekk ikun meħtieġ jiġu emendati, u finalment jiġu aċċettati (jew irrifjutati) b’mod espliċitu. Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċċettazzjoni”.

    Verifika teknika ta’ akkwist

    Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqa mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll verifiki tal-kwalità u tas-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom b’mod regolari. L-awditi tal-kwalità jivverifikaw il-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u l-proċeduri ddefiniti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. L-awditi tas-sigurtà jiffokaw fuq il-proċessi, il-proċeduri u l-organizzazzjoni speċifiċi.

    Minbarra l-kontrolli ta’ hawn fuq, id-DĠ TAXUD iwettaq il-kontrolli finanzjarji tradizzjonali:

    Verifika ex ante tal-impenji

    L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu vverifikati mill-Kap tal-Unità Finances and HR Correspondent. B’riżultat ta’ dan, 100 % tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

    Verifika ex ante tal-pagamenti

    100 % tal-pagamenti huma vverifikati ex ante. Barra minn hekk, kull ġimgħa mill-inqas pagament wieħed (mill-kategoriji kollha tan-nefqiet) jintgħażel b’mod każwali biex issirlu verifika ex ante addizzjonali li titwettaq mill-kap tal-Unità Finances and HR Correspondent. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-iċċekkjar “aleatorju” tal-pagamenti sabiex jiġi vverifikat li l-pagamenti kollha jkunu ġew ippreparati f’konformità mar-rekwiżiti. Il-pagamenti li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ kuljum.

    Id-Dikjarazzjonijiet tal-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjonijiet (AOSD)

    L-AOSD kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġaw ir-Rapport tal-Attività Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet skont il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati b’mod xieraq, u rapportati u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli tar-riskju ta’ żbalji mistennija (mal-pagament u fl-għeluq) 

    Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u tar-regolarità tal-infiq u li jitnaqqas ir-riskju ta’ nonkonformità. Il-miżuri tal-istrateġija tal-kontroll ta’ hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali taħt il-mira ta’ 2 % u jilħqu lill-benefiċjarji kollha. Miżuri addizzjonali biex ikompli jitnaqqas ir-riskju jirriżultaw fi spejjeż għoljin b’mod sproporzjonat u għaldaqstant ma humiex previsti. L-ispejjeż ġenerali involuti biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ kontroll ta’ hawn fuq – għall-infiq kollu skont il-programm Fiscalis 2027 – huma limitati għal 1,6 % tat-total tal-pagamenti magħmula. Dan il-proporzjon ma huwiex mistenni li jinbidel għal din l-inizjattiva. L-istrateġija ta’ kontroll ta’ kontroll tal-programm jillimita r-riskju ta’ nonkonformità għal prattikament żero u huwa wkoll proporzjonat mar-riskji involuti.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 36 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta’ attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru: 03 04 0100

    Diff./Mhux diff 37 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 38

    mill-pajjiżi kandidati 39

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    Titjib tal-funzjonament xieraq tas-sistemi tat-tassazzjoni

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’ 
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    Numru

    1

    Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    DĠ: TAXUD

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    2028

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Linja baġitarja 40  14.030100

    Impenji

    (1a)

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    0,170

    2,330

    Pagamenti

    (2a)

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    2,160 

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1b)

    Pagamenti

    (2b)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 41  

    Linja baġitarja

    (3)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    għad-DĠ TAXUD

    Impenji

    = 1a+1b +3

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    0,170

    2,330

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    2,160





    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    QFP 2021 sa 2027

    DĠ: TAXUD

    Riżorsi umani

    0,118

    0,157

    0,157

    0,063

    0,016

    0,511

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,004

    0,004

    0,002

    0,002

    0,001

    0,013

    TOTAL TAD-DĠ TAXUD

    0,122

    0,161

    0,159

    0,065

    0,017

    0,524

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    taħt l-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

    0,122

    0,161

    0,159

    0,065

    0,017

    0,524

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    QFP 2021 sa 2027

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    taħt
    l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    0,522

    1,031

    0,609

    0,335

    0,187

    2,684

    Pagamenti

    0,122

    0,561

    1,029

    0,515

    0,287

    2,514

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    taħt
    l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    2028

    OUTPUTS

    TOTALI

    Tip 42

    Kost medju

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 43 ...

    Speċifikazzjonijiet

    0,400

    0,400

    0,800

    Żvilupp

    0,450

    0,350

    0,100

    0,900

    Manutenzjoni

    0,050

    0,050

    0,050

    0,150

    Appoġġ

    0,020

    0,060

    0,060

    0,060

    0,200

    Taħriġ

    0,020

    0,020

    ITSM (Infrastruttura, ospitar, liċenzji, eċċ.),

    0,020

    0,060

    0,060

    0,060

    0,060

    0,260

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    0,170

    2,330

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

    TOTALI

    0,400

    0,870

    0,450

    0,270

    0,170

    0,170

    2,330

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0,118

    0,157

    0,157

    0,063

    0,016

    0,511

    Riżorsi umani

    0,004

    0,004

    0,002

    0,002

    0,001

    0,013

    Nefqa amministrattiva oħra

    0,122

    0,161

    0,159

    0,065

    0,017

    0,524

    Subtotal tal-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    0,122

    0,161

    0,159

    0,065

    0,017

    0,524

    Barra mill-INTESTATURA 7 44  
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA
    7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    0,122

    0,161

    0,159

    0,065

    0,017

    0,524

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ġestjonanti skont il-proċedura annwali tal-allokazzjonijiet u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.1.Riżorsi umani meħtieġa stmati

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Total

    • Pożizzjonijiet fil-pjan tal-istabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    0,75

    1

    1

    0,4

    0,1

    3,25

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 45

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz 46

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    0,75

    1

    1

    0,4

    0,1

    3,25

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ġestjonanti skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Preparazzjoni ta’ laqgħat u korrispondenza mal-Istati Membri; ħidma fuq formoli, formati tal-IT u d-Direttorju Ċentrali;

    Kummissjoni ta’ kuntratturi esterni biex jagħmlu xogħol fuq is-sistema tal-IT.

    Persunal estern

    Ma japplikax

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

    Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti biex jintużaw.

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N 47

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    fuq ir-riżorsi proprji

    fuq dħul ieħor

    indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 48

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    L-Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    (1)    Il-Kummissjoni Ewropea, Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024, Unjoni li tirsisti għal aktar, https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/62e534f4-62c1-11ea-b735-01aa75ed71a1  
    (2)    COM(2020) 312 final.
    (3)    Id-Dokument 13350/20, FISC 226.
    (4)    Id-Dokument 14651/21, FISC 227.
    (5)    ĠU C, C/347, 09.09.2022, p. 211.
    (6)    https://www.oecd.org/tax/exchange-of-tax-information/oecd-presents-new-transparency-framework-for-crypto-assets-to-g20.htm
    (7)    http://www.g20.utoronto.ca/2022/G20%20Bali%20Leaders-%20Declaration,%2015-16%20November%202022.pdf
    (8)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE.
    (9)    Rapport Speċjali Nru 03/2021: L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni.
    (10)    Il-Parlament Ewropew. (2021). Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu, miksuba minn: https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0392_MT.pdf
    (11)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. (2021). L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni. L-iskambji ta’ informazzjoni żdiedu, iżda xi informazzjoni għadha ma tiġix irrapportata. Paġni 33-34, meħuda minn: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_03/SR_Exchange_tax_inform_MT.pdf
    (12)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
    (13)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta’ Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1).
    (14)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
    (15)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1–3).
    (16)    d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1–13).
    (17)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 1–26).
    (18)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98).
    (19)    https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-9-2021-0193_MT.pdf
    (20)    Pereżempju, l-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ introjtu u kapital, deċiżjonijiet għal individwi b’valur nett għoli, flus elettroniċi u kriptoassi, dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ informazzjoni skambjata, eċċ.
    (21)    Introjtu mill-impjiegi, mill-ħlasijiet tad-direttur, mill-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja mhux koperti minn strumenti ġuridiċi oħrajn tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u miżuri, pensjonijiet, sjieda ta’ u introjtu simili minn beni immobbli u royalties
    (22)    Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
    (23)    Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
    (24)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
    (25)    Id-Dokument 14651/21, FISC 227, rapport tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ taxxa.
    (26)    https://www.oecd.org/tax/exchange-of-tax-information/crypto-asset-reporting-framework-and-amendments-to-the-common-reporting-standard.pdf
    (27)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 064, 11.3.2011, p. 1).
    (28)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (29)    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
    (30)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
    (31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (32)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (33)    Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 136 p. 1, 31.5.1999.
    (34)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra, ĠU L 292 p. 2, 15.11.96.
    (35)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (36)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (37)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun japplika, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (38)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
    (39)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (40)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (41)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
    (42)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ gtal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (43)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
    (44)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (45)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (46)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
    Top

    Brussell, 8.12.2022

    COM(2022) 707 final

    ANNESSI

    tal-

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill

    li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

    {SEC(2022) 438 final} - {SWD(2022) 400 final} - {SWD(2022) 401 final} - {SWD(2022) 402 final}


    ANNESS I

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (1) It-Taqsima I hija emendata kif ġej:

    (a)il-paragrafu A huwa emendat kif ġej:

    “(i)il-paragrafu introduttorju u s-sottopunti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    A. Soġġett għall-paragrafi C sa G, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħha.

    (1)tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ kull Kont Rapportabbli ta’ din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:

    (a)l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, it-TINs u d-data u l-post tat-twelid (fil-każ ta’ individwu) ta’ kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta’ Kont tal-kont u jekk id-Detentur ta’ Kont ikunx ipprovda awtoċertifikazzjoni valida;

    (b)fil-każ ta’ Entità li tkun Detentur ta’ Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tiġi identifikata li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, it-TINs u d-data, u l-post tat-twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli, kif ukoll ir-rwol(i) li bis-saħħa tagħhom kull Persuna Rapportabbli tkun Persuna Kontrollanti tal-Entità u jekk tkunx ġiet ipprovduta awtoċertifikazzjoni valida għal kull Persuna Rapportabbli;

    (c)jekk il-kont ikunx kont konġunt, u l-għadd ta’ Detenturi tal-Kont konġunt.

    (2)in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta’ numru tal-kont), it-tip ta’ kont u jekk il-kont ikunx Kont Preeżistenti jew Kont Ġdid;”;

    (ii)jiżdied is-subparagrafu 6a li ġej:

    “6a. fil-każ li jkun hemm xi Interess ta’ Ekwità miżmum f’Entità ta’ Investiment li jkun arranġament ġuridku, ir-rwol(i) li bis-saħħa tiegħu/tagħhom il-Persuna Rapportabbli tkun detentur ta’ Interess ta’ Ekwità; u.”

    (b)il-paragrafu C huwa emendat kif ġej:

    “C. Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta’ kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma jkunx hemm għalfejn jiġu rrapportati t-TINs jew id-data ta’ twelid jekk dawn it-TINs jew id-data ta’ twelid ma jkunux fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx hemm ħtieġa oħra li jinġabru minn din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi domestika jew skont xi strument legali tal-Unjoni. Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija meħtieġa tuża sforzi raġonevoli biex tikseb it-TINs u d-data tat-twelid fir-rigward ta’ Kontijiet Preeżistenti sa tmiem it-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha l-Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli u kull meta jkun meħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni relatata mal-Kont Preeżistenti skont il-Proċeduri tal-AML/KYC domestiċi.”;

    (c)jiżdied il-paragrafu F li ġej:

    F. Minkejja l-paragrafu A(5), il-punt (b) u sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tagħżilx mod ieħor fir-rigward ta’ xi grupp ta’ kontijiet identifikat b’mod ċar, ir-rikavat gross mill-bejgħ jew mit-tifdija ta’ Assi Finanzjarju ma huwiex meħtieġ li jiġi rrapportat sal-punt li dan ir-rikavat gross mill-bejgħ jew mit-tifdija ta’ tali Assi Finanzjarju jiġi rrapportat mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont l-Artikolu 8ad.

    (1)fit-Taqsima VI, il-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b) Id-Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta’ Detentur ta’ Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ Persuni Kontrollanti ta’ Detentur ta’ Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista’ tibbaża fuq informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC, dment li dawn il-proċeduri jkunu konsistenti mad-Direttiva (UE) 2015/849. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata legalment li tapplika Proċeduri tal-AML/KYC li huma konsistenti mad-Direttiva (UE) 2015/849, hija għandha tapplika proċeduri sostanzjalment simili għall-fini tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti.”

    (2)fit-Taqsima VII, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “AA. Nuqqas temporanju ta’ Awtoċertifikazzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-awtoċertifikazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti fir-rigward ta’ Kont Ġdid fil-ħin biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tagħha fir-rigward tal-perjodu ta’ rapportar li matulu jkun infetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta għall-Kontijiet Preeżistenti, sakemm tinkiseb u tiġi vvalidata din l-awtoċertifikazzjoni.”

    (3)it-Taqsima VIII hija emendata kif ġej:

    (a)is-subparagrafi A(5), A(6) u A(7) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “5.    It-terminu “Istituzzjoni Depożitorja” jfisser kull Entità li:

    (a)taċċetta depożiti fix-xogħol normali ta’ negozju bankarju jew negozju simili; jew

    (b)iżżomm il-Flus Elettroniċi, Tokens tal-Flus Elettroniċi jew Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali għall-benefiċċju tal-klijenti.

    6.    It-terminu “Entità ta’ Investiment” ifisser kull Entità:

    (a)li primarjament twettaq bħala negozju, attività jew operazzjoni waħda jew aktar mill-attivitajiet jew l-operazzjonijiet li ġejjin għal klijent jew f’ismu:

    (i)negozjar ta’ strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivattivi, eċċ.); muniti barranin; strumenti tal-kambju, tar-rati tal-imgħax u tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju tal-futuri tal-komoditajiet;

    (ii)ġestjoni ta’ portafolli individwali u kollettivi; jew

    (iii)l-investiment, l-amministrar, jew il-ġestjoni ta’ Assi Finanzjarji, flus, jew Kriptoassi Rapportabbli b’xi mod ieħor f’isem persuni oħrajn; jew

    (b)li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, għall-investiment mill-ġdid jew għan-negozjar ta’Assi Finanzjarji jew Kriptoassi Rapportabbli, jekk l-Entità tkun ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta’ Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6), il-punt (a).

    Entità titqies li primarjament twettaq bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet deskritti fis-subparagrafu A(6), il-punt (a), jew l-introjtu gross ta’ Entità jiġi primarjament attribwibbli għall-investiment, l-investiment mill-ġdid, jew in-negozjar ta’Assi Finanzjarji jew Kriptoassi Rapportabbli għall-finijiet tas-subparagrafu A(6), il-punt (b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn dawn li ġejjin: (i) il-perjodu ta’ 3 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. Għall-finijiet tas-subparagrafu A(6), il-punt (a)(iii), it-terminu “l-investiment, l-amministrar, jew il-ġestjoni ta’ Assi Finanzjarji, flus, jew Kriptoassi Rapportabbli b’xi mod ieħor f’isem persuni oħrajn” ma jinkludix il-forniment ta’ servizzi li jwettqu Tranżazzjonijiet ta’ Skambju għall-klijenti jew f’isimhom. It-terminu “Entità tal-Investiment” ma jinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa xi wħud mill-kriterji fis-subparagrafu D(8), il-punti (d) sa (g).

    Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b’mod li jkun konsistenti ma’ lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja” fid-Direttiva (UE) 2015/849.

    7.    It-terminu “Assi Finanzjarju” jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f’korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja b’parteċipazzjoni wiesgħa jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, titolu obbligazzjonarju, jew evidenza oħra ta’ dejn), interess fi sħubija, komodità, swap (pereżempju, swaps tar-rati tal-imgħax, swaps ta’ munita, swaps varjabbli, limiti fuq ir-rati tal-imgħax, rati tal-imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta’ komoditajiet, swaps ta’ ekwità, swaps tal-indiċi ta’ ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta’ Annwalità, jew xi interess (inkluż kuntratt jew opzjoni tal-futuri jew forward) f’titolu, fi Kriptoassi Rapportabbli, interess ta’ sħubija, f’komodità, fi swap, f’Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew f’Kuntratt ta’ Annwalità. It-terminu “Assi Finanzjarju” ma jinkludix imgħax dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.”

    (b)fil-paragrafu A, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “9.    It-terminu “Flus Elettroniċi” jew E-flus” ifisser Flus Elettroniċi jew E-flus kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/110/KE. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” ma jinkludux prodott maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi minn klijent lil persuna oħra skont l-istruzzjonijiet tal-klijent.Prodott ma jkunx maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi jekk, fix-xogħol normali tan-negozju tal-Entità trasferenti, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-istruzzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment, jew, jekk ma jaslux struzzjonijiet, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-fondi.

    10.    It-terminu “Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” ifisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    11.    It-terminu “Munita ta’ Kors Legali” tfisser il-munita uffiċjali ta’ ġuriżdizzjoni, maħruġa minn ġuriżdizzjoni jew minn Bank Ċentrali jew awtorità monetarja maħtura ta’ ġuriżdizzjoni, kif irrappreżentata minn karti tal-flus jew muniti fiżiċi jew minn flus f’forom diġitali diversi, inklużi riżervi bankarji, flus bankarji kummerċjali, prodotti tal-flus elettroniċi u Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali.

    12.    It-terminu “Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali” jfisser kull Munita ta’ Kors Legali diġitali maħruġa minn Bank Ċentrali jew minn awtorità monetarja oħra.

    13.    It-terminu “Kriptoassi” jfisser Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    14.    It-terminu “Kriptoassi Rapportabbli” jfisser kull Kriptoassi għajr Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali, Flus Elettroniċi, Token tal-Flus Elettroniċi jew kull Kriptoassi li għaliha l-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi tar-Rapportar ikun iddetermina b’mod adegwat li ma tistax tintuża għall-finijiet ta’ pagamenti jew ta’ investiment.

    15.    It-terminu “Tranżazzjoni ta’ Skambju” jfisser kull:

    (a)skambju bejn il-Kriptoassi Rapportabbli u l-Muniti ta’ Kors Legali;

    (b)skambju bejn forma waħda jew aktar ta’ Kriptoassi Rapportabbli.

    (c)is-subparagrafu B(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    1.    It-terminu “Istituzzjoni Finanzjarja Mhux tar-Rapportar” ifisser kull Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:

    (a)Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, għajr: 

    (i)fir-rigward ta’ pagament li jkun idderivat minn obbligu li jkun hemm f’konnessjoni ma’ attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija Speċifikata tal-Assigurazzjoni, Istituzzjoni ta’ Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja; jew

    (ii)fir-rigward tal-attività taż-żamma tal-Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali għad-Detenturi ta’ Kontijiet li ma humiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, Entitajiet Governattivi, Organizzazzjonijiet Internazzjonali jew Banek Ċentrali.

    (d)is-subparagrafu C(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.    It-terminu “Kont Depożitarju” jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta’ tfaddil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta’ depożitu, ċertifikat ta’ tfaddil għall-irtirar, ċertifikat ta’ investiment, ċertifikat ta’ dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Depożitorja, Kont Depożitorju jinkludi wkoll:

    (a)ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta’ investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu;

    (b)kont jew kont nozzjonali li jirrappreżenta l-Flus Elettroniċi jew it-Tokens tal-Flus Elettroniċi kollha miżmuma għall-benefiċċju ta’ klijent; u

    (c)kont li għandu Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali waħda jew aktar għall-benefiċċju ta’ klijent.

    (e)is-subparagrafi C(9) u (10) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “9.    It-terminu “Kont Preeżistenti” jfisser:

    (a)Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta’ Diċembru 2015 jew, jekk il-kont jiġi ttrattat bħala Kont Finanzjarju biss bis-saħħa tal-emendi għad-Direttiva 2011/16/UE, mill-1 ta’ Jannar 2024;

    (b)kwalunkwe Kont Finanzjarju ta’ Detentur tal-Kont, irrispettivament mid-data meta dan il-Kont Finanzjarju nfetaħ, jekk:

    (i)id-Detentur tal-Kont ikollu wkoll Kont Finanzjarju li jkun Kont Preeżistenti taħt is-subparagrafu C(9), il-punt (a) mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (jew ma’ Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti);

    (ii)l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti (u, skont kif ikun japplika, l-Entità Relatata fl-istess Stat Membru bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti) tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kull Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jkun ittrattat bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku bil-għan li jissodisfa l-istandards tal-għarfien meħtieġ stipulati fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u bil-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kontijiet;

    (iii)fir-rigward ta’ Kont Finanzjarju li jkun soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9), il-punt (a); u

    (iv)il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jirrikjedix l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-klijent li tkun ġdida, addizzjonali jew emendata, mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

    10.    It-terminu “Kont Ġdid” ifisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jkun infetaħ fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, jew, jekk il-kont jiġi ttrattat bħala Kont Finanzjarju bis-saħħa biss tal-emendi għad-Direttiva 2011/16/UE, fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara.”

    (f)fis-subparagrafu (17), jiżdied il-punt (e) li ġej:

    “(v)fondazzjoni jew żieda kapitali ta’ kumpanija dment li l-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    il-kont jintuża esklussivament għad-depożitu ta’ kapital li għandu jintuża għall-fini tal-fondazzjoni jew taż-żieda fil-kapital ta’ kumpanija, kif preskritt mil-liġi;

    kull ammont miżmum fil-kont jiġi mblukkat sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb konferma indipendenti rigward il-fondazzjoni jew iż-żieda kapitali;

    il-kont jingħalaq jew jiġi ttrasformat f’kont f’isem il-kumpanija wara l-fondazzjoni jew iż-żieda fil-kapital;

    kull ripagament li jirriżulta minn fondazzjoni jew minn żieda fil-kapital li ma rnexxitx, netti mill-fornitur tas-servizz u tariffi simili, isir biss lill-persuni li kkontribwew l-ammonti; u

    l-kont ma jkunx ilu li ġie stabbilit iktar minn 12-il xahar”.

    (g)fil-paragrafu C(17), jiddaħħal il-punt (ee) li ġej:

    “(ee)    Kont Depożitarju li jirrappreżenta l-Flus Elettroniċi u t-Tokens tal-Flus Elettroniċi kollha miżmuma għall-benefiċċju ta’ klijent, jekk il-medja rikorrenti ta’ 90 jum tal-bilanċ jew tal-valur aggregat tal-kont fi tmiem il-jum matul kwalunkwe perjodu ta’ 90 jum konsekuttiv ma taqbiżx USD 10 000 fi kwalunkwe jum matul is-sena kalendarja jew perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor.”

    (h)il-paragrafu D(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.    It-terminu ‘Persuna Rapportabbli’ jfisser Persuna ta’ Stat Membru minbarra (i) Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat regolarment f’suq tat-titoli stabbilit wieħed jew aktar; (ii) kwalunkwe Entità li tkun Entità Relatata ma’ Entità deskritta fil-klawżola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja”.

    (i)fil-paragrafu E, jiżdied is-subparagrafu 7 li ġej:

    “7.    It-terminu ‘Servizz ta’ Identifikazzjoni’ jfisser proċess elettroniku li jsir disponibbli mingħajr ħlas minn Stat Membru lil Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għall-finijiet tal-aċċertar tal-identità u tar-residenza tat-taxxa ta’ Detentur ta’ Kont jew ta’ Persuna Kontrollanti.”

    (4)fit-Taqsima IX, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Ir-rekords imsemmija fil-punt (2) ta’ dan is-subparagrafu għandhom jibqgħu disponibbli mhux aktar milli meħtieġ iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 5 snin biex jintlaħqu l-finijiet ta’ din id-Direttiva;”

    (5)tiżdied it-Taqsima XI li ġejja:

    “Taqsima XI

    Miżuri Tranżizzjonali

    Skont is-subparagrafu A(1), il-punt (b) u A(6a) tat-Taqsima I, fir-rigward ta’ kull Kont Rapportabbli li jinżamm minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-1 ta’ Jannar 2024 u għall-perjodi ta’ rapportar li jintemmu sat-tieni sena kalendarja wara dik id-data, l-informazzjoni fir-rigward tar-rwol(i) li bis-saħħa tiegħu/tagħhom kull Persuna Rapportabbli tkun Persuna Kontrollanti jew detentur ta’ Interess ta’ Ekwità tal-Entità hu meħtieġ li tiġi rrapportata biss jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli fid-data li tista’ titfittex b’mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.”

    ANNESS II

    L-Anness V huwa emendat kif ġej:

    (1)fit-Taqsima I C. jiżdied is-subparagrafu li ġej.

    “10. “Servizz ta’ Identifikazzjoni” tfisser proċess elettroniku li jsir disponibbli mingħajr ħlas minn Stat Membru lil Operatur ta’ Pjattaforma Rapportanti għall-finijiet li tiġi aċċertata l-identità u r-residenza tat-taxxa ta’ Bejjiegħ.”

    (2)fit-Taqsima II, is-subparagrafu B(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3. Minkejja s-subparagrafi B(1) u (2), l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti ma għandux ikun meħtieġ jiġbor l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu B(1), il-punti (b) sa (e) u fis-subparagrafu B(2), il-punti (b) sa (f) meta huwa jibbaża fuq konferma diretta tal-identità u tar-residenza tal-Bejjiegħ permezz ta’ Servizz ta’ Identifikazzjoni li tqiegħed disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni biex jiġu aċċertati l-identità u r-residenza tat-taxxa tal-Bejjiegħ. F’każ li l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun ibbaża fuq Servizz ta’ Identifikazzjoni biex jaċċerta l-identità u r-residenza tat-taxxa ta’ Bejjiegħ Rapportabbli, ikunu meħtieġa l-isem, l-identifikatur tas-Servizz ta’ Identifikazzjoni, u l-Istat Membru tal-ħruġ;”

    (3)fit-Taqsima IV, il-formulazzjoni introduttorja tas-subparagrafu F(5) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “5. L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika għandu jħassar Operatur ta’ Pjattaforma Rapportanti mir-reġistru ċentrali fil-każijiet li ġejjin:

    ANNESS III

    “ANNESS VI

    PROĊEDURI TA’ DILIĠENZA DOVUTA, REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR U REGOLI OĦRAJN GĦAR-RAPPORTAR TA’ FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI

    Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta, ir-rekwiżiti ta’ rapportar u regoli oħrajn li għandhom jiġu applikati mill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti sabiex l-Istati Membri, permezz ta’ skambju awtomatiku, ikunu jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8ad ta’ din id-Direttiva.

    Dan l-Anness jistabbilixxi wkoll ir-regoli u l-proċeduri amministrattivi li għandu jkollhom fis-seħħ l-Istati Membri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fih, u l-konformità magħhom.

    TAQSIMA I

    OBBLIGI TA’ FORNITURI TA’ SERVIZZI TAL-KRIPTOASSI RAPPORTANTI

    A. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti kif iddefinit fit-Taqsima IV, is-subparagrafu B(3) huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar fit-Taqsimiet II u III fi Stat Membru, jekk ikun:

    1.Entità awtorizzata skont ir-Regolament XX;

    2.Entità jew resident individwali għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru;

    3.Entità li (a) tkun inkorporata jew organizzata skont il-liġijiet ta’ Stat Membru u (b) jkollha personalità ġuridika fi Stat Membru jew ikollha obbligu li tippreżenta dikjarazzjonijiet tat-taxxa jew dikjarazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar it-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa fi Stat Membru fir-rigward tal-introjtu tal-Entità;

    4.Entità ġestita minn ġo Stat Membru; jew

    5.Entità jew individwu li jkollu post regolari ta’ negozju fi Stat Membru u li ma jkunx Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti Kwalifikat Mhux tal-Unjoni; jew

    6.Entità jew resident individwali għall-finijiet tat-taxxa f’ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni.

    B. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru f’konformità mas-subparagrafu A fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli mwettqa permezz ta’ Fergħa bbażata fi Stat Membru.

    C. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar fit-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafi A(3), (4) jew (5), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’xi Stat Membru ieħor minħabba li jkun residenti għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat Membru.

    D. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(4) jew (5), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’xi Stat Membru ieħor bis-saħħa li jkun Entità li (a) tkun inkorporata jew organizzata skont il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru u (b) jkollha personalità ġuridika fl-Istat Membru l-ieħor jew ikollha obbligu li tippreżenta d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa jew dikjarazzjonijiet tal-informazzjoni dwar it-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor fir-rigward tal-introjtu tal-Entità.

    E. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(5), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’xi Stat Membru ieħor bis-saħħa tal-fatt li jkun ġestit minn ġo dak l-Istat Membru.

    F. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun Entità ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(6), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’xi Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa tal-fatt li jkun ġestit minn ġo din il-Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni.

    G. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun individwu ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li jkun soġġett għalih skont is-subparagrafu A(5), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi’xi Stat Membru ieħor bis-saħħa tal-fatt li jkun residenti f’dan l-Istat Membru għall-finijiet tat-taxxa.

    H. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun individwu ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li jkun soġġett għalih skont is-subparagrafu A(6), jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fi’xi Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni oħra bis-saħħa tal-fatt li jkun residenti f’din il-Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni għall-finijiet tat-taxxa.

    I. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli li jwettaq permezz ta’ Fergħa f’xi Stat Membru ieħor, jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati minn dik il-Fergħa f’dak l-Istat Membru.

    J. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafi A(2), (3), (4), (5) jew (6), jekk ikun ippreżenta notifika ma’ Stat Membru f’format speċifikat minn Stat Membru li jikkonferma li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont ir-regoli ta’ xi Stat Membru ieħor skont kriterji li huma sostanzjalment simili għas-subparagrafi A(2), (3), (4), (5) jew (6), rispettivament.

    K. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma huwiex meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar tat-Taqsimiet II u III fi Stat Membru li huwa soġġett għalih skont is-subparagrafu A(1) jekk ikun ippreżenta notifika ma’ Stat Membru f’format speċifikat minn Stat Membru li jikkonferma li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati minn dak il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont ir-regoli ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv skont deċiżjoni ta’ korrispondenza skont l-Artikolu 8ad(11).

    TAQSIMA II

    REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR

    A. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont it-tifsira tal-paragrafu A tat-Taqsima I għandu jirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-awtorizzazzjoni, tar-residenza tat-taxxa jew tar-reġistrazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti jew f’perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor tat-Tranżazzjoni Rapportabbli.

    B. Għal kull sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor, u soġġett għall-obbligi tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fit-Taqsima I u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta fit-Taqsima III, Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar l-Utenti tal-Kriptoassi tiegħu li huma Utenti Rapportabbli jew li għandhom Persuni Kontrollanti li huma Persuni Rapportabbli:

    1.l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, it-TINs u, fil-każ ta’ individwu, id-data u l-post tat-twelid ta’ kull Utent Rapportabbli u, fil-każ ta’ xi Entità li, wara l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fit-Taqsima III, jiġi identifikat li jkollha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza u TINs tal-Entità, u l-isem, l-indirizz, l-Istat(i) Membru/i ta’ residenza, t-TINs u d-data u l-post tat-twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli, kif ukoll ir-rwol(i) li bis-saħħa tagħhom kull Persuna Rapportabbli tkun Persuna Kontrollanti tal-Entità;

    2.l-isem, l-indirizz, it-TIN u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali u l-Identifikatur Globali tal-Entità Ġuridika, tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti;

    3.għal kull Kriptoassi Rapportabbli li fir-rigward tagħhom ikunu seħħew Tranżazzjonijiet Rapportabbli matul is-sena kalendarja rilevanti jew matul perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor, fejn rilevanti:

    (a)l-isem sħiħ tat-tip ta’ Kriptoassi Rapportabbli;

    (b)l-ammont gross aggregat imħallas, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet kontra l-Munita ta’ Kors Legali;

    (c)l-ammont gross aggregat riċevut, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward tad-disponimenti kontra l-Munita ta’ Kors Legali;

    (d)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward ta’ akkwiżizzjonijiet kontra Kriptoassi Rapportabbli oħrajn;

    (e)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli fir-rigward ta’ disponimenti kontra Kriptoassi Rapportabbli;

    (f)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet ta’ Pagamenti bl-Imnut Rapportabbli;

    (g)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, u suddiviżi skont it-tip ta’ trasferiment fejn ikun magħruf mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, fir-rigward ta’ Trasferimenti lill-Utent Rapportabbli mhux koperti mis-subparagrafi A(3), il-punti (b) u (d);

    (h)il-valur tas-suq ġust aggregat, l-għadd aggregat ta’ unitajiet u l-għadd ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli, u suddiviżi skont it-tip ta’ trasferiment fejn ikun magħruf mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, fir-rigward ta’ Trasferimenti mill-Utent Rapportabbli mhux koperti mis-subparagrafi A(3), il-punti (c), (e) u (f); u

    (i)l-valur tas-suq ġust aggregat, kif ukoll l-għadd aggregat ta’ unitajiet ta’ Trasferimenti mwettqa mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-indirizzi tal-kotba distribwiti mhux magħrufa li jkunu assoċjati ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ assi virtwali jew ma’ istituzzjoni finanzjarja.

    Għall-finijiet tas-subparagrafu B(3), il-punti (b) u (c), l-ammont imħallas jew riċevut għandu jiġi rrapportat fil-Munita ta’ Kors Legali li fiha jkun tħallas jew ġie riċevut. F’każ li l-ammonti jkunu tħallsu jew ġew riċevuti f’diversi Muniti ta’ Kors Legali, l-ammonti għandhom jiġu rrapportati f’munita waħda, ikkonvertiti fiż-żmien ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    Għall-finijiet tas-subparagrafu B(3), il-punti (d) sa (i), il-valur ġust tas-suq għandu jiġi ddeterminat u rrapportat f’munita waħda, ivvalutat fiż-żmien ta’ kull Tranżazzjoni Rapportabbli b’mod li jiġi applikat b’mod konsistenti mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    L-informazzjoni rapportata għandha tidentifika l-Munita ta’ Kors Legali li fiha jkun irrapportat kull ammont.

    C. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 għandha tiġi rrapportata sal-31 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena li magħha tkun relatata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi rrapportata għas-sena kalendarja rilevanti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor mill-1 ta’ Jannar 2026.

    D. Minkejja s-subparagrafu (C) ta’ din it-Taqsima, Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont it-tifsira tat-Taqsima I, is-subparagrafu A(6), ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu B ta’ din it-Taqsima fir-rigward ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli Kwalifikati, koperti minn Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv, li diġà jipprevedi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni korrispondenti ma’ Stat Membru dwar Utenti Rapportabbli residenti f’dak l-Istat Membru.

    TAQSIMA III

    PROĊEDURI TA’ DILIĠENZA DOVUTA

    Utent tal-Kriptoassi jiġi ttrattat bħala Utent Rapportabbli mid-data li jiġi identifikat li hu hekk skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta deskritti f’din it-Taqsima.

    A. Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta għall-Utenti tal-Kriptoassi Individwali

    Il-proċeduri li ġejjin japplikaw biex jiġi ddeterminat jekk l-Utent tal-Kriptoassi Individwali huwiex Utent Rapportabbli.

    1.Meta tiġi stabbilita r-relazzjoni mal-Utent tal-Kriptoassi Individwali, jew fir-rigward tal-Utenti tal-Kriptoassi Individwali Preeżistenti sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jikseb awtoċertifikazzjoni li tippermetti lill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jiddetermina r-residenza/i tal-Utent tal-Kriptoassi Individwali għall-finijiet tat-taxxa u jikkonferma li hi raġonevoli din l-awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, inkluża kull dokumentazzjoni li tkun inġabret skont il-Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijent.

    2.Jekk fi kwalunkwe punt ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ Utent tal-Kriptoassi Individwali li tikkawża lill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun jaf, jew ikollu raġuni li jkun jaf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali ma tkunx korretta jew ma tkunx affidabbli, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jistax jibbaża fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandu jikseb awtoċertifikazzjoni valida, jew spjegazzjoni raġonevoli u, fejn xieraq, id-dokumentazzjoni li tappoġġa l-validità tal-awtoċertifikazzjoni oriġinali.

    B. Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta għall-Entitajiet Utenti tal-Kriptoassi

    Il-proċeduri li ġejjin japplikaw biex jiġi ddeterminat l-Entità Utent tal-Kriptoassi hijiex Utent Rapportabbli jew Entità, għajr Persuna Eskluża jew Entità Attiva, b’Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli.

    1.Deteterminazzjoni jekk l-Entità Utent tal-Kriptoassi hijiex Persuna Rapportabbli.

    (a)Meta tiġi stabbilita r-relazzjoni mal-Entità Utent tal-Kriptoassi, jew fir-rigward tal-Entitajiet Utenti tal-Kriptoassi Preeżistenti sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jikseb awtoċertifikazzjoni li tippermetti lill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jiddetermina r-residenza/i tal-Entità Utent tal-Kriptoassi għall-finijiet tat-taxxa u jikkonferma li hi raġonevoli din l-awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, inkluż kull dokumentazzjoni li tkun inġabret skont il-Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti. Jekk l-Entità Utent tal-Kriptoassi tiċċertifika li ma għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jista’ jibbaża fuq il-post ta’ ġestjoni effettiva jew fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali biex tiġi ddeterminata r-residenza tal-Entità Utent tal-Kriptoassi.

    (b)Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li l-Entità Utent tal-Kriptoassi tkun residenti fi Stat Membru, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jittratta lill-Entità Utent tal-Kriptoassi bħala Utent Rapportabbli, sakemm ma jiddeterminax b’mod raġonevoli abbażi tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-informazzjoni fil-pussess tiegħu jew li tkun disponibbli għall-pubbliku, li l-Entità Utent tal-Kriptoassi tkun Persuna Eskluża.

    2.Determinazzjoni dwar jekk l-Entità għandhiex Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta’ Entità Utent tal-Kriptoassi, għajr Persuna Eskluża, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jiddetermina jekk għandhiex Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, sakemm ma jiddeterminax li l-Entità Utent tal-Kriptoassi tkun Entità Attiva, abbażi ta’ awtoċertifikazzjoni mill-Entità Utent tal-Kriptoassi.

    (a)Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti tal-Entità Utent tal-Kriptoassi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti tal-Entità Utent tal-Kriptoassi, Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jista’ jibbaża fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti, dment li dawn il-proċeduri jkunu konsistenti mad-Direttiva (UE) 2015/849. Jekk il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jkunx legalment meħtieġ li japplika Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti li jkunu konsistenti mad-Direttiva (UE) 2015/849, huwa għandu japplika proċeduri sostanzjalment simili għall-fini tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti.

    (b)Determinazzjoni ta’ jekk Persuna Kontrollanti ta’ Entità Utent tal-Kriptoassi hijiex Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk Persuna Kontrollanti hijiex Persuna Rapportabbli, Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jibbaża fuq awtoċertifikazzjoni mill-Entità Utent tal-Kriptoassi jew minn din il-Persuna Kontrollanti li tippermetti lill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jiddetermina r-residenza/i tal-Persuna Kontrollanti għall-finijiet tat-taxxa u jikkonferma li tkun raġonevoli din l-awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, inkluża kull dokumentazzjoni li tkun inġabret skont il-Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti.

    3.Jekk fi kwalunkwe punt ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ Entità Utent tal-Kriptoassi jew tal-Persuni Kontrollanti tagħha li tikkawża lill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun jaf, jew ikollu raġuni li jkun jaf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali ma tkunx korretta jew ma tkunx affidabbli, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jistax jibbaża fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandu jikseb awtoċertifikazzjoni valida, jew spjegazzjoni raġonevoli u, fejn xieraq, dokumentazzjoni li tappoġġa l-validità tal-awtoċertifikazzjoni oriġinali.

    C. Rekwiżiti għall-validità tal-awtoċertifikazzjonijiet

    1.Awtoċertifikazzjoni pprovduta minn Utent tal-Kriptoassi Individwali jew minn Persuna Kontrollanti tkun valida biss jekk tkun iffirmata jew jekk b’xi mod ieħor tkun affermata b’mod pożittiv mill-Utent tal-Kriptoassi Individwali jew mill-Persuna Kontrollanti, tkun iddatata mhux aktar tard mid-data tal-wasla u jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-Utent tal-Kriptoassi Individwali jew tal-Persuna Kontrollanti:

    (a)l-isem u l-kunjom;

    (b)l-indirizz tar-residenza;

    (c)L-Istat(i) Membru/i ta’ residenza għall-finijiet tat-taxxa;

    (d)fir-rigward ta’ kull Persuna Rapportabbli, it-TIN fir-rigward ta’ kull Stat Membru;

    (e)id-data tat-twelid.

    2.Awtoċertifikazzjoni pprovduta minn Entità Utent tal-Kriptoassi tkun valida biss jekk tkun iffirmata jew jekk tkun affermata b’xi mod ieħor b’mod pożittiv mill-Entità Utent tal-Kriptoassi, tkun iddatata mhux aktar tard mid-data tal-wasla u jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-Entità Utent tal-Kriptoassi:

    (a)l-isem ġuridiku;

    (b)l-indirizz;

    (c)L-Istat(i) Membru/i ta’ residenza għall-finijiet tat-taxxa;

    (d)fir-rigward ta’ kull Persuna Rapportabbli, it-TIN fir-rigward ta’ kull Stat Membru;

    (e)fil-każ ta’ Entità Utent tal-Kriptoassi għajr Entità Attiva jew Persuna Eskluża, l-informazzjoni deskritta fis-subparagrafu C(1) fir-rigward ta’ kull Persuna Kontrollanti tal-Entità Utent tal-Kriptoassi, kif ukoll ir-rwol(i) li bis-saħħa tagħhom kull Utent Rapportabbli jkun Persuna Kontrollanti tal-Entità, jekk ma jkunx diġà ddeterminat abbażi ta’ Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti;

    (f)jekk japplika, l-informazzjoni dwar il-kriterji li tissodisfa biex tiġi ttrattata bħala Entità Attiva jew bħala Persuna Eskluża.

    3.Minkejja s-subparagrafi C(1) u (2), il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma għandux ikun meħtieġ jiġbor l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu C(1), il-punti (b) sa (e), u fil-paragrafu C(2), il-punti (b) sa (f), meta jkun jibbaża fuq l-awtoċertifikazzjoni tal-Utent tal-Kriptoassi permezz ta’ Servizz ta’ Identifikazzjoni magħmul disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni biex jiżgura l-identità u r-residenza tat-taxxa tal-Utent tal-Kriptoassi, f’każ li l-Operatur tal-Pjattaforma Rapportanti jkun ibbaża fuq Servizz ta’ Identifikazzjoni biex tiġi aċċertata l-identità u r-residenza tat-taxxa ta’ Utent tal-Kriptoassi Rapportabbli, ikunu meħtieġa l-isem, l-identifikatur tas-Servizz ta’ Identifikazzjoni, u l-Istat Membru tal-ħruġ.

    D. Rekwiżiti ġenerali ta’ diliġenza dovuta

    1.Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jkun ukoll Istituzzjoni Finanzjarja għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jista’ jibbaża fuq il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta mwettqa skont it-Taqsimiet IV u VI tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għall-finijiet tal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta skont din it-Taqsima. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jista’ jibbaża wkoll fuq awtoċertifikazzjoni diġà miġbura għall-finijiet ta’ taxxa oħrajn, dment li din l-awtoċertifikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu C ta’ din it-Taqsima.

    2.Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jista’ jibbaża fuq parti terza biex tissodisfa l-obbligi ta’ diliġenza dovuta stabbiliti f’din it-Taqsima III, iżda dawn l-obbligi jibqgħu r-responsabbiltà tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    TAQSIMA IV

    TERMINI DDEFINITI

    It-termini li ġejjin għandhom it-tifsiriet stabbiliti hawn taħt:

    A. Kriptoassi Rapportabbli

    1.“Kriptoassi” tfisser Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    2.“Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali” tfisser kwalunkwe Munita ta’ Kors Legali diġitali maħruġa minn Bank Ċentrali jew minn awtorità monetarja oħra.

    3.“Bank Ċentrali” tfisser istituzzjoni li hija bil-liġi jew bil-gvern l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-ġuriżdizzjoni stess, li toħroġ strumenti maħsubin biex jiċċirkolaw bħala munita. Istituzzjoni bħal din tista’ tinkludi istrumentalità li tkun separata mill-gvern tal-ġuriżdizzjoni, irrispettivament minn jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-ġuriżdizzjoni.

    4.“Kriptoassi Rapportabbli” tfisser kwalunkwe Kriptoassi għajr Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali, Flus Elettroniċi, Token tal-Flus Elettroniċi, jew kwalunkwe Kriptoassi li għalih il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun iddetermina b’mod adegwat li ma jistax jintuża għall-finijiet ta’ pagament jew ta’ investiment.

    5.“Flus Elettroniċi” jew “E-flus” tfisser Flus Elettroniċi jew E-flus kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/110/KE. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “Flus Elettroniċi” jew “E-flus” ma jinkludix prodott maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi minn klijent lil persuna oħra skont l-istruzzjonijiet tal-klijent. Prodott ma jkunx maħluq għall-iskop uniku li jiffaċilita t-trasferiment ta’ fondi jekk, fix-xogħol normali tan-negozju tal-Entità trasferenti, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-istruzzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment, jew, jekk ma jaslux struzzjonijiet, il-fondi marbutin ma’ dan il-prodott jinżammu għal aktar minn 60 jum wara li jaslulha l-fondi.

    6.“Token tal-Flus Elettroniċi” jew “Token tal-E-flus” tfisser Token tal-Flus Elettroniċi jew Token tal-E-flus kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    7.“Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit (DLT)” tfisser Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit jew DLT kif iddefinita fir-Regolament XXX.

    B. Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti

    1.“Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefinit fir-Regolament XXX.

    2.“Operatur tal-Kriptoassi” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi għajr Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi.

    3.“Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti” tfisser kull Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi u kull Operatur tal-Kriptoassi li jwettaq Servizz tal-Kriptoassi wieħed jew aktar li jippermetti lill-Utenti Rapportabbli jtemmu Tranżazzjoni ta’ Skambju u ma huwiexjkunx Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti Kwalifikat Mhux tal-Unjoni.

    4.“Servizzi tal-Kriptoassi” tfisser Servizzi tal-Kriptoassi kif iddefiniti fir-Regolament XXX inkluż l-involviment u s-self.

    C. Tranżazzjoni Rapportabbli

    1.“Tranżazzjoni Rapportabbli” tfisser kull

    (a)Tranżazzjoni ta’ Skambju; u

    (b)Trasferiment ta’ Kriptoassi Rapportabbli.

    2.“Tranżazzjoni ta’ Skambju” tfisser kull:

    (a)Skambju bejn il-Kriptoassi Rapportabbli u l-Muniti ta’ Kors Legali; u

    (b)Skambju bejn Kriptoassi Rapportabbli wieħed jew aktar.

    3.“Tranżazzjoni Rapportabbli Kwalifikata” tfisser it-Tranżazzjonijiet Rapportabbli kollha koperti mill-iskambju awtomatiku skont Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv.

    4.“Tranżazzjoni ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli” tfisser Trasferiment ta’ Kriptoassi Rapportabbli b’korrispettiv għal oġġetti jew servizzi ta’ valur li jaqbeż l-EUR 50 000.

    5.“Trasferiment” tfisser tranżazzjoni li ċċaqlaq Kriptoassi Rapportabbli mill-indirizz jew mil-kont tal-Kriptoassi ta’ Utent tal-Kriptoassi wieħed jew lejh, għajr dak miżmum mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’isem l-istess Utent tal-Kriptoassi, fejn, abbażi tal-għarfien disponibbli għall-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fil-ħin tat-tranżazzjoni, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jistax jiddetermina li t-tranżazzjoni hija Tranżazzjoni ta’ Skambju.

    6.“Munita ta’ Kors Legali” tfisser il-munita uffiċjali ta’ ġuriżdizzjoni, maħruġa minn ġuriżdizzjoni jew mill-Bank Ċentrali jew mill-awtorità monetarja maħtura minn ġuriżdizzjoni, kif rappreżentata minn karti tal-flus jew muniti fiżiċi jew minn flus f’forom diġitali diversi, inklużi riżervi bankarji jew Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali. It-terminu jinkludi wkoll il-flus tal-banek kummerċjali u l-prodotti tal-flus elettroniċi (inklużi l-Flus Elettroniċi u t-Tokens tal-Flus Elettroniċi).

    D. Utent Rapportabbli

    1.“Utent Rapportabbli” tfisser Utent tal-Kriptoassi li jkun Persuna Rapportabbli residenti fi Stat Membru.

    2.“Utent tal-Kriptoassi” tfisser individwu jew Entità li tkun klijent ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għall-finijiet tat-twettiq ta’ Tranżazzjonijiet Rapportabbli. Individwu jew Entità, għajr Istituzzjoni Finanzjarja jew Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, li jaġixxu bħala Utent tal-Kriptoassi għall-benefiċċju ta’ individwu ieħor jew Entità oħra jew f’ismu/f’isimha bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarju, konsulent tal-investiment, jew intermedjarju, ma jiġix/tiġix ittrattat(a) bħala Utent tal-Kriptoassi, u dan l-individwu l-ieħor jew l-Entità l-oħra jiġi/tiġi ttrattat(a) bħala l-Utent tal-Kriptoassi. Meta Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jipprovdi servizz ta’ Tranżazzjonijiet ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli għal negozjant jew f’ismu, il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandu jittratta wkoll lill-klijent li huwa l-kontroparti tan-negozjant għal dawn it-Tranżazzjonijiet ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli bħala l-Utenti tal-Kriptoassi fir-rigward ta’ tali Tranżazzjoni ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli, dment li l-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jkun meħtieġ jivverifika l-identità ta’ dan il-klijent bis-saħħa tat-Tranżazzjoni ta’ Pagament bl-Imnut Rapportabbli skont ir-regoli domestiċi kontra l-ħasil tal-flus.

    3.“Utent tal-Kriptoassi Individwali” tfisser Utent tal-Kriptoassi li jkun individwu.

    4.“Utent tal-Kriptoassi Individwali Preeżistenti” tfisser Utent tal-Kriptoassi Individwali li, sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikun stabbilixxa relazzjoni mal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    5.“Entità Utent tal-Kriptoassi” tfisser Utent tal-Kriptoassi li tkun Entità.

    6.“Entità Utent tal-Kriptoassi Preeżistenti” tfisser Entità Utent tal-Kriptoassi li, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tkun stabbiliet relazzjoni mal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    7.“Persuna Rapportabbli” tfisser Persuna ta’ Stat Membru għajr Persuna Eskluża.

    8.“Persuna ta’ Stat Membru” fir-rigward ta’ kull Stat Membru tfisser Entità jew individwu li hija/huwa residenti f’xi Stat Membru ieħor skont il-liġijiet tat-taxxa ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, jew patrimonju ta’ persuna deċeduta li kienet residenti ta’ xi Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan, Entità bħal sħubija, sħubija b’responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li ma għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tiġi ttrattata bħala residenti fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab is-sede ta’ ġestjoni effettiva tagħha.

    9.“Persuni Kontrollanti” tfisser il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta’ trust, dan it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju/i, il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju/i jew klassi(jiet) ta’ benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta’ arranġament ġuridiku għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f’pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu “Persuni Kontrollanti” għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti mat-terminu ta’ “sid benefiċjarju” kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2015/849 fejn jirrigwarda l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi.

    10.“Entità Attiva” tfisser kull Entità li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

    (a)inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-Entità għas-sena kalendarja preċedenti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor huwa introjtu passiv, u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-Entità matul is-sena kalendarja preċedenti jew għal perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew li jinżammu għall-produzzjoni ta’ introjtu passiv;

    (b)l-attivitajiet kollha tal-Entità jikkonsistu sostanzjalment miż-żamma (b’mod totali jew parzjali) tal-istokk pendenti ta’ sussidjarja waħda jew aktar li jidħlu f’kummerċ jew f’negozji għajr in-negozju ta’ Istituzzjoni Finanzjarja, jew mill-għoti ta’ finanzjament u servizzi lilhom, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta’ investiment, bħal fond ta’ ekwità privata, fond ta’ kapital ta’ riskju, fond ta’ akkwiżizzjoni maġġoritarja ingranata, jew kwalunkwe strument ta’ investiment li l-għan tiegħu ikun li jakkwista jew li jiffinanzja kumpaniji u mbagħad ikollu interessi f’dawk il-kumpaniji bħala assi kapitali għall-finijiet ta’ investiment;

    (c)l-Entità għadha ma hijiex qed topera negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta’ operat, iżda qiegħda tinvesti l-kapital f’assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr dak ta’ Istituzzjoni Finanzjarja, dment li l-Entità ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li tkun 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-Entità;

    (d)l-Entità ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f’dawn l-aħħar 5 snin, u qiegħda fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qiegħda torganizza mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew li terġa’ tibda l-operati f’negozju għajr dak ta’ Istituzzjoni Finanzjarja;

    (e)l-Entita primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u f’tranżazzjonijiet ta’ hedging ma’, jew għal, Entitajiet Relatati li ma humiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdi finanzjament jew servizzi ta’ hedging lil ebda Entità li ma tkunx Entità Relatata, dment li l-grupp ta’ tali Entitajiet Relatati jkun primarjament involut f’negozju għajr dak ta’ Istituzzjoni Finanzjarja; jew

    (f)l-Entità tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (i)hija stabbilita u topera fil-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tagħha esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta’ karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tagħha u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benessri soċjali;

    (ii)hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tagħha;

    (iii)ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandu interess proprjetarju jew benefiċjali fl-introjtu jew fl-assi tagħha;

    (iv)il-liġijiet applikabbli tal-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tal-Entità jew id-dokumenti tal-formazzjoni tal-Entità ma jippermettu l-ebda introjtu jew assi tal-Entità li jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta’, persuna privata jew ta’ Entità mhux ta’ karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta’ karità tal-Entità, jew bħala pagament ta’ kumpens raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala pagament li jirrappreżenta l-valur tas-suq ġust ta’ proprjetà li tkun xtrat l-Entità; u

    (v)il-liġijiet applikabbli tal-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tal-Entità jew id-dokumenti tal-formazzjoni tal-Entità jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-Entità, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta’ qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-gvern tal-ġuriżdizzjoni ta’ residenza tal-Entità jew xi suddiviżjoni politika tagħha.

    E. Persuna Eskluża

    1.“Persuna Eskluża” tfisser (a) Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b’mod regolari f’suq tat-titoli stabbilit wieħed jew aktar; (b) kwalunkwe Entità li hija Entità Relatata ma’ Entità deskritta fil-klawżola (a); (c) Entità Governattiva; (d) Organizzazzjoni Internazzjonali; (e) Bank Ċentrali; jew (f) Istituzzjoni Finanzjarja għajr Entità tal-Investiment deskritta fit-Taqsima IV, is-subparagrafu E(5), il-punt (b).

    2.“Istituzzjoni Finanzjarja” tfisser Istituzzjoni ta’ Kustodja, Istituzzjoni Depożitarja, Entità ta’ Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifika.

    3.“Istituzzjoni ta’ Kustodja” tfisser Entità li żżomm, bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha, Assi Finanzjarji għal terzi persuni. Entità żżomm Assi Finanzjarji għal terzi persuni bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta’ Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta’ 3 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru (jew l-aħħar jum ta’ perjodu tal-kontabbiltà ta’ sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.

    4.“Istituzzjoni Depożitorja” tfisser kull Entità li:

    (a)taċċetta depożiti fix-xogħol normali ta’ negozju bankarju jew negozju simili; jew

    (b)iżżomm Prodotti tal-Flus Elettroniċi Speċifikati jew Muniti Diġitali ta’ Bank Ċentrali għall-benefiċċju tal-klijenti.

    5.“Entità tal-Investiment” tfisser kull Entità:

    (a)li primarjament twettaq bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet jew l-operazzjonijiet li ġejjin għal jew f’isem klijent:

    (i)negozjar ta’ strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivattivi, eċċ.); muniti barranin; strumenti tal-kambju, tar-rati tal-imgħax u tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju tal-futuri tal-komoditajiet;

    (ii)ġestjoni ta’ portafolli individwali u kollettivi; jew

    (iii)tinvesti, tamministra, jew tiġġestjona Assi Finanzjarji jew flus, jew Kriptoassi Rapportabbli b’xi mod ieħor f’isem persuni oħrajn; jew

    (b)li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar ta’ Assi Finanzjarji jew ta’ Kriptoassi Rapportabbli, jekk l-Entità tkun ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitarja, Istituzzjoni ta’ Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu E(5), il-punt (a).

    Entità titqies li tkun primarjament qed tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafu E(5), il-punt (a), jew l-introjtu gross ta’ Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f’Assi Finanzjarji jew Kriptoassi Rapportabbli għall-finijiet tal-paragrafu E(5), il-punt (b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta’ 3 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. Għall-finijiet tal-paragrafu E(5), il-punt (a)(iii), it-terminu “l-investiment, l-amministrazzjoni, jewil-ġestjoni ta’ Assi Finanzjarji, flus, jew Kriptoassi Rapportabbli b’xi mod ieħor f’isem persuni oħrajn” ma jinkludix il-forniment ta’ servizzi li jwettqu Tranżazzjonijiet ta’ Skambju għall-klijenti jew f’isimhom. It-terminu “Entità tal-Investiment” ma jinkludix Entità li tkun Entità Attiva għaliex tissodisfa xi wieħed mill-kriterji fis-subparagrafi D(11), il-punti (b) sa (e).

    Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b’mod li jkun konsistenti ma’ lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja” fid-Direttiva (UE) 2015/849.

    6.“Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata” tfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija azzjonarja ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta’, Kuntratt tal-Assigurazzjoni b’Valur fi Flus jew Kuntratt ta’ Annwalità.

    7.“Entità Governattiva” tfisser il-gvern ta’ ġuriżdizzjoni, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta’ ġuriżdizzjoni (li, biex jiġi evitat id-dubju, tinkludi Stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew strument li jkunu kompletament proprjetà ta’ ġuriżdizzjoni jew ta’ xi waħda jew aktar minn dawn ta’ hawn fuq. Din il-kategorija hija magħmula mill-partijiet integrali, mill-entitajiet ikkontrollati, u mis-suddiviżjonijiet politiċi ta’ ġuriżdizzjoni.

    (a)“Parti integrali” ta’ ġuriżdizzjoni tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta’ ġuriżdizzjoni. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew lil kontijiet oħrajn tal-ġuriżdizzjoni, filwaqt li ebda sehem ma jkun għall-benefiċċju ta’ xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li jkun sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f’kapaċità privata jew personali.

    (b)“Entità kkontrollata” tfisser entità li tkun separata fil-forma mill-ġuriżdizzjoni jew li b’xi mod ieħor tikkostitwixxi entità ġuridika separata, dment li:

    (i)l-Entità tkun akkwiżita totalment u tkun ikkontrollata direttament minn Entità Governattiva waħda jew aktar, jew permezz ta’ entità kkontrollata waħda jew aktar;

    (ii)il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta’ Entità Governattiva waħda jew iktar, filwaqt li ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta’ xi persuna privata; u

    (iii)max-xoljiment, l-assi tal-Entità jiġu vestiti f’Entità Governattiva waħda jew aktar.

    (c)L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta’ persuni privati jekk dawn il-persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta’ programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benessri komuni jew ikunu relatati mal-amministrazzjoni ta’ xi fażi tal-gvern. Madankollu, minkejja dan ta’ hawn fuq, l-introjtu jitqies li jkun għall-benefiċċju ta’ persuni privati jekk l-introjtu jkun idderivat mill-użu ta’ entità governattiva għat-tmexxija ta’ negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.

    8.“Organizzazzjoni Internazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew strument tagħha. Din il-kategorija tinkludi kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (a) li tkun primarjament magħmula minn gvernijiet; (b) li fil-fatt ikollha kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-ġuriżdizzjoni; u (c) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta’ persuni privati.

    9.“Assi Finanzjarju” tinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f’korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja b’parteċipazzjoni wiesgħa jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, titolu obbligazzjonarju, jew evidenza oħra ta’ dejn), interess fi sħubija, komodità, swap (pereżempju, swaps tar-rati tal-imgħax, swaps ta’ munita, swaps varjabbli, limiti fuq ir-rati tal-imgħax, rati tal-imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta’ komoditajiet, swaps ta’ ekwità, swaps tal-indiċi ta’ ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta’ Annwalità, jew xi interess (inkluż kuntratt jew opzjoni tal-futuri jew forward) f’titolu, fi Kriptoassi Rapportabbli, interess ta’ sħubija, f’komodità, fi swap, f’Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew f’Kuntratt ta’ Annwalità. It-terminu “Assi Finanzjarju” ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.

    10.“Interess ta’ Ekwità” tfisser, fil-każ ta’ sħubija li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq kapital jew fuq il-qligħ fis-sħubija. Fil-każ ta’ trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, Interess ta’ Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna li titqies bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta’ porzjon minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli titqies bħala benefiċjarju ta’ trust jekk din il-Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta’ persuna nominata) distribuzzjoni mandatorja jew tista’ tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.

    11. “Kuntratt ta’ Assigurazzjoni” tfisser kuntratt (għajr Kuntratt ta’ Annwalità) li bih l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta’ kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.

    12.“Kuntratt ta’ Annwalità” tfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta’ żmien iddeterminat fl-intier jew f’parti b’referenza għall-istennija tal-ħajja ta’ individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li jitqies bħala Kuntratt ta’ Annwalità f’konformità mal-liġi, mar-regolament jew mal-prattika tal-ġuriżdizzjoni li fiha l-kuntratt inħareġ, u li skontu l-emittent jaċċetta li jagħmel pagamenti għal terminu ta’ snin.

    13.“Kuntratt tal-Assigurazzjoni b’Valur fi Flus” tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (għajr kuntratt tar-riassigurazzjoni ta’ indennizz bejn żewġ kumpaniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.

    14.“Valur fi Flus” tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza jkun intitolat li jirċievi meta jseħħu ċ-ċediment jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (iddeterminat mingħajr tnaqqis għal ebda ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista’ jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt. Minkejja dan ta’ hawn fuq, it-terminu “Valur fi Flus” ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:

    (a)unikament minħabba l-mewt ta’ individwu assigurat skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

    (b)bħala benefiċċju għal korriment personali jew għall-mard, jew benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta’ telf ekonomiku li jiġġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;

    (c)bħala rifużjoni ta’ primjum li jkun tħallas qabel (naqqas il-kost tal-imposti tal-assigurazzjoni kemm jekk realment imposti jew le) skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni (għajr kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma’ investiment jew kuntratt ta’ annwalità) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perjodu effettiv tal-kuntratt, jew b’riżultat tal-korrezzjoni ta’ kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;

    (d)bħala dividend ta’ detentur tal-polza (għajr dividend tat-terminazzjoni) dment li d-dividend ikun relatat ma’ Kuntratt tal-Assigurazzjoni li skontu l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fil-paragrafu E(14), il-punt (b); jew

    (e)bħala dħul ta’ primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum huwa pagabbli mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li jkun pagabbli skont il-kuntratt.

    F. Mixxellanji

    1.“Proċeduri ta’ Diliġenza Dovuta tal-Klijenti” tfisser il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2013/36/UE, kif emendati bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 jew rekwiżiti simili li għalihom huwa soġġett tali Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti.

    2.“Entità” tfisser persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku, bħal korporazzjoni, sħubija, trust jew fondazzjoni.

    3.Entità tkun “Entità Relatata” ta’ Entità oħra jekk waħda mill-Entitajiet tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet jkunu taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta’ aktar minn 50 % tal-vot u l-valur f’Entità.

    4.“Fergħa” tfisser unità, negozju jew uffiċċju ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li jitqies bħala fergħa skont ir-reġim regolatorju ta’ ġuriżdizzjoni jew li b’xi mod ieħor ikun irregolat skont il-liġijiet ta’ ġuriżdizzjoni bħala separat minn uffiċċji, unitajiet jew fergħat oħrajn tal-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti. L-unitajiet, in-negozji, jew l-uffiċċji kollha ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti f’ġuriżdizzjoni waħda għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.

    5.“Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv” tfisser ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li jirrikjedi l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni li tikkorrispondi ma’ dik speċifikata fit-Taqsima II, il-paragrafu B ta’ dan l-Anness kif ikkonfermat minn att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8ad(11).

    6.“Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti Kwalifikat Mhux tal-Unjoni” tfisser Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti li t-Tranżazzjonijiet Rapportabbli kollha tiegħu jkunu wkoll Tranżazzjonijiet Rapportabbli Kwalifikati, u li jkun residenti għall-finijiet tat-taxxa f’Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni, jew meta dan il-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti ma jkollux residenza għall-finijiet tat-taxxa f’Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni, jissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)ikun inkorporat skont il-liġijiet ta’ Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni; jew

    (b)ikollu l-post tal-ġestjoni tiegħu (inkluż il-ġestjoni effettiva) f’Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni.

    7.“Ġuriżdizzjoni Kwalifikata Mhux tal-Unjoni” tfisser ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha fis-seħħ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti Kwalifikanti Effettiv mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li jkunu identifikati bħala ġuriżdizzjonijiet rapportabbli f’lista ppubblikata mill-ġuriżdizzjoni mhux tal-Unjoni.

    8.“TIN” tfisser in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta’ Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent). It-TIN huwa kwalunkwe numru jew kodiċi li awtorità kompetenti tuża biex tidentifika kontribwent.

    9.“Servizz ta’ Identifikazzjoni” tfisser proċess elettroniku li jitqiegħed disponibbli mingħajr ħlas minn Stat Membru lil Operatur ta’ Pjattaforma Rapportanti għall-finijiet li tiġi aċċertata l-identità u r-residenza tat-taxxa ta’ Utent tal-Kriptoassi.

    TAQSIMA V

    IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA

    A. Regoli għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-ġbir u tal-verifika stabbiliti fit-Taqsima III.

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżiġu li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jinfurzaw ir-rekwiżiti ta’ ġbir u verifika skont it-Taqsima III fir-rigward tal-Utenti tal-Kriptoassi tagħhom.

    2.Meta Utent tal-Kriptoassi ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa skont it-Taqsima III wara żewġ tfakkiriet wara t-talba inizjali mill-Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 60 jum, il-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti għandhom jipprevjenu lill-Utent tal-Kriptoassi milli jwettaq Tranżazzjonijiet ta’ Skambju.

    B. Regoli li jeħtieġu li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jżommu r-rekords tal-passi li ttieħdu u ta’ kull informazzjoni li bbażaw fuqha għat-twettiq tar-rekwiżiti tar-rapportar u tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta, u l-miżuri x-xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords.

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżiġu li l-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti jżommu r-rekords tal-passi li jkunu ttieħdu u ta’ kull informazzjoni li jkunu użaw għat-twettiq tal-proċeduri tar-rekwiżiti tar-rapportar u tad-diliġenza dovuta stabbiliti fit-Taqsimiet II u III. Dawn ir-rekords għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu twil biżżejjed u fi kwalunkwe każ għal perjodu ta’ mhux inqas minn 5 snin iżda mhux aktar minn 10 snin wara tmiem il-Perjodu Rapportabbli li jkunu relatati miegħu.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż il-possibbiltà li jindirizzaw ordni għar-rapportar lill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti, biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tissodisfa l-obbligu li tikkomunika l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8ad(3).

    C. Proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti mar-rekwiżiti ta’ rapportar u mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri amministrattivi biex jivverifikaw il-konformità tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti mar-rekwiżiti ta’ rapportar u mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fit-Taqsimiet II u III.

    D. Proċeduri amministrattivi għas-segwitu mal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti fejn tiġi rrapportata informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri biex ikun hemm segwitu mal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti meta l-informazzjoni rrapportata ma tkunx kompluta jew preċiża.

    E. Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni ta’ Fornitur ta’ Servizzi tal-Kriptoassi Rapportanti

    L-Istat Membru domiċiljari li jipprovdi l-awtorizzazzjoni lill-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi f’konformità mar-Regolament XXX għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti lista tal-Fornituri ta’ Servizzi tal-Kriptoassi awtorizzati kollha fuq bażi regolari u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru.

    F. Proċedura amministrattiva għal reġistrazzjoni unika ta’ Operatur tal-Kriptoassi

    Operatur tal-Kriptoassi skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu B(2) ta’ dan l-Anness għandu jirreġistra mal-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru skont l-Artikolu 8ad(7).

    1.Qabel il-bidu ta’ kull sena fiskali, l-Operatur tal-Kriptoassi għandu jikkomunika lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika tiegħu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)l-isem;

    (b)l-indirizz postali;

    (c)l-indirizzi elettroniċi, inklużi s-siti web;

    (d)kwalunkwe TIN maħruġ lill-Operaturi tal-Kriptoassi;

    (e)l-Istati Membri li fihom l-Utenti tal-Kriptoassi Rapportabbli huma residenti skont it-tifsira tat-Taqsima III, il-paragrafi A u B.

    2.L-Operatur tal-Kriptoassi għandu jinnotifika lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni unika b’kull bidla li tista’ ssir fl-informazzjoni pprovduta skont is-subparagrafu F(1).

    3.L-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni unika għandu jalloka numru ta’ identifikazzjoni individwali lill-Operatur tal-Kriptoassi u għandu jinnotifika dan in-numru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha b’mezzi elettroniċi.

    4.L-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni unika għandu jkun jista’ jħassar Operatur tal-Kriptoassi mir-reġistru ċentrali fil-każijiet li ġejjin:

    (a)l-Operatur tal-Kriptoassi jinnotifika lil dak l-Istat Membru li ma għadx għandu Utenti tal-Kriptoassi Rapportabbli fl-Unjoni;

    (b)fin-nuqqas ta’ notifika skont il-punt (a), ikun hemm raġunijiet biex wieħed jassumi li l-attività ta’ Operatur tal-Kriptoassi tkun waqfet;

    (c)l-Operatur tal-Kriptoassi ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima IV, is-subparagrafu B(2); l-Istat Membru rrevoka r-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tiegħu skont is-subparagrafu F(7).

    5.Kull Stat Membru għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe Operatur tal-Kriptoassi skont it-tifsira tat-Taqsima IV, is-subparagrafu B(2), li jkollu Utenti tal-Kriptoassi residenti fl-Unjoni filwaqt li jonqos milli jirreġistra lilu nnifsu skont dan il-paragrafu. Meta Operatur tal-Kriptoassi ma jikkonformax mal-obbligu li jirreġistra jew meta r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet irrevokata f’konformità mas-subparagrafu F(7) ta’ din it-Taqsima, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, jieħdu miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi biex jinforzaw il-konformità fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. L-għażla ta’ dawn il-miżuri għandha tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom maħsubin biex isaħħu l-konformità, li bħala l-aħħar soluzzjoni jinkludu li l-Operatur tal-Kriptoassi ma jitħalliex jopera fl-Unjoni.

    6.Meta Operatur tal-Kriptoassi ma jikkonformax mal-obbligu li jirrapporta f’konformità mas-subparagrafu B tat-Taqsima II ta’ dan l-Anness wara żewġ tfakkiriet mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni unika, l-Istat Membru għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrevoka r-reġistrazzjoni tal-Operatur tal-Kriptoassi li tkun saret skont l-Artikolu 8ad(7). Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi revokata mhux aktar tard minn wara l-iskadenza ta’ 90 jum iżda mhux qabel l-iskadenza ta’ 30 jum wara t-tieni tfakkira.

    Top