Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0198

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE

    COM/2022/198 final

    Strasburgu, 3.5.2022

    COM(2022) 198 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE













    {SWD(2022) 133 final} - {SWD(2022) 134 final}


    Introduzzjoni 

    Ħames miljun ċittadin tal-UE jgħixu fl-aktar partijiet remoti tal-Unjoni, ir-reġjuni ultraperiferiċi: Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint Martin (Franza); l-Azores u Madeira (il-Portugall); u l-Gżejjer Kanarji (Spanja). Dawn huma parti integrali mill-UE, li jinsabu strateġikament fl-Oċean Atlantiku, fil-baċir tal-Karibew, fl-Amerika t’Isfel u fl-Oċean Indjan.

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jirrappreżentaw assi ewlenin: popolazzjoni żagħżugħa, żoni ekonomiċi marittimi estensivi, bijodiversità unika, sorsi rikki ta’ enerġija rinnovabbli, post u klima adattati għax-xjenzi spazjali, attivitajiet tal-astrofiżika, kif ukoll infrastruttura spazjali importanti. It-tkabbir tal-PDG reali per capita f’xi wħud minn dawn ir-reġjuni kien qiegħed jissupera l-medja tal-UE 1 . Bl-istrateġiji tal-iżvilupp, ir-riformi u l-investiment xierqa, id-distakk mal-bqija tal-UE jista’ għalhekk jitnaqqas fil-ġejjieni. Barra minn hekk, dawn ir-reġjuni jirrappreżentaw lokalitajiet imbiegħda tal-Unjoni Ewropea madwar id-dinja b’potenzjal biex itejbu l-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi u t-territorji ta’ madwarhom.

    Fl-istess ħin, ir-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw restrizzjonijiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-Trattat jipprevedi miżuri speċifiċi biex jappoġġaw lir-reġjuni ultraperiferiċi, inkluża l-applikazzjoni mfassla tad-dritt tal-Unjoni f’dawn ir-reġjuni u l-aċċess għall-programmi tal-UE.

    Filwaqt li dawn ir-reġjuni huma pjuttost differenti minn xulxin, jikkondividu xi speċifiċitajiet, bħall-pożizzjoni remota, l-insularità 2 , id-daqs tagħhom li fil-biċċa l-kbira huwa żgħir, il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima, l-ekonomiji li jiddependu fuq ftit setturi, b’livelli ta’ qgħad u ta’ prodott domestiku gross (PDG) li huma ferm agħar mill-medji tal-UE u dawk nazzjonali 3 . Mayotte għandha l-iktar PDG baxx per capita tal-UE (30 %) u l-ogħla qgħad (27,8 %) 4 . Bosta reġjuni bħal dawn raw nuqqas ta’ konverġenza mal-bqija tal-UE 5 matul dawn l-aħħar żewġ deċennji u issa huma partikolarment esposti għall-kombinazzjoni ta’ prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-kriżi tal-ikel imminenti li rriżultat mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

    Sabiex jilħqu l-potenzjal tagħhom, uħuf mir-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġ li jindirizzaw il-ħtiġijiet bażiċi li huma essenzjali għall-kwalità tal-ħajja u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 6 , bħall-aċċess għall-ilma, l-edukazzjoni, is-saħħa jew it-trasport. Il-fatturi demografiċi se jkollhom ukoll rwol ewlieni: filwaqt li l-popolazzjoni hija mistennija li tittripplika f’Mayotte u tirdoppja fil-Guyana Franċiża sal-2100, tali ħtiġijiet huma mistennija li jiżdiedu wkoll 7 . Xi reġjuni, bħall-Gżejjer Kanarji, il-Guyana Franċiża, Mayotte u Saint-Martin, jinsabu wkoll taħt pressjoni konsiderevoli mill-migrazzjoni irregolari. Min-naħa l-oħra, fl-istess perjodu, il-popolazzjoni hija mistennija li tonqos b’mod konsiderevoli f’xi reġjuni ultraperiferiċi oħra 8 minħabba l-migrazzjoni taż-żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-opportunitajiet.

    Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-prijoritajiet għall-azzjoni tal-UE ma’ dawn ir-reġjuni u għalihom. Wara l-kriżi tal-COVID-19, din għandha l-għan li tpoġġi lin-nies ta’ dawn ir-reġjuni l-ewwel fit-triq lejn l-irkupru u t-tkabbir sostenibbli. Dawn iridu jkunu ankrati fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bħala vetturi tat-trasformazzjoni koeżiva u inklużiva tas-soċjetà, tad-diversifikazzjoni ekonomika, u tal-ħolqien tal-impjiegi, li jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nies. Il-Komunikazzjoni tibni fuq l-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika tal-2017 ma’ dawn ir-reġjuni 9 , ippreżentata f’rapport tal-2020 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 10 .

    L-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi jitqiesu fil-leġiżlazzjoni, il-fondi u l-programmi ddedikati tal-UE. Il-Kummissjoni hija impenjata li tkompli tintegra l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni fil-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE biex tagħti spinta lill-iżvilupp tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta u bbażati fuq il-post. Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-inizjattivi proposti tal-Kummissjoni, li tikkomplementa u tappoġġa azzjoni reġjonali u nazzjonali. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, se ssaħħaħ id-djalogu ma’ dawn ir-reġjuni, tipprovdi appoġġ imfassal apposta, u se tgħin biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva, biex dawn ir-reġjuni jibbenefikaw bis-sħiħ mill-politiki tal-UE.

    Filwaqt li l-UE għandha rwol ewlieni biex tikkontribwixxi għall-isfruttar tal-potenzjal tat-tkabbir tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-benesseri u l-iżvilupp tagħhom jiddependu fundamentalment fuq għażliet u azzjonijiet mir-reġjuni nfushom u l-Istati Membri tagħhom. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jfasslu u jimplimentaw strateġiji ta’ żvilupp imfassla għal kull reġjun, filwaqt li jistabbilixxu l-prijoritajiet it-tajba u jużaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet ta’ finanzjament ipprovduti mill-istrumenti Ewropej. Dawn l-istrateġiji jeħtieġ li jantiċipaw u jirrispondu għall-ħtiġijiet tan-nies, jindirizzaw l-ostakli għat-tkabbir, jisfruttaw l-assi, jiddiversifikaw l-ekonomija, iżidu l-awtosuffiċjenza, jespandu r-rabtiet kummerċjali, jiżviluppaw il-ħiliet u jiġġeneraw l-impjiegi.

    Għalhekk, il-Komunikazzjoni, filwaqt li tistabbilixxi għadd ta’ inizjattivi li jridu jiġu żviluppati fil-livell tal-UE, tinkoraġġixxi l-azzjoni minn dawn ir-reġjuni u l-Istati Membri tagħhom, pereżempju biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tagħhom fil-politiki u fl-għodod trażversali, inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) 11  u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 12 u f’għodod orizzontali bħall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) 13 . Il-Komunikazzjoni tipproponi wkoll li tingħata attenzjoni speċjali lil dawn ir-reġjuni f’azzjonijiet rilevanti biex jintlaħqu l-miri mifruxa mal-UE kollha bħal pereżempju taħt il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 14 u l-azzjoni klimatika.

    Din il-Komunikazzjoni tqis il-kontribut li nġabar minn konsultazzjoni pubblika li saret minn Lulju sa Novembru 2021 15 , minn erba’ laqgħat immirati mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri tagħhom, laqgħat bilaterali mal-amministrazzjonijiet tar-reġjuni ultraperifiċi, mid-dikjarazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni Ultraperiferiċi (Conférence des présidents des régions ultrapériphériques, CPRUP) ta’ Novembru 2021 16 , mid-dokument ta’ pożizzjoni konġunta tal-Istati Membri u tar-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Jannar 2022 17 , mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 18 , minn studju dwar l-impatt tal-pandemija f’dawn ir-reġjuni 19 , kif ukoll mill-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) 20 . Huwa jibni wkoll fuq il-proposti li jirriżultaw mill-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

    1. Rispons għall-Pandemija u l-Kriżi tal-COVID-19 

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi ntlaqtu partikolarment ħażin mill-kriżi tal-COVID-19. Fil-Gżejjer Kanarji, il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied drastikament minn 35,4 % fl-2019 għal 57,7 % fl-2020 21 . F’Saint-Martin, il-persuni li qed ifittxu impjieg żdiedu b’aktar minn 16 % sal-aħħar tal-2020 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bejn l-2019 u l-2020, il-PDG naqas bi 11 % fil-Gżejjer Kanarji u b’7 % f’Madeira, meta mqabbel ma’ tnaqqis ta’ 7 % fi Spanja u 3 % fil-Portugall 22 . Ir-reġjuni ultraperiferiċi kienu affettwati wkoll minn tfixkil fil-katina tal-provvista. F’dan il-kuntest, fi ħdan is-Semestru Ewropew 2020, l-Istati Membri rilevanti ġew imħeġġa jsegwu linji ta’ politika mmirati f’dawn ir-reġjuni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ disparitajiet li dejjem qed jikbru 23 .

    Il-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jgħinu biex jittaffa l-impatt tal-pandemija. L-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus CRII u CRII+ 24 idderiġew il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġaw is-settur tas-saħħa, l-impjiegi, it-telexogħol u l-iskola mill-bogħod. Il-Qafas Temporanju tal-COVID-19 għall-Għajnuna mill-Istat 25 ippermetta li l-miżuri jappoġġaw lill-impriżi (notevolment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) u li jżommu l-impjieg fir-reġjuni ultraperiferiċi, xi wħud minn dawn kienu kofinanzjati mill-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni (REACT-EU) 26 . Pereżempju, il-Kummissjoni awtorizzat aktar minn 20 skema ta’ għajnuna biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi u n-negozji fl-Azores u f’Madeira. Barra minn hekk, REACT-EU tipprovdi ammont addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi ta’ EUR 146 miljun, flimkien ma’ sehem mill-pakkett tal-Istati Membri tagħhom. Pereżempju, kważi terz tal-pakkett ta’ REACT-EU ta’ Franza ġie allokat lir-reġjuni ultraperiferiċi tagħha (EUR 1,2 biljun minn EUR 3,9 biljun) biex jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali (eż. Wi-Fi fi Guadeloupe) u l-infrastruttura (eż. skejjel ġodda fil-Guyana Franċiża). Billi hija l-qofol ta’ NextGenerationEU 27 , l-RRF għandha l-għan li żżid ir-reżiljenza tal-Istati Membri u tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Il-pjanijiet nazzjonali rilevanti għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) jinkludu investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom fil-banda wiesgħa, fl-enerġija nadifa u fit-trasport, fir-rinnovazzjoni tal-bini, fl-aċċess għas-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, fid-diġitalizzazzjoni, fl-akkomodazzjoni soċjali, fl-adattament għat-tibdil fil-klima, u fil-prevenzjoni tad-diżastri u r-reżiljenza għalihom. Il-pjan Portugiż jalloka b’mod speċifiku l-finanzjament għat-tranżizzjoni klimatika u diġitali fl-Azores u f’Madeira.



    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u jtejbu r-reżiljenza tagħhom fis-setturi u ktajjen tal-provvisti, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-RRPs u fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni; jużaw ir-REACT-EU u jisfruttawha bis-sħiħ għar-reġjuni ultraperiferiċi, u jħaffu l-implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni se:

    -tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni ultraperiferiċi f’diversi politiki fir-rapporti rilevanti tal-pajjiżi fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

    -tqis ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista fir-reġjuni ultraperiferiċi 28 permezz ta’ tħejjija u ġestjoni xierqa għall-kriżijiet fi ħdan l-Istrument tas-Suq Uniku ta’ Emerġenza.

    2. Irkupru u tkabbir sostenibbli u inklużivi

    Sabiex titkompla t-triq ta’ rkupru tal-Ewropa, u fost inċertezza kbira kkawżata mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna fil-bidu tal-2022, l-istrateġiji ta’ rkupru u ta’ tkabbir jeħtieġ li jiġu adattati għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-popolazzjoni (il-Kapitolu 2.1.), jappoġġaw l-aktar setturi affettwati, jiddiversifikaw u jimmodernizzaw l-ekonomija billi jibnu fuq l-assi (il-Kapitolu 2.2.), mirfuda mit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali (il-Kapitolu 2.3).

    2.1. Inpoġġu lin-nies l-ewwel: Opportunitajiet Ġusti u Ekwi għal kulħadd 

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jbatu, bħala medja, mill-ogħla livelli ta’ faqar, illitteriżmu, qgħad, żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (not in employment, education or training, NEETs), u mill-aktar livelli baxxi ta’ livell edukattiv milħuq fl-UE. Ħafna nies f’xi wħud minn dawn ir-reġjuni ma għandhomx ilma nadif, akkomodazzjoni diċenti, elettriku, edukazzjoni, kura tas-saħħa, trasport pubbliku u internet. 

    L-irkupru jeħtieġ li jqiegħed lin-nies l-ewwel, biex il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn ir-reġjuni tinġieb eqreb lejn il-medji tal-UE u dawk nazzjonali. Bħala tali, jenħtieġ li l-isforzi ta’ rkupru jibdew billi jtaffu l-faqar, jindirizzaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni u b’mod partikolari joħolqu opportunitajiet għat-tfal u għaż-żgħażagħ permezz ta’ approċċ integrat li jinkludi politiki nazzjonali u investiment fl-infrastruttura bażika, servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u kapaċità amministrattiva, ikkumplimentati minn politiki u fondi tal-UE. Huwa importanti f’dan il-kuntest li r-reġjuni ultraperiferiċi jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fl-ilħuq tal-miri tas-Summit ta’ Porto għall-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar 29 .

    L-indirizzar tal-faqar, it-trawwim tal-ugwaljanza u l-inklużjoni

    Fl-2019, is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar kien ta’ 28,5 % fil-Gżejjer Kanarji, 31,8 % fl-Azores u 27,8 % f’Madeira, li huwa ferm ogħla mill-medji tal-UE u dawk nazzjonali 30 . Ir-rata tal-faqar fi Guadeloupe (34 %) hija aktar mid-doppju ta’ dik ta’ Franza kontinentali (14 %) 31 . Fil-komunitajiet rurali ta’ Réunion, persuna waħda minn kull żewġ persuni tgħix taħt is-soll tal-faqar 32 . It-tfal u gruppi vulnerabbli oħra bħall-anzjani jinsabu f’riskju akbar ta’ faqar. Pereżempju fl-2017, 8 minn 10 itfal f’Mayotte u 6 minn 10 fil-Guyana Franċiża kienu jgħixu f’unità domestika f’riskju ta’ faqar 33 . 

    Barra minn hekk, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi hija ħafna ogħla fir-reġjuni ultraperiferiċi mill-medja tal-UE u hija partikolarment qawwija f’Mayotte, fejn il-perċentwal ta’ nisa impjegati huwa madwar nofs dak tal-irġiel (23,9 % u 41,9 % rispettivament 34 ). Il-qgħad fost in-nisa huwa ogħla mill-qgħad fost l-irġiel fir-reġjuni ultraperiferiċi kollha ħlief f’Réunion 35 . Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tista’ żżid ir-rati tal-impjiegi, u b’hekk tikkontribwixxi għall-mira tal-impjiegi tal-Pilastru Ewropew ta’ 78 % sal-2030. Dan jeħtieġ miżuri adegwati ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kif ukoll edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal u kura fit-tul ta’ kwalità tajba. 

    F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet li jimmiraw lejn it-tnaqqis tad-distakk bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-kura, fil-pagi u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, u li jtemmu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru 36 huma essenzjali, kif identifikat fl-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 37 . L-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal 38 u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal 39 jistgħu wkoll iservu bħala pjanijiet direzzjonali għal inizjattivi li għandhom l-għan li jipproteġu lit-tfal fir-reġjuni ultraperifiċi u jgħinuhom jiksbu d-drittijiet tagħhom. Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE – inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) – jistgħu jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi. Pereżempju, fl-2014-2020, il-FEŻR ipprovda EUR 82 miljun biex jappoġġa l-infrastruttura tal-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-faċilitajiet soċjali f’Madeira u fl-Azores. L-investimenti tal-FSE+ fir-reġjuni ultraperiferiċi se jgħinu biex jiġu indirizzati l-faqar, l-esklużjoni soċjali, u jipprovdu għajnuna alimentari u materjali lil dawk l-aktar fil-bżonn.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex: 

    -jistabbilixxu miri għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ġenerali tiegħu; jiżguraw li l-miżuri f’dan il-kuntest jindirizzaw l-isfidi speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni; jużaw bis-sħiħ il-FEŻR u l-FSE+, inkluża l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu indirizzati l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet tal-Pilastru;

    -jiżviluppaw miżuri biex jitnaqqas il-faqar f’dawn ir-reġjuni fi ħdan il-politiki nazzjonali, b’enfasi fuq gruppi vulnerabbli inklużi l-anzjani; jivvalutaw l-impatt tar-riformi fuq il-faqar u l-inugwaljanzi;

    -jagħtu attenzjoni speċjali lill-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u t-Tfal f’dawn ir-reġjuni, b’mod partikolari l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal;

    -jużaw il-fondi nazzjonali u tal-UE b’mod partikolari l-FSE+ biex jappoġġaw persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-impjieg minn persuni b’diżabbiltà li jippromwovi l-inklużjoni soċjali tagħhom, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali, u biex jipproteġu l-vittmi tal-vjolenza.

    Il-Kummissjoni se:

    -tappoġġa lir-reġjuni ultraperiferiċi fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tagħhom f’inizjattivi skont il-pjan ta’ azzjoni tagħha; tissorvelja l-implimentazzjoni permezz tal-proċess tas-Semestru; tappoġġa diskussjonijiet ta’ livell għoli dwar l-implimentazzjoni f’dawn ir-reġjuni;

    -tivvaluta d-dimensjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali li jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għat-Tfal bl-għan li tiżgura li t-tfal f’dawn ir-reġjuni jgawdu l-istess opportunitajiet soċjali bħal dawk ta’ bnadi oħra fl-UE u tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki;

    -tissorvelja l-azzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni li jirrigwardaw it-tnaqqis tal-faqar, l-integrazzjoni u l-ugwaljanza, u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa 40 ;

    -tappoġġa permezz tal-FSE+ azzjonijiet biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali; timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-inklużjoni soċjali (eż. l-aċċess għal servizzi essenzjali);

    -tappoġġa l-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fin-network tar-Reġjuni tal-Ekonomija Soċjali Ewropea u l-iskema tal-Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali tal-Ewropa.

    L-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, ilma, internet u trasport u enerġija affordabbli

    F’xi reġjuni ultraperiferiċi, ħafna nies ma għandhomx kundizzjonijiet tal-għajxien xierqa u aċċess għal servizzi bażiċi. Min-nies li jgħixu fil-Guyana Franċiża, 53 % jgħixu f’akkomodazzjoni ffullata żżejjed (8 % fi Franza kontinentali) u 56 % tar-residenzi f’Mayotte huma ffullati wisq 41 . L-aċċess għall-ilma ma huwiex biżżejjed f’xi reġjuni: f’Mayotte, terz tal-unitajiet domestiċi ma għandhomx aċċess għall-ilma ġieri 42 ; fil-Guyana Franċiża, aktar minn 30 % tal-popolazzjoni ma għandhiex aċċess għall-ilma sħun 43 ; fi Guadeloupe, in-nies ma għandhomx aċċess kontinwu għall-ilma minħabba tnixxijiet fin-network tad-distribuzzjoni tal-ilma 44 . Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija aċċentwati mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna jirriskjaw li jagħmlu l-elettriku għali wisq għal ħafna. In-nuqqas ta’ trasport pubbliku jaffettwa l-aċċess għas-servizzi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta’ xogħol.

    Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom rwol importanti biex jissodisfaw uħud minn dawn il-ħtiġijiet bażiċi. Pereżempju, fl-2014-2020, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK) 45 appoġġaw l-infrastruttura sostenibbli urbana tat-trasport, tal-ilma u tal-enerġija f’Madeira u fl-Azores b’EUR 116-il miljun. L-RRPs Portugiżi u Franċiżi jipprevedu investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali. L-indirizzar tal-ħtiġijiet bażiċi tan-nies jeħtieġ investiment nazzjonali sinifikanti fl-infrastruttura, ikkumplimentat mill-fondi tal-UE. Dan jeħtieġ li jiġi rifless fl-ipprogrammar tal-fondi tal-UE u fis-sottomissjonijiet għall-finanzjament taħt programmi tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) 46 .

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni, ilma, elettriku, trasport u internet adegwati u affordabbli; jesploraw sinerġiji bejn il-baġits nazzjonali u l-fondi u l-għodod tal-UE, inklużi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni; jistabbilixxu miri fil-livell reġjonali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi.

    Il-Kummissjoni se:

    -tappoġġa lir-reġjuni ultraperiferiċi u lill-Istati Membri tagħhom fil-kisba ta’ sinerġiji bejn il-baġits nazzjonali u diversi fondi u programmi tal-UE – bħall-FEŻR, il-FSE+, il-FK u l-FNE – biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet bażiċi tan-nies.

    Aċċess għall-kura tas-saħħa

    Filwaqt li s-sistemi tas-saħħa tar-reġjuni ultraperiferiċi jvarjaw b’mod konsiderevoli, huma kkaratterizzati minn kapaċità aktar baxxa u minn inqas professjonisti tas-saħħa mill-medji nazzjonali u tal-UE 47 . Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà u l-iżolament akuti ta’ dawn ir-reġjuni. Dawn ir-reġjuni jbatu wkoll minn stennija tal-għomor baxxa 48 , rati partikolarment għoljin ta’ mortalità tat-trabi 49 , tifqigħat ta’ mard tropikali u tniġġis 50 . Huwa importanti li tissaħħaħ il-kapaċità medika, li jittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa, għall-promozzjoni tas-saħħa u għall-prevenzjoni tal-mard, u li tissaħħaħ it-tħejjija għal pandemiji.

    Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-RRF jistgħu jipprovdu appoġġ, eż. għall-infrastruttura, għat-tagħmir, għat-taħriġ mediku u għas-soluzzjonijiet tas-saħħa diġitali. Pereżempju, l-RRP Franċiż se jinvesti fil-modernizzazzjoni tal-isptarijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-programm EU4Health 51 jista’ jappoġġa azzjonijiet biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa u biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet, is-saħħa elettronika, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Interreg 52 , strument ewlieni għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE u ma’ pajjiżi ġirien li mhumiex l-UE, jista’ jappoġġa ulterjorment il-kooperazzjoni fir-rigward tas-saħħa. Il-programm Ewropa Diġitali jappoġġa wkoll l-infrastruttura diġitali għall-aċċess għall-immaġnijiet u għad-data ġenomika għad-dijanjożi u l-kura.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jappoġġaw l-iżvilupp tas-sistemi tas-saħħa u l-aċċess għall-kura, jiżviluppaw soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika biex jgħinu fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ professjonisti tas-saħħa u fid-diġitalizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa;

    -jipparteċipaw f’azzjonijiet taħt il-programm EU4Health, b’mod partikolari dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet, is-saħħa elettronika, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, u l-mard tropikali; L-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom fil-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjonijiet tal-programm EU4Health;

    -jikkooperaw mal-Awtorità tal-Kummissjoni għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa biex jiżguraw il-forniment ta ’ provvisti mediċi kritiċi matul kriżi; u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar it-tħejjija u r-rispons għat-theddid għas-saħħa;

    -jużaw programmi tal-Interreg għall-kooperazzjoni dwar is-saħħa fil-baċiri reġjonali.

    Il-Kummissjoni se:

    -tagħmel kuntatt mal-partijiet ikkonċernati tar-reġjuni ultraperiferiċi biex tinvolvihom fl-istadju ta’ tħejjija tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-EU4Health u f’avvenimenti ta’ informazzjoni sussegwenti biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom f’azzjonijiet speċifiċi; tikkunsidra azzjonijiet immirati għar-reġjuni ultraperiferiċi 53 ;

    -tinvolvi lir-reġjuni ultraperiferiċi f’diskussjonijiet dwar inizjattivi ta’ politika ta’ interess speċifiku, bħal dwar it-tilqim, il-kanċer, is-saħħa mentali;

    -tistieden lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) tar-reġjuni ultraperiferiċi u lil partijiet ikkonċernati oħra biex jingħaqdu mal-pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati tal-politika tas-saħħa;

    -ittejjeb l-aċċessibbiltà, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa permezz tal-FSE+ u l-FEŻR;

    -tindirizza l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programmi ta’ ħidma tal-Awtorità tal-Kummissjoni għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa 54 ;

    -tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, li jindirizza l-aċċess mhux ugwali għall-prevenzjoni, l-iskrinjar, id-dijanjożi, it-trattament u l-kura.

    Opportunitajiet għaż-żgħażagħ: l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-appoġġ għall-impjiegi u l-intraprenditorija

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jbatu minn qgħad għoli fost iż-żgħażagħ u minn eżodu ta’ mħuħ. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa ogħla minn 50 % fil-Gżejjer Kanarji u f’Mayotte, u madwar 40 % fi Guadeloupe, f’Martinique u f’Réunion, li huwa ħafna ogħla mill-medja tal-UE ta’ 16 %. Dawn ir-reġjuni għandhom livelli partikolarment għoljin ta’ NEETs (33,6 % fil-Guyana Franċiża u 24,6 % f’Réunion, it-tripplu u d-doppju tal-medji ta’ Franza u tal-UE rispettivament) u ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola (27 % fl-Azores, it-tripplu tal-medja tal-Portugall ta’ 8,9 %) 55 . 

    Il-livell edukattiv huwa wkoll aktar baxx f’dawn ir-reġjuni. L-illitteriżmu huwa mifrux fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi: skont ir-reġjun, bejn 30 % u 73 % ta’ persuni li għandhom 17-il sena għandhom diffikultajiet fil-qari (li huwa ħafna ogħla mill-medja nazzjonali ta’ 9,6 %) 56 . F’dan il-kuntest, l-appoġġ għall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja huma prijoritajiet għall-appoġġ tal-UE, f’konformità mar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-2021. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu l-għan li jnaqqas ir-rata ta’ NEETs minn 12,6 % (2019) għal 9 % sal-2030, b’mod partikolari billi jtejjeb il-prospetti ta’ impjieg tagħhom. Skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jiżguraw li ż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’ impjieg, edukazzjoni, apprendistat jew intership fi żmien erba’ xhur minn meta jitilqu mill-edukazzjoni jew mix-xogħol.

    F’dan il-kuntest, l-UE tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet fir-reġjuni ultraperiferiċi permezz ta’ firxa ta’ strumenti. Fl-2021-2027, il-FSE+ se jkompli jappoġġa t-taħriġ, il-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-gwida għall-karriera, l-impjieg taż-żgħażagħ, il-ħolqien tal-intraprenditorija u tan-negozju, filwaqt li se jiddedika mill-inqas 12,5 % tal-allokazzjonijiet tal-programmi għall-appoġġ taż-żgħażagħ. L-RRPs għandhom rwol importanti wkoll – l-RRP Franċiż pereżempju jappoġġa l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja fi Guadeloupe u f’Réunion. Fl-2014-2020, kważi 25 000 persuna minn Martinique ipparteċipaw fl-edukazzjoni u fit-taħriġ iffinanzjati mill-FSE. L-allokazzjoni addizzjonali l-ġdida tal-FSE+ għar-reġjuni ultraperiferiċi se tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-apprendistati, it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-mobilità. Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-FSE+ tista’ tappoġġa l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi soċjali, u t-titjib fil-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-modernizzazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi. L-inizjattiva l-ġdida ALMA (Aim, Learn, Master, Achieve) appoġġata minn dan il-fond hija inizjattiva ta’ inklużjoni attiva li tappoġġa NEETs żgħażagħ żvantaġġati biex jiksbu esperjenza professjonali barra minn pajjiżhom u esperjenza biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u biex jipparteċipaw fis-soċjetà. L-inizjattiva għandha l-għan b’mod partikolari li tinkludi żgħażagħ minn reġjuni rurali, periferiċi u inqas żviluppati, billi tipprovdilhom esperjenza ta’ tagħlim relatata max-xogħol fi Stat Membru ieħor. Dan jista’ jappoġġa wkoll il-mobbiltà taż-żgħażagħ tar-reġjuni ultraperiferiċi lejn pajjiżi ġirien li mhumiex fl-UE u lejn il-kontinent.

    Diversi inizjattivi matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 se jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ, inkluż inizjattiva ġdida mmirata esklussivament lejn iż-żgħażagħ mir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-programm Erasmus+ 57 jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-istudenti minn dawn ir-reġjuni biex jistudjaw barra minn pajjiżhom, inkluża l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien mhux fl-UE. Fl-2014-2020, 28 500 persuna mir-reġjuni ultraperiferiċi kollha pparteċipaw fi proġetti ta’ mobilità tal-Erasmus+ 58 . Permezz tal-istrateġija tagħha dwar l-inklużjoni u d-diversità, il-Kummissjoni tgħin liż-żgħażagħ minn dawn ir-reġjuni jipparteċipaw f’Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu promossi riċerkaturi żgħażagħ u li tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tagħhom f’Orizzont Ewropa, il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE 59 , u li jinħolqu opportunitajiet ta’ impieg attraenti għaż-żgħażagħ fir-reġjuni tagħhom. Il-Kummissjoni qed issawwar ukoll inizjattiva biex ittaffi l-isfidi assoċjati mal-eżodu ta’ mħuħ f’partijiet affettwati tal-UE bħar-reġjuni ultraperiferiċi, u biex tidentifika soluzzjonijiet potenzjali.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jistabbilixxu skemi ta’ apprendistat, ta’ żamma tal-impjiegi u ta’ reklutaġġ għaż-żgħażagħ fir-reġjuni ultraperiferiċi fi ħdan il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bl-użu tal-fondi tal-UE, filwaqt li jqisu il-perspettiva tal-ġeneru; tinkludi l-inizjattiva ALMA fil-programmi tal-FSE +; jittestjaw mudelli edukattivi diġitali;

    -jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ ħiliet fir-reġjuni ultraperiferiċi; jużaw il-FSE+ inkluża l-allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 370 miljun biex jittejbu l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-mobilità u l-impjiegi taż-żgħażagħ;

    -jipprovdu gwida dwar il-karriera liż-żgħażagħ; filwaqt li jqisu l-perspettiva tal-ġeneru; jistabbilixxu punti uniċi ta’ servizz biex jgħinu jiżguraw l-ewwel impjieg;

    -jużaw l-Interreg biex jiġu żviluppati aktar l-iskemi ta’ mobilità tat-tagħlim reġjonali f’sinerġija mal-Erasmus+.

    Il-Kummissjoni se:

    -toħloq skema ta’ għotja ta’ miljun euro li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex ifasslu u jimplimentaw proġetti fil-livell lokali, b’attenzjoni speċifika għall-ugwaljanza u l-inklużjoni, bħala parti mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 bl-assistenza teknika mmexxija mill-Kummissjoni taħt il-FEŻR;

    -tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni fil-programmi ta’ ħidma annwali taħt il-FSE+; tappoġġa lir-reġjuni fl-użu tal-allokazzjoni addizzjonali l-ġdida tal-FSE+ u timmonitorja l-użu tagħha;

    -jirrikonoxxu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u jappoġġaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta’ ħidma ta’ Erasmus+ inkluż skambji ma’ pajjiżi mhux tal-UE 60 , fl-Inizjattiva ewlenija għall-Universitajiet Ewropej, kif ukoll fiċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali; 

    -tikkoopera mal-aġenziji nazzjonali biex tappoġġa aktar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tar-reġjuni ultraperiferiċi f’Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, bħal fl-istrateġija tal-inklużjoni;

    -tipprovdi informazzjoni mfassla apposta biex tappoġġa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tar-reġjuni ultraperiferiċi fiż-Żgħażagħ Voluntiera tal-Interreg, eż. fil-pajjiżi ġirien;

    -tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fit-toroq għall-inizjattiva ta’ suċċess fl-iskejjel biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ;

    -tqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-inizjattiva li jmiss biex jittaffew l-isfidi assoċjati mal-eżodu ta’ mħuħ.

    2.2. Żvilupp tal-assi, l-indirizzar tar-restrizzjonijiet, l-enfasi fuq setturi ewlenin

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jvarjaw b’mod konsiderevoli minn xulxin. Kull reġjun għandu wkoll is-sett ta’ restrizzjonijiet u ta’ assi tiegħu stess, mill-agrikoltura jew turiżmu sal-ekonomija blu jew l-ispazju. L-iżvilupp ekonomiku jvarja b’mod konsiderevoli minn Mayotte (30 % tal-PDG tal-UE) u l-Guyana Franċiża (46 %) għal Madeira (69 %) u Martinique (76 %). Din id-differenzjazzjoni qawwija titlob strateġiji ta’ żvilupp reġjonali mfassla apposta. Id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom billi jiffokaw fuq is-setturi tal-“assi” tagħhom, f’konformità mal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom, hija kruċjali għall-irkupru u t-tkabbir.

    Il-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll iż-żidiet attwali fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna wrew il-ħtieġa li dawn ir-reġjuni remoti jiżviluppaw xi livell ta’ awtonomija fl-agrikoltura u fil-provvista tal-enerġija u jiddiversifikaw is-sorsi. L-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tal-ikel li tirrispetta l-ambjent huwa opportunità biex is-settur jiġi ddiversifikat u jsir ekoloġiku, u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità. Bl-istess mod, l-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija nadifa bbażati, eż. fuq l-enerġija solari u eolika, jista’ jgħin biex jingħelbu n-nuqqasijiet u tiġi dekarbonizzata t-taħlita tal-enerġija tagħhom.

    Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi qegħdin jaġġornaw l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom 61 biex jadattaw l-innovazzjoni tagħhom għas-setturi l-aktar promettenti, prinċipalment dwar l-ikel agrikolu, il-bijoekonomija, l-ekonomija blu sostenibbli, it-turiżmu u l-industriji kreattivi. It-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) jista’ jgħin lil dawn ir-reġjuni jikkapitalizzaw fuq l-assi tagħhom u jintegraw fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Il-Kummissjoni tfittex li ttejjeb l-aċċess għall-eċċellenza u li tgħin biex jingħeleb id-distakk fl-innovazzjoni 62 . Il-programm ta’ qafas preċedenti ta’ R&Ż Horizon 2020 għen lir-reġjuni ultraperiferiċi jagħtu spinta lill-kapaċità ta’ riċerka tagħhom permezz tal-proġett 63 FORWARD. Il-fergħa ta’ Orizzont Ewropa li tirrigwarda “t-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tixrid tal-eċċellenza” biex tappoġġa lill-pajjiżi li għadhom lura fir-riċerka ġiet estiża għar-reġjuni ultraperiferiċi kollha. Ħafna sejħiet għal proġetti riċenti ta’ Orizzont Ewropa, eż. dwar il-bijodiversità tal-baħar jew ir-restawr tal-ekosistema, jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi. Hemm sinerġiji bejn il-FEŻR u Orizzont Ewropa, eż. finanzjament kumulattiv u appoġġ għal proġetti mogħtija t-tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza. Orizzont Ewropa jippromwovi ulterjorment il-kollaborazzjoni bejn il-programmi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jippermetti lill-Istati jidentifikaw prijoritajiet komuni għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom u jimplimentaw sejħiet konġunti. Il-missjoni Orizzont Ewropa “Nirrestawraw l-Oċeani u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030” tipprovdi opportunitajiet addizzjonali biex tiġi indukrata r-R&I.

    Il-FEŻR jappoġġa l-innovazzjoni permezz tal-programmi ġenerali tiegħu, il-programmi Interreg u l-inizjattiva Interreġjonali ta’ Investimenti fl-Innovazzjoni, li jżid il-proġetti ta’ innovazzjoni interreġjonali f’żoni ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) 64 jagħti spinta wkoll lill-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu, filwaqt li l-pjattaforma 65 u l-fond BlueInvest jipprovdu servizzi ta’ prontezza għall-investiment.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jipparteċipaw f’opportunitajiet taħt il-fergħa tat-“twessigħ” tal-programm Orizzont Ewropa, u fis-sejħiet għal proġetti dwar temi ewlenin għar-reġjuni ultraperiferiċi;

    -iniedu proċess biex jidentifikaw prijoritajiet komuni fid-dawl tal-kollaborazzjoni fil-livell tal-programm fost il-finanzjaturi tar-riċerka, fi ħdan Orizzont Ewropa;

    -jirrieżaminaw u jimplimentaw strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti; jibbenefikaw minn opportunitajiet minn sħubijiet interreġjonali u ktajjen tal-valur ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

    Il-Kummissjoni se:

    -tfassal sejħa mfassla apposta għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programm ta’ ħidma tal-2023-2024 tal-inizjattiva Interreġjonali għall-Investimenti fl-Innovazzjoni; 

    -soġġetta għar-riżultati tal-proġett FORWARD,  tipproponi azzjoni ddedikata ta’ koordinazzjoni u appoġġ taħt il-parti tat-twessigħ ta’ Orizzont Ewropa, kif propost mir-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu attivati ulterjorment il-komunitajiet lokali tar-riċerka u ta’ innovazzjoni, pereżempju, permezz ta’ proġetti minn riċerkaturi lokali dwar suġġetti soċjoekonomiċi speċifiċi għal dawn ir-reġjuni;

    -tappoġġa lir-reġjuni ultraperiferiċi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, tipprovdi appoġġ imfassal apposta permezz tal-Komunità ta’ Prattika li għandha titnieda sa tmiem l-2022;

    -tiżgura li l-programmi ta’ ħidma li jmiss ta’ Orizzont Ewropa jinkludu suġġetti rilevanti għar-reġjuni ultraperiferiċi.  

    Il-mobilità, it-trasport, it-turiżmu

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jiddependu fuq konnessjonijiet bl-ajru u marittimi għat-trasport u għall-provvista ta’ merkanzija. Il-konnessjonijiet tat-trasport fir-reġjuni u fl-Ewropa kontinentali huma essenzjali biex in-nies ikollhom aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għall-impjiegi, kif ukoll għan-negozju, għall-kummerċ u għat-turiżmu. It-turiżmu jikkontribwixxi għal sehem sinifikanti tal-ekonomija – 35 % tal-PDG tal-Gżejjer Kanarji 66 u kwart tal-PDG ta’ Madeira – u s-settur intlaqat ħażin ħafna mill-kriżi tal-COVID-19 67 . F’Madeira kien hemm 61 % inqas klijenti fl-istabbilimenti tat-turiżmu, u tnaqqis relatat ta’ 64 % fl-introjtu fl-2020 meta mqabbel mal-2019 68 .

    Diversi fondi tal-UE jistgħu jappoġġaw il-mobilità, it-trasport u t-turiżmu. Il-FNE tista’ tikkoffinanzja l-infrastruttura tat-trasport, u l-programm ta’ ħidma tagħha jappoġġa speċifikament il-portijiet marittimi biex jgħin fit-titjib tal-konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi rivedut ir-Regolament dwar in-network Trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) 69 tirrifletti l-ħtiġijiet ta’ konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li żżid il-portijiet, in-nodi urbani u t-toroq tagħhom mal-mapep tan-network tat-TEN-T u tagħmilhom eliġibbli għall-appoġġ tal-FNE. Dawn ir-reġjuni jistgħu jużaw il-FEŻR u l-FK 70 għall-infrastruttura tal-ajruporti u biex jappoġġjaw is-settur tat-turiżmu. Pereżempju, l-RRP Spanjol jappoġġa r-reżiljenza tat-turiżmu mmirata lejn l-investimenti fl-infrastruttura u l-kummerċjalizzazzjoni.

    Filwaqt li titqies id-dipendenza qawwija tagħhom fuq il-konnessjonijiet bl-ajru, it-titjiriet kollha mir-reġjuni ultraperiferiċi lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea huma eżentati mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) sal-aħħar tal-2023 71 . Barra minn hekk, fl-2021, il-Kummissjoni pproponiet li teżenta mill-ETS it-titjiriet bejn dawn ir-reġjuni u l-Istat Membru tagħhom sal-2030 72 . Il-perkors ta’ tranżizzjoni għat-turiżmu 73 se jiggwida t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u r-reżiljenza fis-settur, b’azzjonijiet proposti li r-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jsegwu. Il-Kummissjoni appoġġat lis-settur tal-kultura bi proġett pilota dwar l-iskambji bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) 74 , u proġetti oħra 75 .

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jaħtfu l-opportunitajiet kollha għall-finanzjament ta’ infrastruttura essenzjali tat-trasport, inkluż għall-fjuwils alternattivi;

    -jinvestu f’turiżmu reżiljenti, lest għall-era diġitali u sostenibbli, billi jagħmlu użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE b’mod partikolari fl-ipprogrammar tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni; u jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-perkors ta’ tranżizzjoni għat-turiżmu u jikkondividu data relatata mat-turiżmu; 

    -itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tat-turiżmu u jħarrġuhom mill-ġdid skont il-patt għas-sħubija fil-ħiliet għat-turiżmu.

    Il-Kummissjoni se:

    -tqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni fir-reviżjoni tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru; 

    -tħeġġeġ u tiffaċilita l-użu mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-għodod disponibbli tal-UE biex jittejbu l-konnettività u l-mobilità;

    -tappoġġa l-investimenti fis-settur tat-turiżmu; tiżgura li l-fondi tal-UE, eż. il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, jappoġġaw l-irkupru u l-iżvilupp sostenibbli ta’ dan is-settur;

    -tipprovdi lis-settur tat-turiżmu b’informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament u tappoġġa l-użu tagħhom;

    -tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni fil-kriterji tal-ekotikketta għall-akkomodazzjoni turistika tal-UE; tippromwovi l-kondiviżjoni tad-data relatata mat-turiżmu u l-iżvilupp ta’ spazju tad-data dwar it-turiżmu;

    -tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programmi ta’ ħidma MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva.

    Bijodiversità

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom valur eċċezzjonalment għoli ta’ bijodiversità. Dan huwa rikonoxxut fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 76 , li tenfasizza speċifikament il-ħtieġa li jiġu protetti u restawrati l-ekosistemi tagħhom. Ħafna setturi, inklużi t-turiżmu, is-sajd, il-forestrija u l-agrikoltura, jiddependu fuq din il-bijodiversità. Ekosistemi b’saħħithom jipprovdu wkoll arja u ilma nodfa u jtaffu l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. Għalhekk, il-protezzjoni u r-restawr tagħhom huma essenzjali. Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll lill-Istati Membri biex jinkludu r-reġjuni ultraperiferiċi kollha tagħhom fin-Network ta’ Natura 2000 tal-UE ta’ żoni protetti 77 fejn dan għadu mhux il-każ.

    L-investimenti taħt il-FEŻR se jgħinu biex jiġu ppreservati u restawrati żoni protetti kif ukoll infrastruttura ekoloġika. Il-FEMSA jappoġġa ż-żoni protetti tal-baħar, ir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tal-baħar. L-investimenti fil-bijodiversità jistgħu jiġu ingranati wkoll permezz ta’ InvestEU 78 . Barra minn hekk, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) 79  jirrifletti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-komponenti kollha tiegħu: il-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistema, l-ekonomija ċirkolari, it-tibdil fil-klima u l-enerġija, u jipprovdi konsiderazzjoni speċjali u punti addizzjonali għall-applikazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni. LIFE jinkludi wkoll skema ta’ għotjiet għal proġetti żgħar fir-reġjuni ultraperiferiċi kofinanzjati b’95 %. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll assistenza teknika ta’ “Assistenza Ekoloġika” biex tappoġġa l-investimenti pubbliċi u privati fil-kapital naturali, fil-bijodiversità, fl-ekonomija ċirkolari u fl-ekoloġizzazzjoni ta’ investimenti oħra. Investimenti bħal dawn, minbarra l-preservazzjoni tal-ambjent, għandhom ukoll potenzjal kbir għal turiżmu sostenibbli u ekoloġiku, kif ukoll għad-diversifikazzjoni ekonomika pereżempju fir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jaħtfu opportunitajiet speċifiċi taħt il-programm LIFE, eż. għotjiet għal proġetti ta’ bijodiversità; il-programm Orizzont Ewropa, eż. għar-riċerka dwar il-bijodiversità tal-baħar 80 ; u l-inizjattiva għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni għall-kooperazzjoni dwar it-tranżizzjoni ekoloġika;

    -jimplimentaw strateġiji li jintegraw il-bijodiversità fis-setturi kollha; jiżviluppaw miżuri għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr;

    -jippromwovu l-ħiliet u l-impjiegi ekoloġiċi fl-implimentazzjoni tal-programmi kollha tal-UE 81 ; jikkombinaw il-fondi ma’ strumenti finanzjarji bl-użu ta’ assistenza teknika ta’ “Assistenza Ekoloġika”.

    Il-Kummissjoni se:

    -żżid l-appoġġ għall-proġetti dwar l-ispeċijiet importanti jew li għadhom kif ġew skoperti fir-reġjuni ultraperiferiċi 82 fil-programm LIFE 2025-2027 soġġett għal valutazzjoni 83 ;

    -tadotta proposta għal regolament dwar ir-restawr tan-natura li jirrifletti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi; tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri għar-restawr tan-natura għal dawn ir-reġjuni;

    -tkompli tappoġġa l-valutazzjonijiet tal-ekosistemi fir-reġjuni ultraperiferiċi, eż. permezz tal-proġett MOVE-ON 84 ; tagħmilhom disponibbli għaċ-Ċentru tal-Għarfien għall-Bijodiversità 85 .

    L-ekonomija blu

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom potenzjal uniku ta’ ekonomija blu bis-saħħa taż-żoni ekonomiċi esklużivi (ŻEE) kbar tagħhom, li jammontaw għal aktar minn nofs iż-ŻEE tal-UE, u ta’ bijodiversità marina rikka. Is-sajd u t-trasport marittimu jibqgħu parti importanti mill-ekonomiji tagħhom. Huwa importanti li r-reġjuni ultraperiferiċi jiżviluppaw l-istrateġiji tal-ekonomija blu tagħhom b’mod sostenibbli, inkluż billi jipproteġu l-bijodiversità tal-baħar tagħhom.

    Il-FEMSA u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jappoġġaw is-settur marittimu tar-reġjuni ultraperiferiċi. Skont il-FEMSA, dawn ir-reġjuni jibbenefikaw minn baġit allokat ta’ EUR 315-il miljun għal investimenti strutturali u l-kumpens ta’ kostijiet addizzjonali, u minn dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura. Il-Kummissjoni pproponiet li tkompli l-kundizzjonijiet speċjali għal dawn ir-reġjuni fir-rieżami li għaddej ta’ dawn ir-regoli 86 . L-investiment fl-enerġija tal-baħar rinnovabbli innovattiva, fil-bijoteknoloġija blu, fl-akkwakultura, fir-riċerka u fit-taħriġ jista’ joħloq mudelli ta’ negozju ġodda u jiġġenera l-impjiegi. Il-programm Orizzont Ewropa jipprovdi wkoll opportunitajiet biex jiġu kkoordinati miżuri biex tinkiseb ekonomija blu newtrali għall-klima u biex jitnaqqsu t-tniġġis u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur marittimu permezz tal-missjoni tiegħu “Nirrestawraw l-Oċeani u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030”.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jimplimentaw strateġiji tal-ekonomija blu, jaħtfu s-sinerġiji fl-appoġġ tal-UE, inkluż il-FEMSA għal investimenti strutturali, il-FEŻR u l-FNE għall-infrastruttura, l-FSE + għat-taħriġ, LIFE u FEMSA għal azzjonijiet dwar il-klima u l-bijodiversità, u l-programm Orizzont Ewropa għall-innovazzjoni; 

    -isaħħu l-isforzi fil-ġlieda kontra s-sajd illegali;

    -jipparteċipaw fi ktajjen tal-valur sostenibbli tal-ekonomija blu (eż. it-turiżmu blu, l-enerġija rinnovabbli tal-baħar, is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, il-prevenzjoni tat-tniġġis, il-ġestjoni tar-riskju);

    -iwettqu studji dwar il-ġbir tad-data u l-istokkijiet tal-ħut bl-appoġġ tal-FEMSA, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju tal-2022 dwar il-ġbir tad-data u l-parir xjentifiku fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 87 ; itejbu l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar;

    -jipparteċipaw fil-missjoniNirrestawraw l-Oċeani u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030”.

    Il-Kummissjoni se:

    -tniedi sejħa għal proposti dwar l-istrateġiji tal-ekonomija blu fir-reġjuni ultraperiferiċi f’konformità mal-programm ta’ ħidma tal-FEMSA 2022-2023; tappoġġa l-ekonomija blu tar-reġjuni ultraperiferiċi skont il-FEMSA, kif propost mill-Parlament Ewropew, mir-reġjuni u mill-Istati Membri tagħhom;

    -tinvolvi ruħha mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tindirizza l-kwisjoni tal-ġbir ta’ data relatata mas-sajd 88 fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE 89 , b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk ir-reġjuni u abbażi tar-riżultati tal-istudju tal-2022 dwar il-ġbir tad-data u l-parir xjentifiku fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 90 ;

    -tkompli tappoġġa ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi, b’mod partikolari mal-pajjiżi ġirien tar-reġjuni ultraperiferiċi;

    -torganizza skambji ta’ għarfien dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu u l-enerġija rinnovabbli b’mod partikolari permezz tal-proġett 2021-2024 “L-Avvanz tal-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fir-Reġjuni Ultraperiferiċi”.

    Agrikoltura u żvilupp rurali

    L-agrikoltura tibqa’ settur ewlieni fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni ultraperiferiċi, u tikkontribwixxi għal sehem imdaqqas tal-valur miżjud u tal-impjiegi. L-innovazzjoni tista’ tgħin biex tittejjeb il-kwalità tal-ikel u l-effiċjenza fir-riżorsi u titnaqqas l-impronta tal-produzzjoni tal-ikel. F’konformità mal-istrateġija mill-għalqa sal-platt, iż-żieda tal-biedja organika f’dawn ir-reġjuni jista’ jkollha benefiċċji kemm ambjentali kif ukoll ekonomiċi. L-iżvilupp ta’ agrikoltura li tibqa’ valida fil-futur, li tuża inqas pestiċidi kimiċi u antibijotiċi u approċċi aktar agroekoloġiċi, hija kruċjali għat-titjib tal-kompetittività.

    L-UE tappoġġa bis-sħiħ l-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) 91 , jappoġġa l-produzzjoni lokali permezz ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa, miżuri tas-suq u l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali. Bis-saħħa ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali mill-qrib, il-baġit tal-POSEI fl-2021-2027 huwa simili għall-perjodu preċedenti. Barra minn hekk, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jipprovdi kundizzjonijiet speċifiċi għal dawn ir-reġjuni inkluż li l-Istati Membri jridu jadattaw il-pjanijiet strateġiċi tal-politika agrikola komuni (PAK) tagħhom għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom 92 , kif enfasizzat ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 93 , filwaqt li jindirizza l-għan ta’ żieda fis-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali.

    Barra minn hekk, l-istrumenti tal-għajnuna mill-Istat għall-għajnuna fl-agrikoltura, fil-forestrija u fiż-żoni rurali 94 jippermettu rati massimi ogħla ta’ intensità tal-għajnuna għall-investimenti f’dawn ir-reġjuni u għall-għajnuna operatorja. Il-Kummissjoni pproponiet li tkompli tipprovdi kundizzjonijiet speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi fir-rieżami li għaddej ta’ dawn l-istrumenti 95 . Sabiex tappoġġja l-iżvilupp agrikolu u rurali tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-Kummissjoni se taħdem fi sħubija mal-Istati Membri biex tadatta u timmodernizza l-azzjonijiet eżistenti ffinanzjati mill-POSEI, fid-dawl ta’ żvilupp aktar ibbilanċjat bejn id-diversi setturi agrikoli (setturi tradizzjonali tal-esportazzjoni, u s-setturi tad-diversifikazzjoni tal-bhejjem u tal-għelejjel). Fil-kuntest tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, il-Kummissjoni adottat miżuri biex tappoġġa lill-produtturi agrikoli l-aktar affettwati 96 . Minħabba ż-żieda relatata fil-prezzijiet tal-ikel u r-riskju ta’ tfixkil fil-provvista, u għall-garanzija tas-sigurtà tal-ikel, dawn il-miżuri jinkludi pagamenti antiċipati lill-bdiewa, regoli temporanji li jippermettu għajnuna lil kumpaniji affettwati mill-kriżi fis-settur agroalimentari 97 u flessibbiltajiet għall-importazzjoni tal-għalf.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jagħtu attenzjoni speċjali lis-settur tal-iżvilupp agrikolu u rurali tar-reġjuni ultraperiferiċi fit-trawwim ta’ tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u ġusta, filwaqt li jibnu fuq l-assi u jindirizzaw ir-restrizzjonijiet;

    -jippromwovu d-diversifikazzjoni, il-modernizzazzjoni fl-agrikoltura u awtonomija akbar fl-ikel, jinvestu f’teknoloġiji effiċjenti fir-riżorsi; u jtejbu l-ħiliet/iħarrġu mill-ġdid lill-ħaddiema agrikoli.

    Il-Kummissjoni se:

    -tiżgura li l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-PAK u jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi; u li l-prijoritajiet tal-UE fir-rigward tat-trawwim ta’ tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u ġusta huma riflessi fil-pjanijiet;

    -taħdem mal-Istati Membri rilevanti biex ittejjeb il-programmazzjoni ta’ POSEI u r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni u biex tiżgura li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-POSEI jkunu koerenti mal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, eż. il-konformità mal-objettivi ambjentali u soċjali u d-diversifikazzjoni;

    -ssegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport POSEI tal-2021 98 , b’mod partikolari l-ħtieġa għal distribuzzjoni ġusta tal-appoġġ, il-promozzjoni ta’ prattiki tal-biedja sostenibbli, il-kwalità tal-prodott, id-differenzjazzjoni tal-prodott u l-iskambju ta’ prattiki tajba;

    -skont il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali, tanalizza l-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi fi ħdan l-ambitu tal-Osservatorju Rurali tal-UE u fil-pjattaforma tar-rivitalizzazzjoni rurali; tikkondividi l-għarfien fi ħdan in-network tal-PAK tal-UE u tesplora opportunitajiet ta’ kooperazzjoni;

    -bħala parti minn LEADER, tippromwovi aktar l-iżvilupp lokali u tappoġġa l-użu tal-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-agrikoltura, jiġifieri permezz tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola;

    -tippromwovi t-tranżizzjoni lejn livell ogħla ta’ awtonomija tal-ikel fir-reġjuni ultraperiferiċi permezz taż-żewġ strumenti tal-PAK, filwaqt li tiżgura ikel ta’ kwalità għolja b’biedja sostenibbli.

    2.3. NAGĦMLU L-AFFARIJIET KIF SUPPOST: INRAWMU T-TRANŻIZZJONIJIET EKOLOĠIĊI U DIĠITALI

    2.3.1. Tranżizzjoni Ekoloġika: lejn ekonomija sostenibbli 

    It-tranżizzjoni ekoloġika għandha l-għan li tikseb it-trasformazzjoni sostenibbli, ekoloġika u newtrali għall-klima tas-soċjetà u tal-ekonomija fil-politiki kollha. Fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku 99 , il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li tqis il-vulnerabbiltà tagħhom għad-diżastri naturali u l-bijodiversità unika u s-sorsi abbundanti ta’ enerġija rinnovabbli tagħhom. Dawn ir-reġjuni jinsabu f’pożizzjoni tajba biex isiru mudelli eżemplari għall-iżvilupp, filwaqt li jirrispettaw l-ekonomija ċirkolari u n-newtralità klimatika, kif ukoll jinvestu u joħolqu impjiegi b’soluzzjonijiet ekoloġiċi u blu f’setturi bħat-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd. Ir-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika kklassifikaw il-klima, il-bijodiversità u l-ambjent fl-ogħla ħames temi għall-azzjoni tal-UE f’dawn ir-reġjuni.

    L-azzjoni klimatika

    L-UE hija impenjata li tilħaq l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, inklużi l-għanijiet ta’ adattament immirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment esposti għall-impatti tat-tibdil fil-klima, inklużi avvenimenti estremi tat-temp, u jeħtieġu miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima mfassla apposta. F’dan il-kuntest, l-istrateġija tal-2021 dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tipprevedi skambji bejn dawn ir-reġjuni u l-ġirien tagħhom dwar soluzzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Fond Soċjali għall-Klima 100 tipprevedi wkoll li l-pjanijiet soċjali dwar il-klima tal-Istati Membri janalizzaw l-effetti tal-ETS fuq gruppi vulnerabbli filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni remoti. Barra minn hekk, din tappoġġa trasport għall-but ta’ kulħadd b’emissjonijiet baxxi f’żoni insulari u remoti.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -irawmu riċerka dwar it-tibdil fil-klima, pereżempju jiżviluppaw għodod innovattivi biex jiġu antiċipati l-avvenimenti klimatiċi, biex jiżdied l-għarfien dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jisfruttaw l-opportunitajiet taħt il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u programmi oħra tal-UE, pereżempju LIFE u l-programm Orizzont Ewropa;

    -isaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien dwar it-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza, inkluż permezz tal-programmi Interreg;

    -iqisu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-pjanijiet nazzjonali skont il-Fond Soċjali għall-Klima tal-UE; u japplikaw għall-finanzjament taħt il-Fond għall-Innovazzjoni;

    -jipparteċipaw fil-Missjoni tal-UE “Adattament għat-Tibdil fil-Klima” u l-opportunitajiet tagħha.

    Il-Kummissjoni se:

    -trawwem il-kooperazzjoni u r-riċerka f’dak li jirrigwarda l-isfidi komuni, u tappoġġa l-azzjoni klimatika taħt il-programm LIFE; irawwem skambji dwar l-azzjoni klimatika bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ġirien tagħhom taħt il-FEŻR;

    -tappoġġa azzjoni dwar il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza fir-rigward tad-diżastri naturali; trawwem l-iskambju ta’ għarfien bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ġirien tagħhom dwar soluzzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

    -tgħin identifika soluzzjonijiet għall-faqar tal-“mobilità” marbut maż-żidiet fil-prezzijiet tat-trasport;

    -jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lir-reġjuni ultraperiferiċi meta jimplimentaw il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE 101 .

    L-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

    Bis-sorsi abbundanti tagħhom ta’ enerġija rinnovabbli – solari, eolika, tal-baħar u ġeotermali – ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu minn ta’ quddiem fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa li tgħin biex tintlaħaq il-mira tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050. Madankollu, dawn ir-reġjuni jimportaw il-fjuwils fossili biex ikopru l-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet tal-enerġija tagħhom, li jinvolvu emissjonijiet u kostijiet tat-trasport għoljin. Minħabba l-prezzijiet għoljin tal-enerġija aggravati mill-gwerra fl-Ukrajna, ir-riskju ta’ faqar enerġetiku qed jiżdied. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 102 tistieden lill-Istati Membri jtaffu l-faqar enerġetiku u jqisu l-varjazzjonijiet reġjonali fit-temperatura meta jistabbilixxu miri għall-iffrankar tal-enerġija.

    Diversi reġjuni ultraperiferiċi (eż. il-Gżejjer Kanarji, l-Azores, Madeira u Réunion) qed jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari ġeotermali, li f’xi reġjuni ultraperiferiċi diġà jissodisfaw parti kbira tad-domanda għall-elettriku. L-investiment fil-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli jista’ jżid l-awtonomija enerġetika u jgħin biex tintlaħaq il-mira tal-UE għan-newtralità klimatika għall-2050 u l-miri tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u ż-żieda fl-enerġija rinnovabbli. Il-qafas regolatorju tal-UE jistimula l-investimenti fl-enerġija nadifa u f’sistemi żgħar u deċentralizzati tal-enerġija rinnovabbli inkluż fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ 103 . L-istrateġija tal-2020 dwar l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta 104 tenfasizza l-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi bħala pijunieri fid-dekarbonizzazzjoni tal-gżejjer. Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, l-inizjattiva dwar l-Enerġija Nadifa għall-gżejjer tal-UE, il-faċilità “Soluzzjonijiet Ġodda tal-Enerġija Ottimizzati għall-Gżejjer (NESOI)” u l-RRF jistgħu jappoġġaw it-tranżizzjoni enerġetika. Il-programm LIFE jista’ jiffinanzja l-introduzzjoni tat-teknoloġija, mudelli ġodda ta’ negozju, u ħiliet relatati.

    Fil-kuntest tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, il-Kummissjoni pproponiet il-pjan tar-REPowerEU biex tiġi indirizzata d-dipendenza enerġetika 105 kif ukoll qafas Temporanju ta’ għajnuna mill-Istat għall-Kriżijiet, li joffri appoġġ biex ikopri l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw miż-żidiet fil-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku 106 .

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali/reġjonali tħeġġeġ l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika; jirriflettu s-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

    -jipprovdu appoġġ immirat lill-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku;

    -jinvestu fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika filwaqt li jesploraw il-vantaġġi naturali; jappoġġaw lir-reġjuni ultraperiferiċi fl-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira għal żoni remoti biex jegħlbu n-nuqqasijiet fl-infrastruttura tal-enerġija;

    -jintegraw l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjanijiet spazjali marittimi, kif previst fl-istrateġija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta;

    -jiżguraw li r-reġjuni ultraperiferiċi jitqiesu fil-miżuri ta’ appoġġ tar-REPowerEU.  

    Il-Kummissjoni se:

    -trawwem riċerka dwar grilji intelliġenti, ħżin tal-enerġija, enerġija tal-baħar, enerġija rinnovabbli;

    -tqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Enerġija Solari;

    -trawwem l-iskambju ta’ esperjenza dwar il-ġestjoni innovattiva tal-enerġija, eż. fi ħdan l-Interreg;

    -tipprovdi studju dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa fil-gżejjer tal-UE, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi; tappoġġa t-tranżizzjoni enerġetika tagħhom permezz tal-Inizjattiva dwar l-Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE u n-NESOI.

    L-ekonomija ċirkolari

    Minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni għolja tal-iskart xprunata mit-turiżmu u mill-esportazzjonijiet tal-iskart, ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jibbenefikaw ħafna minn soluzzjonijiet ta’ ekonomija ċirkolari. Huwa f’dan il-kuntest li l-pjan ta’ azzjoni tal-ekonomija ċirkolari tal-2020 107 jippromwovi soluzzjonijiet imfassla apposta għal dawn ir-reġjuni. Il-biċċa l-kbira tar-reġjuni ultraperiferiċi fasslu pjanijiet ta’ azzjoni tal-ekonomija ċirkolari li jinkludu l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli u l-ġestjoni tal-iskart. Il-fondi tal-UE jistgħu jgħinu: il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jappoġġaw l-infrastruttura u t-taħriġ; il-programm LIFE jista’ jiffinanzja diversi proġetti, pereżempju dwar il-ġestjoni tal-iskart, u l-FEMSA jista’ jappoġġa l-ġbir u t-trattament tal-iskart fil-baħar. Fl-2014-2020, il-FEŻR appoġġa proġetti, eż. fl-Azores biex jirkupra l-iskart mil-landfills, iżid l-użu mill-ġdid tar-riżorsi naturali u jiddekontamina l-ħamrija.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -iżidu l-isforzi dwar l-immaniġġjar tal-iskart, b’mod partikolari dwar it-titjib taċ-ċirkolarità fl-immaniġġjar u t-trattament tal-iskart bijoloġiku u fit-tnaqqis tal-iskart permezz tal-użu mill-ġdid jew it-tiswija; iħalltu u jikkombinaw fondi ma’ strumenti finanzjarji, jużaw l-istrument ta’ “Assistenza Ekoloġika”;

    -ifasslu u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari u l-użu tat-TAIEX-REGIO PEER 2 PEER biex jiġi ffaċilitat it-tagħlim konġunt ma’ awtoritajiet reġjonali oħra.

    Il-Kummissjoni se:

    -tqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi meta tipproponi li jiġu armonizzati sistemi separati għall-ġbir tal-iskart kif previst fil-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari;

    -tappoġġa l-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità f’dawn ir-reġjuni; trawwem l-iskambju ta’ prattiki tajbin permezz tal-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Ekonomija Ċirkolari.



    2.3.2. Trawwim tat-tranżizzjoni diġitali: il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda 

    Id-diġitalizzazzjoni tista’ tlaqqa’ flimkien lin-nies, lis-servizzi u lin-negozji irrispettivament mill-post tagħhom, u, bħala tali, tgħin biex jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-bogħod tar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-viżjoni tal-Kumpass Diġitali tal-2030 108 għat-trasformazzjoni diġitali tista’ tiggwida t-tranżizzjoni, inkluż l-introduzzjoni tal-infrastruttura diġitali u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali.

    Diversi fondi tal-UE jistgħu jappoġġaw l-investiment fl-infrastruttura diġitali. Il-programm Ewropa Diġitali 109  jsaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali kritiċi tal-UE u jfittex li jgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali bejn l-Ewropa u r-reġjuni ultraperiferiċi. Il-programm ta’ ħidma taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali għall-2021-2023 110 iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet diġitali tar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom. Barra minn hekk, il-programm tal-FNE jista’ jappoġġa l-infrastruttura sostenibbli u l-integrazzjoni tan-network: il-programm diġitali ta’ ħidma 111 tagħha tal-2021-2025 jista’ jappoġġa l-kejbils taħt il-baħar u l-konnettività bis-satellita. Il-FEŻR se jkompli jikkontribwixxi għal soċjetà diġitali inklużiva f’dawn ir-reġjuni. Bil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-UE għandha l-għan li tipprovdi lil mill-inqas 80 % tal-adulti tal-UE b’ħiliet diġitali bażiċi. Il-Komunikazzjoni Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa 112 u l-pjan ta’ azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali għandhom l-għan li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali. Il-FEŻR jappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet permezz tal-infrastruttura edukattiva.

    Barra minn hekk, il-proposta għal programm ta’ konnettività sikura tal-UE 113 tistabbilixxi sistema ta’ konnettività bbażata fuq l-ispazju biex tiżgura aċċess dinji għal servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita sikuri għall-utenti governattivi, u tgħaqqad l-amministrazzjonijiet. Barra minn hekk, l-inizjattivi ewlenin spazjali tal-UE Copernicus, Galileo u EGNOS 114 jipprovdu data u servizzi ta’ prestazzjoni għolja ħafna li jistgħu jippermettu t-tranżizzjoni diġitali ta’ setturi sħaħ tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-agrikoltura u t-trasport. Id-data Spazjali tal-UE hija utli wkoll għas-servizzi tal-protezzjoni ċivili u għall-monitoraġġ tal-ambjent. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jibbenefikaw minn għodod tal-UE u nazzjonali bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment u l-pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll il-programm Orizzont Ewropa, InvestEU, jew l-Inizjattiva ta’ Intraprenditorija Spazjali ta’ Cassini.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jiddeżinjaw entitajiet kandidati għan-network ta’ Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali, f’konformità mal-programm Ewropa Diġitali;

    -jaħtfu l-opportunitajiet biex jiffinanzjaw l-infrastruttura diġitali u l-konnettività taħt il-programm FNE (eż. il-kejbils taħt il-baħar u l-konnessjonijiet bis-satellita), u taħt il-programm Ewropa Diġitali;

    -jappoġġaw il-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-użu tal-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament tal-UE 115 , inkluż billi jiġu promossi sħubijiet tal-ħiliet skont il-patt għall-ħiliet.

    Il-Kummissjoni se:

    -tanalizza l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi u tgħinhom jaħtfu l-opportunitajiet u appoġġ skont il-programmi tal-UE kif propost mir-reġjuni ultraperiferiċi; tesplora l-possibbiltajiet biex tappoġġa n-networks satellitari biex tiġi żgurata l-konnettività fl-oqsma kollha;

    -tipproponi ċentri jew entitajiet addizzjonali biex tkopri l-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, jekk in-network taċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali inizjali ma jkoprix il-ħtiġijiet diġitali tagħhom;

    -trawwem l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki tajbin; tkompli tiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fin-Network tal-Uffiċċji ta’ Kompetenza fil-Banda Wiesgħa;

    -tippromwovi l-litteriżmu diġitali bażiku permezz ta’ fondi u programmi tal-UE bħall-Erasmus+ u l-FSE+, kif ukoll ħiliet diġitali avvanzati permezz tal-programm Ewropa Diġitali;

    -tippromwovi l-adozzjoni tad-data, is-servizzi u l-applikazzjonijiet spazjali tal-UE li jippermettu d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi.

    3. Kooperazzjoni ma’ reġjuni Ewropej oħra, ma’ pajjiżi ġirien u lil hinn minnhom

    Interreg u kooperazzjoni mal-istrumenti ta’ finanzjament tal-Ewropa Globali u tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej

    Il-lokalità tar-reġjuni ultraperiferiċi isservi ta’ assi uniku għar-relazzjonijiet esterni tal-UE u għall-projezzjoni tal-interessi u l-valuri tagħna. Jagħmlu lill-UE attur tabilħaqq globali. F’konformità mal-istrateġija tal-Portal Globali tal-UE, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi u t-territorji ġirien hija essenzjali wkoll għall-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali ta’ dawn ir-reġjuni. Ir-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika għażlu tali kooperazzjoni bħala waħda mill-aqwa ħames prijoritajiet. Il-Ftehim ta’ Sħubija UE/Afrika-Karibew-Paċifiku (AKP) li nbeda fl-2021 jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni tal-istati AKP mal-PTEE u mar-reġjuni ultraperiferiċi, eż. fil-kummerċ, fl-enerġija, fid-diġitalizzazzjoni, fit-tibdil fil-klima, fl-ambjent u fit-turiżmu.

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi kollha jipparteċipaw fi programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea Interreg li jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi jew it-territorji ġirien. Madankollu, il-kooperazzjoni għadha limitata minħabba kwistjonijiet regolatorji, amministrattivi, baġitarji u politiċi 116 . Il-Kummissjoni ssimplifikat il-proċeduri biex tiffaċilita l-kooperazzjoni: fl-2021-2027, il-programmi ffinanzjati b’mod konġunt mill-FEŻR (ir-reġjuni ultraperiferiċi), l-Ewropa Globali (pajjiżi terzi) jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea (PTEE) isegwu sett uniku ta’ regoli. Minbarra l-appoġġ għall-kooperazzjoni ma’ reġjuni oħra tal-UE, inkluż permezz tal-programm Interreg Ewropa, l-UE allokat EUR 281 miljun taħt il-FEŻR biex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ġirien tagħhom, u EUR 15-il miljun biex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħra, waqt li qed tiffaċilita proġetti konġunti bħal korsijiet universitarji, il-kooperazzjoni bejn l-isptarijiet, jew faċilitajiet finanzjarji. Il-programm Orizzont Ewropa jew LIFE jistgħu jappoġġaw ukoll il-kooperazzjoni.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -janalizzaw l-opportunitajiet u jegħlbu l-ostakli għall-kooperazzjoni reġjonali bħala parti mill-objettiv speċifiku l-ġdid tal-Interreg dwar governanza aħjar fil-programmi tagħhom tal-Interreg;

    -jużaw il-FEŻR għal kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, ma’ pajjiżi terzi jew mal-PTEE 117 .

    Il-Kummissjoni se:

    -tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati b’mod konġunt mill-FEŻR, l-Ewropa Globali, u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, f’koordinazzjoni mal-benefiċjarji;

    -timmappja opportunitajiet u sfidi ta’ kooperazzjoni reġjonali għal kull baċir, tidentifika oqsma ewlenin għall-kooperazzjoni; tiżviluppa opportunitajiet u tappoġġa l-kollaborazzjoni; trawwem skambji għal kull baċir;

    -tqis ir-rwol u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi meta tirrevedi l-istrateġiji ġeografiċi; tinkludi dawn ir-reġjuni f’mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni, kif propost mir-reġjuni ultraperiferiċi.

    Kummerċ

    Il-prossimità tar-reġjuni ultraperiferiċi għal pajjiżi terzi toffri opportunitajiet għall-kummerċ u l-kooperazzjoni. Madankollu, dawn ir-reġjuni jiffaċċjaw kompetizzjoni minn pajjiżi tal-madwar, li jipproduċu oġġetti simili b’kost aktar baxx bi standards tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali aktar baxxi.

    Il-Kummissjoni se tkompli tqis il-prodotti sensittivi tar-reġjuni ultraperiferiċi fin-negozjar ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTA), filwaqt li tivvaluta l-impatti u l-opportunitajiet potenzjali, u tieħu miżuri fil-każ ta’ impatti negattivi potenzjali, inklużi klawżoli ta’ salvagwardja. Il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sostenibbiltà li jappoġġaw in-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indoneżja u dwar il-Ftehim Globali mal-Messiku janalizzaw l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi 118 . Il-Ftehim bejn l-UE u l-Mercosur tal-2019 jinkludi dispożizzjonijiet biex jiġi evitat tfixkil fis-swieq ta’ dawn ir-reġjuni kkawżat mill-importazzjonijiet mill-Mercosur 119 . B’mod parallel, ir-reġjuni ultraperiferiċi huma mħeġġa jaħtfu l-opportunitajiet tal-FTAs, b’mod partikolari ma’ pajjiżi fir-reġjun ġeografiku tagħhom, fid-dawl tal-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur globali u reġjonali 120 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet li testendi u li ttejjeb il-leġiżlazzjoni tal-UE li tipprovdi esklussivament regoli speċifiċi dwar it-tassazzjoni u d-dwana għar-reġjuni ultraperiferiċi, li ġiet adottata mill-Kunsill 121 .

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex:

    -jinvolvu lir-reġjuni ultraperiferiċi meta jsawru l-pożizzjoni tagħhom dwar il-ftehimiet kummerċjali;

    -jidentifikaw opportunitajiet kummerċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi u jappoġġaw il-kapaċità kummerċjali u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur reġjonali u globali.

    Il-Kummissjoni se:

    -tkompli tqis it-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà tagħha, fil-kuntest tan-negozjati dwar il-ftehimiet kummerċjali;

    -tkompli ttejjeb it-trasparenza fin-negozjati u fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles fir-reġjuni ultraperiferiċi billi tiżgura l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tagħhom fid-djalogi, fil-konsultazzjonijiet u fil-gruppi konsultattivi tas-soċjetà ċivili, kif propost mir-reġjuni ultraperiferiċi 122 ;

    -tinforma u tqajjem kuxjenza fir-reġjuni ultraperiferiċi dwar il-potenzjal tal-ftehim kummerċjali eżistenti bejn l-UE u pajjiżi terzi;

    -tippromwovi l-“Aċċess għas-Swieq”, il-helpdesk il-ġdid tal-UE għall-kummerċ fir-reġjuni ultraperiferiċi, biex tgħinhom jieħdu vantaġġ mill-ftehimiet kummerċjali u mill-esportazzjoni lejn swieq terzi.

    Il-Migrazzjoni

    Xi reġjuni ultraperiferiċi jesperjenzaw pressjoni migratorja qawwija minn pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Gżejjer Kanarji, il-Guyana Franċiża, Mayotte u Saint Martin. Fl-2019 biss, aktar minn 27 000 persuna ppruvaw jidħlu f’Mayotte (ekwivalenti għal 10 % tal-popolazzjoni tiegħu) 123 , u fl-2021, aktar minn 23 000 persuna waslu fil-Gżejjer Kanarji 124 . Huwa stmat li 12 % tal-popolazzjoni tal-Guyana Franċiża huma migranti irregolari. Hemm bżonn ta’ azzjonijiet xierqa u mfassla apposta biex jiġu ġestiti l-isfidi speċifiċi tal-migrazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi fir-rigward tal-provvista ta’, eż. kundizzjonijiet u proċeduri ta’ akkoljenza għal dawk li jfittxu l-ażil, ġestjoni u kontroll tal-fruntieri, integrazzjoni tal-migranti. Hemm bżonn ta’ enfasi speċifika fuq minorenni mhux akkumpanjati.

    Il-finanzjament tal-UE jista’ jappoġġa u jikkomplementa l-finanzjament reġjonali u nazzjonali f’dawn iż-żoni. Skont ir-Regolamenti tal-UE li jistabbilixxu l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMIF), l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-istrateġiji u l-programmi nazzjonali tagħhom taħt dawn il-fondi jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni 125 . Barra minn hekk, il-patt propost dwar il-migrazzjoni u l-ażil 126 għandu l-għan li jipprevjeni l-migrazzjoni irregolari, u jiżgura l-ażil għal dawk fil-bżonn.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jiżguraw li l-istrateġiji u l-programmi nazzjonali taħt il-fondi tal-UE AMIF, BMVI, u ISF jindirizzaw sfidi speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni kif previst fir-regolamenti li joħolqu dawn il-fondi; jiżguraw il-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji u programmi tal-UE, nazzjonali u reġjonali relatati mal-migrazzjoni, fir-reġjuni ultraperiferiċi; jipprovdu kundizzjonijiet speċifiċi għal minorenni mhux akkumpanjati;

    -jiksbu sinerġiji fl-użu tal-fondi tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u jiddedikaw finanzjament xieraq;

    -jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u l-partijiet ikkonċernati fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ programmi bħal dawn.

    Il-Kummissjoni se:

    -timmonitorja l-applikazzjoni tal-approċċ ta’ sħubija fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni nazzjonali taħt ġestjoni kondiviża, biex tiżgura li l-programmi nazzjonali taħt AMIF, BMVI u ISF jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tal-migrazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi u t-theddid emerġenti li dawn ir-reġjuni ultraperiferiċi qed jiffaċċaw;

    -tappoġġa s-sensibilizzazzjoni fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi u tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw il-potenzjal offrut mill-fondi tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-ħtiġijiet lokali; tippromwovi sinerġiji bejn diversi fondi tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u s-sigurtà;

    -timmonitorja s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi partikolarment esposti għall-influssi migratorji u tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta kif xieraq;

    -tuża l-Programmi ta’ Ħidma tal-Faċilitajiet Tematiċi taħt l-AMIF, il-BMVI u l-ISF biex tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni inklużi miżuri ta’ appoġġ għal minorenni mhux akkumpanjati.

    4. Sħubija, djalogu u appoġġ imsaħħa  

    L-integrazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi tibqa’ prijorità tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-politiki, il-leġiżlazzjoni, il-fondi u l-programmi tal-UE jiġu adattati għal dawn ir-reġjuni kif stabbilit fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Il-Kummissjoni qieset b’mod sistematiku t-tħassib ta’ dawn ir-reġjuni fit-tfassil tal-politika tagħha. Fl-2021 biss, il-Kummissjoni rriflettiet l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni fi kważi 30 proposta leġiżlattiva, inizjattiva ta’ politika u programm ta’ ħidma, eż. taħt Orizzont Ewropa, il-FNE, LIFE, il-FEMSA, Erasmus+ u Ewropa Diġitali. Il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 127 ikomplu jsaħħu l-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali biex jivvalutaw l-impatt tal-proposti leġiżlattivi fuq reġjuni speċifiċi inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi.

    Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jibbenefikaw minn ħafna opportunitajiet ġodda għal appoġġ skont il-politiki tal-UE biex jgħinuhom isawru, jimplimentaw u jiffinanzjaw l-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali mfassla apposta tagħhom. Il-Kummissjoni hija impenjata li tgħin lil dawn ir-reġjuni jwettqu r-riformi u l-investimenti meħtieġa, u jaħtfu l-opportunitajiet u s-sinerġiji fil-programmi tal-UE u jtejbu l-kapaċità amministrattiva, u qed toħloq għodda konsultattiva għal dan il-għan. Il-Kummissjoni torganizza laqgħat regolari ta’ livell għoli u sessjonijiet ta’ gruppi ta’ ħidma mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri tagħhom u hija impenjata li ssaħħaħ id-djalogu biex tifhem aħjar it-tħassib tan-nies li jgħixu f’dawn ir-reġjuni u biex tqajjem kuxjenza dwar il-politiki tal-UE. Hija ppromwoviet id-djalogi taċ-ċittadini u ċ-Ċentri Europe Direct f’dawn ir-reġjuni.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati u lir-reġjuni ultraperiferiċi biex:

    -jiżviluppaw flimkien pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali għal kull reġjun ultraperiferiku li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ kull reġjun; jidentifikaw l-ostakli u l-oqsma għar-riforma; jiżviluppaw u jinvestu f’assi speċifiċi u f’vantaġġi komparattivi; jistabbilixxu prijoritajiet; u jallokaw il-finanzjament kif xieraq;

    -jaħtfu l-opportunitajiet speċifiċi kollha għar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-inizjattivi ta’ politika u l-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-fondi tal-UE;

    -jiżviluppaw il-kapaċità amministrattiva ġenerali, jipparteċipaw fl-inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni 128 ; jużaw assistenza teknika biex iħejju proġetti kbar; jużaw għodod eżistenti tal-UE eż. Jaspers 129 ; jibnu l-kapaċità li jipparteċipaw fi programmi kompetittivi;

    -jagħmlu użu mit-TSI biex jitolbu appoġġ għal riformi ewlenin, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ din il-Komunikazzjoni; l-applikazzjonijiet multireġjonali huma partikolarment milqugħa,filwaqt li jippermettu l-ekonomiji ta’ skala u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

    -ixerrdu fil-livell lokali informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament;

    -jestendu l-ġbir tad-data fir-reġjuni ultraperiferiċi biex jitnaqqsu l-lakuni eżistenti fl-istatistika reġjonali.

    Il-Kummissjoni se:

    -tniedi għodod konsultattivi biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi individwali, fuq talba, ifasslu pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali, riformi u aġendi ta’ investiment; tippermetti sinerġiji bejn l-opportunitajiet taħt il-fondi u l-programmi tal-UE;

    -tħeġġeġ talbiet mir-reġjuni ultraperiferiċi għal appoġġ mit-TSI għall-għarfien espert tekniku mfassal apposta biex jitfasslu u jiġu implimentati riformi f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika; tilħaq lir-reġjuni ultraperiferiċi fit-tnedijiet annwali tal-pajjiżi tat-TSI, bl-għajnuna tal-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni;

    -tibni portal dwar l-opportunitajiet għar-reġjuni ultraperiferiċi biex jibbenefikaw minn fondi, programmi u inizjattivi ta’ politika tal-UE; tniedi serje ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni għal dawn ir-reġjuni dwar il-programmi u l-inizjattivi ewlenin tal-UE, li jilħqu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, lill-NGOs u lill-pubbliku;

    -tanalizza u ssegwi l-proposti mir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri tagħhom (dikjarazzjoni CPRUP tal-2021, dokument ta’ pożizzjoni konġunta tal-2022) fil-grupp ta’ ħidma tar-reġjuni ultraperiferiċi; 

    -tintegra l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi f’inizjattivi, proposti leġislattivi u programmi permezz ta’ approċċi mfassla apposta u bbażati fuq il-post, b’valutazzjonijiet tal-impatt territorjali fejn xieraq; 

    -tkompli tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni fir-reviżjoni tar-regolamenti u l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-setturi kollha, abbażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti għal dawn ir-reġjuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat;

    -tappoġġa l-bini tal-kapaċità amministrattiva, il-pjanijiet direzzjonali relatati u l-patti ta’ integrità u l-iskambju tal-għarfien bejn l-awtoritajiet maniġerjali permezz ta’ għodod eżistenti 130 ; il-kapaċità ta’ appoġġ għall-parteċipazzjoni fi programmi kompetittivi;

    -issaħħaħ il-komunikazzjoni u d-djalogu mal-awtoritajiet lokali, mas-soċjetà ċivili, man-negozji, mal-pubbliku u maż-żgħażagħ, filwaqt li tibni fuq l-istrutturi eżistenti, inklużi d-djalogi taċ-ċittadini;

    tiżviluppa prospettiva strateġika dwar kif ix-xejriet ewlenin se jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jitfasslu politiki kif xieraq u jiġi promoss il-ġbir tad-data għal politika bbażata fuq l-evidenza.



    Konklużjoni 

    Din l-istrateġija mġedda u msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi hija evidenza tal-impenn sod tal-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-prosperità tagħhom. Dan huwa obbligu istituzzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 349 tat-TFUE; imperattiv politiku, billi hemm ħames miljun ċittadin Ewropew li jgħixu f’dawn ir-reġjuni; ħtieġa ekonomika minħabba l-potenzjal mhux sfruttat f’dawn ir-reġjuni, mhux l-inqas l-ekonomija ekoloġika; u investiment ġeostrateġiku, li jsaħħaħ ir-rwol ta’ dawn ir-reġjuni bħala gateways tal-Unjoni Ewropea għall-bqija tad-dinja.

    It-tqegħid tan-nies fil-qalba ta’ din l-istrateġija u l-azzjonijiet futuri jfisser ukoll li jkun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament minn fejn twieldu jew jgħixu, ikollhom aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kundizzjonijiet bażiċi tal-għajxien. Hija tagħti importanza lill-għoti ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.

    Huwa f’dan l-ispirtu li l-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet għal azzjoni tal-UE biex tappoġġa l-irkupru u t-tkabbir sostenibbli fl-aktar reġjuni remoti tagħha, filwaqt li tpoġġi lin-nies l-ewwel, u tgħin biex jitnaqqas id-distakk kbir fil-kwalità tal-ħajja bejn dawn ir-reġjuni u l-bqija tal-UE.

    Filwaqt li sforz bħal dan jirrikjedi impenn qawwi fil-livell tal-UE, l-ewwel u qabel kollox jeħtieġ li kull reġjun jiżviluppa l-viżjoni proprja tiegħu ta’ rkupru u tkabbir. Minkejja s-similaritajiet, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE huma eteroġeni, u l-viżjonijiet ta’ żvilupp tagħhom jeħtieġ li jkunu mfassla apposta, deżinjati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru, f’konformità mal-prijoritajiet Ewropej, bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija, u l-konsultazzjoni fis-setturi kollha tas-soċjetà f’dawn it-territorji. Dan jirrikjedi wkoll prijoritizzazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali, rieda politika, riformi u kapaċità amministrattiva.

    Il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssaħħaħ id-djalogu u tippromwovi appoġġ individwalizzat għal dan il-għan. Hija se tkompli taħdem fi sħubija mill-qrib mar-reġjuni ultraperiferiċi u mal-Istati Membri tagħhom u mal-istituzzjonijiet l-oħra, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, biex tirrifletti l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni fil-politiki rilevanti kollha tal-UE. Se tirdoppja mill-ġdid l-isforzi biex tgħin lil dawn ir-reġjuni jikkapitalizzaw l-assi tagħhom, jisfruttaw l-opportunitajiet bla preċedent ipprovduti mill-politiki tal-UE, mis-suq uniku kif ukoll mill-appoġġ finanzjarju biex jinvestu fil-ġejjieni tagħhom. 

    (1)

       Skont il-kalkoli ta’ REGIO dwar it-tkabbir tal-PDG reali per capita bejn l-2000 u l-2019, Guadeloupe, Martinique, Réunion, Mayotte u l-Azores għandhom tkabbir fil-PDG reali per capita li jaqbeż il-medja tal-UE ta’ 1,2 % ( Ir-rapport dwar il-koeżjoni tal-2022, ec.europa.eu żid il-link tar-rapport ).

    (2)

       Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma l-gżejjer jew l-arċipelagi kollha ħlief il-Guyana Franċiża fl-Amerka t’Isfel.

    (3)

       Eurostat, kodiċi: nama_10r2gdp, fl-2020, il-PDG f’parità tal-kapaċità tal-akkwist meta mqabbel mal-medja tal-UE varja minn 30 % tal-medja tal-UE f’Mayotte (l-aktar baxx fl-UE) għal 76 %. Mill-2010 sal-2020, il-PDG meta mqabbel mal-livell medju tal-UE fil-Gżejjer Kanarji naqas minn 83 % għal 62 %; fl-Azores minn 75 % għal 67 %; u f’Madeira minn 81 % għal 69 %.

    (4)

       Eurostat, kodiċi: LFST_R_LFU3RT , barra minn hekk, uħud mill-ogħla rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ jinsabu fi Guadeloupe (41,5 %), f’Mayotte (55,4 %) u f’Martinique (38,3 %).

    (5)

       Eurostat, kodiċi: nama_10r_2gdp , tqabbil tal-PDG fl-2000 u fl-2020.

    (6)

       B’mod partikolari l-għanijiet “inxejnu l-faqar”, “saħħa u benesseri tajbin”, “edukazzjoni ta’ kwalità”, “ugwaljanza bejn il-ġeneri”, “ilma nadif u sanità”, “enerġija affordabbli u nadifa”, “xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku”, “inugwaljanza mnaqqsa”, “azzjoni klimatika”.

    (7)

       Eurostat, kodiċi: proj_19rp3 , il-popolazzjoni ta’ Mayotte għandha tiżdied minn 279 000 fl-2020 għal 782 000 fl-2100; Il-popolazzjoni tal-Guyana għandha tiżdied minn 289 000 fl-2020 għal 591 000 fl-2100.

    (8)

       Eurostat, kodiċi: proj_19rp3 , Madeira, l-Azores, Martinique u Guadeloupe.

    (9)

       COM(2017) 623 final.

    (10)

       COM(2020) 104 final.

    (11)

        Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ec.europa.eu) ; Ir-Regolament (UE) 2021/241.

    (12)

       Ir-Regolament (UE) 2021/1058; Ir-Regolament (UE) 2021/1057.

    (13)

       Ir-Regolament (UE) 2021/240.

    (14)

        Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ec.europa.eu) .

    (15)

        Ir-reġjuni ultraperiferiċi – aġġornament tas-sħubija strateġika tal-Kummissjoni ma’ dawn ir-reġjuni (ec.europa.eu) .  

    (16)

       CPRUP – Conférence des Présidents des Régions ultrapériphériques, Id-Dikjarazzjoni tas-CPRUP ta’ Novembru 2021 (ec.europa.eu) ; Anness tad-dikjarazzjoni tas-CPRUP (ec.europa.eu)

    (17)

        Dokument ta’ pożizzjoni konġunta tal-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Jannar 2022 (outre-mer.gouv.fr) .

    (18)

       Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2020/2120(INI)).

    (19)

        Study on the impact of COVID-19 on the Outermost Regions – Final Report, October 2021 .

    (20)

       L-Opinjoni CDR 3319/2020 tal-KtR; L-Opinjoni ECO/567 tal-KESE.

    (21)

       Iċ-ċifri jirreferu għal tqabbil bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u r-raba’ trimestru tal-2020.

    (22)

       Eurostat, kodiċi: nama_10r_2gdp , Standard tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) għal kull abitant f’% tal-medja tal-EU-27 (mill-2020).

    (23)

       Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill: Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 ta’ Franza (8429/20), Spanja (8428/20), il-Portugall (8441/20).

    (24)

       Ir-Regolament (UE) 2020/460; Ir-Regolament (UE) 2020/558.

    (25)

        Il-Politika tal-Kompetizzjoni – The COVID-19 State Aid Temporary Framework (ec.europa.eu) ; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C(2020) 2215 (ĠU C 112I, 4.4.2020, p. 1), C(2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C(2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), C(2020) 7127 (ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1), C(2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6), u C(2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1).

    (26)

       Ir-Regolament (UE) 2020/2221.

    (27)

       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094.

    (28)

       L-opinjoni CDR 3319/2020 tal-KtR tiġbed l-attenzjoni li l-kriżi kkawżat problema serja f'dak li jirrigwarda d-distribuzzjoni tal-ikel fir-reġjuni ultraperiferiċi.

    (29)

        Porto Social Summit – Porto Social Commitment (2021portugal.eu) : sal-2030 mill-inqas 78 % tan-nies ta’ bejn l-20 u l-64 sena għandu jkollhom impjieg; mill-inqas 60 % tal-adulti għandhom jieħdu sehem f’taħriġ kull sena; mill-inqas 15-il miljun inqas persuna f’riskju ta’ faqar.

    (30)

       Eurostat, kodiċi: ilc_peps11 , medji: Il-Portugall 17,2 u Spanja 20,7.

    (31)

       INSEE Analyses Guadeloupe No 43 , 2020.

    (32)

       INSEE Niveaux de vie et pauvreté à La Réunion en 2017 No 169 , 2020.

    (33)

       INSEE Première No 1804 , 2020.

    (34)

       Eurostat, kodiċi: LFST_R_LFE2EMPRTN .

    (35)

       Eurostat, kodiċi: LFST_R_LFU3RT , 2020.

    (36)

       COM(2022) 105 final.

    (37)

       COM(2020) 152 final.

    (38)

       COM(2021) 142 final.

    (39)

       Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill (UE) 2021/1004.

    (40)

       COM(2022) 105 final.

    (41)

        France Info abbażi tad-data tal-INSEE  

    (42)

       INSEE Analyses Mayotte No 18 , 2019.

    (43)

       INSEE Dossier Guyane No 10 , 2020.

    (44)

       Fl-2019, ir-rata medja ta’ telf tal-ilma minħabba problemi infrastrutturali kienet ta’ 63 % fi Guadeloupe. Tnejn minn kull tliet faċilitajiet għat-trattament tal-ilma, ma humiex f’kundizzjoni sodisfaċenti. Eau et assainissement - Rapport chiffres clés (guadeloupe.developpement-durable.gouv.fr) .

    (45)

       Il-FK huwa ta’ benefiċċju għar-reġjuni ultraperiferiċi Portugiżi.

    (46)

       Ir-Regolament (UE) 2021/1153.

    (47)

       Eurostat, kodiċi: HLTH_RS_PRSRG , il-Mayotte għandu 81 tabib għal kull 100 000 persuna u l-Gujana Franċiża 219, il-medja tal-UE hija ta’ 391.

    (48)

       Eurostat, kodiċi: DEMO_R_MLIFEXP , L-istennija tal-għomor fl-Azores u f’Madeira hija ta’ 78,8 snin, il-medja Portugiża hija ta’ 81,9.

    (49)

       Eurostat, kodiċi: DEMO_R_MINFIND , Il-mortalità tat-trabi fil-Guyana Franċiża hija kważi t-tripplu tal-medja tal-UE (9,7, medja tal-UE 3,4).

    (50)

       Il-klorodekon, pestiċida pprojbit fl-UE mill-2003, li kien jintuża fil-Karibew fl-imgħoddi, huwa marbut ma’ żieda fir-rati tal-kanċer.

    (51)

       Ir-Regolament (UE) 2021/522.

    (52)

       Ir-Regolament (UE) 2021/1059.

    (53)

        Dokument ta’ pożizzjoni konġunta tal-Istati Membri u tar-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Jannar 2022 (outre-mer.gouv.fr) .

    (54)

       Kif propost mir-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika.

    (55)

       Eurostat, kodiċi: EDAT_LFSE_16 .

    (56)

        Convention Nationale des Associations de Protection de l'Enfant, La protection de l’enfance en Outre-mer. Etat des lieux et phenomenes emergents (cnape.fr) .

    (57)

       Ir-Regolament (UE) 2021/817.

    (58)

       Dashboard tal-EAC.

    (59)

       Ir-Regolament (UE) 2021/695.

    (60)

           Il-Parlament Ewropew, il-KtR u s-CPRUP qed jitolbu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi f’Erasmus+ u biex jiġu promossi l-iskambji mal-pajjiżi ġirien.

    (61)

        Smart Specialisation Platform (ec.europa.eu) COM(2017) 376 final.

    (62)

       COM(2020) 628 final.

    (63)

    FORWARD Fostering research excellence in EU outermost regions (forward-h2020.eu)

    (64)

       Ir-Regolament (UE) 2021/1139.

    (65)

          BlueInvest (ec.europa.eu)

    (66)

        Study on the impact of COVID-19 on the Outermost Regions – Final Report, Ottubru 2021 (ec.europa.eu) .

    (67)

        Regional impacts of the COVID-19 crisis on the tourist sector – Final Report, August 2021 (ec.europa.eu) .

    (68)

        Study on the impact of COVID-19 on the Outermost Regions – Final Report, Ottubru 2021 (ec.europa.eu) .

    (69)

       COM(2021) 812 final.

    (70)

         Il-FK japplika għar-reġjuni ultraperiferiċi Portugiżi.

    (71)

       Ir-Regolament (UE) 2017/2392.

    (72)

       COM(2021) 552 final.

    (73)

        Transition pathway for tourism (ec.europa.eu) .

    (74)

       It-13-il PTEE huma assoċjati mal-UE: Aruba (NL), Bonaire (NL), Curação (NL), il-Polineżja Franċiża (FR), it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika (FR), Greenland (DK), New Caledonia (FR), Saba (NL), Saint Barthélemy (FR), Sint Eustatius (NL), Sint Maarten (NL), Saint Pierre u Miquelon (FR), u l-Gżejjer Wallis u Futuna (FR).

    (75)

       Pereżempju, Cultural Creative Cities Monitor u Culture Gems.

    (76)

       COM(2020) 380, impenn biex jiġi protett minimu ta’ 30 % tal-erja tal-art tal-UE u 30 % tal-erja tal-baħar tal-UE.

    (77)

        Natura 2000 (ec.europa.eu) .

    (78)

       InvestEU hija garanzija baġitarja mmirata lejn l-ingranaġġ ta’ fondi privati u pubbliċi biex tappoġġa investimenti fuq: l-infrastruttura sostenibbli; riċerka, innovazzjoni u diġitalizzazzjoni; kumpaniji żgħar; kif ukoll investiment u ħiliet soċjali.

    (79)

       Ir-Regolament (UE) 2021/783; Programm ta’ ħidma LIFE 2021-2024 - C(2021) 4997 final.

    (80)

       L-opinjoni ECO/567 tal-KESE titlob sforzi fir-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-oċean.

    (81)

           F’konformità mal-Istrateġija tal- UE għall-Bijodiversità għall-2030, l-azzjoni dwar il-bijodiversità teħtieġ mill-inqas EUR 20 biljun fis-sena, il-fondi u l-programmi tal-UE għandhom jintegraw il-bijodiversità sa 7,5 % tal-infiq annwali fl-2024 u 10 % fl-2026-2027.

    (82)

         Dan jirreferi għal speċijiet li għadhom ma ġewx ivvalutati mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura

    (83)

           Id-Dikjarazzjoni tas-CPRUP ta’ Novembru 2021.

    (84)

          MOVE-ON project (moveon-project.eu)  

    (85)

       Kif propost fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2020/2120(INI)).

    (86)

        Public consultation on revised State aid rules for the fishery and aquaculture sector (ec.europa.eu) .

    (87)

        Overview of the state of data collection and scientific advice in the EU ORs, with case study on a roadmap towards regular stock assessment in French Guiana - Publications Office of the EU (ec.europa.eu) .

    (88)

       Il-Komunikazzjoni dwar il-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd, COM (2014)545.

    (89)

       Il-Linji gwida għall-eżaminazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU C 217, 2.7.2015, p. 1), kif emendati mill-Komunikazzjoni li temenda l-Linji Gwida u r-Regolament tal-Kummissjoni (ĠU C 422, 22.11.2018, p. 1).

    (90)

        Ħarsa ġenerali lejn l-istat tal-ġbir tad-data u l-pariri xjentifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (ec.europa.eu) .

    (91)

       Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità; Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013.

    (92)

       Il-premessa 99 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    (93)

       COM(2020) 846 final; DĦP(2020) 379; DĦP(2020) 374; DĦP(2020) 398.

    (94)

       Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (ĠU C 201, 1.7.2014, p. 1) kif estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022 (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 30); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014. 

    (95)

        Public consultation on revised State aid rules for the agriculture and forestry sectors and in rural areas (ec.europa.eu) .

    (96)

       COM(2022) 133 final.

    (97)

       C(2022) 1890.

    (98)

       COM(2021) 765 final

    (99)

       COM(2019) 640 final.

    (100)

       COM(2021) 568 final.

    (101)

           Dikjarazzjoni tas-CPRUP ta’ Novembru 2021, pożizzjoni Komuni tal-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Jannar 2022.

    (102)

       Id-Direttiva 2012/27/UE.

    (103)

       COM(2021) 557 final.

    (104)

       COM(2021) 741 final.

    (105)

       COM(2022) 108 final.

    (106)

       C(2022) 1890 final.

    (107)

       COM(2020) 98 final.

    (108)

       COM(2021) 118 final.

    (109)

       Ir-Regolament (UE) 2021/694.

    (110)

       C(2021) 7911 final.

    (111)

         C(2021) 9463 final.

    (112)

       COM(2020) 67 final.

    (113)

       COM(2022) 57 final.

    (114)

       Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn EGNOS ikopru t-territorji li ġeografikament jinsabu fl-Ewropa, inklużi l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira, sa tmiem l-2026 (ir-Regolament (UE) 2021/696 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali).

    (115)

           L-opinjoni ECO/567 tal-KESE titlob miżuri biex jiġi żgurat l-aċċess diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi.

    (116)

       Xi pajjiżi sħab tal-programm dwar l-Oċean Indjan tal-Interreg ma jirrikonoxxux lil Mayotte bħala reġjun ultraperiferiku Franċiż.

    (117)

       Skont l-Artikolu 63(4) tar-Regolament (UE) Nru 2021/1060.

    (118)

        Sustainability impact assessment (SIA) in support of Free Trade Agreement (FTA) negotiations between the European Union and the Republic of Indonesia: Rapport Finali (ec.europa.eu) ; Sustainability Impact Assessment (SIA) in support of the negotiations for the modernisation of the trade part of the Global Agreement with Mexico (ec.europa.eu)

    (119)

        EU-Mercosur trade agreement: the agreement in principle (ec.europa.eu)

    (120)

       Ara wkoll il- Komunikazzjoni dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali (ec.europa.eu)  

    (121)

       Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2020/1790, (UE) 2020/1791, (UE) 2020/1792, (UE) 2021/991; Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2048.

    (122)

       Id-dikjarazzjoni tas-CPRUP ta’ Novembru 2021, kif ukoll kif mitlub mir-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika.

    (123)

       Stqarrija għall-Istampa mill-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Interni u l-Ministru għat-Territorji Ekstra-Ewropej fil-11 ta’ Frar 2021.

    (124)

       Sors: Id-Drittijiet EwroMed u l-UNHCR.

    (125)

        Ir-Regolament (UE) 2021/1147 , Premessa 64; Ir-Regolament (UE) 2021/1148 , Premessa 63; Ir-Regolament (UE) 2021/1149 , Premessa 58: kollha jiddikjaraw li l-Istati Membri rilevanti jeħtiġilhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li r-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċaw fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

    (126)

       COM(2020) 609 final.

    (127)

       COM(2021) 219 final.

    (128)

       Pereżempju, azzjoni pilota mal-OECD dwar il-forniment minn qabel tal-kapaċità amministrattiva, TAIEX-REGIO PEER 2 PEER, il-Komunitajiet ta’ prattikanti tar-REGIO, il-Qafas ta’ Kompetenza, il-patti ta’ integrità, il-programm ta’ taħriġ għall-esperti.

    (129)

        Joint assistance to support projects in European regions (JASPERS) (ec.europa.eu) .

    (130)

        TAIEX-REGIO PEER 2 PEER (ec.europa.eu) u Komunitajiet ta’ prattikanti.

    Top