IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.2.2021
COM(2021) 34 final
2021/0018(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq
għall‑ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.
Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.
Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.
2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.
3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992), filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.
Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.
Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali datat 20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.
4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal‑Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE.Id‑Direttiva l‑ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha; din il-proposta żżomm il‑kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.
5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fl‑24 lingwa uffiċjali tad-Direttiva 2003/59/KE u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data. Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in‑numri l-qodma u l-ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness V ta' din id‑Direttiva kkodifikata.
🡻 2003/59/KE (adattat)
2021/0018 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq
għall‑ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l‑Artikolu ⌦ 91 ⌫ tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
🡻
(1)Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill ġiet emendata kemm‑il darba b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata.
🡻 2018/645 premessa 1 (adattat)
(2)Fil-White Paper tagħha tat-28 ta' Marzu 2011, bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”, il-Kummissjoni tistabbilixxi objettiv ta' “viżjoni żero” skont liema l‑Unjoni toqrob lejn pożizzjoni ⌦ fejn ⌫, sal-2050, il-fatalitajiet fit-trasport stradali jkunu qrib żero.
🡻 2018/645 premessa 2 (adattat)
(3)Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq għall-2011-2020, bit-titolu “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat‑triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020”, ipproponiet il-mira li l-għadd globali ta' fatalitajiet fit-toroq fl-Unjoni sal-2020 jerġa' jitnaqqas bin-nofs, b'bidu fl-2010. Bil-ħsieb li tintlaħaq din il-mira, il-Kummissjoni stabbiliet seba' objettivi strateġiċi, inklużi t-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti stradali u l‑protezzjoni ta' utenti stradali vulnerabbli.
🡻 2018/645 premessa 3
(4)Il-Kunsill Ewropew tat-23 sal-24 ta' Ottubru 2014 approva mira vinkolanti biex sal‑2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Din il-mira għat‑tnaqqis ta' emissjonijiet se tgħin biex jiġu ssodisfati l-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu biex din tinkiseb. Is-settur tat‑trasport jeħtieġ approċċ komprensiv għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal‑emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika. Jenħtieġ li jsir progress lejn mobbilità b'livell baxx ta' emissjonijiet, anke permezz tar-riċerka u tal-introduzzjoni ta' avvanzi teknoloġiċi li huma diġà disponibbli. Is-sewwieqa jeħtieġ li jkunu mħarrġa b'mod xieraq biex isuqu bl-aktar mod effiċjenti.
🡻 2003/59/KE premessa 3 (adattat)
(5)Sabiex is-sewwieqa jkunu jistgħu ilaħħqu mal-ħtiġijiet relatati mas-suq tat‑trasport bit‑triq, ir-regoli tal-⌦ Unjoni dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għas-sewwieqa tat‑trasport bit-triq ⌫ għandhom japplikaw għas-sewwieqa kollha, kemm jekk huma sewwieqa għal rashom jew bħala mpjegati, u kemm jekk jaħdmu għal rashom jew għal oħrajn.
🡻 2003/59/KE premessa 4 (adattat)
(6)Jenħtieġ li r-regoli ⌦ tal-Unjoni dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għas-sewwieqa tat‑trasport bit-triq ⌫ jimmiraw li jassiguraw li sewwieq, permezz tal-kwalifika tieghu, ikun ta' livell li bih jista' jkollu aċċess għas-sewqan u jwettaq xogħol li jinvolvi sewqan.
🡻 2003/59/KE premessa 5
(7)B’mod partikolari, l-obbligu ta' kwalifika inizjali u ta' taħriġ perjodiku huma maħsuba biex itejbu s-sigurtà fit-toroq u s-sigurtà tas-sewwieq, magħdud ix-xogħol li s-sewwieq jagħmel meta l-vettura tkun wieqfa. Barra minn hekk, in-natura moderna tax-xogħol ta' sewwieq għandha toħloq interess fost iż-żgħażagħ f'dan ix-xogħol, u tagħti sehemha biex ikunu mpjegati sewwieqa ġodda meta jkun hemm nuqqas tagħhom.
🡻 2003/59/KE premessa 6
(8)Biex ma jitħalliex li jkun hemm kundizzjonijiet mhux ugwali ta' kompetizzjoni, din id‑Direttiva għandha tapplika għax-xogħol ta' sewqan magħmul kemm minn ċittadini ta' Stat Membru kif ukoll minn ċittadini ta' terzi pajjiżi li jkunu mpjegati jew dipendenti ta' azjenda stabbilita fi Stat Membru.
🡻 2003/59/EK premessa 22 (adattat)
(9)Sabiex ikunu rispettati l-prinċipji tal-liġi tal‑⌦ Unjoni ⌫, ikun tajjeb li sewwieqa ta' vetturi wżati għal trasport li hu meqjus li għandu inqas impatt fuq is-sigurtà fit-triq jew fejn il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva jimponu piż ekonomiku jew soċjali sproporzjonat, għandhom ikunu eżenti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
🡻 2018/645 premessa 6 (adattat)
(10)⌦ Jenħtieġ li jiġu stipulati ċerti ⌫ eżenzjonijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet fejn is‑sewqan ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieq u meta l-ħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti ⌦ ta’ din id- ⌫Direttiva tkun timponi piż sproporzjonat fuq is‑sewwieqa. B'mod ġenerali, is-sewqan jitqies li mhux l-attività prinċipali tas‑sewwieq meta jkun jokkupa inqas minn 30 % tal-ħin tax-xogħol kontinwu kull xahar.
🡻 2018/645 premessa 7 (adattat)
(11)Jekk is-sewqan ma jseħħx b'mod frekwenti, isir f'żoni rurali ⌦ jew ⌫ jitwettaq minn sewwieqa li jkunu qed ifornu lin-negozju tagħhom stess, jenħtieġ li l-japplikaw xi eżenzjonijiet, sakemm is-sikurezza stradali tibqa’ tkun żgurata. Minħabba l‑kundizzjonijiet differenti fiż-żoni rurali fl-Unjoni f'termini ta' ġeografija, klima u densità tal‑popolazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa diskrezzjonali li jiddeterminaw jekk dak is-sewqan jistax jitqies bħala okkażżjonali u jekk eżenzjoni bħal dikikollhiex impatt fuq is-sikurezza stradali: pereżempju fuq il-bażi tat-tip ta' triq, il-volum tat-traffiku jew il-preżenza ta' utenti stradali vulnerabbli.
🡻 2018/645 premessa 8
(12)Peress li d-distanzi li jridu jkopru waqt ix-xogħol tagħhom il-persuni li jaħdmu fl agrikoltura, l-ortikultura, il-forestrija, il-biedja u s-sajd, li huma eżenti minn din id Direttiva, ivarjaw minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni, jenħtieġ li titħalla f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, distanzi massimi permessibbli, ikkalkulati mill-bażi tal-impriża, li għalihom japplikaw l-eżenzjonijiet.
🡻 2003/59/KE premessa 7 (adattat)
(13)Biex ikun stabbilit li s-sewwieq iħares l-obbligi tiegħu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lis-sewwieq ċertifikat ta' kompetenza professjonali (CPC), li jikkonferma l‑kwalifika inizjali tiegħu jew it-taħriġ perjodiku.
🡻 2003/59/KE premessa 8 (adattat)
(14)Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom għażla sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tad‑dispożizzjonijiet dwar il kwalifika inizjali.
🡻 2003/59/KE premessa 9
(15)Biex iżommu l-kwalifika tagħhom ta' sewwieq, is-sewwieqa jenħtieġ li jkunu obbligati jagħmlu taħriġ fil-ħiliet meħtieġa għax-xogħol tagħhom.
🡻 2018/645 premessa 9 (adattat)
(16)Filwaqt li jkomplu jibbenefikaw minn ⌦ dik ⌫ l-eżenzjoni, jenħtieġ li dawk is‑sewwieqa li kienu eżentati mir-rekwiżit tal-kwalifika inizjali xorta jintalbu jagħmlu taħriġ perjodiku biex jiġi żgurat li l-għarfien tagħhom, li huwa essenzjali għal xogħolhom, jibqa' jiġi aġġornat.
🡻 2003/59/KE premessa 10 (adattat)
(17)Il-kundizzjonijiet minimi għall-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku huma dwar regoli ta' sigurtà li għandhom ikunu osservati waqt is-sewqan u meta vettura tkun wieqfa. L iżvilupp ta' sewqan preventiv (perikli prevedibbli u l-ħsieb li haddieħor ikun qed juża t-triq), flimkien mal-użu bil-għaqal ta' karburanti, għandhom iħallu effett pożittiv kemm fuq is-soċjetà kif ukoll fuq is-settur tat-trasport bit-triq innifsu.
🡻 2003/59/KE premessa 11
(18)Din id-Direttiva m'għandhiex tkun ta' ħsara għad-drittijiet miksuba minn sewwieq li kellu l-liċenzja tas-sewqan meħtieġa biex jagħmel xogħol ta' sewqan minn qabel id‑data stabbilita għall-kisba taċ-CPC li tikkonferma l-kwalifika inizjali jew il-perjodi ta' taħriġ.
🡻 2003/59/KE premessa 12
(19)Jentħieġ li biss ċentri ta' taħriġli kienu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ikunu jistgħu jorganizzaw il-korsijiet ta' taħriġ indikati għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku. Sabiex tkun sgurata l-kwalità ta' dawn iċ-ċentri approvati, l‑awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji armonizzati għall‑approvazzjoni tagħhom inkluż dak ta' livell ta' professjonalità għoli u stabbilit sewwa.
🡻 2003/59/KE premessa 13
(20)Mhux biss l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri iżda wkoll kull entità maħtura minnhom jenħtieġ li tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-eżamijiet indikati b'rabta mal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku. Minħabba l-importanza ta' din id Direttiva għas-sigurtà fit-triq u għall-ugwaljanza tal-kondizzjonijiet tal‑kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jissorveljaw dawn l-eżamijiet.
🡻 2003/59/KE premessa 14
(21)Jenħtieġ li l-Istati Membri jispeċifikaw li l-ewwel sessjoni ta' taħriġ perjodiku għandha ssir kollha u jenħtieġ li joħorġu ċ-CPC korrispondenti, fi żmien ħames snin mid‑data tal-ħruġ ta' CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali jew mid-data ta' skadenza taż-żmien mogħti li sewwieqa biex jitolbu d-drittijiet akkwiżiti tagħhom. Dan iż-żmien jista' wkoll ikun iqsar jew itwal. Wara l-ewwel taħriġ perjodiku, is-sewwieq għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin.
🡻 2003/59/KE premessa 15 (adattat)
(22)Sabiex sewwieq li hu ċittadin ta' Stat Membru ikun iċċertifikat li jkollu wieħed miċ‑CPC msemmija f'din id-Direttiva, u sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta' CPCs differenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jwaħħlu l-kodiċi armonizzat tal‑⌦ Unjoni ⌫ magħmul għal dan il-għan, flimkien mad-data tal-iskadenza tal‑kodiċi, mal-liċenzja tas-sewqan jew mal-karta ta' kwalifika tas-sewwieq, biex din tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri, skond il-mudell armonizzat tagħha kif stabbilit b'din id-Direttva. ⌦ Dik ⌫ il-karta jenħtieġ li tikkonforma mal‑ħtiġijiet ta' sigurtà bħal dawk tal-liċenzja tas-sewqan, minħabba l-importanza tad‑drittijiet li tagħti għas-sigurtà fit‑triq u għall-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet tal‑kompetizzjoni.
🡻 2018/645 premessa 10 (adattat)
(23)Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jaqsmu b'mod elettroniku informazzjoni dwar iċ-CPC. Jenħtieġ lijiżviluppaw il-pjattaforma elettronika meħtieġa, billi jqisu l-analiżi tal-ispejjeż u l‑benefiċċji magħmula mill‑Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġi estiż in-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE stabbilit bid-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fost benefiċċji oħra, ⌦ dak ⌫ jippermetti lill-Istati Membri aċċess faċli għal informazzjoni dwar taħriġ mitmum li ma jkunx dokumentat fuq il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq. Huwa importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu sforzi biex jiżviluppaw ulterjorment din il-funzjonalità, b'għan ta' aċċess f'ħin reali waqt il‑kontrolli mal-ġenb tat-triq.
🡻 2018/645 premessa 11 (adattat)
(24)Filwaqt l jitqiesu l-iżviluppi fit-taħriġ u fl-edukazzjoni, u sabiex tittejjeb il‑kontribuzzjoni ta’ ⌦ din id-Direttiva ⌫ għas-sikurezza stradali u r-rilevanza tat‑taħriġ għas-sewwieqa, jenħtieġ li s-suġġetti relatati mas-sikurezza stradali ⌦ jiġu indirizzati ⌫ fil-korsijiet ta' taħriġ, bħall-perċezzjoni tal-perikli, il-protezzjoni tal‑utenti stradali vulnerabbli, b'mod partikolari l-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u l-persuni b'mobbiltà limitata, is-sewqan effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, sewqan f'kundizzjonijiet estremi tat-temp u l-ġarr ta' piżijiet mhux tas-soltu. F' ⌦ dak ⌫ il-kuntest, jenħtieġ li l-korsijiet jirreferu wkoll għas-sistemi ta' trasport intelliġenti u jenħtieġ li jevolvu sabiex ilaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi.
🡻 2018/645 premessa 12
(25)Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw għażla ċara biex itejbu u jimmodernizzaw il‑prattiki ta' taħriġ bl-użu tal-għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l‑komunikazzjoni (ICT), bħat-tagħlim elettroniku u t-tagħlim imħallat, għal parti mit‑taħriġ, filwaqt li tkun żgurata l-kwalità tat-taħriġ. Waqt it-titjib u l-immodernizzar tal-prattiki tat-taħriġ bl-użu ta' għodod tal-ICT, huwa importanti li jitqies il-fatt li xi temi speċifiċi jirrikjedu taħriġ prattiku u ma jistgħux jiġu indirizzati sew b'dawn l‑għodod tat-tagħlim: pereżempju, l-iffittjar tal-ktajjen tal-borra jew l-irbit ta’ piżijiet, jew elementi oħra ta' taħriġ fejn l-aspett prattiku huwa importanti. It-taħriġ prattiku jista' jikkonsisti f'sewqan, iżda mhux bilfors. Jenħtieġ li ammont sostanzjali mit-taħriġ mitlub minn din id-Direttiva jsir f'ċentru tat-taħriġ approvat.
🡻 2018/645 premessa 13 (adattat)
(26)Sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-forom differenti ta' taħriġ mitluba skont il‑liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jikkombinaw tipi differenti ta' taħriġ rilevanti: pereżempju, jenħtieġ li jkunilhom possibbli m li jikkombinaw taħriġ dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, dwar is‑sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà jew dwar it-trasport tal-annimali, mat-taħriġ previst ⌦ f’din id- ⌫Direttiva.
🡻 2018/645 premessa 14 (adattat)
(27)Sabiex ⌦ id-differenzi fil- ⌫prattiki bejn l-Istati Membri ma jfixklux ir‑rikonoxximent reċiproku u ma jillimitawx id-dritt tas-sewwieqa li jwettqu t-taħriġ perjodiku fl-Istat Membru fejn jaħdmu, jenħtieġ li jekk it-taħriġ mitmum ma jkunx jista' jiġi mmarkat fuq il-liċenzja tas-sewqan, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu obbligati joħorġu karta ta' kwalifika tas-sewqan, fil-forma preskritta mill-mudelli standard, li tiżgura rikonoxximent reċiproku għal kull sewwieq li jissodisfa r-rekwiżiti ⌦ ta’ din id- ⌫Direttiva.
🡻 2018/645 premessa 15
(28)L-użu minn sewwieqa minn pajjiżi terzi tal-attestazzjonijiet tas-sewqan bħala evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti ta' taħriġ jista' jkun ta' xkiel għas-sewwieqa meta t‑trasportatur irodd lura l-attestazzjoni lill-awtoritajiet emittenti, speċjalment meta dawk is-sewwieqa jkunu jixtiequ jibdew jaħdmu fi Stat Membru ieħor. Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn, f'ċirkostanzi bħal dawn, is-sewwieqa jkollhom jirrepetu t‑taħriġ tagħhom meta jibdew impjieg ġdid, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwalifiki tas-sewwieqa.
🡻 2018/645 premessa 19
(29)Sabiex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib fil‑kwalità tal-arja, billi jiffaċilitaw l-użu ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jippermettu, fit-territorju tagħhom, li d-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B isuqu ċerti tipi ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv li l-massa massima awtorizzata tagħhom tkun ta' aktar minn 3 500 kg iżda li ma tkunx iktar minn 4 250 kg. Dik il-possibbiltà li l‑massa tkun iktar minn 3 500 kg jenħtieġ li tingħata bil-kundizzjoni li dik il-massa addizzjonali permessa tkun esklużivament riżultat tal-eċċess tal-piż li jirriżulta mis‑sistemi ta' propulsjoni alternattivi u jenħtieġ li tkun soġġetta għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet maħsuba biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-sikurezza stradali.
🡻 2003/59/KE premessa 17
(30)Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni speċjali għal sewwieqa milquta minn din id-Direttiva li jkunu ċittadini ta' pajjiżi terzi.
🡻 2019/1243 Art. 1 u Anness pt.IX (adattat)
(31)Sabiex ⌦ din ⌫ id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 ⌦ tat-Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ⌫ tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi ⌦ I u II ta’ din id-Direttiva ⌫. Huwa partikolarment importanti li l‑Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit‑tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
🡻 2018/645 premessa 20 (adattat)
(32)Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri ⌦ li jiġi stabbilit ⌫ standard madwar ⌦ l‑Unjoni ⌫ kollha ta' kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku għas-sewwieqa ta' ċerti vetturi tat‑triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba n-natura transkonfinali tat-trasport stradali u minħabba l-kwistjonijiet li din id-Direttiva hija maħsuba li tindirizza, jinkiseb aħjar fil‑livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal‑prinċipju tas‑sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id‑Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l‑għan.
🡻 (adattat)
(33)⌦ Jenħtieġ li ⌫ din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tad‑Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,
🡻 2003/59/KE
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
🡻 2018/645 Art. 1.1
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għal xogħol ta' sewqan magħmul minn:
(a)ċittadini ta' Stat Membru; u
(b)ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma impjegati jew dipendenti ta' kumpannija stabbilita fi Stat Membru
(minn hawn 'il quddiem imsejħa “sewwieqa”) li jagħmlu xogħol ta' trasport stradali fi ħdan l‑Unjoni, f'toroq miftuħa għall-pubbliku, billi jużaw:
–vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1 + E, C jew C + E, kif definit fid-Direttiva 2006/126/KE, jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti;
–vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1, D1 + E, D jew D + E, kif definit fid-Direttiva 2006/126/KE, jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għall-kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan li fihom sinjal pożittiv (“+”) għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl‑Anness III.
🡻 2018/645 Art. 1.2 (adattat)
Artikolu 2
Eżenzjonijiet
1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal sewwieqa ta' vetturi:
(a)b'veloċità massima awtorizzata ta’ mhux iktar minn 45 km fis-siegħa;
(b)użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, u s-servizzi ta' emerġenza bl-ambulanza, jew taħt il‑kontroll tagħhom, meta jinstaqu bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;
(ċ)li jkunu qed isirulhom testijiet stradali għal żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew is-sewwieqa ta' vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;
(d)li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D jew D1 u li huma misjuqa mingħajr passiġġieri minn persunal tal-manutenzjoni lejn ċentru ta' manutenzjoni, jew minnu, li jkun jinsab fil-viċinanza tal-eqreb bażi ta' manutenzjoni li tintuża mill-operatur tat-trasport, bil-kundizzjoni li ⌦ s-sewqan ta’ dik ⌫ il-vettura ma tikkostitwixxix l-attività prinċipali tas-sewwieq;
(e)użati waqt stati ta' emerġenza jew assenjati għal missjonijiet ta' salvataġġ, inklużi vetturi użati fit-trasport mhux kummerċjali ta' għajnuna umanitarja;
(f)użati għall-istruzzjoni fis-sewqan u l-eżami ta’ kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (‘CPC’), f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1), sakemm ma jkunux qed jintużaw għall‑ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bi skop kummerċjali;
(g)użati għall-ġarr ta' passiġġieri jew merkanzija mhux bi skop kummerċjali;
(h)li jkunu qed iġorru materjal, tagħmir jew makkinarju għall-użu mis-sewwieqa waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, sakemm is-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tas‑sewwieqa.
Fir-rigward tal-punt (f) ta' dan il-paragrafu, din id-Direttiva ma tapplika għall-ebda persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew CPC, f'konformità mal-Artikolu 6 u l‑Artikolu 8(1), meta dik il-persuna tkun qed tirċievi taħriġ addizzjonali fis-sewqan waqt tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol, dment li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra ċċertifikata b'CPC, jew minn għalliem tas-sewqan, għall‑kategorija tal-vettura użata għall-iskop stabbilit f'dak il-punt.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)is-sewwieqa tal-vetturi joperaw f'żoni rurali biex ifornu lin-negozju tas-sewwieq stess;
(b)is-sewwieqa ma joffrux servizzi ta' trasport;
(ċ)l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasport ikun okkażżjonali u ma jħallix impatt fuq is‑sikurezza stradali.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sewwieqa ta' vetturi jintużaw, jew jiġu mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali proprja tagħhom, ħlief jekk is-sewqan ikun parti mill-attività prinċipali tas-sewwieq jew id-distanza tas-sewqan tkun iktar mid-distanza stabbilita fil-liġi nazzjonali mill-bażi tal-impriża li hija proprejtarja tal-vettura jew li tikrijha jew tillokha.
🡻 2003/59/KE (adattat)
Artikolu 3
Kwalifika u taħriġ
1. Is-sewqan, kif imfisser fl-Artiklu 1, għandu jkun soġġett għal kwalifika inizjali obbligatorja u taħriġ perjodiku obbligatorju. Għal ⌦ dak ⌫ il-għan, l-Istati Membri għandu jkollhom:
(a)sistema ta' kwalifika inizjali
L-Istati Membri jistgħu jagħżluwaħda minn bejn dawn iż-żewġ għażliet:
(i)sistema li tiġbor fiha kemm attendeza għall-kors kif ukoll eżami
Skond it-Taqsima 2(2.1) tal-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali tinvolvi attendenza obbligatorja għal kors għal perjodu determinat. Fi tmiem il‑kors isir eżami. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tkun konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1)(a);
(ii)sistema li tinvolvi eżamijiet biss:
Skond it-Taqsiam 2(2.2) tal-Anness I, din ix-xorta ta' kwalifika inizjali ma tkunx tiddependi minn attendenza obbligatorja għal kors, iżda minn eżamijiet biss dwar teorija u prattika. Wara li jkunu saru l-eżamijiet b'suċċess, il‑kwalifika għandha tkun ikkonfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl‑Artiklu 6(1)(b).
Madankollu, Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieq biex isuq fit-territorju tiegħu qabel ma jingħata CPC, meta huwa jkun qed jattendi kors ta' taħriġ vokazzjonali nazzjonali ta' mill-anqas sitt xhur, għal perjodu massimu ta' tliet snin. Fil-kuntest ta' dan il-kors ta' taħriġ vokazzjonali, l-eżamijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) jistgħu jsiru fi stadji;
(b)sistema ta' taħriġ perjodiku
Skond it-Taqsima 4 tal-Anness I, taħriġ perjodiku jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jiġi konfermat permezz ta' CPC skont l-Artiklu 8(1).
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll sistema ta' kwalifika inizjali aċċellerata li permezz tagħha sewwieq ikun jista' jsuq fil-każijiet imsemmija fl-Artiklu 5(2)(a)(ii), ⌦ fl‑Artiklu 5(2) ⌫(b), fl-Artiklu 5(3)(a)(i) u ⌦ fl-Artiklu 5(3) ⌫(b).
Skond it-Taqsima 3 tal-Anness I, il-kwalifika inizali aċċellerata għandha tkun marbuta ma' attendenza obbligatorja għall-kors. Fi tmiem il-kors għandu jkun hemm eżami. Wara li jkun sar l-eżami b'suċċess, il-kwalifika għandha tiġi konfermata permezz ta' CPC kif imsemmi fl‑Artiklu 6(2).
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw sewwieqa li jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill
milli jagħmlu l-eżamijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(a)(i) u (ii) u fil‑paragrafu 2 fis-suġġetti li jkun hemm għall-eżami msemmi f'dik id-Regolament u, fejn ikun xieraq, milli jattendu għal parti mill-kors relattiva għal dawk is-suġġetti.
Artikolu 4
Drittijiet akkwiżiti
Is-sewwieqa li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa li jiskbu kwalifika inizjali:
(a)sewwieqa li jkollhom liċenzja ⌦ tas-sewqan ⌫ tal-kategoriji D1, D1 + E, D jew D + E, jew liċenzja ⌦ tas-sewqan ⌫ rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard ⌦ mill‑10 ta’ Settembru 2008 ⌫;
(b)sewwieqa li jkollhom liċenzja ⌦ tas-sewqan ⌫ tal-kategorija C1, C1 + E, C jew C + E jew liċenzja ⌦ tas-sewqan ⌫ rikonoxxuta bħala ekwivalenti, maħruġa mhux aktar tard ⌦ mill‑10 ta’ Settembru 2009 ⌫.
Artikolu 5
Kwalifika inizjali
1. Sabiex jingħata aċċess għal kwalifika inizjali ma għandux ikun meħtieġ li tinkiseb minn qabel liċenzja tas-sewqan relattiva.
2. Sewwieqa ta' vettura li ġġorr merkanzija jistgħu jsuqu:
(a)mill-età ta' 18-il sena:
(i)vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan ⌫ tal-kategoriji C u C + E, sakemm ⌦ ikollhom ⌫ CPC, kif imsemmi fl‑Artiklu 6(1);
(ii)vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan ⌫ tal-kategoriji C1 u C1 + E, sakemm ⌦ ikollhom ⌫ CPC, kif imsemmi fl‑Artiklu 6(2);
(b)mill-età ta' 21 sena, vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan ⌫ tal‑kategoriji C u C + E, sakemm ⌦ ikollhom ⌫ CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).
3. Sewwieqa ta' vettura li ġġorr il-passiġġieri jistgħu jsuqu:
(a)mill-età ta' 21 sena:
(i)vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan ⌫ tal-kategoriji D u D + E għall-ġarr ta’ passiġġieri fuq servizzi regolari fejn ir-rotta ma tkunx itwal minn 50 kilometru, u vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas‑sewqan ⌫ tal‑kategoriji D1 u D1 + E, sakemm ⌦ ikollhom ⌫ CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).
Kwalunkwe Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda minn ⌦ dawk ⌫ il-kategoriji biex isuqu dawk il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 18-il sena, sakemm ikollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1);
(ii)vetturi b'liċenzja tal-kategoriji D u D + E, sakemm ikollhom CPC, kif imsemmi fl‑Artiklu 6(1).
Kwalunkwe Stat Membru jista' jawtorizza lil sewwieqa ta' vetturi f'waħda minn ⌦ dawk ⌫ il‑kategoriji biex isuqu dawk il-vetturi fit-territorju tiegħu mill-età ta' 20 sena, ⌦ sakemm ⌫ ikollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6(1). Fejn is‑sewwieq isuq dawk il-vetturi mingħajr passiġġieri, l-età tista’ titnaqqas għal 18-il sena;
(b)mill-età ta' 23 sena, vettura ⌦ li għaliha hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan ⌫ tal‑kategoriji D u D + E, ⌦ sakemm ⌫ ikollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).
4. Mingħajr ħsara għal-limiti t’età imsemmija fil-paragrafu 2, sewwieqa li jġorru merkanzija u li jkollhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6 għal waħda mill-kategoriji msemmija fil‑paragrafu 2 ta' dan l-Artiklu, għandhom ikunu eżenti milli jiskbu dak iċ-CPC għal kwalunkwe mill-kategoriji l-oħra ta' vetturi msemmija f'dak il-paragrafu.
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-istess kondizzjonijiet għal sewwieqa li jġorru passiġġieri fil-kategoriji msemmija fil-paragrafu 3.
5. Sewwieqa li jġorru merkanzija li jwessgħu jew ibiddlu l-ambitu ta’ xogħolhom biex iġorru passiġġieri, jew bil-kontra, u li għandhom CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6, ma jkunx jeħtiġilhom jerġgħu jagħmlu t-taqsimiet komuni tal-kwalifika inizjali, iżda jagħmlu dawk it‑taqsimiet biss li jkollhom x'jaqsmu mal-kwalifika l-ġdida.
Artikolu 6
CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali
1. CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali
(a)CPC mogħti fuq bażi ta' attendenza għal kors u eżami
Skond l-Artiklu 3(1)(a)(i), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat mill-awtoritajiet kompetenti skond it-Taqsima 5 tal-AnnessI1 (‘ċentru ta’ taħriġ approvat’). ⌦ Dawk ⌫ il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha li jissemmew fit‑Taqsima 1 tal-Anness 1. ⌦ Dak ⌫ it-taħriġ għandu jintemm meta jsir b'suċċess l-eżami msemmi fit-Taqsima 2(2.1) tal-Anness I. ⌦ Dak ⌫ l-eżami għandu jkun organizzat mill‑awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom, u għandu jkollu l-għan li jiġi verifikat jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond it‑Taqsima 1 tal-Anness I. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li jkun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali.
(b)CPC mogħti fuq il-bażi ta' eżamijiet
Skond l-Artiklu 3(1)(a)(ii), l-Istati Membri għandhom jesiġu li s-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jgħaddu b’suċċess mill-eżamijiet dwar teorija u prattika msemmija fit‑Taqsima 2(2.2) tal-Anness I. ⌦ Dawk ⌫ l-eżamijiet għandhom ikunu organizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom u għandhom ikollhom l-għan li jiġi verifikat jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond it‑Taqsima 1 tal-Anness I. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżamijiet, u wara li jikunu saru b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali.
2. CPC li jikkonferma kwalifika inizjali aċċellerata
Skond l-Artiklu 3(2), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jattendu korsijiet f'ċentru ta' taħriġ approvat. ⌦ Dawk ⌫ il-korsijiet għandhom ikopru s‑suġġetti kollha msemmija fit-Taqsiam 1 tal-Anness I.
⌦ Dak ⌫ it-taħriġ għandu jintemm bl-eżami msemmi fit-Taqsima 3 tal-Anness I. Dak l‑eżami għandu jkun organizzat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn entità maħtura minnhom u għandu jkollu l-għan li jiġi verifikat jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikollux il-livell ta' tagħrif meħtieġ skond it-Taqsima 1 tal‑Anness 1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw l-eżami, u wara li jkun sar b'suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali aċċellerata.
🡻 2018/645 Art. 1.3 (adapted)
Artikolu 7
Taħriġ perjodiku
It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ li jippermetti lid-detenturi ta' CPC li jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għal-xogħolhom, b'enfasi speċifika fuq is-sikurezza stradali, is‑saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sewqan.
Dak it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, f'konformità mat‑taqsima 5 tal-Anness I. It-taħriġ għandu jikkonsisti f'tagħlim fil-klassi, taħriġ prattiku u, jekk ikun disponibbli, taħriġ permezz ta' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l‑komunikazzjoni (ICT) jew fuq simulaturi tal-aqwa kwalità. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpannija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel.
It-taħriġ perjodiku għandu jkun imfassal biex jespandi fuq uħud mis-suġġetti msemmija fit‑Taqsima 1 tal-Anness I u jirrivedihom. Dan għandu jkopri varjetà ta' suġġetti u għandu dejjem jinkludi mill-inqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza stradali. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom iqisu l-iżviluppi fil-leġislazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u għandhom, kemm jista' jkun, iqisu l-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq.
🡻 2003/59/KE (adattat)
Artikolu 8
CPC li jikkonferma taħriġ perjodiku
1. Meta sewwieq itemm it-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artiklu 7, l-awtoritajiet kompetenti tal‑Istati Membri jew iċ-ċentru ta' taħriġ approvat għandhom jagħtuh CPC li jikkonferma t‑taħriġ perjodiku.
2. Id-detenturi ta’ CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, ⌦ għandhom jagħmlu l-ewwel kors ta’ taħriġ perjodiku ⌫ fi żmien ħames snin minn meta jkun inħareġ dak iċ-CPC.
L-Istati Membri jistgħu inaqqsu jew jestendu l-perjodu ta' żmien imsemmi ⌦ fl-ewwel subparagrafu ⌫, fost oħrajn, sabiex ikun jaqbel mad-data ta' skadenza tal-liċenzja tas‑sewqan. Madankollu, dak il-perjodu ma jistax ikun iqsar minn tliet snin jew itwal minn seba' snin.
3. Sewwieq li jkun temm l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jattendi għal taħriġ perjodiku kull ħames snin, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ‑CPC li jikkonferma t-taħriġ perjodiku.
4. Id-detenturi ta’ CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6 jew iċ-CPC imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l‑Artiklu, u s-sewwieqa msemmija fl-Artiklu 4 li ma jkunux baqgħu jagħmlu dak ix-xogħol u li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ⌦ ta’ dan l-Artiklu ⌫, għandhom jagħmlu kors ta' taħriġ perjodiku qabel jerġgħu jibdew jagħmlu dak ix-xogħol.
5. Sewwieqa li jġorru ⌦ merkanzija ⌫ jew passiġġieri fit-triq u li jkunu temmew korsijiet ta' taħriġ perjodiku għal waħda mill-kategoriji ta' liċenzji ⌦ tas-sewqan ⌫ msemmija fl‑Artiklu 5(2) u (3) għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jagħmlu aktar taħriġ perjodiku għal xi waħda oħra mill-kategoriji msemmija f'dawk il-paragrafi.
Artikolu 9
Post ta' taħriġ
🡻 2018/645 Art. 1.4
Is-sewwieqa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva għandhom jiksbu l‑kwalifika inizjali msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza normali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE.
🡻 2003/59/KE (adattat)
Is-sewwieqa msemmija fil-punt (b) tal-Artiklu 1 għandhom jiksbu dik il-kwalifika ⌦ inizjali ⌫ fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża jew fl-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess tax-xogħol.
Sewwieqa msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 għandhom jagħmlu t-taħriġ perjodiku msemmi fl‑Artikolu 7 fl-Istat Membru ⌦ fejn ⌫ ikunu residenti jew fl-Istat Membru ⌦ fejn ⌫ jaħdmu.
🡻 2018/645 Art. 1.5 (adattat)
Artikolu 10
Kodiċi tal-Unjoni
1. Fuq il-bażi tas-CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali u s-CPC li jiċċertifika taħriġ perjodiku, l‑awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet tal‑Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, jimmarkaw il‑kodiċi armonizzat tal‑Unjoni, “95”, previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE, flimkien mal-kategoriji korrispondenti ta' liċenzja tas-sewqan:
–fuq il-liċenzja tas-sewqan, jew
–fuq il-karta ta' kwalifika tas-sewqan imħejjija f'konformità mal-mudell stabbilit fl‑Anness II ta’ din id-Direttiva.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun inkiseb is-CPC ma jkunux jistgħu jimmarkaw il-kodiċi tal-Unjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan, huma għandhom joħorġu karta ta' kwalifika tas-sewqan lis-sewwieq.
Il-karta ta' kwalifika ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament. Meta tinħareġ il-karta ⌦ ta’ kwalifika ta’ sewwieq ⌫, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il‑validità tal-liċenzja tas-sewqan għall-kategorija tal‑vettura kkonċernata.
2. Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ⌦ ta’ din id-Direttiva ⌫ li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija fit-triq għandu wkoll jitħalla jipprovdi evidenza li turi li għandu l‑kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz tal-attestazzjoni tas-sewqan prevista fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm fuqha jkun hemm il-kodiċi tal-Unjoni, “95”. Għall‑finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru emittenti għandu jindika l-kodiċi tal-Unjoni, “95”, fit-Taqsima tar-rimarki tal-attestazzjoni jekk is-sewwieq ikkonċernat ikun issodisfa r‑rekwiżiti tal-kwalifika u r-rekwiżiti għat-taħriġ previsti f'din id-Direttiva.
3. L-attestazzjonijiet tas-sewqan li ma jkollhomx il-kodiċi tal-Unjoni, “95”, maħruġa qabel it‑23 ta' Mejju 2020 f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, u b'mod partikolari mal-paragrafu 7 tiegħu, għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza tal‑kwalifika sad-data tal-iskadenza tagħhom, bil-għan li tiġi ċċertifikata l-konformità mar‑rekwiżiti tat-taħriġ skont din id-Direttiva.
🡻 2018/645 Art. 1.6 (adattat)
Artikolu 11
Netwerk ta' infurzar
1. Għal skopijiet ta' infurzar, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar CPCs li jkunu nħarġu jew irtirati. Għal ⌦ dak ⌫ il-għan, l-Istati Membri għandhom, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw netwerk elettroniku jew jaħdmu fuq estensjoni ta' netwerk eżistenti, filwaqt li jqisu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aktar għażla kosteffikaċi.
2. In-netwerk jista' jkun fih l-informazzjoni inkluża fis-CPCs kif ukoll informazzjoni dwar il‑proċeduri amministrattivi relatati mas-CPCs.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali jitwettaq biss għall‑finijiet ta' verifika ta' konformità ma' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tar‑rekwiżiti tat-taħriġ stabbiliti f'din id-Direttiva, f'konformità mar‑Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4. L-aċċess għan-netwerk għandu jkun sigur. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess biss lill‑awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għall‑kontroll tal-konformità magħha.
🡻 2019/1243 Art. 1 u l-Anness, parti.IX(5) (adattat)
Artikolu 12
Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 ⌦ biex temenda ⌫ l-Annessi I u II sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 13
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall‑kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’atti delegati msemmija fl‑Artikolu 12 għandha tiġi mogħtija lill‑Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il‑Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill‑Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l‑pubblikazzjoni tad‑deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis‑seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat‑13 ta’ April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill‑Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min‑notifika ta’ dak l‑att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il‑Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal‑Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
🡻 2003/59/KE (adattat)
Artikolu 14
Tħassir
Id-Direttiva ⌦ 2003/59/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija mħassra ⌫, ⌦ mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż‑żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B ⌫.
🡻
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
🡻 2003/59/KE (adattat)
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ⌦ fl-24 ta’ Mejju 2021 ⌫.
Artiklu 16
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President