Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10152

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategroup) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 49/07

    PUB/2021/114

    ĠU C 49, 12.2.2021, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/7


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategroup)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 49/07)

    1.   

    Fil-5 ta’ Frar 2021 il-Kummissjoni rċeviet avviz ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore);

    Gategroup Holding AG (“Gategroup”, l-Isvizzera), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Temasek u RRJ Capital Master Fund III, L.P. (“RRJ”, Ħong Kong)

    Temasek takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Gategroup kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezz ieħor.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Temasek: kumpanija ta’ investiment bil-kwartieri ġenerali f’Singapore, attiva prinċipalment f’Singapore u fil-bqija tal-Asja. L-investimenti tagħha jkopru spettru wiesa’ ta’ industriji, inklużi s-servizzi finanzjarji, it-telekomunikazzjonijiet, il-mezzi tax-xandir, it-trasport, il-proprjetà immobbli, l-enerġija u x-xjenzi tal-ħajja.

    Gategroup: attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ catering u bejgħ bl-imnut abbord waqt it-titjira u servizzi relatati. Gategroup hija attiva f’aktar minn 60 pajjiż madwar il-kontinenti kollha, inkluż fiż-ŻEE.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10152 — Temasek/Gategroup

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top