This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9718
Prior notification of a concentration (Case M.9718 — Cobepa/Gerflor) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2020/C 24/09
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9718 — Cobepa/Gerflor) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 24/09
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9718 — Cobepa/Gerflor) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 24/09
PUB/2020/25
ĠU C 24, 24.1.2020, pp. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9718 — Cobepa/Gerflor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 24/09)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cobepa SA (“Cobepa”, il-Belġju), ikkontrollata minn Vedihold SA, |
|
— |
Topfloor SAS, il-kumpanija finalment azzjonarja tal-Gerflor Group (“Gerflor”, Franza). |
Cobepa takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Gerflor kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cobepa: kumpanija privata tal-investiment li tinvesti fl-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
Gerflor: manifattura u provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ madum u finituri tal-ħitan għal klijenti professjonali u mhux professjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9718 — Cobepa/Gerflor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).