Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9609

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9609 — Mann Mobilia/Tessner Holding/Tejo/Roller) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 369/10

    PUB/2020/839

    ĠU C 369, 3.11.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/21


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9609 — Mann Mobilia/Tessner Holding/Tejo/Roller)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 369/10)

    1.   

    Fit-23 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Mann Mobilia Beteiligungs GmbH (“Mann Mobilia”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn XXXLutz KG,

    Tessner Holding KG (“Tessner Holding”, il-Ġermanja),

    Tejo Möbel Management Holding GmbH & Co. KG (“Tejo”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn Tessner Holding,

    Roller GmbH & Co. KG (“Roller”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn Tessner Holding.

    Mann Mobilia u Tessnet Holding jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Tejo u Roller.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Mann Mobilia: Sussidjarja tal-XXXLutz Group, li jopera f’diversi pajjiżi Ewropej bħala bejjiegħ ta’ prodotti tal-għamara, tagħmir ieħor tal-għamara u prodotti tad-dar,

    Tessner Holding: il-kumpanija prinċipali tat-Tessner Group, li permezz, fost oħrajn, ta’ Tejo u Roller, topera primarjament fil-Ġermanja bħala bejjiegħa ta’ prodotti tal-għamara, tagħmir ieħor tal-għamara u prodotti tad-dar.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9609 — Mann Mobilia/Tessner Holding/Tejo/Roller

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    Europäische Kommission

    Generaldirektion Wettbewerb

    Registratur Fusionskontrolle

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top