Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0152

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025

COM/2020/152 final

Brussell, 5.3.2020

COM(2020) 152 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025
















LEJN EWROPA B’UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

“Fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.”

L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

“Jenħtieġ li ma nżommux lura u li nkunu kburin dwar il-pożizzjoni li ninsabu fiha u fejn biħsiebna mmorru.”

- Il-President Ursula von der Leyen
Linji Gwida Politiċi

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija kompitu tal-Unjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha meħtieġa mit-Trattati. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE 1 , dritt fundamentali u prinċipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 2 . Din hija riflessjoni ta’ min aħna. Din hija kundizzjoni essenzjali għal ekonomija Ewropea innovattiva, kompetittiva u li tirnexxi. Fin-negozju, fil-politika u fis-soċjetà b’mod ġenerali, nistgħu biss nilħqu l-potenzjal kollu tagħna jekk nużaw it-talent u d-diversità kollha li għandna. L-ugwaljanza bejn is-sessi ġġib aktar impjiegi u produttività ogħla 3 – potenzjal li jenħtieġ li jiġi mwettaq hekk kif inħaddnu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u niffaċċjaw l-isfidi demografiċi tagħna.

L-Unjoni Ewropea hija mexxej globali fl-ugwaljanza bejn is-sessi: 14 mill-20 pajjiż magħruf fid-dinja dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi huma Stati Membri tal-UE 4 . Bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni robusta u l-ġurisprudenza dwar it-trattament ugwali 5 , l-isforzi biex il-perspettiva tas-sessi 6 tiġi integrata f’oqsma ta’ politika differenti, u l-liġijiet biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi partikolari, l-UE għamlet progress sinifikanti fl-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin.

Madankollu, l-ebda Stat Membru ma kiseb l-ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi u l-progress huwa bil-mod. L-Istati Membri bħala medja kisbu 67,4 punteġġ minn 100 fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-UE tal-2019 7 , punteġġ li tjieb b’ 5,4 punti biss mill-2005.

Sfortunatament il-progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi la huwa inevitabbli u lanqas ma huwa irriversibbli. Jenħtieġ għalhekk li nagħtu spinta ġdida lill-ugwaljanza bejn is-sessi. Filwaqt li d-disparità bejn is-sessi fl-edukazzjoni qed tagħlaq, id-disparitajiet bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi, fil-kura, fil-poter u fil-pensjonijiet għadhom jeżistu. Hemm wisq nies li għadhom jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ diskors ta’ mibegħda sessista, u billi jimblokkaw l-azzjoni kontra l-vjolenza sessista u l-isterjotipi tas-sessi. Il-vjolenza u l-fastidju minħabba s-sessi għadhom sejrin f’livelli allarmanti. Il-moviment #MeToo wera l-firxa tas-sessiżmu u l-abbuż li n-nisa u l-bniet għadhom jiffaċċjaw. Fl-istess ħin, dan ta s-setgħa lin-nisa madwar id-dinja biex issa jiġu ’l quddiem u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jġibu l-każijiet tagħhom quddiem il-qorti.

Din l-Istrateġija ta’ Ugwaljanza lejn is-Sessi tinkwadra l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u tistabbilixxi l-objettivi tal-politika u l-azzjonijiet ewlenin għall-perjodu 2020-2025 8 . Din għandha l-għan li tikseb Ewropa b’ugwaljanza bejn is-sessi fejn il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni sesswali u l-inugwaljanza strutturali bejn in-nisa u l-irġiel huma ħaġa tal-imgħoddi. Ewropa fejn in-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom 9 , huma ugwali. Fejn huma liberi li jsegwu l-mogħdija magħżula tagħhom fil-ħajja, fejn ikollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu, u fejn jistgħu jipparteċipaw u jmexxu bl-istess mod fis-soċjetà Ewropea tagħna.

L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija se tkun ibbażata fuq l-approċċ doppju ta’ miżuri mmirati biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, flimkien ma’ integrazzjoni tas-sessi msaħħa. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-integrazzjoni bejn is-sessi billi b’mod sistematiku tinkludi perspettiva ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha tat-tfassil ta’ politika fl-oqsma interni u esterni kollha ta’ politika tal-UE. L-istrateġija se tiġi implimentata bl-użu tal-intersezzjonalità 10 - l-ikkombinar tal-ġeneru ma’ karatteristiċi personali jew identitajiet oħrau kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni - bħala prinċipju trażversali.

F’din is-sena tal-2020, li timmarka l-25 anniversarju mill-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Beijing u l-Pjattaforma għal Azzjoni 11 - l-ewwel impenn universali u pjan ta’ azzjoni biex isir avvanz fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa - din l-istrateġija hija l-kontribut tal-UE biex tissawwar dinja aħjar għan-nisa u għall-irġiel, għall-bniet u għas-subien. Hija twettaq l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5), u l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità trażversali tal-SDGs 12 kollha u dwar l-impenn tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

1.    Li tkun ħielsa mill-vjolenza u mill-isterjotipi

Kulħadd għandu jkun sikur fi djaru, fir-relazzjonijiet mill-qrib tagħhom, fil-postijiet tax-xogħol tagħhom, fi spazji pubbliċi, u online. In-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom, jenħtieġ li jkunu liberi li jesprimu l-ideat u l-emozzjonijiet tagħhom, u li jsegwu l-mogħdijiet edukattivi u professjonali magħżula minnhom mingħajr restrizzjonijiet ta’ normi ta’ ġeneru stereo tipiċi.

It-tmiem tal-vjolenza sessista

Il-vjolenza sessista – jew il-vjolenza li hija diretta kontra mara minħabba li hija mara jew li taffettwa lin-nisa b’mod sproporzjonat 13 – tibqa’ waħda mill-akbar sfidi tas-soċjetajiet tagħna u għandha għeruq profondi fl-inugwaljanza bejn is-sessi 14 . Il-vjolenza sessista, fil-forom kollha tagħha, għadha sottovalutata u injorata, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE. L-UE se tagħmel dak kollu li tista’ biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza sessista, tappoġġa u tipproteġi l-vittmi ta’ tali reati, u żżomm lill-awturi ta’ reati responsabbli għall-imġiba abbużiva tagħhom.

Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika – il-“Konvenzjoni ta’ Istambul” – hija l-punt ta’ riferiment għal standards internazzjonali f’dan il-qasam. L-UE ffirmat il-Konvenzjoni fl-2017, u kkonkludiet li l-adeżjoni fl-UE hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni. Biex titħaffef il-konklużjoni tal-adeżjoni tal-UE, il-Parlament Ewropew talab fl-2019 opinjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni 15 .

Jekk l-adeżjoni tal-UE fil-Konvenzjoni ta’ Istambul tibqa’ mblukkata, il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi fl-2021 miżuri fi ħdan il-limiti tal-kompetenza tal-UE biex jinkisbu l-istess objettivi bħall-Konvenzjoni ta’ Istambul.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta inizjattiva bil-għan li testendi l-oqsma tal-kriminalità fejn l-armonizzazzjoni hija possibbli għal forom speċifiċi ta’ vjolenza sessista f’konformità mal-Artikolu 83(1) TFUE, l-hekk imsejħa Eurocrimes.

Sa fejn dawn ikunu jaqgħu taħt il-Eurocrimes eżistenti fl-ambitu tal-Artikolu 83(1) TFUE, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri addizzjonali biex tipprevjeni u tiġġieled forom speċifiċi ta’ vjolenza sessista, inkluż il-fastidju sesswali, l-abbuż tan-nisa u l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF).

Il-mutilazzjoni ġenitali femminili 16 , l-abort furzat u l-isterilizzazzjoni furzata, iż-żwieġ bikri u furzat, l-hekk imsejħa vjolenza sessista u prattiki oħra dannużi kontra n-nisa u l-bniet huma forom ta’ vjolenza sessista u ta’ ksur serju tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal fl-UE u madwar id-dinja. Flimkien ma’ leġiżlazzjoni possibbli, l-UE se tippreżenta Rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki dannużi, inkluż il-ħtieġa għal miżuri preventivi u r-rikonoxximent tal-importanza tal-edukazzjoni. Ir-rakkomandazzjoni se tindirizza wkoll it-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi, il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ appoġġ, il-bini ta’ kapaċitajiet tal-professjonisti u l-aċċess għall-ġustizzja li jkun iċċentrat fuq il-vittmi.

Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Vittmi fl-2020, li se tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ vjolenza sessista, inkluż il-vjolenza domestika b’mod li tibni fuq id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 17 .

In-nisa li għandhom problema ta’ saħħa jew diżabbiltà għandhom aktar probabbiltà li jesperjenzaw forom varji ta’ vjolenza 18 . Il-Kummissjoni se tiżviluppa u tiffinanzja miżuri 19 biex tindirizza l-abbuż, il-vjolenza kif ukoll l-isterilizzazzjoni furzata u l-abort furzat, bħall-bini ta’ kapaċità ta’ professjonisti u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-aċċess għall-ġustizzja.

Il-prevenzjoni effettiva tal-vjolenza hija essenzjali. Dan jinvolvi l-edukazzjoni tas-subien u l-bniet minn età bikrija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet mhux vjolenti. Jenħtieġ ukoll approċċ multidixxiplinaru fost il-professjonisti u s-servizzi inklużi s-sistema tal-ġustizzja kriminali, servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, programmi ta’ riabilitazzjoni tal-awturi ta’ reat, u servizzi soċjali u tas-saħħa. L-indirizzar tal-vjolenza kontra n-nisa u l-ideoloġiji li jdgħajfu d-drittijiet tan-nisa jistgħu jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti u terroriżmu. Il-Kummissjoni se tniedi netwerk tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u l-vjolenza domestika, li jlaqqa’ lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati biex jiskambjaw prattika tajba, u se tipprovdi finanzjament għat-taħriġ, għall-bini tal-kapaċità u għas-servizzi ta’ appoġġ. Il-prevenzjoni tal-vjolenza li tiffoka fuq l-irġiel, is-subien u l-aspetti tamaskulinitàà 20 għandha tkun ta’ importanza ċentrali.

Biex tindirizza l-vjolenza u l-fastidju f’kuntesti ta’ xogħol, il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol 21 , jimplimentaw ir-regoli eżistenti tal-UE 22 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-fastidju sesswali, u jqajmu l-kuxjenza tan-nies dwarhom. Bħala impjegatur, il-Kummissjoni se tadotta qafas legali komprensiv ġdid b’sett ta’ miżuri kemm preventivi kif ukoll reattivi kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Il-vjolenza online fuq l-internet immirata lejn in-nisa saret pervażiva b’konsegwenzi speċifiċi u vizzjużi; dan mhuwiex aċċettabbli. Hija ostakolu għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika. Il-bullying, il-fastidju u l-abbuż fuq il-midja soċjali għandhom effetti estensivi fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nisa u tal-bniet. Il-Kummissjoni se tipproponi l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 23 biex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-pjattaformi online fir-rigward tat-tixrid tal-kontenut mill-utent. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali se jiċċara x’miżuri huma mistennija mill-pjattaformi fl-indirizzar ta’ attivitajiet illegali online, filwaqt li jipproteġi d-drittijiet fundamentali. L-utenti jridu wkoll ikunu jistgħu jiġġieldu tipi oħra ta’ kontenut dannuż u abbużiv, li mhux dejjem jitqies bħala illegali iżda jista’ jkollu effetti devastanti. Sabiex titħares is-sikurezza tan-nisa online, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ qafas ġdid għall-kooperazzjoni bejn il-pjattaformi tal-internet 24 .

In-nisa u l-bniet jiffurmaw il-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE, u fil-biċċa l-kbira tagħhom jiġu traffikata għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali. 25 L-UE tindirizza t-traffikar tal-bnedmin b’mod komprensiv permezz tal-koordinazzjoni fl-oqsma rilevanti kollha 26 . Il-ġlieda kontra l-impunità tal-utenti, dawk li jisfruttaw u dawk li jagħmlu profitt hija prijorità. It-tħassib tan-nisa u tal-bniet affettwati mit-traffikar għandu jkun fiċ-ċentru tal-iżvilupp tal-politika. Bħala parti mill-Unjoni tas-Sigurtà, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija ġdida tal-UE dwar il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin u strateġija tal-UE dwar ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

L-UE teħtieġ data komprensiva, aġġornata u komparabbli għal politiki dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista biex tkun effettiva. Biex tinkiseb stampa sħiħa tal-vjolenza sessista, id-data jenħtieġ li tkun diżaggregata permezz ta’ aspetti intersezzjonali rilevanti u indikaturi bħall-età, l-istatus ta’ diżabbiltà, l-istatus ta’ migrant u r-residenza rurali-urbana. Stħarriġ madwar l-UE, ikkordinat mill-Eurostat, se jipprovdi data dwar il-prevalenza u d-dinamika tal-vjolenza kontra n-nisa u forom oħra ta’ vjolenza interpersonali, b’riżultati ppreżentati fl-2023.

Li jiġu sfidati l-isterjotipi tas-sessi

L-isterjotipi tas-sessi huma l-kawża ewlenija tal-inugwaljanza bejn is-sessi u jaffettwaw l-oqsma kollha tas-soċjetà 27 . L-aspettattivi sterjotipiċi bbażati fuq normi fissi għan-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien jillimitaw l-aspirazzjonijiet, l-għażliet u l-libertà tagħhom, u għalhekk jenħtieġ li jiġu żarmati. L-isterjotipi tas-sessi jikkontribwixxu ħafna għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Spiss jiġu kkumbinati ma’ sterjotipi oħra bħal dawk ibbażati fuq l-oriġini tar-razza jew dik etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u dan jista’ jsaħħaħ l-impatti negattivi tal-isterjotipi.

L-Intelliġenza Artifiċjali (IA) saret qasam ta’ importanza strateġika u xprunatur ewlieni tal-progress ekonomiku, għalhekk in-nisa għandhom ikunu parti mill-iżvilupp tagħha bħala riċerkaturi, programmaturi u utenti. Filwaqt li l-IA tista’ ġġib soluzzjonijiet għal ħafna sfidi tas-soċjetà, tirriskja li tintensifika l-inugwaljanzi bejn is-sessi. L-algoritmi u r-riskju ta’ tagħlim elettroniku relatat mar-ripetizzjoni, jekk mhux trasparenti u robusti biżżejjed, l-amplifikazzjoni jew il-kontribut ta’ preġudizzji relatati mal-ġeneru li l-programmaturi jistgħu ma jkunux konxji tagħhom jew li huma r-riżultat ta’ għażla ta’ data speċifika. Il-White Paper il-ġdida tal-Kummissjoni dwar l-IA tistabbilixxi l-approċċ Ewropew ibbażat fuq il-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali, inklużi n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi 28 . Il-programm qafas li jmiss għar-riċerka u għall-innovazzjoni, Orizzont Ewropa 29 , se jipprovdi wkoll ideat u soluzzjonijiet dwar l-indirizzar ta’ preġudizzji potenzjali relatati mas-sessi fl-IA, kif ukoll dwar it-tneħħija ta’ sterjotipi tal-ġeneru fid-dominji soċjali, ekonomiċi u kulturali kollha, u l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza imparzjali.

Il-midja u s-setturi kulturali għandhom vuċi konsiderevoli fit-tfassil tat-twemmin tan-nies, tal-valuri u tal-perċezzjoni tar-realtà, u b’hekk huma mezzi ewlenin biex jinbidlu l-attitudnijiet u jiġu sfidati l-isterjotipi 30 . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa proġetti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi taħt il-programm Ewropa Kreattiva 31 , inkluż taħt il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa, u se tippreżenta strateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-industrija awdjoviżiva bħala parti mis-subprogramm MEDIA li jmiss 32 , inkluż l-appoġġ finanzjarju, id-djalogu strutturat, il-mentoring u t-taħriġ għal produtturi tal-films, produtturi u kittieba nisa tal-iskritti.

Il-Kummissjoni se tniedi kampanja ta’ komunikazzjoni madwar l-UE kollha li tiġġieled kontra l-isterjotipi tas-sessi. Hija ser tindirizza l-isferi kollha tal-ħajja b’approċċ intersettorjali u tiffoka fuq l-involviment taż-żgħażagħ, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella:

-lill-Kunsill biex:

·tikkonkludi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istambul u tiġi żgurata ratifika rapida tal-UE.

-lill-Istati Membri biex:

·jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni ta’ Istambul;

·jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-ILO għall-ġlieda kontra l-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol;

·jimplimentaw id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, id-Direttiva dwar l-abbuż sesswali tat-tfal 33 u liġi rilevanti oħra tal-UE li tipproteġi l-vittmi ta’ vjolenza sessista 34 ;

·jiġbru u jirrapportaw sistematikament data dwar il-vjolenza sessista; kif ukoll

·jappoġġjaw is-soċjetà ċivili u s-servizzi pubbliċi fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru, inkluż bl-għajnuna tal-finanzjament tal-UE disponibbli taħt il-programm “ċittadini, ugwaljanza, drittijiet u valuri” (2021-2027).

2.    Suċċess f’ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi

Ewropa għanja u soċjali tiddependi fuqna lkoll. In-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom jenħtieġ li jkollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu u jkunu ekonomikament indipendenti, jitħallsu b’mod ugwali għal xogħolhom ta’ valur ugwali, ikollhom aċċess ugwali għall-finanzjament u jirċievu pensjonijiet ġusti. In-nisa u l-irġiel jenħtieġ li jaqsmu b’mod ugwali r-responsabbiltajiet ta’ kura u dawk finanzjarji.

L-għeluq ta’ lakuni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol

Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha impatt qawwi u pożittiv fuq l-ekonomija, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tiċkien u nuqqas ta’ ħiliet. Dan jagħti wkoll is-setgħa lin-nisa biex isawru l-ħajja tagħhom stess, ikollhom rwol fil-ħajja pubblika u jkunu ekonomikament indipendenti.

Ir-rata tal-impjiegi tan-nisa fl-UE llum hija ogħla minn qatt qabel 35 , iżda ħafna nisa għadhom jesperjenzaw ostakli biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol 36 . Xi nisa huma strutturalment sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol 37 , li ta’ spiss jirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru b’kundizzjonijiet addizzjonali ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni bħal appartenenza għal minorità etnika jew reliġjuża 38 jew jekk ikollhom sfond ta’ migranti.

It-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema huwa wieħed mill-modi kif jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li ż-żewġ ġenituri jkunu iħossuhom responsabbli u intitolati għal dak li għandu x’jaqsam mal-kura tal-familja. Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata 39 tintroduċi standards minimi għal liv tal-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ħaddiema, u tippromwovi l-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar bejn il-ġenituri. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu 40 u jimplimentaw b’mod korrett din id-direttiva sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jiffjorixxu kemm personalment kif ukoll b’mod professjonali, u tistieden lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi fir-reviżjoni tal-politiki tagħhom. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll soluzzjonijiet ta’ kwalità, pereżempju għall-indukrar tat-tfal, li jilħqu wkoll żoni anqas popolati fl-Ewropa. Fi ħdan l-amministrazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni se tippromwovi u tissorvelja l-użu ugwali tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli mill-impjegati kollha 41 .

L-isfidi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri, b’mod partikolari s-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u d-dimensjonijiet tal-edukazzjoni tagħhom, se jkomplu jiġu mmonitorjati permezz tas-Semestru Ewropew 42 . Permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, is-Semestru Ewropew jissorvelja wkoll dawn id-dimensjonijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 43 . Sa miċ-ċiklu tas-Semestru 2019-2020, ir-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-SDGs, inkluż dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5), u l-mod li bih il-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi jistgħu jgħinu fit-twettiq tagħhom.

Il-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali jista’ jappoġġja lill-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-amministrazzjoni pubblika, fl-ibbaġittjar tal-istat u fil-ġestjoni finanzjarja. Barra minn hekk, dan jista’ jikkontribwixxi għal riformi strutturali nazzjonali fl-Istati Membri biex jingħalaq id-distakk bejn is-sessi fl-impjiegi u biex jiġi indirizzat il-proporzjon ogħla ta’ nisa fil-faqar, b’mod partikolari l-anzjani.

Jenħtieġ li l-politiki soċjali u ekonomiċi, it-tassazzjoni u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali ma jipperpetwawx inugwaljanzi strutturali bejn is-sessi bbażati fuq rwoli tas-sessi tradizzjonali fl-oqsma tal-ħajja tax-xogħol u dawk privati. Il-Kummissjoni se tiżviluppa gwida għall-Istati Membri dwar kif is-sistemi nazzjonali tat-taxxa u tal-benefiċċji jistgħu jħallu impatt fuq l-inċentivi jew id-diżinċentivi finanzjarji għat-tieni sors ta’ dħul.

L-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-suq tax-xogħol ifisser ukoll li tingħatalhom il-possibbiltà li jirnexxu bħala investituri u imprendituri 44 . Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE tappoġġa l-intraprenditorija tan-nisa, l-integrazzjoni (mill-ġdid) tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn is-sessi f’setturi speċifiċi, tradizzjonalment maskili. Se jiġu żviluppati miżuri mmirati li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-innovazzjoni taħt l-Orizzont Ewropa tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, inkluż proġett pilota għall-promozzjoni ta’ negozji ġodda mmexxija min-nisa u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju innovattivi fl-2020 45 . Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll il-preżenza ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’fondi ta’ ekwità privata u f’fondi ta’ kapital ta’ riskju u f’fondi ta’ appoġġ fondi li jinvestu f’portafolli diversifikati skont il-ġeneru permezz tal-programm InvestEU biex isir investiment privat u pubbliku fl-Ewropa għal tkabbir aktar sostenibbli, inklużiv u innovattiv.

Il-kisba ta’ parteċipazzjoni ugwali fis-setturi differenti tal-ekonomija

Filwaqt li hemm aktar gradwati universitarji nisa fl-Ewropa milli gradwati rġiel, in-nisa għadhom sottorappreżentati fi professjonijiet bi ħlas ogħla 46 . Aktar nisa milli rġiel jaħdmu f’impjiegi u setturi b’pagi baxxi, u f’pożizzjonijiet aktar baxxi. 47 Normi soċjali u sterjotipi diskriminatorji dwar il-ħiliet tan-nisa u tal-irġiel, u s-sottovalutazzjoni tax-xogħol tan-nisa huma wħud mill-fatturi li jikkontribwixxu għal dan.



It-tranżizzjoni diġitali hija tal-akbar importanza f’dan il-kuntest. Bi trasformazzjoni rapida u diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-suq tax-xogħol, illum 90 % tal-impjiegi jeħtieġu ħiliet diġitali bażiċi 48 . In-nisa jirrappreżentaw biss 17 % tan-nies fl-istudji u l-karrieri fl-ICT 49 fl-UE 50 u 36 % biss tal-gradwati 51 STEM 52 , minkejja l-fatt li l-bniet imorru aħjar mis-subien fil-litteriżmu diġitali 53 . Dan id-distakk u dan il-paradoss se jiġu indirizzati fil-Pjan (aġġornat) ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u permezz tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ impenn dwar “in-Nisa fid-Dinja Diġitali” 54 . It-tabella ta’ valutazzjoni dwar in-“Nisa fid-Dinja Diġitali” se tintuża b’mod aktar sistematiku.

L-Aġenda Aġġornata tal-Ħiliet għall-Ewropa se tgħin tindirizza segregazzjoni orizzontali, sterjotipi u diskrepanzi bejn is-sessi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ. Il-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali se tappoġġa t-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fi professjonijiet tradizzjonalment iddominati mill-irġiel jew min-nisa u tindirizza l-isterjotipi tas-sessi. Il-Garanzija Imsaħħa għaż-Żgħażagħ se tindirizza wkoll speċifikament lin-nisa li mhumiex fl-edukazzjoni, f’impjieg jew f’taħriġ biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs.

Fil-Komunikazzjoni (li jmiss tal-Kummissjoni) dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi se titressaq bħala wieħed mill-elementi ewlenin. Il-qafas strateġiku mġedded għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport se jippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-isport u l-attività fiżika u l-bilanċ bejn is-sessi f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija fi ħdan l-organizzazzjonijiet sportivi.

Indirizzar tad-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa

Il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali ilu minqux fit-Trattati mill-1957 u ġie mdaħħal fid-dritt tal-UE. Dan jiżgura li jkun hemm rimedji legali f’każ ta’ diskriminazzjoni. Madankollu, in-nisa għadhom jaqilgħu fil-medja inqas mill-irġiel 55 . Id-diskrepanzi fl-impjiegi bejn l-irġiel u n-nisa akkumulati tul ħajjithom iwasslu għal diskrepanza saħansitra usa’ fil-pensjonijiet u, konsegwentement, in-nisa anzjani qegħdin f’riskju akbar ta’ faqar mill-irġiel.

L-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tirrikjedi li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin kollha tagħha, inkluż il-parteċipazzjoni aktar baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ix-xogħol inviżibbli u mhux imħallas, l-użu akbar tagħhom ta’ xogħol part-time 56 u l-waqfien fil-karriera, kif ukoll is-segregazzjoni vertikali u orizzontali bbażata fuq l-isterjotipi tas-sessi u d-diskriminazzjoni.

Meta tkun disponibbli informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, ikun aktar faċli li jiġu identifikati nuqqasijiet u diskriminazzjoni. Minħabba nuqqas ta’ trasparenza, ħafna nisa ma jafux jew ma jistgħux jagħtu prova li huma mhumiex imħallsa tajjeb. Il-Kummissjoni se tippreżenta miżuri vinkolanti dwar it-trasparenza fil-pagi sa tmiem l-2020.

Inizjattiva bħal din se ssaħħaħ id-drittijiet tal-impjegati biex jiksbu aktar informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, filwaqt li tista’ żżid piż amministrattiv għal min iħaddem. Biex jinstab il-bilanċ it-tajjeb għal azzjoni tal-UE bħal din, huwa tal-akbar importanza li jiġu kkonsultati l-imsieħba soċjali u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni bir-reqqa tal-qafas eżistenti dwar paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali 57 . Flimkien mal-adozzjoni ta’ din l-istrateġija, il-Kummissjoni qed tniedi proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u inklużiv 58 mal-pubbliku, mal-Istati Membri u mal-imsieħba soċjali. B’mod usa’, il-Kummissjoni se tniedi mill-ġdid id-diskussjoni mal-imsieħba soċjali dwar kif tista’ tittejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi fid-dinja tax-xogħol, inkluż fi ħdan l-istrutturi tagħhom, u tinkoraġġihom jintensifikaw l-isforzi fl-indirizzar tal-impjiegi bejn is-sessi u d-differenzi fil-paga.

Tnaqqis fil-qligħ, konċentrazzjoni ogħla f’xogħol part-time u diskrepanzi fil-karriera marbuta ma’ responsabbiltajiet ta’ kura tan-nisa jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi. Fl-edizzjoni tal-2021 tar-Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet, il-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kunsill, se tivvaluta kif ir-riskji u r-riżorsi huma kondiviżi fis-sistemi tal-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel. Biex tipproteġi d-drittijiet tal-pensjoni u tinkoraġġixxi qsim ugwali ta’ responsabbiltajiet ta’ kura bejn in-nisa u l-irġiel, il-Kummissjoni se tesplora mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-għoti ta’ krediti tal-pensjonijiet għal waqfiet fil-karriera relatati mal-kura fi skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali, kif rakkomandat mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-pensjonijiet 59 .

Intemmu d-differenza bejn is-sessi fil-qasam tal-kura

Illi persuna tirnexxi fix-xogħol filwaqt li timmaniġġja r-responsabbiltajiet ta’ kura fid-dar hija sfida, speċjalment għan-nisa. In-nisa ta’ spiss jallinjaw id-deċiżjoni tagħhom li jaħdmu, u kif jaħdmu, mar-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom u b’jekk u kif dawn id-doveri jkunu kondiviżi ma’ sieħeb. Din hija sfida partikolari għal ġenituri waħedhom, li ħafna minnhom huma nisa 60 , u għal persuni li jgħixu f’żoni rurali remoti li għalihom ħafna drabi hemm nuqqas ta’ soluzzjonijiet ta’ appoġġ. In-nisa għandhom ukoll piż sproporzjonat ta’ xogħol bla ħlas, li jikkostitwixxi sehem sinifikanti ta’ attività ekonomika. 61  

Huwa kruċjali li jkun hemm qsim ugwali ta’ responsabbiltajiet ta’ kura fid-dar, kif inhija d-disponibbiltà tal-kura tat-tfal, tal-kura soċjali u tas-servizzi domestiċi, b’ mod partikolari għall-ġenituri waħedhom 62 . Aċċess insuffiċjenti għal servizzi tal-kura formali ta’ kwalità u bi prezz raġonevoli huwa wieħed mill-muturi ewlenin tal-inugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol 63 . L-investiment fis-servizzi tal-kura huwa għalhekk importanti biex jappoġġja l-parteċipazzjoni tan-nisa f’xogħol imħallas u l-iżvilupp professjonali tagħhom. Għandu wkoll potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

Il-miri ta’ Barċellona 64  għall-forniment ta’ arranġamenti ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal fil-biċċa l-kbira jintlaħqu, iżda xi Stati Membri għadhom lura b’mod sinifikanti. Għalhekk, il-Kummissjoni se tipproponi li tirrevedi l-miri ta’ Barċellona biex tiżgura aktar konverġenza ’l fuq fost l-Istati Membri tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Garanzija għat-Tfal fl-2021 se tiffoka fuq l-ostakli l-aktar sinifikanti li jipprevjenu lit-tfal milli jaċċessaw is-servizzi meħtieġa għall-benesseri u l-iżvilupp personali tagħhom, sabiex jiġi eliminat iċ-ċirku ta’ faqar u jitnaqqsu l-inugwaljanzi.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri dwar it-titjib tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità għat-tfal u dipendenti oħra permezz ta’ investimenti mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm InvestEU u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Fi tmiem l-2020, il-Kummissjoni se tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għal Green Paper dwar it-Tixjiħ b’enfasi fuq il-kura fit-tul, il-pensjonijiet u t-tixjiħ attiv.

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex:

·jittrasponu d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jimplimentaw kif suppost il-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liġi tax-xogħol 65 ;

·jagħtu segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2019 “L-eliminazzjoni tad-Diskrepanza fil-Pagi bejn is-Sessi: “Politiki u Miżuri Ewlenin”;

·jiżguraw investimenti adegwati fis-servizzi ta’ edukazzjoni, fis-servizzi ta’ kura bikrija tat-tfal u servizzi ta’ kura fit-tul inkluż permezz ta’ finanzjament disponibbli tal-UE; kif ukoll

·jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ impenn dwar “in-Nisa fid-Dinja Diġitali”.

3.    Tmexxija b’mod ugwali fis-soċjetà

Il-kumpaniji, il-komunitajiet u l-pajjiżi jenħtieġ li jitmexxew kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, fid-diversità kollha tagħhom. Kemm jekk int mara kif ukoll jekk int raġel ma għandux jinfluwenza l-karriera tiegħek.

Il-kisba ta’ bilanċ bejn is-sessi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u fil-politika

Għad hemm wisq ftit wisq nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Kemm fil-politika kif ukoll fl-aġenziji tal-gvern, fl-ogħla qrati jew fuq il-bordijiet tal-kumpaniji. Dan huwa l-każ anki jekk l-ugwaljanza bejn is-sessi teżisti fil-livelli aktar baxxi. Jekk l-ogħla pożizzjonijiet jinżammu esklużivament mill-irġiel għal żmien twil, dan jifforma l-mudell ta’ reklutaġġ għas-suċċessuri, xi kultant biss minħabba preġudizzju mhux konxju.

Il-fatt li jkunu rappreżentati kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel huwa kruċjali għal tmexxija b’suċċess. Hija meħtieġa tmexxija inklużiva u varjata biex jissolvew l-isfidi kumplessi li jiffaċċjaw dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet illum. Aktar inklużjoni u aktar diversità hija essenzjali biex jitressqu ideat ġodda u approċċi innovattivi li jservu aħjar lis-soċjetà tal-UE dinamika u li tiffjorixxi. Li ċ-ċittadini minn sfondi kollha jitħallew jipparteċipaw b’mod sinifikanti fis-soċjetà hija prekundizzjoni meħtieġa għal demokrazija li tiffunzjona tajjeb u twassal għal tfassil ta’ politika aktar effettiva 66 .

Firxa wiesgħa ta’ talenti u ħiliet jikkontribwixxu għal teħid aħjar ta’ deċiżjonijiet u governanza korporattiva, u jixprunaw it-tkabbir ekonomiku. 67  Minkejja li sar xi progress f’dawn l-aħħar snin, is-sottorappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fin-negozji u fl-industrija tal-Ewropa għadha tippersisti 68 . 

Biex tgħin biex jitkisser is-saqaf tal-ħġieġ, il-Kummissjoni se tinsisti għall-adozzjoni tal-proposta tal-2012 għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi 69 li tistabbilixxi l-mira ta’ minimu ta’ 40 % tal-membri mhux eżekuttivi tas-sess l-anqas irrappreżentat fuq il-bordijiet tal-kumpaniji 70 .

B’mod parallel, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajbin li jindirizzaw il-bilanċ bejn is-sessi f’bordijiet eżekuttivi u pożizzjonijiet maniġerjali, li jieħdu l-eżempji ta’ proġetti nazzjonali jew reġjonali mmexxija minn gvernijiet, mis-soċjetà ċivili jew mis-settur privat. Il-Pjattaforma tal-UE ta’ Karti dwar id-Diversità 71 se sservi bħala pjattaforma għall-iskambju. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera ma’ proġetti madwar l-UE bħall-Indiċi Ewropew għad-Diversità bejn is-Sessi 72 .

Opportunità ugwali fil-parteċipazzjoni hija essenzjali għal demokrazija rappreżentattiva fil-livelli kollha – Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa bħala votanti u kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, f’kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ finanzjament u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki. Il-partiti politiċi Ewropej li jitolbu finanzjament mill-UE huma mħeġġa jkunu trasparenti dwar il-bilanċ bejn is-sessi tal-membri tal-partit politku tagħhom 73 .

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE ma jkunux eżenti milli jiżguraw bilanċ bejn is-sessi f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Il-Kummissjoni se tmexxi bl-eżempju. Bis-saħħa tas-sejħa qawwija tal-President von der Leyen biex tinkiseb parità bejn is-sessi fil-Kulleġġ tal-Kummissarji, s’issa hija għandha l-ogħla numru ta’ Kummissarji nisa. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tilħaq bilanċ bejn is-sessi ta’ 50 % fil-livelli kollha tal-ġestjoni tagħha sa tmiem l-2024 74 . Il-miżuri ta’ appoġġ se jinkludu miri kwantitattivi għall-ħatriet u programmi ta’ żvilupp ta’ tmexxija tan-nisa 75 . Il-Kummissjoni se żżid ukoll l-isforzi biex jintlaħaq sehem akbar ta’ maniġers nisa fl-aġenziji tal-UE 76 , u se tiżgura rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi fost il-kelliema u l-membri tal-bord tal-konferenzi li torganizza.

Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji aktar effettivi biex jiżdied in-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż permezz tal-Programm ta’ Tagħlim Reċiproku dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 77 . Il-Kummissjoni se xxerred ukoll data u analiżi tax-xejriet dwar ir-rappreżentanza tan-nisa u tal-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, European Institute for Gender Equality).

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella:

-lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex:

·jadottaw il-proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi; u

·jadottaw miżuri biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-maniġment tagħhom u f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija.

-lill-Istati Membri biex:

·jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi, ġaladarba tkun ġiet adottata; u

·jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex jiżdied in-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-politika u fit-tfassil tal-politika.

4.    Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u perspettiva intersezzjonali fil-politiki tal-UE

L-isfidi ewlenin li qed jaffettwaw l-UE llum – inklużi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-bidla demografika – kollha għandhom dimensjoni tal-ġeneru. L-inklużjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u fil-proċessi kollha tal-UE hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

L-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiżgura li l-politiki u l-programmi jimmassimizzaw il-potenzjal tan-nisa u l-irġiel kollha, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom. L-għan huwa d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-poter, tal-influwenza u tar-riżorsi b’mod ġust u ugwali bejn is-sessi, l-indirizzar tal-inugwaljanza, il-promozzjoni tal-ġustizzja u l-ħolqien ta’ opportunità.

Il-Kummissjoni se tintegra perspettiva ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fl-inizjattivi ewlenin kollha tal-Kummissjoni matul il-mandat attwali, iffaċilitat bil-ħatra tal-ewwel Kummissarju għall-Ugwaljanza, bħala portafoll awtonomu, u bil-ħolqien ta’ Task Force għall-Ugwaljanza 78 magħmula minn rappreżentanti tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. It-Task Force se tiżgura l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza, inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi, fil-livell operazzjonali u tekniku.

Bħala eżempju, il-politiki li ġejjin taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħal pereżempju l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini jew l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għall-Klima, jistgħu jkollhom impatt fuq in-nisa b’mod differenti mill-irġiel 79 . Fir-rigward tat-tibdil fil-klima, ir-rwol tan-nisa żgħażagħ b’mod partikolari kien notevoli li rriżulta fi spinta għall-bidla. In-nisa u l-irġiel mhumiex affettwati bl-istess mod mill-politiki ekoloġiċi li jittrattaw it-tibdil fil-klima (hemm inqas possibbiltajiet għan-nisa bħala rifuġjati minħabba l-klima), jew it-tranżizzjoni nadifa (hemm aktar nisa fil-faqar enerġetiku), it-trasport ħieles mill-emissjonijiet (aktar nisa jużaw it-trasport pubbliku). Għalhekk, l-indirizzar tad-dimensjoni tas-sessi jista’ jkollu rwol ewlieni fl-ingranaġġ tal-potenzjal sħiħ ta’ dawn il-politiki.

Eżempju ieħor huwa dak tad-diġitalizzazzjoni, li se tbiddel b’mod fundamentali l-ħajja tagħna u dik ta’ wliedna. F’din it-tranżizzjoni, huwa kruċjali li n-nisa jgħinu biex jinbena dak il-futur u li ħafna aktar bniet minn attwalment jiksbu ħiliet fl-IT biex ikunu jistgħu jaqdu rwol fit-tiswir tad-dinja diġitali ta’ għada.

Fi kwistjonijiet ta’ saħħa, in-nisa u l-irġiel jesperjenzaw riskji għas-saħħa u mard marbut mas-sess. Dimensjoni tas-sessi se tiġi integrata fil-Pjan Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer li se jitnieda fl-2020. Se jiġu ffaċilitati l-iskambji regolari ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-aspetti tas-saħħa tal-ġeneru, inkluż dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 se tiġi adottata fl-2020, u se tindirizza wkoll l-isfidi speċifiċi mal-ġeneru li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet f’abbuż ta’ sustanza.

L-intersezzjonalità tas-sess ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni se jiġu indirizzati fil-politiki kollha tal-UE. In-nisa huma grupp eteroġenju u jistgħu jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali abbażi ta’ diversi karatteristiċi personali. Pereżempju, mara migrant b’diżabbiltà tista’ tħabbat wiċċha ma’ diskriminazzjoni fuq tliet raġunijiet jew aktar. Jenħtieġ għalhekk li l-liġi, il-politiki tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom iwieġbu għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tan-nisa u tal-bniet fi gruppi differenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni li jmiss dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni u l-oqfsa strateġiċi tal-UE dwar id-diżabbiltà, il-persuni LGBTI+, l-inklużjoni tar-Rom u d-drittijiet tat-tfal se jkunu marbuta ma’ din l-istrateġija u ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-perspettiva intersezzjonali dejjem se tiggwida l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

5.    Azzjonijiet ta’ finanzjament biex isir progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jiżguraw l-integrazzjoni ta’ dimensjoni tal-ġeneru fil-qafas finanzjarju kollu, u b’mod aktar speċifiku f’diversi strumenti ta’ finanzjament u ta’ garanzija baġitarja tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm Ewropa Kreattiva, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU. Il-finanzjament se jappoġġja azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jinvesti f’faċilitajiet ta’ kura, jappoġġja l-intraprenditorija tan-nisa, jiġġieled is-segregazzjoni bejn is-sessi f’ċerti professjonijiet u jindirizza r-rappreżentanza żbilanċjata tal-bniet u tas-subien f’xi setturi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 80 propost jinkludi “kundizzjonijiet ta’ faċilitazzjoni” speċifiċi, li jirrikjedu li Stat Membru jkollu fis-seħħ qafas strateġiku nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prekundizzjoni biex isir użu mill-fondi meta jsir investiment fit-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol, tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jew l-infrastruttura tal-kura tat-tfal. “Kundizzjoni ta’ faċilitazzjoni” orizzontali oħra dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tinkludi l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tagħha u tapplika għall-investimenti kollha skont dan ir-Regolament.

Finanzjament iddedikat għal proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-istituzzjonijiet pubbliċi li jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi, inkluża l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, se jkun disponibbli permezz tal-Programm taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa u lill-bniet fil-qasam tal-ażil u tal-migrazzjoni. Permezz tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimmiraw azzjonijiet li jappoġġjaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fil-proċedura tal-ażil, kif ukoll azzjonijiet li jappoġġjaw l-integrazzjoni tan-nisa fis-soċjetà l-ġdida. Barra minn hekk, il-fond se jippermetti li jissaħħu l-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, inklużi vittmi nisa ta’ vjolenza sessista f’kuntesti tal-ażil u tal-migrazzjoni.

Fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni, il-Kummissjoni se tintroduċi miżuri ġodda biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn is-sessi f’Orizzont Ewropa, bħall-possibbiltà li jkun meħtieġ pjan ta’ ugwaljanza bejn is-sessi mill-applikanti u inizjattiva biex jiżdied l-għadd ta’ negozji ġodda tat-teknoloġija mmexxija min-nisa. Il-finanzjament għar-riċerka intersezzjonali u dwar is-sessi se jkun disponibbli wkoll.

Se jkun hemm ukoll opportunitajiet ta’ finanzjament biex jiżdied l-għarfien intraprenditorjali tan-nisa u l-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u biex isir investiment fl-iżvilupp tas-servizzi bażiċi f’żoni rurali skont il-Politika Agrikola Komuni. Bil-ħsieb li tingħata s-setgħa lin-nisa, hija ppjanata sejħa ġdida apposta għan-nisa fl-“ekonomija blu” 81 bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jmiss għall-2021-2027.

Strateġija ta’ Inklużjoni u Diversità għall-programm Erasmus+ tal-ġejjieni se tipprovdi gwida dwar kif il-programm jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn is-sessi fis-setturi kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport.

Il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli se tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-offerti pubbliċi.

F’konformità ma’ sejħiet ripetuti minn diversi Stati Membri u l-Parlament Ewropew 82 , il-Kummissjoni se tħares lejn l-impatt tas-sessi fuq l-attivitajiet tagħha u kif tkejjel in-nefqa relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell ta’ programm fil-QFP għall-2021-2027. L-eżitu tal-awditu li tnieda dan l-aħħar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-baġit tal-UE biex jippromwovi l-ugwaljanza se jikkontribwixxi għal dan il-proċess. Dan se jtejjeb l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċess tal-baġit tal-Kummissjoni, u jkompli jżid il-kontribuzzjoni magħmula mit-tfassil tal-politika u mill-allokazzjoni tar-riżorsi għall-għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

6.    Indirizzar tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fid-dinja kollha

L-inugwaljanza bejn is-sessi hija problema globali. L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa huwa objettiv ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE. Huwa importanti li l-azzjonijiet interni u esterni tal-UE f’dan il-qasam ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. L-UE tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-sħubiji internazzjonali tagħha, fid-djalogi politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi, fil-politika kummerċjali tal-UE kif ukoll fil-politiki tal-UE dwar il-viċinat u t-tkabbir, inkluż fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni u l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. Barra minn hekk, azzjonijiet relatati mal-ġeneru huma inklużi fl-azzjonijiet tal-UE f’sitwazzjonijiet fraġli, ta’ kunflitt u ta’ emerġenza.

Il-pjan ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa f’relazzjonijiet esterni ( 2016-2020) (GAPII) 83 jiffoka fuq it-tmiem tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, il-promozzjoni tal-għoti tas-setgħa ekonomika u soċjali tan-nisa u l-iżgurar li jiġu ssodisfati d-drittijiet umani, politiċi u ċivili tagħhom. Bi tkomplija mal-kisbiet u mat-tagħlimiet meħuda, il-GAP III se jitnieda fl-2020, b’approċċ komprensiv, u se jkun koerenti mal-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija permezz tal-integrazzjoni tal-elementi rilevanti kollha tagħha fl-azzjoni esterna tal-UE.

L-UE se tkompli tappoġġja d-drittijiet umani tan-nisa, se tiddefendi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, u l-isforzi biex titrażżan il-vjolenza sesswali u sessista madwar id-dinja, inkluż f’sitwazzjonijiet fraġli, ta’ kunflitt u ta’ emerġenza. L-UE nediet l-Inizjattiva Spotlight , programm globali konġunt bejn l-UE u n-NU b’allokazzjoni ġenerali tal-UE ta’ EUR 500 miljun biex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet. L-UE se tniedi kampanja #Withher fl-2020, imfassla biex tisfida normi u sterjotipi tas-sessi dannużi, li jipperpetwaw il-vjolenza kontra n-nisa madwar id-dinja. L-UE se tadotta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020–2024) fl-2020. L-UE se tkompli wkoll timplimenta l-Approċċ Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà għall-perjodu 2019-2024 84 .

Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi attivament l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-politika kummerċjali tagħha, inkluż permezz tal-impenn attiv tagħha dwar il-kwistjoni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Se tkompli tiġbor data diżaggregata skont il-ġeneru, biex jiġi żgurat li aspetti tal-ġeneru li jkunu relatati mal-kummerċ jiġu indirizzati b’mod adegwat fil-ftehimiet kummerċjali u biex jiġi kkunsidrat l-impatt tal-ġeneru f’inizjattivi kummerċjali.

Fil-pajjiżi msieħba, l-UE se tagħmel użu mill-Pjan ta’ Investiment Estern biex tippromwovi l-intraprenditorija u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Pereżempju, il-Faċilità tal-Inklużjoni Finanzjarja għan-Nisa waħedha għandha l-għan li tipprovdi EUR 100 miljun għall-aċċess għall-finanzi min-nisa. L-Istrateġija tal-UE mal-Afrika fl-2020 se tiffoka wkoll fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.

Fil-politiki esterni tal-UE, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tintuża fil-proċess baġitarju permezz tal-impenn li jiġi żgurat li 85 % tal-programmi l-ġodda kollha jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa 85 .



NAĦDMU FLIMKIEN GĦAL EWROPA LI TĦADDAN L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni Ewropea hija responsabbiltà konġunta. Dan jeħtieġ l-għaqda u l-azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE kollha, fi sħubija mas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-imsieħba soċjali u s-settur privat.

Il-Parlament Ewropew 86 u l-Kunsill 87 urew l-impenn tagħhom għall-ugwaljanza bejn is-sessi f’diversi riżoluzzjonijiet u konklużjonijiet li jsejħu lill-Kummissjoni biex tadotta Strateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u biex issaħħaħ l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta’ politika.

Filwaqt li jaħdmu flimkien, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jenħtieġ li japprofondixxu l-involviment tagħhom mas-soċjetà ċivili, inklużi l-movimenti u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-gvernijiet, biex isir progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jkomplu jkunu mexxejja globali.

Il-Kummissjoni tappella wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex b’mod tempestiv imexxu ’l quddiem il-ħidma tagħhom dwar il-proposti eżistenti u futuri tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-possibbiltajiet offruti għall-appoġġ finanzjarju tal-UE u jiżguraw it-titjib fl-ugwaljanza bejn is-sessi.

L-azzjonijiet ewlenin ippreżentati f’din l-istrateġija se jiġu aġġornati u ssupplimentati b’mod regolari. L-implimentazzjoni tagħhom se tiġi mmonitorjata, u l-progress se jiġi rrappurtat fuq bażi annwali. Dawn ir-rapporti se jservu bħala rendikont politiku annwali tal-progress li jkun sar. Minbarra eżempji ta’ prattika tajba fl-Istati Membri, ir-rapporti annwali se jinkludu wkoll data rilevanti, inkluż mill-Eurostat u mill-Eurofound, kif ukoll indikaturi biex jitkejjel il-progress, b’mod illi jittieħed kont tal-Indiċi annwali tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE. L-EIGE se tipprovdi wkoll data u riċerka biex jikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika bbażata fuq l-evidenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.

Meta naħdmu flimkien, nistgħu nagħmlu progress reali sal-2025 fil-kisba ta’ Ewropa li fiha n-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom, ikunu ugwali – li fiha jkunu ħielsa li jkomplu bil-perkors magħżul tagħhom fil-ħajja u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, li fiha jkollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu, u li fiha jkunu jistgħu jipparteċipaw bl-istess mod fis-soċjetà Ewropea tagħna.

(1)

Ara l-Artikoli 2 u 3(3) TUE, l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 TFUE u l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

(2)

  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf .

(3)

 Sal-2050, it-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi jwassal għal żieda fil-PDG per capita tal-UE minn 6,1 għal 9,6 %, li jammonta minn EUR 1,95 sa EUR 3,15 triljun: https://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/policy-areas/economic-and-financial-affairs/economic-benefits-gender-equality .

(4)

Fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, skont l-Indiċi tal-Ġeneru tal-SDG 2019 EM2030:  https://data.em2030.org/em2030-sdg-gender-index/ .

(5)

L-UE adottat sitt Direttivi li jkopru l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, li jaħdmu għal rashom, fl-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi, fis-sigurtà soċjali, fit-tqala u fil-maternità u dwar il-liv relatat mal-familja u l-arranġamenti ta’ xogħol flessibbli għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw. Flimkien dawn progressivament stabbilixxew standard legali madwar l-Ewropa li jiżgura protezzjoni wiesgħa mid-diskriminazzjoni. Bosta kawżi li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja komplew isaħħu l-prinċipju ta’ ugwaljanza u taw ġustizzja lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni.

(6)

“Ġeneru” għandha tfisser ir-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tqis xierqa għan-nisa u għall-irġiel, ara l-Artikolu 3(c) tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika.

(7)

 Ara l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, European Institute for Gender Equality) https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2019 .  

(8)

B’segwitu għall-impenn strateġiku tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi għall-2016-2019.

(9)

L-espressjoni “fid-diversità kollha tagħhom” tintuża f’din l-istrateġija biex tesprimi li, fejn jissemmew in-nisa jew l-irġiel, dawn huma kategoriji eteroġeni inkluż fir-rigward tas-sess l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tagħhom. Hija tafferma l-impenn li ħadd ma jitħalla barra u li tinkiseb Ewropa ta’ ugwaljanza bejn is-sessi għal kulħadd, irrispettivament mis-sess, mir-razza jew mill-oriġini etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

(10)

L-EIGE jiddefinixxi “l-intersezzjonalità” bħala “għodda analitika għall-istudju, għall-fehim u għar-rispons għall-modi li bihom is-sess u l-ġeneru jikkoinċidu ma’ karatteristiċi personali/identitajiet oħra, u kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni” (Ara: https://eige.europa.eu/thesaurus/terms/1263 ). Skont l-Artikolu 10 TFUE “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali”.

(11)

  https://beijing20.unwomen.org/en/about .

(12)

  https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goalsen .

(13)

L-Artikolu 3(d) tal-Konvenzjoni ta’ Istambul

(14)

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), “Vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha”, 2014 – ara l-infografiċi.

(15)

Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE (Opinjoni 1/19).

(16)

Iċ-ċifri fl-infografika ġejjin minn studji reċenti mill-Aħħar Netwerk Ewropew dwar l-MĠF, ara: https://www.endfgm.eu/female-genital-mutilation/fgm-in-europe .

(17)

Id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità

(18)

Pereżempju, 34 % tan-nisa bi problema ta’ saħħa jew diżabbiltà esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali, meta mqabbla ma’ 19 % tan-nisa li m’għandhomx problema ta’ saħħa jew diżabbiltà. FRA, “Vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha”, 2014.

(19)

Li jiġi implimentat il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà għall-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 6 (Nisa b’Diżabbiltà) u 16 (Il-libertà mill-isfruttar, mill-vjolenza u mill-abbuż).

(20)

Skont l-EIGE, “maskulinità” tirreferi għal “kunċetti differenti ta’ dak li jfisser li tkun raġel, inklużi mudelli ta’ kondotta marbuta mal-post tal-irġiel f’sett speċifiku ta’ rwoli u relazzjonijiet bejn is-sessi”, ara: https://eige.europa.eu/thesaurus/terms/1285 .

(21)

ILO, Il-Konvenzjoni (Nru 190) u r-Rakkomandazzjoni (Nru 206) dwar il-Vjolenza u l-Fastidju.

(22)

Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid).

(23)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/new-eu-rules-e-commerce .

(24)

Abbażi tal-kooperazzjoni taħt il-Forum tal-UE dwar l-Internet, li wasslet għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online.

(25)

It-traffikar tal-bnedmin huwa rikonoxxut bħala vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW).

(26)

Dan joħroġ mid-Direttiva 2011/36/UE Kontra t-Traffikar dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.

(27)

Ewrobarometru Speċjali 465, Ġunju 2017 – ara l-infografiki.

(28)

Il-Kummissjoni Ewropea, White paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja, COM (2020) 65 final: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/commission-white-paper-artificial-intelligence-feb2020_en.pdf .

(29)

  https://ec.europa.eu/info/horizon-europe-next-research-and-innovation-framework-programme_en .

(30)

Ara, pereżempju, “L-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur tal-midja”, studju li sar għall-Kumitat FEMM dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-Parlament Ewropew, 2018.

(31)

  https://ec.europa.eu/programmes/creative-europe/node_en .

(32)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/media-sub-programme-creative-europe .

(33)

Id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija.

(34)

B’mod partikolari, id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, id-Direttiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni, ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti.

(35)

Eurostat, 2019, https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-datasets/product?code=sdg_05_30 u https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=lfsi_emp_a&lang=en  ara l-infografika.

(36)

  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/pdfscache/35409.pdf u wkoll FRA, “Nisa Rom f’disa’ Stati Membri tal-UE”, 2019 – ara l-infografika.

(37)

Eurostat, Stħarriġ Furzat tax-Xogħol, kalkoli magħmula abbażi ta’ lfsa_eegan2 — ara l-infografika.

(38)

Ara, pereżempju, l-ENAR, “Ir-Razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-Impjiegi fl-Ewropa 2013-2017”, 2017.

(39)

Id-Direttiva (UE) 2019/1158 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw.

(40)

Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri sat-2 ta’ Awwissu 2022 (u sat-2 ta’ Awwissu 2024 fir-rigward tal-ħlas tal-aħħar ġimagħtejn tal-perjodu minimu ta’ xahrejn ta’ liv tal-ġenituri).

(41)

Għal miżuri eżistenti, ara r-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-2019, “Diversità u Ugwaljanza bejn is-Sessi” (dokument intern).

(42)

  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/economic-and-fiscal-policy-coordination/eu-economic-governance-monitoring-prevention-correction/european-semester_mt .

(43)

Il-prinċipju 2 tal-Pilastru huwa dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li diversi prinċipji oħra jindirizzaw l-isfidi relatati mas-sessi, inklużi l-prinċipji dwar l-opportunitajiet indaqs (il-prinċipju 3), il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (il-prinċipju 9), il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal (il-prinċipju 11), id-dħul għall-anzjani u l-pensjonijiet (il-prinċipju 15) u l-kura fit-tul (il-prinċipju 18).

(44)

 International Finance Corporation, Moving toward gender balance in private equity and venture capital, 2019; Biegel, S., Hunt, S. M., Kuhlman, S., Project Sage 2.0 Tracking venture capital with a gender lens, 2019; u Atomico, State of European Tech 2019 Report, https://2019.stateofeuropeantech.com/chapter/state-european-tech-2019/article/executive-summary – ara l-infografiki.

(45)

  https://ec.europa.eu/research/eic/index.cfm .  

(46)

Rapport PISA tal-2019, http://www.oecd.org/pisa/PISA%202018%20Insights%20and%20Interpretations%20FINAL%20PDF.pdf ; Il-Kummissjoni Ewropea, “Nisa fiż-Żmien Diġitali – Rapport Finali”, 2018; u r-”Rapport tal-2020 dwar id-Diskrepanza bejn is-Sessi” tal-Forum Ekonomiku Dinji – ara l-infografiki.

(47)

Eurostat, “A decomposition of the unadjusted gender pay gap using Structure of Earnings Survey data”, Dokument ta’ ħidma statistika, 2018.

(48)

Il-Kummissjoni Ewropea, “ICT for Work: Digital Skills in the Workplace” (ICT għax-Xogħol: Ħiliet Diġitali fil-Post tax-Xogħol), 2017.

(49)

It-Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni.

(50)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/EDN-20180425-1 .

(51)

  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/9540ffa1-4478-11e9-a8ed-01aa75ed71a1/language-en .

(52)

Ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika.

(53)

2018 International Computer and Information Literacy Study (ICILS).

(54)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/eu-countries-commit-boost-participation-women-digital .

(55)

Eurostat, 2018 fuq  https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/view/SDG_05_20?lang=en ; https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=ilc_pnp13&lang=en  u  https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=ilc_pnp14&lang=en ara l-infografiki.

(56)

Waħda mir-raġunijiet hija l-fatt li bħala medja n-nisa jqattgħu inqas sigħat f’xogħol imħallas mill-irġiel: filwaqt li 8 % biss tal-irġiel fl-UE jaħdmu part-time, kważi terz tan-nisa madwar l-UE (31 %) jagħmlu dan - ara l-Eurostat, 2018, https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20190621-1 .

(57)

Evalwazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti fid-Direttiva 2006/54/KE li timplimenta l-prinċipju tat-Trattat dwar “paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali”, SWD (2020) 50; Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2017-2019 tal-UE dwar l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa, COM(2020)101.

(58)

Għandha titnieda flimkien ma’ din l-istrateġija.

(59)

Rapport finali dwar il-grupp ta’ esperti f’livell għoli dwar il-pensjonijiet, Diċembru 2019,
https://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3589&Lang=MT .

(60)

Maldonado, L. C., & Nieuwenhuis, R., “Family policies and single parent poverty in 18 OECD countries (Politiki tal-familja u faqar ta’ ġenituri waħedhom fi 18-il pajjiż tal-OECD), 1978-2008”. Komunità, Xogħol u Familja, 18(4): 395–415.

(61)

  https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---cabinet/documents/publication/wcms_713376.pdf .

(62)

Eurofound, “Striking a balance (It-tiftix ta’ bilanċ): Reconciling work and life in the EU” (Ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja fl-UE), 2018 – ara l-infografiki.

(63)

Hoffmann, F., & Rodrigues, R., “Informal carers: who takes care of them?”, Sommarju tal-politika ta’ April 2010 Ċentru Ewropew għall-Politika u r-Riċerka dwar l-Assistenza Soċjali, Vjenna - ara l-infografiki.

(64)

  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/bcn_objectives-report2018_web_en.pdf .

(65)

Dan jinkludi d-Direttiva riformulata dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg u fix-xogħol, id-Direttivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawk li jaħdmu għal rashom, fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, fis-sigurtà soċjali, fit-tqala u fil-maternità, fid-Direttiva dwar ix-xogħol part-time, fid-Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, fir-Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, u fir-Rakkomandazzjoni dwar il-korpi tal-ugwaljanza.

(66)

EIGE Gender Statistics Database, “National parliaments: Single/lower house”, 2019 – ara l-infografika.

(67)

ILO, “The business case for change”, 2019; McKinsey, “Women Matter report”, 2017; Catalyst, “Why Diversity and Inclusion Matter”, 2018; Rohini Anand, “Gender-Balanced Teams Linked to Better Business Performance: A Sodexo Study”, 2016.

(68)

Bażi tad-data tal-EIGE għall-istatistiki marbuta mal-ġeneru, “Women and men in decision-making” 2019 – ara l-infografika.

(69)

COM(2012)614 final.

(70)

Hemm riżultati pożittivi f’diversi pajjiżi li introduċew miżuri leġiżlattivi rilevanti, inkluż Franza, l-Italja, il-Belġju, il-Ġermanja u aktar reċentement l-Awstrija u l-Portugall. Ara

https://eige.europa.eu/publications/gender-equality-index-2019-report/more-gender-equality-corporate-boards-only-few-member-states .

(71)

  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/combatting-discrimination/tackling-discrimination/diversity-management/eu-platform-diversity-charters_en .

(72)

 Il-proġetti rilevanti jinkludu n-Nisa Ewropej fuq il-Bordijiet: https://europeanwomenonboards.eu/ .

(73)

Ir-Regolament 2018/673 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, il-premessa 6.

(74)

Fl-2019, 41 % tal-maniġers fil-Kummissjoni kienu nisa (minn 30 % fl-2014). Dan kien jinkludi 37 % tal-maniġers superjuri (minn 27 %) u 42 % tal-maniġers intermedji (minn 31 %).

(75)

Għall-miżuri eżistenti: Il-Kummissjoni Ewropea, “Diversity and Gender Equality Report 2019” (Rapport tal-2019 dwar id-Diversità u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi), Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

(76)

Aktar minn tliet minn kull erba’ aġenziji bħalissa huma mmexxija mill-irġiel.

(77)

  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/gender-equality/who-we-work-gender-equality/mutual-learning-programme-gender-equality_en .

(78)

It-Task Force se tiffaċilita l-integrazzjoni tal-ugwaljanza fir-rigward ta’ sitt raġunijiet ta’ diskriminazzjoni: sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali.

(79)

Fiż-żewġ każijiet, attenzjoni speċifika lejn l-anzjani (f’termini ta’ rinnovazzjonijiet sostenibbli futuri jew, għal politiki ta’ adattament tal-klima, miżuri matul perjodi ta’ sħana estrema biex itejbu l-idratazzjoni) se jkollhom, pereżempju, impatt pożittiv fuq in-nisa b’mod partikolari minħabba li huma jiffurmaw il-maġġoranza tal-popolazzjoni anzjana.

(80)

COM/2018/375 final.

(81)

  https://ec.europa.eu/jrc/en/news/how-big-eus-blue-economy-eu-report-potential-coasts-and-oceans-provide-sustainable-economic-growth .

(82)

  http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/FEMM/DV/2018/09-03/20180828DraftResolutionGenderBudgetingintheEUBudget-thewayforward_EN.pdf .

(83)

  https://europa.eu/capacity4dev/articles/eu-gender-action-plan-ii-how-eu-delegations-contribute-gender-equality-worldwide .

(84)

L-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS, Women, Peace and Security) huwa anness mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar id-WPS adottati fl-10 ta’ Diċembru 2018, (dokument tal-Kunsill 15086/18), https://www.consilium.europa.eu/media/37412/st15086-en18.pdf ,
u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) għall-perjodu 2019-2024, tal-4 ta’ Lulju 2019 SEAE (2019) 747,

https://www.consilium.europa.eu/register/en/content/out?&typ=ENTRY&i=ADV&DOC_ID=ST-11031-2019-INIT .

(85)

Il-kejl isir skont il-Punt ta’ Riferiment tal-Politika dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-OECD. B’mod speċifiku għall-għajnuna umanitarja, il-Kummissjoni tapplika l-punt ta’ riferiment umanitarju tagħha stess li jieħu kont tal-ġeneru u tal-età.

(86)

Ir-riżoluzzjonijiet reċenti tal-Parlament Ewropew dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jinkludu: Ir-riżoluzzjoni  2019/2870(RSP)  tal-Parlament Ewropew (RSP) tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi tal-irġiel u tan-nisa; Ir-riżoluzzjoni 2019/2855(RSP)  tal-Parlament Ewropew (RSP) tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istambul u miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza sessista; Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2016/2249(INI) tal-14 ta’ Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015.

(87)

Il-Konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jinkludu: Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2019 dwar ekonomiji ugwali bejn is-sessi fl-UE: It-triq ’il quddiem – analiżi ta’ 25 sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar L-Ekonomija tal-Benesseri; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019 dwar l-Għeluq tad-Distakk fil-Pagi bejn is-Sessi: “Politiki u Miżuri Ewlenin”.

Top