Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0401

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

COM/2019/401 final

Brussell, 30.8.2019

COM(2019) 401 final

2019/0181(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea
u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-kuntest tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Mejju 2009, l-UE affermat mill-ġdid l-appoġġ politiku tagħha għal-liberalizzazzjoni sħiħa tar-reġim tal-viżi f'ambjent sikur, u għall-promozzjoni tal-mobilità billi jiġu konklużi l-ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viżi u r-riammissjonijiet mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. Skont l-approċċ komuni għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi li ġie miftiehem fil-livell ta’ COREPER mill-Istati Membri f’Diċembru 2005, ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi ma jiġix konkluż mingħajr ma jkun hemm fis-seħħ ftehim ta' riammissjoni.

Abbażi ta’ dan, fit-12 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjoni lill-Kunsill bil-ħsieb li jinkisbu direttivi biex jiġu nnegozjati Ftehimiet mar-Repubblika tal-Belarussja dwar, rispettivament, il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni qosra, u r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill awtorizza formalment lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta’ riammissjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja.

In-negozjati tnedew formalment fit-30 ta’ Jannar 2014 u l-ewwel ċiklu ta’ negozjati formali sar f’Minsk fit-13 ta’ Ġunju 2014. Wara kien hemm tliet sessjonijiet ta’ negozjati l-ewwel fi Brussell fil-25 ta’ Novembru 2014 u imbagħad fil-11 ta’ Marzu 2015 u fl-20 ta’ Ġunju 2017 f’Minsk. In-negozjaturi ewlenin inizjalaw it-test tal-ftehim fis-17 ta’ Ġunju 2019 permezz ta’ skambju ta’ ittri elettroniċi.

Sadanittant, il-Belarussja, l-Unjoni Ewropea u seba’ Stati Membri parteċipanti (il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija, il-Finlandja u l-Latvja) iffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar Sħubija għall-Mobbiltà fit-13 ta’ Ottubru 2016.

L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha tan-negozjati waqt il-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill rilevanti. L-abbozz finali tat-test tal-Ftehim kien kondiviż mal-Kunsilliera għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (l-Integrazzjoni, il-Migrazzjoni u t-Tkeċċija) u ġie approvat, permezz ta’ proċedura ta’ silenzju, fit-12 ta’ April 2019.

Fis-17 ta’ April 2019, il-Parlament Ewropew ġie infurmat dwar il-konklużjoni tan-negozjati kemm dwar il-Ftehimiet ta’ Faċilitazzjoni tal-Viża u ta’ Riammissjoni, permezz ta’ ittra mibgħuta mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni lill-President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. L-abbozzi tat-testi taż-żewġ Ftehimiet ġew annessi.

Id-deċiżjoni proposta rigward il-konklużjoni tippreżenta l-arranġamenti interni neċessarji għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari, tispeċifika li l-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, jirrappreżentaw lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 19 tal-Ftehim.

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrumenti legali għall-iffirmar tal-Ftehim. Il-Kunsill se jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

2.L-GĦAN U L-KONTENUT TAL-FTEHIM

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem: “il-Ftehim”) għandu l-għan li jistabbilixxi proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill fid-direttivi ta’ negozjar tiegħu ntlaħqu, u li l-abbozz tal-Ftehim ta' Riammissjoni huwa aċċettabbli għall-Unjoni.

Il-kontenut finali ta' dan il-Ftehim jista’ jinġabar fil-qosor kif ġej:

Il-Ftehim hu maqsum fi 8 taqsimiet b’total ta’ 24 artikolu. Il-Ftehim fih ukoll 7 annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu, u 5 dikjarazzjonijiet konġunti.

Il-Ftehim fih klawżola ta' ftuħ, li tafferma mill-ġdid li l-Ftehim jiġi applikat sabiex jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Istat Rikjest u tal-Istat Rikjedenti taħt strumenti internazzjonali relevanti applikabbli għalihom, u jtenni li l-Istat Rikjest jiżgura b'mod partikulari l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni riammessi fit-territorju tiegħu f’konformità ma' dawk l-istrumenti internazzjonali.

L-obbligi ta’ riammissjoni stipulati fil-Ftehim (mill-Artikolu 3 sa 6) huma mfassla b’mod kompletament reċiproku, u jinkludu ċittadini proprji (l-Artikoli 3 u 5) kif ukoll ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 4 u 6).

L-obbligu li pajjiż jilqa’ lura liċ-ċittadini proprji jinkludi wkoll lill-eks ċittadini proprji li jkunu ġew imċaħħda miċ-ċittadinanza tagħhom, jew li jkunu rrinunzjawha, mingħajr ma kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat ieħor.

L-obbligu ta’ riammissjoni fir-rigward ta’ ċittadini proprji jkopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied minorenni mhux miżżewġa) indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom u li ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Rikjedenti.

L-obbligu li jkunu riammessi ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 4 u 6) huwa marbut mal-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata jkollha, fil-mument tad-dħul, permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjest jew viża valida maħruġa mill-Istat Rikjest flimkien ma’ prova ta’ dħul fit-territorju tal-Istat Rikjest; jew (b) il-persuni kkonċernati jkunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istat Rikjest wara li jkunu qagħdu fit-territorju tal-Istat Rikjest, jew għaddew minnu. Tali obbligu ta’ riammissjoni ma japplikax fir-rigward ta’ persuni li kienu biss fi tranżitu bl-ajru jew li nħarġulhom viża jew permess ta’ residenza mill-Istat Rikjedenti sakemm i) il-viża jew il-permess ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Rikjest, ikollhom perjodu ta’ validità itwal, ii) il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjedenti jkun inkiseb b’mod frodulenti jew iii) dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni marbuta mal-viża.

Għall-persuni ta’ ċittadinanza proprja, fil-każ ta’ skadenza ta’ żmien definit, kif ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi, il-Belarussja taċċetta l-użu tad-dokument tal-ivjaġġar Ewropew għar-ritorn (l-Artikoli 3(5) u 4(3)). Id-dokument standard ekwivalenti tar-Repubblika tal-Belarussja huwa inkluż fl-Anness 7.

It-Taqsima III tal-Ftehim (mill-Artikolu 7 sa 13 flimkien mal-Annessi 1 sa 5) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa dwar il-proċedura ta' riammissjoni (applikazzjoni għal riammissjoni, mezzi ta’ provi, limiti taż-żmien, modalitajiet tat-trasferiment u metodi tat-trasport) u “riammissjoni bi żball” (l-Artikolu 13). Xi flessibbiltà proċedurali tiġi pprovduta mill-fatt li l-ebda applikazzjoni għal riammissjoni ma tkun meħtieġa f’każijiet fejn il-persuna li għandha tkun riammessa jkollha dokument għall-ivvjaġġar validu (l-Artikolu 7(2)).

Fl-Artikolu 7(3), il-Ftehim jispjega l-hekk imsejħa proċedura aċċelerata, li ntlaħaq ftehim dwarha għal persuni li jkunu nqabdu f’żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Belarussja, kif ukoll fit-territorju tal-ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u l-Belarussja. Skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjonijiet għal riammissjoni jridu jiġu sottomessi fi żmien jumejn, u r-risposti jridu joħorġu fi żmien jumejn ta’ xogħol, filwaqt li skont il-proċedura normali t-terminu għar-risposti huwa ta’ għaxart ijiem kalendarji (l-Artikolu 11(2)).

Il-Ftehim fih taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 14 u 15 flimkien mal-Anness 6).

L-Artikoli 16, 17 u 18 fihom ir-regoli meħtieġa dwar il-kostijiet, il-protezzjoni tad-data u r-rabta ma’ obbligi oħra internazzjonali.

Il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni se jkun magħmul, u se jkollu d-dmirijiet u s-setgħat, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 19.

Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Artikolu 20 joħloq il-possibbiltà għall-Belarussja u għall-Istati Membri individwali li jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-rabta bejn il-ftehimiet jew arranġamenti bilaterali u dan il-Ftehim hi ċċarata bl-Artikolu 21.

Id-dispożizzjonijiet finali (mill-Artikoli 22 sa 24) fihom ir-regoli meħtieġa dwar l-applikazzjoni territorjali, id-dħul fis-seħħ, il-perjodu ta’ validità. t-terminazzjoni, l-emendi possibbli, is-sospensjoni, it-tmiem u l-istat legali tal-annessi tal-ftehim.

Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq hija riflessa fil-preambolu, l-Artikolu 1(d), l-Artikolu 22(2) u, fir-rigward tad-Danimarka, f’dikjarazzjoni konġunta rilevanti. L-assoċjazzjoni mill-qrib tal-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen ġiet meqjusa, u hija riflessa f’dikjarazzjoni konġunti relevanti mal-Ftehim.

3.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

Din il-proposta hija ppreżentata lill-Kunsill sabiex jiġi konkluż il-Ftehim.

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 79(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux applikabbli.

·Proporzjonalità

Il-proposta preżenti ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv segwit, jiġifieri l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma tinvolvix kostijiet addizzjonali għall-baġit tal-UE.

5.KONKLUŻJONIJIET

Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill, wara li jkun irċieva l-kunsens mill-Parlament Ewropew, japprova l-konklużjoni tal-Ftehim mehmuż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

2019/0181 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea
u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 1 ,

Billi:

(1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX/XXX 2 , il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Kummissjoni fi [ ], suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)Fil-kuntest tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Mejju 2009, l-Unjoni u l-pajjiżi sħab affermaw mill-ġdid l-appoġġ politiku tagħhom għal-liberalizzazzjoni sħiħa tar-reġim tal-viżi f’ambjent sikur, u għall-promozzjoni tal-mobilità billi jiġu konklużi l-ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viżi u r-riammissjonijiet mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

(3)L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

(4)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrappreżenta l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni li huwa stabbilit mill-Artikolu 19 tal-Ftehim.

(5)Skont [l-Artikoli 1 u 2] l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-istess Protokoll,] ir-Renju Unit [mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhux se jkun marbut biha jew marbut bl-applikazzjoni tagħha kemm-il darba ma jinnotifikax ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem skont dak il-Protokoll] / innotifika [, permezz ta’ ittra ta’…,] ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

(6)Skont [l-Artikoli 1 u 2] l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll,] l-Irlanda [mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex ser tkun marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha [sakemm ma tinnotifikax ix-xewqa tagħha għal dan skont dak il-Protokoll] / tkun innotifikat [, permezz ta’ ittra ta’…,] ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

(7)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)Għaldaqstant, il-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti huma mehmuża ma’ din id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 19 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha 3 .

 

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    Deċiżjoni tal-Kunsill, ta’ . .2019, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L , , p. ).
(3)    Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Top

Brussell, 30.8.2019

COM(2019) 401 final

ANNESS

ta' [...]

Abbozz ta' proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni


ANNESS

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja

dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TAL-BELARUSSJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Belarussja”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv,

JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta' dan il-Ftehim u fuq bażi ta' reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta' persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta' dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta' dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Belarussja li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll tiegħu tal-31 ta’ Jannar 1967,

IQISU li taħt il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem f’dan il-Ftehim sakemm ma jinnotifikawx ix-xewqa tagħhom għal dak l-effett taħt dak il-Protokoll,

IQISU li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqgħu taħt l-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)    “Partijiet” tfisser il-Belarussja u l-Unjoni;

(b)    “Ċittadin tal-Belarussja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità tal-Belarussja;

(c)    “Ċittadin ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-finijiet tal-Unjoni, ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(d)    “Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea marbut b’dan il-Ftehim;

(e)    “Persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz” għandha tfisser kwalunkwe persuna ta' nazzjonalità li ma tkunx dik tal-Belarussja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri;

(f)    “Persuna apolida” tfisser kwalunkwe persuna li ma jkollhiex ċittadinanza;

(g)    “Permess ta’ residenza” tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Belarussja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lil persuna għal residenza fit-territorju tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija b’rabta mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal ażil jew applikazzjoni għall-permess ta’ residenza;

(h)    “Viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Belarussja jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-viża ta' tranżitu fl-ajruport;

(i)    “Stat Rikjedenti” għandu jfisser l-Istat (il-Belarussja jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

(j)    “Stat Rikjest” tfisser l-Istat (il-Belarussja jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

(k)    “Awtorità Kompetenti” tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Belarussja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 20 (1) (a) tiegħu;

(l)    “Tranżitu” għall-fini tat-Taqsima IV tfisser il-passaġġ ta’ persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Rikjest meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

(m)    “Reġjun fuq il-fruntiera” tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Belarussja, kif ukoll it-territorji ta’ l-ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u l-Belarussja.

Artikolu 2

Prinċipji Fundamentali

Filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, l-Istat Rikjest u l-Istat Rikjedenti, fl-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim għal persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, għandhom jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-obbligi u r-responsabbiltajiet li ġejjin minn strumenti internazzjonali rilevanti applikabbli għall-partijiet, b’mod partikolari:

-    id-Dikjarazzjoni Universali tal-1948 tad-Drittijiet tal-Bniedem

-    il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-1950

-    il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali tal-1965

-    il-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi

-    il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani u Degradanti Oħra tal-1984

-    il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll tagħha tal-1967.

L-Istat Rikjest għandu jiżgura b’mod partikolari, f’konformità mal-obbligi tiegħu skont l-istrumenti internazzjonali elenkati hawn fuq, il-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni riammessi fit-territorju tiegħu.

Taqsima I

Obbligi ta’ riammissjoni mill-Belarussja

Artikolu 3

Riammissjoni ta' ċittadini proprji

1.    Il-Belarussja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan il-Ftehim, kull persuna li ma tkunx tissodisfa, jew ma tkunx għadha tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti, sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li huma ċittadini tal-Armenja.

2.    Il-Belarussja għandha tirriammetti wkoll:

- ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba;

- konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra jew huma apolidi, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Belarussja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru rikjedenti.

3.    Il-Belarussja għandha wkoll tirriammetti kull persuna li, wara d-dħul tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru, tkun ġiet imċaħħda jew tkun irrinunzjat in-nazzjonalità tal-Belarussja, għajr jekk din il-persuna tkun kisbet tal-inqas il-wiegħda li tikseb in-naturalizzazzjoni minn Stat Membru.

4.     Wara li l-Belarussja tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari tal-Belarussja għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li għandha tiġi riammessa, immedjatament, bla ħlas u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar b’validità ta’ sitt xhur li jkun meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa. Jekk fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, il-Belarussja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, titqies li qed taċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn (f’konformità mal-formola stipulata fir-Regolament (UE) 2016/1953).

5.    Jekk, għal raġunijiet legali jew oħrajn, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni kompetenti diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Belarussja għandha toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. Jekk fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, il-Belarussja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid, titqies li qed taċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn (f’konformità mal-formola stipulata fir-Regolament (UE) 2016/1953).

Artikolu 4

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

1.    Il-Belarussja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk previsti f’dan il-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, permess ta’ residenza maħruġ mill-Belarussja; jew

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, viża valida maħruġa mill-Belarussja flimkien ma’ prova ta’ dħul fit-territorju tal-Belarussja; jew

ikunu daħlu illegalment fit-territorju tal-Istati Membri wara li jkun qagħdu fit-territorju tal-Belarussja, jew għaddew minnu.

2.    L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

 

(a)    iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Belarussja; jew

(b)    l-Istat Membru rikjedenti jkun ħareġ lill-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm:

 

-    dik il-persuna għandha fil-pussess tagħha viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Belarussja, li għandha perjodu ta’ validità itwal; jew

-    il-viża jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Istat Membru rikjedenti nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz; jew

-    dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża;

3.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Belarussja tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, l-Istat Membru Rikjedenti joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn tal-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata (f’konformità mal-formola stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/1953).

Taqsima II

Obbligi ta’ riammissjoni tal-Unjoni

Artikolu 5

Riammissjoni ta' ċittadini proprji

1.    Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Belarussja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan il-ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li hija ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.

2.    Stat Membru għandu wkoll jirriammetti:

- ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Belarussja;

- konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom ċittadinanza oħra jew huma apolidi, sakemm ikollhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru Rikjedenti, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Belarussja;

3.    Stat Membru għandu jirriammetti wkoll persuni li, wara d-dħul tagħhom fit-territorju tal-Belarussja, ikunu ġew imċaħħda jew ikunu irrinunzjaw għan-nazzjonalità ta’ Stat Membru, għajr jekk din il-persuna tkun kisbet tal-inqas il-wiegħda li tikseb in-naturalizzazzjoni mill-Belarussja.

4.     Wara li l-Istat Membru Rikjest ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament, bla ħlas u fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ sitt xhur. Jekk fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol l-Istat Membru Rikjest ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Belarussja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 7).

5.    Jekk, għal raġunijiet legali jew oħrajn, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Membru għandha, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol u bla ħlas, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Belarussja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Anness 7).

Artikolu 6

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

1.    Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Belarussja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Membru Rikjest; jew

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, viża valida maħruġa mill-Istat Membru Rikjest flimkien ma’ prova ta’ dħul fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest; jew

ikunu daħlu illegalment fit-territorju tal-Belarussja wara li jkun qagħdu fit-territorju tal-Istat Membru Rikjest, jew għaddew minnu.

2.    L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

(a)    iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Istat Membru mitlub; jew

(b)    il-Belarussja ħarġet permess ta’ residenza lill-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida viża jew qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha sakemm:

 

-    dik il-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Membru rikjest, li għandha perjodu itwal ta’ validità itwal; jew

-    il-viża jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Belarussja nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz, jew

-dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża.

3.    L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li jkun ħareġ viża jew permess ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew permess ta’ residenza, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 jkun tal-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni tar-riammissjoni, il-Belarussja tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha (l-Anness 7).

Taqsima III

Il-Proċedura ta’ Riammissjoni

Artikolu 7

Il-Prinċipji

1.    Suġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha tiġi riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 3 sa 6 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

2.    Jekk il-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha kwalunkwe dokument tal-ivvjaġġar validu elenkat fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim u, fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi, viża valida jew permess ta’ residenza tal-Istat Rikjest, it-trasferiment ta’ dik il-persuna jista’ jsir mingħajr il-ħtieġa li l-Istat Rikjedenti jippreżenta applikazzjoni għal riammissjoni jew komunikazzjoni bil-miktub taħt l-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk persuna tinqabad fir-reġjun tal-fruntiera (inklużi ajruporti) tal-Istat Rikjedenti wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest, l-Istat Rikjedenti jista’ jissottometti applikazzjoni ta’ riammissjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta din il-persuna tinqabad (proċedura aċċellerata).

Artikolu 8

Applikazzjoni ta’ riammissjoni

1.    Sa fejn ikun possibbli, kull applikazzjoni ta’ riammissjoni għandu jkollha fiha l-informazzjoni li ġejja:

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta' residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji ta’ konjuġi u/jew ta’ tfal minorenni mhux miżżewġa;

f’każ ta’ ċittadini proprji, indikazzjoni tal-mezzi ta’ prova jew evidenza prima facie taċ-ċittadinanza kif inhu stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun se tingħata prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhu previst fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

ritratt tal-persuna li tkun se tiġi riammessa;

fejn meħtieġ, marki tas-swaba’, f’konformità mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Istat Rikjedenti.

2.    Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta’ riammissjoni għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)    dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun se tiġi ttrasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, ġaladarba l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din id-dikjarazzjoni;

(b)    kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

3.    Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5 ta’ dan il-Ftehim.

4.    L-applikazzjoni ta’ riammissjoni tista’ titressaq permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

Artikolu 9

Mezzi ta’ evidenza dwar iċ-ċittadinanza

1.    Il-prova dwar in-nazzjonalità skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-ċittadinanza mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

2.    Evidenza prima facie taċ-ċittadinanza skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) tista’ tiġi pprovduta b’mod partikulari permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati dokumenti bħal dawn, l-Istati Membri u l-Belarussja jqisu li ċ-ċittadinanza tkun ġiet stabbilita, ġaladarba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. L-evidenza prima facie tan-nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

3.    Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Rikjest ikkonċernat, fuq talba mill-Istat Rikjedenti li għandu jkun inkluż fl-applikazzjoni ta’ riammissjoni, għandha tintervista lill-persuna li tkun se tiġi riammessa mingħajr dewmien żejjed, mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji mill-jum li fih issir it-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tkun stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 20 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Mezzi ta’ provi dwar ċittadini ta’ pajjiż terz u ta’ persuni apolidi

1.    Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) tiġi pprovduta permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Belarussja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.    L-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikolu 4 (1) u fl-Artikolu 6 (1) tingħata permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Belarussja jqisu li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti, ġaladarba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.    L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata fejn la jkun hemm inkluża l-viża meħtieġa u lanqas permess ta’ residenza għat-territorju tal-Istat Rikjedenti. Dikjarazzjoni mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti neċessarji tal-ivvjaġġar, tal-viża jew tal-permess ta' residenza għandha titqies ukoll bħala prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 11

Skadenzi

1.    L-applikazzjoni għar-riammissjoni tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest fi żmien massimu ta’ 180 jum minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti ssir taf li ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Jekk ikun hemm ostakli legali jew oħrajn għas-sottomissjoni fil-ħin tal-applikazzjoni, il-limitu ta’ żmien, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, għandu jiġi estiż iżda biss sakemm l-ostakli ma jkunux għadhom fis-seħħ.

2.    Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni

-    fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 7(3));

-    fi żmien għaxart ijiem kalendarji fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mid-data tal-irċevuta tat-talba ta’ riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan il-limitu ta’ żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.    Ir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba ta’ riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

4.    Wara li jkun ingħata l-ftehim jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan it-terminu ta’ żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew prattiċi.

Artikolu 12

Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest tal-anqas 72 siegħa qabel dwar id-data ta’ trasferiment, il-punt ta’ dħul internazzjonali, l-iskorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.    It-trasportazzjoni tista’ ssir bi kwalunkwe mezz, inkluż dak bl-ajru. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tal-Belarussja jew tal-Istati Membri u jista’ jseħħ bl-użu ta’ titjiriet skedati jew titjiriet charter. Fil-każ ta’ ritorn bi skorta, dawn l-iskorti ma għandhomx għala jkunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, ġaladarba jkunu persuni awtorizzati mill-Belarussja jew minn kwalunkwe Stat Membru.

3. Jekk it-trasferiment isir bl-ajru, l-iskorti possibbli għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiksbu l-viżi meħtieġa.

Artikolu 13



Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Rikjest, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan il-Ftehim ma jkunux ġew issodisfati.

F’dawn il-każijiet ir-regoli proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mutatis mutandis u tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-identità u ċ-ċittadinanza attwali tal-persuna li għandha tittieħed lura.

Taqsima IV

Operazzjonijiet ta’ Tranżitu

Artikolu 14

Il-Prinċipji

1.    L-Istati Membri u l-Belarussja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi għal każijiet fejn tali persuni ma jkunux jistgħu jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

2.    Il-Belarussja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk il-Belarussja titlob dan, jekk jiġi żgurat il-fatt li jsir il-vjaġġ lejn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta’ destinazzjoni.

3.    It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mill-Belarussja jew minn Stat Membru:

 

jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun f’riskju li tiġi ttorturata jew soġġetta għal trattament inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew il-konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun soġġetta għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Rikjest jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Rikjest.

4.    Il-Belarussja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew joħorġu fid-deher aktar tard u jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk ma jkunux aktar żgurati l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu possibbli jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni. F’dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 15

Proċedura għat-tranżitu

1.    L-applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)    it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra ta’ tranżitu possibbli u d-destinazzjoni finali prevista;

(b)id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)    Il-punt ta’ dħul internazzjonali previst, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli ta’ skorti;

(d)dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 (2) huma ssodisfati, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 14(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu tinsab mehmuża mal-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

L-applikazzjoni ta’ tranżitu tista’ titressaq permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

2.    Fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara li tiġi riċevuta l-applikazzjoni bil-miktub, l-Istat Rikjest għandu jinforma bil-miktub lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, it-tranżitu jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta’ tranżitu tista’ tiġi ppreżentat bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

3.    Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun se tiġi riammessa u l-iskorti possibbli għandhom jiġu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport.

4.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b'mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ kumditajiet xierqa għal dan il-fini.

Taqsima V

Il-kostijiet

Artikolu 16

Kostijiet tat-trasport u t-tranżitu

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-kostijiet marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li għandha tiġi riammessa jew partijiet terzi, il-kostijiet kollha tat-trasport imġarrba minħabba l-operazzjonijiet tar-riammissjoni u tat-tranżitu taħt dan il-Ftehim sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

Taqsima VI

Protezzjoni tad-data u l-klawżola tan-nuqqas ta’ effett

Artikolu 17

Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk tali komunikazzjoni tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Belorussja jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari, inkluż it-trasferiment tagħha lill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra, għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Belarussja u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, ir-Regolament (UE) No2016/679). Fi kwalunkwe każ, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)    data personali għandha tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data;

(b)    data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop;

(c)    data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi pproċessata aktar; b’mod partikolari, data personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

-    id-dettalji tal-persuna li tkun se tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti);

-    il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

-    il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji,

-    informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim, bħal ritratt jew marki tas-swaba’,

-    ċirkostanzi speċjali dwar il-persuna li qed tiġi trasferita, inkluż indikazzjoni li hija persuna perikoluża jew li tikkonċerna l-istat tas-saħħa tagħha jew indikazzjoni u data dwar is-saħħa għall-iskop tal-provvediment ta’ kura jew trattament tas-saħħa taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonista soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali;

(d)    data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e)    data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-fini li għalih tkun inġabret id-data jew li kompliet tiġi pproċessata;

(f)    data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li tiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali, inkluż il-protezzjoni kontra proċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telfien, il-qerda jew il-ħsara inċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa.

(g)    kemm l-awtorità li tikkomunika d-data kif ukoll l-awtorità li tirċeviha jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali jekk l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikulari għaliex dik id-data ma tkunx xierqa, relevanti, preċiża jew tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kull korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra;

(h)    fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika dwar l-użu tad-data kkomunikata u r-riżultati miksuba minnha;

(i)    data personali tista’ tkun ikkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika kompetenti;

(j)    l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla ta’ data personali.

Artikolu 18

Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett

1.    Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Belarussja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali, fosthom mill-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom ikunu parti, b’mod partikolari mill-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Artikolu 2, u:

-    il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi,

-    mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

-    il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija;

2.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħrajn.

Taqsima VII

Implimentazzjoni u applikazzjoni

Artikolu 19

Kumitat konġunt tar-riammissjoni

1.    Il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-kumitat”) li se jkollu, b’mod partikulari, il-kompitu:

(a)    li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)    li jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Ftehim;

(c)li jkollu skambju regolari ta' informazzjoni dwar il-Protokolli ta' implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mill-Belarussja skont l-Artikolu 20;

(d)li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2.    Id-deċiżjonijiet tal-kumitat ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet.

3.    Il-kumitat ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Belarussja.

4.    Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

5.    Il-kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tiegħu.

Artikolu 20

Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni

1.    Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà diretta tal-Ftehim preżenti, fuq talba ta’ Stat Membru jew il-Belarussja, il-Belarussja u Stat Membru jfasslu Protokoll ta’ implimentazzjoni li jkopri regoli, fost l-oħrajn, dwar:

(a)    il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt;

(b)    il-kundizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi bi skorta;

(c)    il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma’ dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-ftehim;

(d)    il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

(e)    il-proċedura għal intervisti.

2.    Il-Protokolli ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-kumitat tar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 19.

3.    Il-Belarussja taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għall-Belarussja. L-Istati Membri għandhom jaqblu li japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal minn wieħed minnhom anke fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Belarussja, fuq talba ta’ din tal-aħħar u soġġetta għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tagħha mal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 21

Relazzjoni ma’ arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni

jew arranġamenti tal-Istati Membri

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(3), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn Stati Membri individwali u l-Belarussja, u dan sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta' dan il-Ftehim.

Taqsima VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22

L-applikazzjoni territorjali

1.    Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-territorju tal-Belarussja.

2.    Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tal-Irlanda biss skont notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Belarussja għal dak il-għan. Dan il-ftehim ma japplikax fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ, durata u terminazzjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3.    L-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6 ta’ dan il-Ftehim għandhom jibdew japplikaw biss sentejn wara d-data msemmija fil-paragrafu 2 hawn fuq, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). Matul dak il-perjodu ta’ sentejn, għandhom madankollu jkunu applikabbli għal persuni apolidi u għal ċittadini minn pajjiżi terzi li magħhom il-Belarussja tkun ikkonkludiet ftehimiet bilaterali dwar ir-riammissjoni.

Matul dak il-perjodu ta’ sentejn, ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni eżistenti u ftehimiet bilaterali dwar fruntieri bejn l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom ikomplu japplikaw ukoll fil-partijiet rilevanti tagħhom.

4.    Dan il-Ftehim għandu japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u għall-Irlanda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(2).

5.    Il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu bla limitu.

6.    Billi tinnotifika b’mod uffiċjali lill-Parti l-oħra u wara konsultazzjoni preċedenti tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 kull Parti tista’ temporanjament tissospendi, kompletament jew parzjalment, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum ta’ tali notifika.

7.    Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra b'mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul fi ............ fil-........ jum ta’ ........... fis-sena ............ f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Belarussa, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Għall-Unjoni Ewropea

(…)

Għar-Repubblika tal-Belarussja

(…)



ANNESS 1

Lista komuni ta’ dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċittadinanza

(L-Artikoli 3(1), 5(1) u 9(1))

-    passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal),

-    laissez-passer maħruġ mill-Istat Rikjest,

-    karti tal-identità ta’ kwalunkwe tip (li jinkludu dawk temporanji u provviżorji),

-    kotba tas-servizz u karti tal-identità militari,

-    kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani,

-    ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar,

-    konferma tal-identità b’riżultat ta’ tfittxija mwettqa fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (ir-Regolament (KE) Nru 767/2008),

-    fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-reġistri tal-applikazzjonijiet għal viża ta' dawk l-Istati Membri.



ANNESS 2

Lista komuni ta’ dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova prima facie tan-nazzjonalità

(L-Artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (2))

-    fotokopji ta’ kwalunkwe dokument imniżżel fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim,

-    liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

-    ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

-    karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

-    dikjarazzjonijiet ta’ xhieda,

-    dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnha, anke permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali,

-    kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata,

-    marki tas-swaba.



ANNESS 3

Lista komuni ta’ dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi

(L-Artikoli 4(1), 6(1) u 10(1))

-    viża u/jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjest,

-    timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (pereżempju evidenza fotografika, elettronika jew bijometrika);

-    dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata tkun qasmet il-fruntiera,

-    dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.



ANNESS 4

Lista komuni ta’ dokumenti li huma kkunsidrati bħala evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

(L-Artikoli 4 (1), 6 (1) u 10 (2))

-    dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat rikjest,

-    biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza tal-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat rikjest;

-    informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi tal-posta jew aġenzija tal-ivvjaġġar,

-    deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

-    informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta’ persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni Internazzjonali (eż. il-UNHCR);

-    rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.;

-    dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata;

-    marki tas-swaba.



ANNESS 5

[Emblema tar-Repubblika tal-Belarussja]

..............................................................…………

................................................................……….…

.................................................................……..

(Post u data)

(It-titolu tal-awtorità rikjedenti)

Ir-referenza: .............................................……………

Lil

................................................................……….…

................................................................……….…

................................................................…………

(It-titolu tal-awtorità rikjesta)

   PROĊEDURA AĊĊELLERATA (l-Artikolu 7(3))

   TALBA GĦALL-INTERVISTA (Artikolu 9(3))

APPLIKAZZJONI TA’ RIAMMISSJONI

skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-........... bejn

l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja

dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A.Dettalji personali

1.Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

...........................................................………………………………

2. Kunjom xebba:

...........................................................………………………………

3. Id-data u l-post tat-twelid:

...........................................................………………………………

Ritratt

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................………………….

5. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

...........................................................................................................................………..................……………….

6. Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

7. Status ċivili:         miżżewweġ / miżżewġa     xebba / ġuvni         divorzjat/a     armel / armla

Jekk miżżewweġ / miżżewġa:    isem il-konjuġi ..............................................................................................................................

       Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm)     ...........................................................................................

                        ...........................................................................................

                       ………………………....…………………..........................

                        ..........................................................................................

8. L-aħħar indirizz fl-Istat Rikjest:

............................................................................................................................………....................…………

B. Dettalji Personali tal-konjuġi (Jekk applikabbli)

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ......................................................................................................................................

2. Kunjom xebba: ……………………………………...........................................................………………………………

3. Id-data u l-post tat-twelid: …………………………............................................................………………………………

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................………………….

5. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

...........................................................................................................................………..................……………….

6. Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

C. Dettalji personali tal-Ulied (Jekk applikabbli)

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ......................................................................................................................................

2. Id-data u l-post tat-twelid: …………………………............................................................………………………………

3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

…………………………………………………………………………………………...................………………….

4. Nazzjonalità u lingwa:

...........................................................................................................................………...................………………

D. Ċirkustanzi speċjali b’rabta mal-persuna li tkun se tiġi trasferita

1. Stat ta’ saħħa

(pereżempju referenza possibbli għal kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed):

............................................................................................................................................………………………

2. Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża

(pereżempju suspettata b'reat gravi; imġiba aggressiva):

............................................................................................................................................………………………

E. Mezzi ta’ evidenza mehmuża

1. .................................................................…………

(Nru tal-Passaport)

......................................................................…………

(data u post tal-ħruġ)

..................................................................…………

(awtorità li ħarġitu)

......................................................................………..

(data tal-iskadenza)

2. .................................................................…………

(Nru. tal-Karta tal-Identità)

......................................................................…………

(data u post tal-ħruġ)

..................................................................…………

(awtorità li ħarġitu)

......................................................................…………

(data tal-iskadenza)

3. .................................................................…………

(Nru tal-liċenzja tas-sewqan)

......................................................................………...

(data u post tal-ħruġ)

..................................................................…………

(awtorità li ħarġitu)

......................................................................…………

(data tal-iskadenza)

4. .................................................................…………

(Nru ta’ dokument uffiċjali ieħor)

......................................................................…………

(data u post tal-ħruġ)

..................................................................…………

(awtorità li ħarġitu)

......................................................................…………

(data tal-iskadenza)

F. Marki tas-swaba’ (fejn meħtieġ)

G. Kummenti

....................................................................................................................................................................……………

....................................................................................................................................................................……………

……………………………………………………………………………………………………………………………...

...................................................

(Firma) (siġill/timbru)

ANNESS 6

[Emblema tar-Repubblika tal-Belarussja]

..............................................................…………

................................................................………..

.................................................................………

(Post u data)

(It-titolu tal-awtorità rikjedenti)

Referenza

................................................................…………

Lil

................................................................………….

................................................................…………

................................................................…………

(It-titolu tal-awtorità rikjesta)

APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU

skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-........... bejn

l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja

dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

B.Dettalji personali

2.Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

.............................................................

2. Kunjom xebba:

.............................................................

3. Id-data u l-post tat-twelid:

.............................................................

Ritratt

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

……………………………………………………………………………………………………….

6. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

...........................................................................................................................……………….……

7. Nazzjonalità u lingwa:

.............................................................................................................................…………………..

8. Tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar:

.............................................................................................................................…………

B.    Operazzjoni ta’ tranżitu

1.    Tip ta’ tranżitu

qbl-ajru

qbl-art

qbil-baħar

2.         Stat tad-destinazzjoni finali

        ……………………………………………………………………………………………………….

3. Stati oħrajn fejn possibbilment ikun hemm tranżitu

…………………………………………………………………………………………………………

4. Post tal-qsim tal-fruntieri propost, data, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli

…………………………………………………………………………………………………………

…………………………………………………………………………………………………………

…………………………………………………………………………………………………………

5. Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali
(L-Artikolu 13 il-paragrafu 2)

qiva

qle

6. Għarfien ta’ raġuni għal rifjut ta’ tranżitu
(L-Artikolu 13 il-paragrafu 3)

qiva

qle

C. Kummenti

..............................................................................................................................................…………….

..............................................................................................................................................…………….

..............................................................................................................................................……………..

.....................................................................................................………………………….……………..

...................................................

(Firma) (siġill/timbru)



ANNESS 7

Dokument Standard tal-Ivvjaġġar tal-Belarussja għal Skopijiet ta’ Tkeċċija

DOKUMENT STANDARD TAL-IVVJAĠĠAR UŻAT MIR-REPUBBLIKA

TAL-BELARUSSJA GĦAL SKOPIJIET TA’ TKEĊĊIJA

Emblema

tal-istat rikjedenti

DOKUMENT TAL-IVVJAĠĠAR

għall-finijiet tar-riammissjoni

Valida għal ħruġ / dħul għal darba

(ħassar skont kif japplika)

minn                                    

(isem tal-istat)

lil                                    

(isem tal-istat)

Kunjom                                

Isem                                

Data tat-twelid                 Sess             Tul    

Ritratt

Ċittadinanza                                            

Marki distintivi                                        

Dan id-dokument tal-ivvjaġġar huwa validu

minn            , 20    

(xahar)

lil            , 20    

(xahar)

Awtorità li ħarġitu                                        

Kundizzjonijiet tal-ħruġ                                        

Data tal-ħruġ            , 20    

(xahar)

Firma tal-uffiċjal pubbliku                    

L.S.

Nru.                        

(numru ta’ sekwenza tal-formola)

Dikjarazzjoni Konġunta dwar appoġġ tekniku u finanzjarju

Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-Belarussja u l-UE.

F’dan il-kuntest, l-UE hija impenjata li toffri d-disponibblità ta’ assistenza finanzjarja msaħħa sabiex tgħin lill-Belarussja fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Meta dan isir, se tingħata attenzjoni speċjali lill-bini tal-kapaċità. Tali appoġġ għandu jingħata fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għal assistenza favur il-Belarussja, bħala parti mill-finanzjament ġenerali disponibbli għall-Belarussja u b’rispett sħiħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni u l-proċeduri rilevanti ta’ assistenza esterna tal-UE.

 


Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna r-Renju tad-Danimarka

Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka, u lanqas għall-persuni ta' nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Belarussja u r-Renju tad-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja u l-Iżlanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Belarussja tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mar-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.



Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Belarussja jikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-istess termini ta' dan il-Ftehim.



Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Prinċipat ta’ Liechtenstein

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2011. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li l-Belarussja tikkonkludi ftehim ta’ riammissjoni mal-Prinċipat ta’ Liechtenstein skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

Top