EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0255

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs

COM/2019/255 final

Brussell, 5.6.2019

COM(2019) 255 final

2019/0124(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ megadeċiżjoni.

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, bil-ħsieb li jneħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Revedut tal-1958 u biex jiżguraw li tali vetturi joffru livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Revedut tal-1958”), u b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Regolamenti Tekniċi Globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tad-WP.29 tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati Regolamenti ġodda tan-NU, Regolamenti Tekniċi Globali ġodda tan-NU (UN GTRs) u/jew modifiki tar-Regolamenti tan-NU jew tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (UN GTRs) eżistenti, sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP.29, dawn il-modifiki jiġu adottati minn wieħed mis-sitt gruppi ta’ ħidma (GRs) li jkunu attivi fil-qafas tad-WP.29.

Sussegwentement, f’laqgħa tad-WP.29 issir il-votazzjoni finali għall-adozzjoni tal-emendi, tas-supplimenti u tar-rettifiki, diment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti għal żewġ Ftehimiet (il-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998) fil-qafas tad-WP.29. Kull darba titħejja Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-“megadeċiżjoni”, li tħaddan fiha l-lista ta’ Regolamenti, ta’ emendi, ta’ supplimenti u ta’ rettifiki, u tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Unjoni f’kull laqgħa tad-WP.29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar ir-Regolamenti, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki sottomessi għall-votazzjoni fil-laqgħa tad-WP.29 ta’ Ġunju 2019, li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tikkumplementa u tikkonforma għalkollox mal-politika tas-suq intern tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija tal-karozzi.

Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim tal-1958 jaqdi rwol importanti f’dan l-objettiv peress li l-manifatturi tal-UE jistgħu joperaw b’sett komuni ta’ Regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-prodott se jiġi rikonoxxut mill-Partijiet Kontraenti bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Pereżempju, din l-iskema ppermettiet li r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar iktar minn 50 Direttiva tal-UE u jissostitwihom bir-Regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim tal-1958.

Ittieħed approċċ simili bid-Direttiva 2007/46/KE, li ssostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva ’l hawn, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Is-sistema tad-WP.29 hija marbuta mal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetittività, li fuqha din l-inizjattiva għandha impatt pożittiv. Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni għat-trasport, għall-klima u għall-enerġija, li jitqiesu sew fil-proċess għat-tfassil u għall-adozzjoni tar-Regolamenti tan-NU li jaqgħu taħt il-Ftehim tal-1958.

3.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jiffurmaw il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta.

Sussidjarjetà

L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għal Regolamenti tan-NU, modifiki tar-Regolamenti tan-NU u abbozzi ta’ Regolamenti Tekniċi Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni tal-vetturi bil-mutur. Dan mhux talli jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq intern, iżda jiżgura wkoll standards ambjentali u tas-sikurezza ugwali fl-Unjoni kollha. Joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jiġu mmanifatturati għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu mmanifatturati speċifikament biex tinkiseb l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal kull Stat Membru.

Għalhekk, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Unjoni u hija l-istrument proporzjonat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE sabiex tiġi definita pożizzjoni unifikata tal-UE fin-NU/KEE fir-rigward tal-votazzjoni dwar id-dokumenti ta’ ħidma proposti fl-aġenda tal-laqgħa tad-WP.29. Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi livell għoli ta’ sikurezza pubblika u ta’ protezzjoni pubblika.

Għażla tal-istrument

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li jridu jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta’ ftehim internazzjonali.

4.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-għarfien espert estern mhuwiex rilevanti fil-każ ta’ din il-proposta. Madankollu, din se tiġi rieżaminata mill-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta ma tistax tiġi soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt peress li mhix ta’ natura leġiżlattiva u l-ebda għażla alternattiva ta’ politika mhi disponibbli jew possibbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F’termini ta’ piż amministrattiv, l-inizjattiva ma għandhiex riperkussjonijiet, peress li r-referenzi tal-modifiki annessi mal-megadeċiżjoni mhux se jintroduċu rapportar ġdid jew obbligi amministrattivi oħra għall-impriżi, inkluż l-SMEs. Anzi, l-għan hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv peress li l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti armonizzati fil-livell dinji tippermetti lill-manifatturi jippreżentaw dokumentazzjoni tal-approvazzjoni ta’ sistemi u ta’ komponenti mhux biss fl-UE iżda anki fis-swieq tal-esportazzjoni minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 ’il barra mill-UE.

Il-proposta għandha impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività u l-kummerċ internazzjonali tal-karozzi tal-UE. L-aċċettazzjoni ta’ regolamenti tal-vetturi armonizzati internazzjonalment mis-sħab kummerċjali tal-UE hija rikonoxxuta bħala l-aqwa mod kif jitneħħew l-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u biex jinfetaħ u jitwessa’ l-aċċess għas-suq għall-impriżi tal-karozzi tal-UE.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

5.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit.

6.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar:

il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145;

il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19;

il-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2;

il-proposta għal Regolament ġdid wieħed tan-NU; kif ukoll

il-proposti għal tliet (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġi żviluppat GTR.

2019/0124 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 1 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti, u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Revedut tal-1958”). Il-Ftehim Revedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 2 , l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Revedut (“il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti”) jistgħu jadottaw, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposti għal modifiki għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs (“il-megadeċiżjoni”).

(4)Il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019, iridu jadottaw megadeċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta’ regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti.

(5)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ proposti għal Regolamenti tan-NU, peress li r-Regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(6)Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE ’l hawn, kulma jmur ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(7)Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li r-rekwiżiti marbuta ma’ ċerti elementi jew karatteristiki koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 17, 24, 30, 44, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139 u 140 jiġu ssupplimentati u jeħtieġ li r-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 15 u 19 jiġu emendati. Barra minn hekk, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti tan-NU Nri 14, 51, 83, 129 u 145, u fir-Regolament Tekniku Globali 15 tan-NU, jiġu kkoreġuti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti ġodda fir-rigward tas-Sistema Avvanzata tal-Ibbrejkjar ta’ Emerġenza.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li se ssir bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2019 għandha tkun ta’ vot favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Revedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3)    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
Top

Brussell, 5.6.2019

COM(2019) 255 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għal (emendi għal) awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs


ANNESS

Nru tar-Regolament

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument 1

14

Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 6 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 14 tan-NU (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2019/56

17

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 09 ta’ emendi għar-Regolament Nru 17 tan-NU (Saħħa tas-sits)

ECE/TRANS/WP.29/2019/35

24

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Sustanzi niġġiesa viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni tat-tqabbid bil-kompressjoni (duħħan tad-diżil))

ECE/TRANS/WP.29/2019/41

30

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2019/50

44

Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 44 tan-NU (Sistemi ta’ trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/36

51

Proposta għar-Rettifika tas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/2019/51

64

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 64 (Stepni għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat)

ECE/TRANS/WP.29/2019/52

75

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 75 tan-NU (Tajers tal-muturi/mopeds)

ECE/TRANS/WP.29/2019/53

78

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 78 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2019/46

79

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/2019/73

83

Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2019/42

83

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2019/43

83

Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 8 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2019/60

85

Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament tan-NU Nru 85 (Kejl tal-potenza netta u l-potenza ta’ 30 min.)

ECE/TRANS/WP.29/2019/44

90

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 90 tan-NU (Sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)

ECE/TRANS/WP.29/2019/47

115

Proposta għas-Suppliment 8 tar-Regolament Nru 115 tan-NU (Sistemi retroattivi tal-LPG u tas-CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2019/45

117

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers, u l-istorbju fid-dawrien u l-irbit tagħhom fuq superfiċe mxarrba)

ECE/TRANS/WP.29/2019/54

129

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/37

129

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/38

129

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/39

129

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/40

129

Proposta għar-Rettifika 3 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/58

129

Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta’ Trażżin għat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2019/59

138

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi kwieti tat-trasport bit-triq)

ECE/TRANS/WP.29/2019/55

139

Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 139 tan-NU (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2019/48

140

Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/2019/49

145

Proposta għar-Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 145 tan-NU (Sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta’ fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size)

ECE/TRANS/WP.29/2019/57

Regolament ġdid tan-NU

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta’ Bbrejkjar ta’ Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 U N1

ECE/TRANS/WP.29/2019/61

Nru tal-GTR

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

15

Proposta għall-Emenda 5 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2019/62

15

Proposta għar-Rettifika tal-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.

Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 1 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.

Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 2 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.

Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 3 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.

Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 4 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss.

ECE/TRANS/WP.29/2019/66

ECE/TRANS/WP.29/2019/67

ECE/TRANS/WP.29/2019/68

ECE/TRANS/WP.29/2019/69

ECE/TRANS/WP.29/2019/70

19

Proposta għall-Emenda 2 għall-GTR Nru 19 tan-NU (Proċeduri ta’ ttestjar tal-emissjonijiet evaporattivi għall-Proċeduri ta’ ttestjar armonizzati għall-vetturi ħfief (EVAP WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2019/64

 

Nru tar-Riżoluzzjoni Reċiproka

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

M.R.2

Proposta għall-Emenda 1 għar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 li fiha d-definizzjonijiet tas-sistema tal-propulsjoni tal-vetturi

ECE/TRANS/WP.29/2019/71

Mixxellanji

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Awtorizzazzjoni reveduta għall-iżvilupp tal-Emenda 2 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 16 tan-NU (Tajers)

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1

Proposta għall-emendi għall-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp tal-GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali

ECE/TRANS/WP.29/2019/72

Awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ GTR ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza ta’ vettura li taħdem bl-elettriku (DEVP)

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53

(1)    Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli hawn: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/gen2018.html
Top