Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9413

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 314, 18.9.2019, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/10


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2019/C 314/07)

    1.   

    Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Gruppo Lactalis Italia S.r.l. (l-Italja), li tappartjeni għall-Grupp Lactalis (flimkien “Lactalis”, Franza),

    Nuova Castelli S.p.A. (“Nuova Castelli”, l-Italja), sussidjarja akkwiżita totalment ta’ Nuova Castelli Group S.p.A (Franza), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Charterhouse Capital Partners (ir-Renju Unit).

    Lactalis takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Nuova Castelli kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Lactalis: il-produzzjoni u l-forniment ta’ ġobon bħall-mozzarella, il-mascarpone u r-rikotta, kif ukoll ħalib għax-xorb, butir, prodotti friski, krema u prodotti tal-ħalib industrijali (trab tal-ħalib, xorrox, eċċ.).

    —   għal Nuova Castelli: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ diversi ġobnijiet Taljani, l-aktar ġobon iebes u ġobon artab (il-mozzarella, il-parmiġġjan, il-grana padano, il-pecorino, ir-rikotta, eċċ.) u għandha attività kummerċjali b’rabta l-aktar mal-mascarpone, il-feta u l-butir.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Din ir-referenza li ġejja għandha tkun dejjem speċifikata:

    M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli

    L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 229-64301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top