Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9167

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9167 — Patron Capital/Marriott International/PEH Warsaw Bidco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9167 — Patron Capital/Marriott International/PEH Warsaw Bidco)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 43/03)

1.   

Fit-28 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Patron Capital, V L.P. (il-“Patron Fund”, Jersey), li taġixxi fl-aħħar mill-aħħar permezz tas-sieħba ġenerali tagħha, Patron Capital G.P. V Limited (Jersey),

Starwood Services Poland sp. z o.o. (il-Polonja), li tappartjeni għall-Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

PEH Warsaw Bidco sp. z o.o. (il-Polonja), li hija s-sid tax-Sheraton Warsaw Hotel.

Il-Patron Fund u Marriott jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sheraton Warsaw Hotel.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ftehim ta’ ġestjoni ta’ lukanda li kienet teżisti qabel.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   il-Patron Fund: investiment fi proġetti ta’ proprjetà immobbli madwar l-Ewropa,

—   Marriott: kumpanija diversifikata tal-ospitalità, li taġixxi bħala maniġer u franchisor ta’ lukandi u proprjetajiet tat-timeshare,

—   ix-Sheraton Warsaw Hotel: lukanda b’5 stilel li tinsab f’Varsavja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9167 — Patron Capital/Marriott International/PEH Warsaw Bidco

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top