Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0466

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013

    COM/2018/466 final - 2018/0251 (NLE)

    Brussell, 13.6.2018

    COM(2018) 466 final

    2018/0251(NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013

    {SWD(2018) 342 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

    Raġunijiet u għanijiet

    L-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, li jinsab qrib il-belt ta’ Visaginas, jikkonsisti f’żewġ Reatturi ta’ Potenza Kbira tat-Tip bil-Kanali (reatturi RBMK-1500), l-istess mudell bħal dak ta’ Chernobyl. Id-dekummissjonar ta’ dan l-impjant jikkontribwixxi lejn sikurezza nukleari akbar fir-reġjun u fl-UE b’mod ġenerali.

    Għaldaqstant, l-għan ġenerali tal-programm Ignalina (il-“programm”) huwa li jassisti lil-Litwanja fil-ġestjoni tal-isfidi tas-sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Barra minn hekk, il-programm għandu potenzjal għoli li joħloq għarfien u jappoġġa lill-Istati Membri tal-UE fid-dekummissjonar tagħhom, b’mod partikolari dawk l-Istati Membri li jridu jsegwu d-dekummissjonar tar-reatturi nukleari moderati bil-grafit.

    Il-programm twettaq matul diversi perjodi finanzjarji u huwa ppjanat li jiġi ffinalizzat sal-2038. Il-programm mistenni jilħaq miri importanti bil-finanzjament provdut f’dan il-qafas finanzjarju pluriennali (2014-2020), madankollu, għadhom meħtieġa ammonti sostanzjali sabiex jiġu indirizzati l-bqija tal-kwistjonijiet ewlenin tas-sikurezza radjoloġika relatati mad-dekummissjonar tiegħu. Id-dekummissjonar ta’ dawn ir-reatturi huwa l-ewwel attività ta’ dan it-tip li tinvolvi sfidi teknoloġiċi bħaż-żarmar tal-qalba tal-grafit u l-ġestjoni sussegwenti ta’ ammonti importanti ta’ grafit irradjat.

    Il-programm oriġina fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni tal-Litwanja mal-Unjoni Ewropea. L-impenn tal-Litwanja li tagħlaq u sussegwentement tiddekummissjona ż-żewġ reatturi nukleari ddisinjati mill-Unjoni Sovjetika sa data miftiehma b’mod komuni huwa minqux fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja( 1 ). Bħala att ta’ solidarjetà, u filwaqt li tirrikonoxxi li n-natura li tieħu fit-tul tad-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina u l-piż finanzjarju eċċezzjonali relatat miegħu, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li, permezz tal-Protokoll Nru 4 tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja( 2 ), tipprovdi assistenza finanzjarja xierqa bbażata fuq il-ħtiġijiet attwali tal-pagamenti u fuq il-kapaċità ta’ assorbiment, għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.

    Il-Litwanja ssodisfat l-impenn tagħha tat-trattat tal-adeżjoni li tagħlaq ir-reatturi tagħha fil-ħin( 3 ). Abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja ( 4 ), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta Regolamenti suċċessivi wara l-2006 ( 5 , 6 )għall-implimentazzjoni tad-dekummissjonar. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tal-UE, fil-bidu tiegħu, il-programm Ignalina bbenefika mill-appoġġ ta’ donaturi internazzjonali (l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Iżvizzera), li kkontriwew għall-Fond Internazzjonali ta’ Appoġġ għad-Dekummissjonar ta’ Ignalina ġestit mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti

    Matul is-snin, l-għan tal-programm evolva biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet u biex jiġi żgurat id-dekummissjonar sikur tal-faċilità: oriġinarjament u sal-2013, l-assistenza tal-Unjoni Ewropea kienet imfassla biex tappoġġa lil-Litwanja kemm fl-isforzi tagħha sabiex tagħlaq u tiddekummissjona r-reatturi kkonċernati, iżda wkoll biex tindirizza l-konsegwenzi tal-għeluq bikri tal-installazzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari tagħha; aktar tard, fl-2014, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm kien ristrett għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar, jiġifieri fuq miżuri relatati mas-sikurezza; filwaqt li għall-istadju li jmiss, huwa ssuġġerit li l-programm ikompli jiffoka fuq l-attivitajiet tad-dekummissjonar li jinvolvu sfidi tas-sikurezza radjoloġika.

    Ir-rimi ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond mhuwiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm u jibqa’ r-responsabbiltà tal-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom rilevanti dwar il-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    F’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma ( 7 ), jenħtieġ li l-baġit tal-UE jippermetti Ewropa li tkun bla periklu u sigura; din hija dimensjoni fejn il-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari ta’ Ignalina kkontribwixxa sa issa u jista’ jkompli jikkontribwixxi. L-impatt pożittiv ewlieni li għandu jinkiseb mill-programm Ignalina huwa tabilħaqq it-tnaqqis progressiv tal-livell ta’ periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, għall-pubbliku u għall-ambjent fil-Litwanja, iżda wkoll fl-UE kollha kemm hi.

    Il-programm jidħol fil-qafas regolatorju tas-sikurezza nukleari tal-UE; partikolarment rilevanti għall-programm huma: (i) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv; (ii) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari; (iii) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika għall-programm hija stabbilita fil-Protokoll Nru 4 tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-2003 (3), fejn l-Unjoni għandha, b’solidarjetà mal-Litwanja, tipprovdi assistenza Komunitarja addizzjonali adegwata għall-isforz tad-dekummissjonar lil hinn mill-2006.

    Din il-bażi ġuridika ġiet ikkonfermata mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-proċess tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-programm Ignalina ġej mit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja u huwa impenn mill-Unjoni Ewropea għal-Litwanja. Il-programm jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.

    Sa mill-bidu, il-valur miżjud tal-UE tal-programm dejjem kien definit f’termini ta’ sikurezza nukleari u mitigazzjoni finanzjarja. In-nuqqas ta’ kofinanzjament tal-UE x’aktarx ikollu impatt negattiv fuq il-proċess tad-dekummissjonar bħala tali, li min-naħa tiegħu jista’ jirriżulta f’impatt dirett fuq is-sikurezza għall-ħaddiema, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent. Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tiegħu, il-programm għadu jipprovdi valur f’dan ir-rigward, minħabba l-bqija tal-isfidi tas-sikurezza radjuloġika, iżda l-kontribut tiegħu naturalment jonqos hekk kif id-dekummissjonar jagħmel progress.

    Barra minn hekk, il-programm jista’ jġib valur miżjud addizzjonali tal-UE permezz ta’ enfasi akbar fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien, li hija importanti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi simili ffaċċjati minn Stati Membri oħrajn sabiex jagħmlu progress bil-pjanijiet ta’ dekummissjonar 8 tagħhom. Bħalissa, aktar minn 90 reattur nukleari ngħalqu b’mod permanenti fl-Ewropa, iżda tlieta biss ġew dekummissjonati kompletament. Għalhekk, il-livell ta’ esperjenza fiż-żarmar tar-reatturi nukleari fl-Ewropa (kif ukoll fil-livell internazzjonali) huwa limitat. Il-kontribut tal-programm sabiex jiġi żgurat iż-żarmar tar-reatturi ta’ Ignalina se jwassal għall-ġenerazzjoni ulterjuri ta’ esperjenza u għarfien rilevanti ħafna li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal proġetti ta’ dekummissjonar oħrajn u jirriżultaw f’livelli ogħla ta’ sikurezza fl-UE.

    Proporzjonalità

    Fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-programm se jiffoka fuq l-isfidi tas-sikurezza radjoloġika tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fejn jista’ jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-UE (jiġifieri t-tnaqqis progressiv tal-livell ta’ periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, għall-pubbliku u għall-ambjent fil-Litwanja, iżda wkoll fl-UE kollha kemm hi).

    Għażla tal-istrument

    Bħala riżultat tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm, l-istruttura attwali (jiġifieri l-programm Ignalina bħala programm ta’ nfiq apposta) wriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm. Il-fatturi ewlenin ta’ suċċess huma d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, kif ukoll il-qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ.

    Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tkompli l-implimentazzjoni tal-programm b’ġestjoni indiretta permezz tal-korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru (jiġifieri l-aġenzija nazzjonali Litwana, CPMA).

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm ikkonkludiet li l-programm attwali huwa koerenti mal-politiki tal-UE li jimmiraw li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija immedjata ta’ żarmar fil-Litwanja tiġi segwita b’mod kostanti u tipprevjeni li dan il-piż bla bżonn jiġi ttrasferit lil ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jidderoga parzjalment għal raġunijiet storiċi, għar-responsabbiltà aħħarija tal-Istat Membru sabiex jiżgura riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

    Il-Litwanja għamlet progress effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar tar-reatturi tagħha f’konformità mal-linja bażi miftiehma fl-2014 (jiġifieri l-pjan tad-dekummissjonar). Kien hemm sfidi u diffikultajiet minħabba l-kumplessità tal-programm, iżda s-sistema ta’ ġestjoni wriet kapaċità dejjem akbar biex tlaħħaq ma’ sfidi bħal dawn.

    L-analiżi wriet ukoll li se jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sostanzjalment imtejba fuq il-post bħala riżultat tal-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-qafas finanzjarju pluriennali. Fil-Litwanja, l-iżviluppi ewlenin li għaddejjin bħalissa f’dan il-qasam huma l-progress kostanti tat-tneħħija tal-fjuwil użat mill-bini tar-reatturi u l-preparazzjonijiet għaż-żarmar tal-grafit irradjat mill-qalba tar-reatturi, li huwa l-ewwel proġett ta’ dan it-tip ta’ skala mingħajr preċedent.

    Lil hinn mill-2020, il-ġbir ta’ fondi addizzjonali meħtieġa sal-2038 għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina jitlob li jsir segwitu bir-reqqa billi d-differenza fil-finanzjament hija mdaqqsa (EUR 1331 miljun).

    L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu wriet li l-livell dejjem jiżdied tal-kontribuzzjoni nazzjonali qed jappoġġa responsabbiltà aktar b’saħħitha u jikkaġuna mġiba li tfittex l-ekonomija min-naħa tal-benefiċjarju. L-analiżi kkonkludiet ukoll li l-livelli dejjem jiżdiedu tal-kontribuzzjoni nazzjonali huma kundizzjoni neċessarja iżda mhux suffiċjenti sabiex jiġu stabbiliti l-inċentivi t-tajba għal dekummissjonar f’waqtu u effiċjenti. Madankollu, in-nuqqas ta’ definizzjoni fil-passat tar-rati ta’ kofinanzjament fil-bażi ġuridika ħoloq inċertezzi li se jitneħħew mill-abbozz tal-bażi ġuridika għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2021-2027).

    L-istruttura tal-governanza żgurat l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm u kkumpensat għall-inċertezzi msemmija hawn fuq dwar l-aspetti ta’ kofinanzjament. Il-fatturi ewlenin ta’ suċċess kienu d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, kif ukoll qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ. L-analiżi identifikat ukoll oqsma għal aktar titjib bħal:

    (i)involviment aktar profond tal-Istat Membru (il-koordinatur tal-programm u l-koordinatur finanzjarju) għal sjieda akbar flimkien ma’ responsabbiltà msaħħa tal-operatur tad-dekummissjonar (il-benefiċjarju finali);

    (ii)razzjonalizzazzjoni ta’ proċeduri sabiex jissaħħu l-puntwalità u l-effettività taċ-ċiklu tal-ġestjoni;

    (iii)interkomparabbiltà akbar mal-prestazzjoni ta’ programmi oħrajn ta’ dekummissjonar.

    Sa mill-bidu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea ġiet implimentata permezz ta’ ġestjoni indiretta ( 9 ). Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programm lil korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru (ġestjoni indiretta), jiġifieri lill-aġenzija nazzjonali Litwana, CPMA.

    Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati

    Għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm, f’Ġunju 2017, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika miftuħa għal tul ta’ żmien estiż ta’ 14-il ġimgħa. Il-konsultazzjoni attirat interess limitat (20 reazzjoni). Minbarra din il-konsultazzjoni, f’Lulju 2017 tnediet konsultazzjoni mmirata ta’ stħarriġ elettroniku; din ġabret 17-il reazzjoni addizzjonali (1 mill-Bulgarija, 4 mil-Litwanja u 12 mis-Slovakkja) minn total ta’ 90 parti kkonċernata li ġew ikkuntattjati. Ir-risposti riċevuti kienu b’mod ġenerali pożittivi dwar il-programm, iżda ma pprovdew ebda kontribut ġdid addizzjonali fuq il-programm. Madankollu, dawn iż-żewġ konsultazzjonijiet ġew komplementati minn konsultazzjonijiet immirati permezz ta’ madwar 100 intervista mal-operaturi tad-dekummissjonar u partijiet ikkonċernati rilevanti.

    Għarfien espert estern

    Id-dokumenti li ġejjin intużaw bħala kontribut għat-tħejjija tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss:

    “Support to the mid-term evaluation of the Nuclear Decommissioning Assistance Programmes” EY, Evalwazzjoni għad-DĠ Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, 2018

    “Nuclear Decommissioning Assistance Programme (NDAP) – Assessment of the robustness of the financing plans considering the economic-financial-budgetary situation in each concerned Member State and of the relevance and feasibility of the detailed decommissioning plans” Deloitte, NucAdvisor, VVA Europe, Studju mħejji għall-DĠ Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, 2016

    Rapport Speċjali tal-QEA Nru 22/2016 “EU nuclear decommissioning assistance programmes in Lithuania, Bulgaria and Slovakia: some progress made since 2011, but critical challenges ahead”

    Valutazzjoni tal-impatt

    B’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-rekwiżiti tal-politika ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, il-programm attwali kien soġġett għal valutazzjoni ex ante (fil-forma ta’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal).

    Simplifikazzjoni

    Bħalissa, il-programm huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta bl-użu ta’ korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru fl-Istat Membru kkonċernat (jiġifieri l-aġenzija nazzjonali Litwana, CPMA). L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm ikkonfermat li l-istruttura attwali wriet li tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm u, għalhekk, se titkompla fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, b’xi simplifikazzjonijiet ibbażati fuq il-lezzjonijiet miksuba mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu.

    Pereżempju, il-programm se jieħu vantaġġ mill-programmazzjoni pluriennali prevista skont ir-Regolament Finanzjarju rivedut. Dan se jagħmel l-aħjar użu mill-pjan pluriennali dettaljat tad-dekummissjonar bħala bażi għall-programmazzjoni u l-monitoraġġ u jtejjeb l-effiċjenza u l-puntwalità taċ-ċiklu ta’ programmazzjoni. F’dak li jikkonċerna l-programmazzjoni, in-natura pluriennali tal-programm ta’ dekummissjonar se tkun riflessa fl-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma pluriennali u ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament. Il-programm jista’ jkun rivedut abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni. B’konformità mal-prattika attwali, il-finanzjament provdut permezz ta’ dan ir-Regolament jista’ jintuża biex jitlestew proġetti programmati fil-Pjan tad-Dekummissjonar Finali ta’ Ignalina sad-data tat-tmiem tiegħu. Eżempju ieħor jirrigwarda l-introduzzjoni ta’ qafas aktar ċar għall-kofinanzjament li se jnaqqas l-inċertezza fir-rigward tas-sors ta’ finanzjament, ineħħi l-ħtieġa għan-negozjati u l-qbil fuq bażi annwali tal-kontribuzzjoni nazzjonali u jżid is-sjieda tal-programm mill-Istat Membru.

    Barra minn hekk, se tintuża l-ġabra unika tar-regoli, filwaqt li s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet addizzjonali bejn il-programmi se jiġu sfruttati kull fejn ikun possibbli.

    Fl-aħħar nett, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw miżuri li jakkumpanjaw it-tranżizzjoni soċjali u ekonomika relatata, inklużi wkoll miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli, kif ukoll ċerti attivitajiet oħrajn mhux marbuta ma’ proċessi tas-sikurezza radjoloġika. Bħala tali, dawn il-Fondi jistgħu joħolqu attivitajiet addizzjonali fir-reġjuni kkonċernati u jużaw il-kompetenzi disponibbli lokalment bħala xprunatur ewlieni tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-FP9 u/jew il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom f’oqsma bħall-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġija, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni.

    Drittijiet fundamentali

    Il-programm ma għandu l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

       L-allokazzjoni baġitarja proposta għall-2021-2027 hi ta’ EUR 552 000 000 (fi prezzijiet kurrenti). Din tissejjes fuq l-iżborsi annwali mistennija previsti fil-pjan tad-dekummissjonar, filwaqt li jitqiesu l-livelli limiti proposti għall-kofinanzjament tal-UE. Il-linja bażi tiddefinixxi kurva ta’ progress kważi lineari u, b’hekk, huma previsti impenji annwali kważi kostanti u pjanijiet ta’ pagament kif ippreżentati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

    L-azzjonijiet kofinanzjati skont il-programm finanzjarju propost huma bbażati fuq il-pjan ta’ dekummissjonar dettaljat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill 2013/1369/UE. Dan il-pjan diġà ddefinixxa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, l-istat aħħari tad-dekummissjonar u d-data tal-għeluq; ikopri l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata magħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa.

    Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm jibqgħu l-istess mill-programm predeċessur.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Is-sistema ta’ programmazzjoni, monitoraġġ u kontroll se tkompli tittejjeb u tiġi razzjonalizzata fir-rigward ta’ dik eżistenti. Il-lezzjonijiet miksuba mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se jintużaw sabiex jiġu żgurati s-simplifikazzjoni u t-titjib kontinwu.

    Fl-2014, il-Kummissjoni mmodifikat il-governanza tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 sabiex tistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet aktar ċari u tintroduċi rekwiżiti akbar ta’ ppjanar, monitoraġġ u rapportar għall-benefiċjarji. F’konformità ma’ dan l-approċċ ta’ governanza rivedut, il-Litwanja ħatret Koordinatur tal-Programm u Koordinatur Finanzjarju (deputat ministru jew segretarju tal-istat) li jkun responsabbli għall-programmazzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm tad-dekummissjonar fil-livell nazzjonali. Hemm fis-seħħ kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u rapportar, li huwa kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u mill-Koordinatur tal-Programm.

    Fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss, in-natura pluriennali tal-proċess ta’ dekummissjonar se tkun riflessa fl-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma pluriennali u deċiżjoni ta’ finanzjament, f’konformità mar-regolament finanzjarju ġdid propost. Dan il-proċess ta’ programmazzjoni se jiġi sinkronizzat b’mod evidenti mal-passi tal-evalwazzjoni (waħda interim wara erba’ snin u waħda finali ħames snin wara l-2027 meta huwa mistenni li jitlestew il-kompiti fil-qasam).

    Dawn l-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016( 10 ), fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti għandhom jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fuq il-post abbażi tal-indikaturi/il-miri tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas/problema jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom u biex jgħin l-isfruttament/l-impatt massimizzat tagħhom.

    Il-prattika attwali ta’ rapportar annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill se tinżamm.

    Il-Kummissjoni qed tippjana li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programmi lil korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru (ġestjoni indiretta), jiġifieri lill-aġenzija nazzjonali Litwana, CPMA. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu l-prattika tas-segwitu mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-proġetti permezz ta’ reviżjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post fuq bażi biannwali, kif ukoll jissupplimentaw iċ-ċiklu regolari ta’ programmazzjoni, monitoraġġ u kontroll b’verifiki tematiċi abbażi ta’ reviżjoni tar-riskji.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-Artikolu 3 tal-att bażiku propost jiddefinixxi l-għan tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. L-għan speċifiku jirrifletti n-natura doppja tal-għan tal-programm li jittrasforma l-valur miżjud tal-UE, fuq naħa waħda, f’sikurezza nukleari mtejba, u fuq in-naħa l-oħra, f’għarfien miżjud għall-Istat Membru tal-UE dwar il-proċess tad-dekummissjonar nukleari.

    L-Artikoli 3, 6, 7 u l-Anness ilkoll flimkien jiddefinixxu qafas sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE jkun iffokat fuq azzjonijiet li verament iwasslu l-għan tal-programm. Dawn jiċċaraw il-livell ta’ sforz kondiviż bejn l-UE u l-Litwanja fid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. L-Artikolu 7 jistabbilixxi limitu massimu annwali għall-pagament tal-UE għal rata massima ta’ kofinanzjament tal-Unjoni ta’ 80 %, b’rispons għar-rekkomandazzjonijiet Nru 3 u 4 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 11 li jeħtieġu rispettivament li l-Litwanja tkun lesta li tuża l-fondi nazzjonali biex tkopri l-kostijiet tad-dekummissjonar, u li l-Kummissjoni tfittex żidiet fil-kontribuzzjoni nazzjonali. Din id-dispożizzjoni u l-istimi tal-kostijiet tal-pjan tad-dekummissjonar dettaljat skont ir-Regolament tal-Kunsill 2013/1369/UE jiffissaw l-impenn tal-UE lejn il-Litwanja kif stabbilit fit-Trattat tal-Adeżjoni rilevanti.

    L-Artikolu 8 jintroduċi simplifikazzjoni ewlenija fir-rigward tal-programm attwali, jiġifieri l-użu ta’ programm ta’ ħidma pluriennali, li jirrifletti n-natura tal-programmi tad-dekummissjonar. Għalkemm fil-livell tal-programmazzjoni jiġi adottat approċċ pluriennali, l-Artikolu 4(3) jistipula l-possibbiltà ta’ impenji baġitarji annwali u l-prattika tar-rapportar annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tinżamm kif deskritt fl-Artikolu 9(4).

    L-Artikolu 10 jiddefinixxi l-proċess għar-reviżjoni tal-programm ta’ ħidma pluriennali fuq perjodu li huwa proporzjonat man-natura tal-programm u jipprovdi lill-Kummissjoni b’għodda adegwata sabiex tintroduċi miżuri korrettivi, jekk ikunu meħtieġa.

    L-Anness I jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-għan speċifiku tal-Programm. Fit-Tabella 1, l-Anness I jittraduċi t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni nru 6 12 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li sejħet biex il-Kummissjoni tippermetti li jintuża l-finanzjament mill-Unjoni biex jiġu ffinanzjati biss il-kostijiet tal-persunal li l-ħidma sħiħa tiegħu tkun fuq attivitajiet tad-dekummissjonar. It-tabella sservi biex il-finanzjament tal-Unjoni jinżamm għal funzjonijiet essenzjali bħas-sikurezza, filwaqt li l-iskemi ta’ kofinanzjament jintużaw biex jiġu allinjati l-interessi tal-partijiet ikkonċernati lokali ma’ dawk tal-Unjoni. L-Anness II jistabbilixxi l-indikaturi speċifiċi biex isir rapport dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet, fl-oqsma taż-żarmar u d-dekontaminazzjoni, tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tad-disseminazzjoni tal-għarfien.

    2018/0251 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Skont il-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina ( 13 ), il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2004 u sal-31 ta’ Diċembru 2009, rispettivament, u li sussegwentement tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet.

    (2)B’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti lejn id-dekummissjonar tagħhom. Tenħtieġ ħidma ulterjuri sabiex ikompli jitnaqqas il-livell ta’ periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, jenħtieġu riżorsi finanzjarji addizzjonali għal dan l-għan wara l-2020.

    (3)Jeħtieġ li l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament ikunu konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir b’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 14 ), u l-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom ( 15 ). Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tibqa’ tal-Litwanja.

    (4)B’rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina b’żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta’ 1 500 MW, li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika, kienu ta’ natura mingħajr preċedent u rrappreżentaw għal-Litwanja piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 ddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm Ignalina se titkompla bla waqfien u tiġi estiża lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.

    (5)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-Programm) li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba( 16 ), għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

    (6)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-RF il-ġdid] ( 17 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

    (7)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 18 ), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95( 19 ) ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 20 ) u r-Regolament (UE) 2017/1939 ( 21 ), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 22 ). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

    (8)Dan ir-Regolament ma jippreġudikax ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura ta’ għajnuna mill-Istat li tista’ titwettaq fil-ġejjieni b’konformità mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (9)Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li jimplimentaw l-għanijiet ta’ sikurezza tad-dekummissjonar, filwaqt li r-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari jenħtieġ li tibqa’ tal-Litwanja.

    (10)Il-Programm jenħtieġ li jiżgura wkoll id-disseminazzjoni tal-għarfien miksub mill-Programm lill-Istati Membri kollha, f’koordinazzjoni u sinerġija ma’ programmi rilevanti oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ dekummissjonar fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni; billi dawn il-miżuri jġibu l-akbar valur miżjud tal-Unjoni.

    (11)Jenħtieġ li d-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli u b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu dekummissjonati, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, u b’hekk jittieħed kont tal-aħjar prattiki internazzjonali.

    (12)Jenħtieġ li jiġu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess ta’ dekummissjonar mill-Kummissjoni u mil-Litwanja sabiex jiġi żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar hija tal-Litwanja. Dan jinkludi l-kejl effettiv tal-progress u tal-prestazzjoni, kif ukoll il-promulgazzjoni tal-miżuri korrettivi, meta jkunu meħtieġa.

    (13)Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Qbil Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 23 ), teżisti l-ħtieġa li l-Programm jiġi evalwat skont l-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jitkejlu, bħala l-bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.

    (14)Jenħtieġ li jkun possibbli ssir reviżjoni tal-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programm, kif ukoll tal-perjodu ta’ programmazzjoni abbażi tar-riżultati tar-rapport tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu.

    (15)L-azzjonijiet koffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu identifikati fil-limiti definiti mill-pjan ta’ dekummissjonar sottomess mil-Litwanja skont ir-Regolament tal-Kunsill 2013/1369/UE (25) u kwalunkwe verżjoni riveduta tiegħu, jekk ikun hemm. Dan il-pjan iddefinixxa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, l-istat aħħari tad-dekummissjonar u d-data tal-għeluq; ikopri l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata magħhom, il-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Litwanja tissottometti l-verżjonijiet aġġornati tal-pjan lill-Kummissjoni biex din tqishom fit-tħejjija tal-programmi ta' ħidma.

    (16)Jenħtieġ li l-programm jitwettaq bl-isforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’konformità mal-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita taħt il-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta’ programmi kumparabbli tal-Unjoni u l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-programm ta’ dekummissjonar ta’ Ignalina sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-regolament, jenħtieġ li r-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni ma tkunx ogħla minn 80 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-kofinanzjament li jifdal jenħtieġ li jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni, b’mod partikolari minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.

    (17)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1369/2013 ( 24 ) jitħassar.

    (18)Ġie kkunsidrat b’mod xieraq ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 22/2016 dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fil-Bulgarija, fil-Litwanja u fis-Slovakkja, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni.

    (19)Il-Programm jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.

    (20)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ).

    (21)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi l-ħarsien tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-finanzjament effettiv tal-Unjoni.

    (22)Filwaqt li tiġi riflessa l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se tikkontriwbixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, li se jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu.

    (23)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari, il-kostijiet tal-verifiki, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (“il-programm Ignalina”).

    Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

    Artikolu

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)“dekummissjonar” tfisser il-miżuri amministrattivi u tekniċi li jippermettu t-tneħħija tal-verifiki regolatorji kollha, jew ta’ wħud minnhom, minn faċilita nukleari u li jimmiraw li jiżguraw il-protezzjoni fit-tul tal-pubbliku u tal-ambjent, inkluż it-tnaqqis tal-livelli ta’ residwi ta’ radjonuklidi fil-materjali u fis-sit tal-faċilità.

    (2)“pjan ta’ dekummissjonar” tfisser id-dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri l-istrateġija ta’ dekummissjonar magħżula; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż l-ikklirjar; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu ta’ żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inklużi l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Dan il-pjan jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-Programm.

    Artikolu

    Għanijiet tal-programm

    1.L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta’ sikurezza radjoloġika tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, filwaqt li tiġi żgurata d-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien b’hekk iġġenerat fuq id-dekummissjonar nukleari lill-Istati Membri kollha tal-UE.

    2.Il-Programm għandu għan speċifiku li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta’ Ignalina skont il-pjan ta’ dekommissjonar, li jissokta l-ġestjoni sikura tad-dekommissjonar u tal-iskart li ntiret u li jxerred l-għarfien iġġenerat for il-partijiet ikkonċernati tal-UE.

    3.Id-deskrizzjoni dettaljata tal-għan speċifiku hija stabbilita fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-Anness I, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

    Artikolu

    Baġit

    1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 552 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

    2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri spejjeż relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

    3.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti parzjali annwali.

    Artikolu

    Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

    KAPITOLU II

    ELIĠIBBILTÀ

    Artikolu

    Azzjonijiet eliġibbli

    Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Anness I li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

    Artikolu

    Rati ta’ kofinanzjament

    Ir-rata massima ġenerali ta’ kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %. Il-kofinanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni.

    KAPITOLU III

    PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

    Artikolu

    Programm ta’ ħidma

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

    2.Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jirrifletti l-pjan ta’ dekummissjonar li għandu jservi bħala linja bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm.

    Artikolu

    Monitoraġġ u rapportar

    1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

    2.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni u (fejn rilevanti) l-Istati Membri.

    3.Fi tmiem kull sena, il-Kummissjoni għandha telabora rapport dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-ħidma mwettqa fis-snin preċedenti u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu

    Evalwazzjoni

    1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

    2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1. L-evalwazzjoni interim għandha tindirizza wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni għall-modifika tal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 8.

    3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

    4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu

    Awditi

    L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu

    Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha titwaqqaf mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta jintalab dan permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

    2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

    Artikolu

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013 jitħassar.

    Artikolu

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

    2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1369/2013.

    3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    Artikolu

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja għall-perjodu 2021-2027

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

    Sikurezza Nukleari

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja( 26  

     estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

    1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Il-programm Ignalina jindirizza r-rekwiżiti tal-bażi ġuridika tiegħu (jiġifieri t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja u, b’mod partikolari, il-Protokoll Nru 4 u l-Artikolu 56 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003).

    1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

    Bħala kundizzjoni għall-adeżjoni tagħha mal-UE, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq u sussegwentement tiddekummissjona r-reatturi nukleari tat-tip ta’ Chernobyl fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Bħala att ta’ solidarjetà mal-Litwanja, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja, li tipprovdi assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.

    L-attivitajiet ta’ dekummissjonar qed jimxu ’l quddiem bid-data tal-għeluq skedata fl-2038. Huwa fl-interess tal-Unjoni li tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju għad-dekummissjonar, u tikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-operat. Il-programm jipprovdi appoġġ sostanzjali u fit-tul għas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali u jiġi żgurat progress reali lejn is-sigurtà u s-sikurezza nukleari.

    1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Twettqet evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programmi ta’ Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP). L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu qieset u vvalutat ir-riżultati u l-impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni. Għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni u d-data rilevanti bl-involviment estensiv tal-partijiet ikkonċernati ewlenin (jiġifieri Ministeri, korpi ta’ implimentazzjoni, operaturi tad-dekummissjonar, membri tal-Kumitat NDAP).

    Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-NDAP jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

    Koerenza mal-politiki tal-UE. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija immedjata ta’ żarmar fil-Litwanja tiġi segwita b’mod kostanti u tipprevjeni li dan il-piż bla bżonn jiġi ttrasferit lil ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jidderoga parzjalment għal raġunijiet storiċi, għar-responsabbiltà aħħarija tal-Istat Membru sabiex jiżgura riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Il-pjan ta’ dekummissjonar għall-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina ġie mmodifikat mil-Litwanja fl-2013 bi tħejjija għall-QFP 2014-2020: id-data tal-għeluq tal-programm tmexxiet b’disa’ snin mill-2029 għall-2038.

    Progress. Il-Litwanja għamlet progress effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar taż-żewġ reatturi tal-enerġija nukleari moderati bil-grafit b’konformità mal-linja bażi miftiehma (jiġifieri l-pjan ta’ dekummissjonar).

    Sikurezza. Se jintlaħqu livelli sostanzjalment imtejba ta’ sikurezza fuq is-siti bħala riżultat tal-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-QFP.

    Kamp ta’ applikazzjoni finanzjarju. Id-differenza fil-finanzjament lil hinn mill-2020 hija fil-medda ta’ EUR 1 331 miljun għall-programm Ignalina.

    Kontribuzzjoni nazzjonali. Il-livelli ta’ kontribuzzjoni nazzjonali milħuqa jidhru idonei sabiex isostnu l-effiċjenza xierqa; madankollu, il-kofinanzjament mhuwiex stabbilit fil-bażi ġuridika, biex b’hekk inħolqu inċertezzi li jenħtieġ li jitneħħew. Barra minn hekk, l-analiżi wriet li l-livelli dejjem jiżdiedu tal-kontribuzzjoni nazzjonali huma kundizzjoni neċessarja iżda mhux suffiċjenti sabiex jiġu stabbiliti l-inċentivi t-tajba għal dekummissjonar f’waqtu u effiċjenti. Għaldaqstant, it-trasferiment espliċitu tar-riskji (kostijiet żejda, dewmien) lejn il-Litwanja se jkollu impatt akbar. Din il-prattika diġà kienet ġiet introdotta sa ċertu punt taħt il-QFP attwali, fejn possibbli.

    Governanza. L-istruttura tal-governanza żgurat l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm Ignalina u kkumpensat għall-inċertezzi msemmija dwar l-aspetti ta’ kontribuzzjoni nazzjonali.

    Għanijiet. Jenħtieġ li kwalunkwe finanzjament wara l-2020 jiffoka fuq l-għanijiet ta’ sikurezza espliċiti mmonitorjati permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni apposta.

    Kisba tal-għarfien. Fl-aħħar nett, l-esperjenza miksuba sa issa mill-proġetti implimentati taħt il-programm Ignalina fil-Litwanja, kif ukoll taħt il-programm Kozloduy fil-Bulgarija u l-programm Bohunice fis-Slovakkja, tipprovdi bażi solida ta’ għarfien fl-UE għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ dekummissjonar li għaddejjin u dawk futuri. Dawn il-programmi kofinanzjati mill-UE jistgħu jimmiraw li jsiru punt ta’ riferiment solidu għal kwistjonijiet relatati mal-governanza u l-prattiki tal-ġestjoni bħall-metodoloġiji jew l-ippjanar tal-istima tal-kostijiet u sfidi teknoloġiċi persistenti bħaż-żarmar ta’ reatturi moderati bil-grafit u l-ġestjoni sussegwenti ta’ ammonti importanti ta’ grafit irradjat.

    1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

    Strumenti tal-UE disponibbli oħrajn, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond ta' Koeżjoni, jistgħu jiġu skjerati fir-reġjun ta’ Visaginas b’mod li jiżguraw komplementarjetajiet mal-programm Ignalina. Pereżempju, dawn il-Fondi jistgħu jappoġġaw miżuri li jakkumpanjaw it-tranżizzjoni soċjali u ekonomika relatata, inklużi wkoll miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli, kif ukoll ċerti attivitajiet oħrajn mhux marbuta ma’ proċessi tas-sikurezza radjoloġika. Bħala tali, dawn il-Fondi jistgħu joħolqu attivitajiet addizzjonali fir-reġjun u jużaw l-għarfien espert disponibbli lokalment bħala xprunatur ewlieni tal-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-FP9 u/jew mal-programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom f’oqsma bħall-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġija, kif ukoll it-taħriġ u l-edukazzjoni.

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

     durata limitata

       fis-seħħ mill-2021 sal-2027

       Impatt finanzjarju mil-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta' impenn

     durata illimitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 27  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

    pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

    korpi tal-liġi pubblika;

    korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    Il-korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru fil-Litwanja għall-programm Ignalina – l-Aġenzija Ċentrali għall-Ġestjoni tal-Programmi (CPMA) – se jkompli jservi bħala l-korp ta’ implimentazzjoni fil-QFP 2021-2027.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    L-implimentazzjoni tal-programm Ignalina hija mmonitorjata mill-Kummissjoni permezz tal-ftehim ta’ delega stabbilit mal-korp ta’ implimentazzjoni vvalutat mill-pilastru (jiġifieri s-CPMA) u permezz ta’ analiżijiet mhux fuq il-post. Perjodikament u abbażi ta’ reviżjonijiet tar-riskji, il-Kummissjoni twettaq verifiki tematiċi indipendenti.

    L-għodda tal-ġestjoni tal-valur gwadanjat tintuża wkoll għat-traċċar tal-progress u tal-prestazzjoni attwali.

    Il-Litwanja hija involuta fl-azzjonijiet ta’ monitoraġġ permezz tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, li huwa kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u mill-Koordinatur tal-Programm (il-Viċi Ministru tal-Enerġija tar-Repubblika tal-Litwanja). Kompitu ewlieni tal-kumitat ta’ monitoraġġ huwa r-reviżjoni u l-approvazzjoni ta’ rapporti ta’ monitoraġġ biannwali.

    Darbtejn fis-sena, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jwettqu żjarat fuq il-post sabiex jivverifikaw il-progress fiżiku.

    Għandha titwettaq evalwazzjoni interim mhux aktar tard mill-2024.

    Għandha titwettaq evalwazzjoni finali mhux aktar tard mill-2032.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

    Bħala riżultat tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm ta’ Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP), l-istruttura ta’ governanza attwali wriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi. Il-fatturi ewlenin ta’ suċċess huma d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, kif ukoll il-qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    Ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi jsirilhom inventarju abbażi ta’ analiżijiet mhux fuq il-post, missjonijiet biannwali ta’ monitoraġġ fuq il-post u l-użu ta’ EVM li jippermetti l-iskoperta bikrija ta’ dewmien u kostijiet akbar milli ppjanat. Imbagħad, ir-riskji jiġu vvalutati skont proċedura li tiffavorixxi approċċ kwantitattiv. Ir-reġistru tar-riskji u l-azzjonijiet assoċjati jiġu analizzati u rreġistrati mill-inqas darbtejn fis-sena. Ir-riskji tal-implimentazzjoni tal-aktar proġetti importanti jiġu segwiti b’mod parallel mas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji eżistenti tal-korpi ta’ implimentazzjoni u tal-benefiċjarji.

    Ir-reviżjoni tar-riskji tipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġi żviluppat approċċ ta’ monitoraġġ u kontroll abbażi tar-riskji, inkluż l-aġġornament tar-rekwiżit tar-rapportar għal enfasi fuq l-oqsma ta’ riskju, id-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ u t-tnedija ta’ verifiki tematiċi addizzjonali.

    Fil-livell tal-ġestjoni tal-programm, l-aktar riskju sinifikanti identifikat huwa li l-kontribuzzjoni nazzjonali għall-finanzjament tal-programm ma tilħaqx il-mira ogħla fir-rigward tal-livell preżenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti rati ta’ kofinanzjament definiti sewwa u qafas ta’ kontroll imsaħħaħ fl-att bażiku sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-kontribuzzjoni nazzjonali.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

    Abbażi ta’ valutazzjoni tal-aktar indikaturi ewlenin u riżultati ta’ kontroll rilevanti, id-DĠ ENER ivvaluta l-kosteffettività u l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll u laħaq konklużjoni pożittiva għas-sena 2017. Se jinkisbu kundizzjonijiet simili fil-QFP li jmiss.

    L-indikatur tal-kosteffettività jqis l-kost tas-superviżjoni fil-livell tal-Kummissjoni (li jkopri l-ħin tax-xogħol tal-persunal allokat għal dawn il-kompiti u l-kuntratti speċifiċi relatati direttament mal-kompiti superviżorji meta rilevanti) tal-entitajiet differenti.

    Fl-2017, l-istima tal-indikatur ikkonsolidat tal-kosteffettività (jiġifieri għall-entitajiet fdati kollha flimkien) baqgħet stabbli b’mod ġenerali.

    Il-varjazzjonijiet osservati fil-kost tal-kontroll tal-korpi ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari (BERŻ, CPMA) jirriflettu l-bidla gradwali lejn il-kanali ta’ implimentazzjoni nazzjonali fil-Litwanja u ż-żieda fil-livell ta’ superviżjoni u monitoraġġ tal-programm li rriżultat.

    L-istimi tal-2016 u dawk preċedenti kienu jinkludu t-tariffi mħallsin lill-entitajiet fdati bl-NDAP. Dawn it-tariffi issa huma inklużi fil-kost fil-livell tal-entità rrapportata hawn taħt, iżda tqiesu wkoll, għal raġunijiet ta’ konsistenza, fil-kalkolu tal-kost tal-proporzjon tal-kontroll.

    Entità

    Kost tal-Kontroll fil-livell tal-Kummissjoni

    Ammont ikkontrollat

    BERŻ

    EUR 0.32 miljun
    (+ it-tariffi mħallsin ta’ EUR 2.14 miljun)

    EUR 239.8 miljun

    CPMA

    EUR 0.23 miljun
    (+ it-tariffi mħallsin ta’ EUR 1.24 miljun)

    EUR 87.44 miljun

    Fir-rigward tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ erruri, dawn huma stmati għal 0,5 %. Fl-2017, id-DĠ ENER wettaq verifika tematika dwar il-proċeduri ta’ akkwist immexxija mill-korpi ta’ implimentazzjoni b’riżultati pożittivi.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

    Id-DĠ ENER żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi minn Novembru 2013, b’konformità mal-gwida stabbilita fil-metodoloġija tal-OLAF. L-aġġornamenti sussegwenti seħħew f’Ottubru 2015 (li jkopri l-perjodu 2016-2017) u Diċembru 2017 (li jkopri l-perjodu 2018-2019). L-istrateġija hija konformi mal-Qafas ta’ Kontroll Intern rivedut (C(2017) 23730). Id-DĠ ENER huwa impenjat li jaġġorna l-Istrateġija tiegħu Kontra l-Frodi kull sentejn.

    L-istrateġija attwali hija mibnija fuq l-analiżi tal-vulnerabbiltà tar-riskju tal-frodi, sabiex jiġu aċċertati r-riskji ta’ frodi speċifiċi għad-DĠ ENER u sabiex jinftiehmu fil-kuntest usa’. Din il-valutazzjoni kkonkludiet li d-DĠ ENER huwa soġġett għal riskji relatati mal-frodi mhux aktar minn moderati jew baxxi, jiġifieri ma ġie stabbilit ebda riskju sinifikanti jew kritiku.

    Il-kontrolli maħsuba sabiex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet huma komplementati minn pjan ta’ azzjoni li huwa mehmuż mal-istrateġija.

    Dan il-pjan ta’ azzjoni jiżgura notevolment:

    Li jkun hemm fis-seħħ regoli interni għall-ġestjoni u r-rapportar ta’ suspetti ta’ frodi;

    Assenjazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet għall-azzjonijiet kontra l-frodi bejn l-unitajiet u l-funzjonijiet;

    Li jiġu kkunsidrati r-riskji ta’ frodi potenzjali fi ħdan l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji annwali għall-Pjan ta’ Ġestjoni.

    Attendenza regolari għan-Netwerk għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi u għal-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Frodi u l-Irregolarità, kif ukoll kuntatti ma’ DĠs u servizzi oħrajn;

    Li l-funzjoni tal-Korrispondent Lokali Kontra l-Frodi titħaddem f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni komuni għall-familja tar-Riċerka;

    Li jiġi żgurat livell xieraq ta’ kooperazzjoni mal-OLAF.

    Il-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi preċedenti għall-2017 ġie implimentat b’suċċess. L-istrateġiji suċċessivi kontra l-frodi tad-DĠ ENER irrikonoxxew l-importanza tal-għarfien tal-persunal u l-importanza tar-relazzjonijiet mal-korpi ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Kummissjoni u bejn id-DĠ ENER u d-DĠs l-oħrajn tal-familja tar-Riċerka. L-implimentazzjoni tal-istrateġija tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-inqas darbtejn fis-sena lill-maniġment tad-DĠ ENER.

    L-indikaturi, relatati maż-żamma u l-aġġornament tal-istrateġija, għar-regolarità tar-rapportar lill-maniġment u għat-titjib tal-għarfien tal-persunal, juru li l-istrateġija hija għodda effettiva maħsuba sabiex tipprevjeni u tiskopri frodi, iżda li jenħtieġ li jiġu segwiti sforzi ulterjuri fir-rigward tal-għarfien tal-persunal bħala sforz kontinwu. Fl-2016-2017, ġie żviluppat programm ta’ azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni b’inizjattivi mfassla apposta relatati mal-attivitajiet ewlenin u l-għanijiet ta’ politika tad-DĠ ENER. Fl-2017, l-inizjattivi ffokaw fuq laqgħat immirati u workshops dwar il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Il-prevenzjoni tal-frodi ġiet diskussa wkoll regolarment fil-bullettin dwar il-kontroll intern. Kien disponibbli pakkett ta’ informazzjoni fuq paġna tal-intranet apposta.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru 1
    “Dekummissjonar Nukleari (il-Litwanja)”

    Diff./Mhux diff 28 .

    mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 29

    mingħand il-pajjiżi kandidati 30

    mingħand pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    5

    Programm Ignalina [12.03]

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 31  

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    5

    “Dekummissjonar Nukleari (il-Litwanja)”

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operazzjonali

    Impenji

    (1)

    72.500

    71.400

    78.300

    83.600

    83.700

    80. 100

    82. 400

    -

    552.000

    Pagamenti

    (2)

    -

    -

    -

    -

    90.000

    90.000

    90.000

    282.000

    552.000

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 32  

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

    Impenji

    =1+3

    72. 500

    71. 400

    78. 300

    83. 600

    83. 700

    80. 100

    82. 400

    -

    552.000

    Pagamenti

    =2+3

    -

    -

    -

    -

    90.000

    90.000

    90.000

    282.000

    552.000



    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża “id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni) li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    3.003

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.455

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    3.458

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    fl-INTESTATURI kollha
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    72.994

    71.894

    78.794

    84.094

    84.194

    80.594

    82.894

    0

    555.458

    Pagamenti

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    90.494

    90.494

    90.494

    282.000

    555.458

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    0.429

    3.003

    Nefqa amministrattiva oħra

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.065

    0.455

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    3.458

    Barra l-INTESTATURA 7 33
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    0.494

    3.458

    L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    3

    3

    3

    3

    3

    3

    3

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

     Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  34

    Intestatura 7

    Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  35

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Riċerka

    Oħrajn (speċifika)

    TOTAL

    3

    3

    3

    3

    3

    3

    3

    Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Persunal estern

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

       ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 36

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Artikolu ………….

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    (1)    ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33 u p. 944.
    (2)    L-Artikolu 3.1 “Recognising that the decommissioning of the Ignalina Nuclear Power Plant is of a long-term nature and represents for Lithuania an exceptional financial burden not commensurate with its size and economic strength, the Union shall, in solidarity with Lithuania, provide adequate additional Community assistance to the decommissioning effort beyond 2006.” L-Artikolu 3.2 “The Ignalina programme will be, for this purpose, seamlessly continued and extended beyond 2006. Implementing provisions for the extended Ignalina programme shall be decided […] and enter into force, at the latest, by the date of expiry of the current Financial Perspective. […]” L-Artikolu 3.4 “For the period of the next Financial Perspectives, the overall average appropriations under the extended Ignalina programme shall be appropriate. Programming of these resources will be based on actual payment needs and absorption capacity.” (L-Att tal-adeżjoni tal-2003, il-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944)).
    (3)    L-Unità 1 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina ngħalqet fl-2004 u l-Unità 2 ingħalqet fl-2009.
    (4)    Ara nota f'qiegħ il-paġna nru 2.
    (5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1990/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari Ignalina fil-Litwanja għall-Att tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja “Programm Ignalina” (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 10).
    (6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 7).
    (7)    Id-Dikjarazzjoni mill-mexxejja ta' 27 Stat Membru u mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-25 ta’ Marzu 2017) - http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2017/03/25/rome-declaration/pdf
    (8)    Bħalissa dan il-programm huwa l-iżjed wieħed avvanzat fil-ġestjoni tad-dekummissjonar ta’ reatturi bil-qalba tal-grafit u huwa obbligu li jirriżulta mill-Protokoll Nru 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja. Abbażi tal-pjan dettaljat tad-dekummissjonar, il-programm se jdum għaddej sal-2038.
    (9)    L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
    (10)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
    (11)    Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 22/2016, Rakkomandazzjoni 3: “Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jiġi rrispettat billi jiżdied il-finanzjament nazzjonali għall-perjodu 2014-2020 u wara. Jenħtieġ li t-tliet Stati Membri jirrikonoxxu r-rwol proprju tagħhom fl-iżgurar li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jiġi rrispettat, u jenħtieġ li jkunu lesti jużaw fondi nazzjonali biex ikopru l-kostijiet tad-dekummissjonar, kif ukoll l-kost tad-disponiment finali, kemm fil-perjodu attwali ta’ finanzjament kif ukoll warajh. Rakkomandazzjoni 4 — Żieda fil-kofinanzjament nazzjonali    matul il-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex żidiet fil-kofinanzjament nazzjonali matul il-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020. Pereżempju, jenħtieġ li hija tiddefinixxi b’mod ċar, f’deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-kundizzjonijiet “eċċezzjonali ġġustifikati tajjeb” li taħthom il-proġetti jistgħu jiġu ffinanzjati bis-sħiħ mill-UE taħt il-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari.
    (12)    Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 22/2016, Rakkomandazzjoni 6: “Il-finanzjament mill-UE huwa biss għall-ispiża tad-dekummissjonar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippermetti li jintuża finanzjament mill-UE, taħt il-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari, biex jiġu ffinanzjati biss il-kostijiet tal-persunal li l-ħidma sħiħa tiegħu tkun fuq attivitajiet ta’ dekummissjonar.”
    (13)    ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.
    (14)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
    (15)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
    (16)    ĠU L123, 12.5.2016, p. 1-14.
    (17)    [full title; OJ reference].
    (18)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
    (19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
    (20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
    (21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).
    (22)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
    (23)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
    (24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 7).
    (25)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
    (26)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (27)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (28)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (29)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (30)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (31)    It-totali jaf ma jaqblux bl-eżatt minħabba l-arrotondament.
    (32)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (33)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (34)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
    (35)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
    (36)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top

    Brussell,13.6.2018

    COM(2018) 466 final

    ANNESSI

    tal-

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill

    li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013

    {SWD(2018) 342 final}


    ANNESS I

    1.L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta’ sikurezza radjoloġika tad-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Wara li tlestiet it-tneħħija tal-assemblaġġi tal-fjuwil użat mill-bini tar-reatturi, l-isfidi ewlenin tas-sikurezza li jmiss li jridu jiġu indirizzati mill-Programm huma ż-żarmar tal-qalba tar-reatturi u l-ġestjoni kontinwa tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.

    2.Fil-perjodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-programm se jassisti f’dan li ġej:

    (a)iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ta’ fuq u tal-qiegħ tax-xaftijiet tar-reatturi skont il-pjan ta’ dikommissjonar; il-progress irid jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;

    (b)id-disinn għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ċentrali tax-xaftijiet tar-reatturi (il-qalba tal-grafit); il-progress irid jitkejjel permezz tal-valur gwadanjat; dan l-għan għandu jinkiseb qabel l-2027 meta se jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet rilevanti biex jitwettqu ż-żarmar u d-dekontaminazzjoni attwali li huma skedati għal wara l-2027;

    (c)il-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-skart li ntiret sal-ħżin proviżorju jew sar-rimi (skont il-kategoriji tal-iskart), inkluża t-tlestija tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart fejn meħtieġa. Dan l-għan għandu jintlaħaq b’konformità mal-pjan ta’ dikommissjonar; il-progress irid jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;

    (d)it-tnaqqis tar-riskji radjoloġiċi; dan l-għan irid jitkejjel permezz tal-valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-attivitajiet u tal-faċilità, li jidentifikaw modi li bihom jistgħu jseħħu esponimenti potenzjali u li jistmaw il-probabbiltajiet u d-daqs tal-esponimenti potenzjali.

    3.Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa l-istruttura tat-tqassim tal-ħidma tal-Programm (l-hekk imsejħa Struttura Ġerarkika tad-Dekompożizzjoni tal-Attività u tal-Proġetti marbuta mad-Dekummissjonar tal-NPP ta’ Ignalina). L-ewwel livell tal-istruttura tat-tqassim tal-ħidma hija magħmula minn dawn is-sitt punti:

    (`)P.0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża”;

    (a)P.1 “Tħejjija għad-dekummissjonar”;

    (b)P.2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-ristorazzjoni tas-sit”;

    (c)P.3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat”;

    (d)P.4 “Ġestjoni tal-Iskart”;

    (e)P.5 “Programm post-operazzjoni”.

    Il-punt P.0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża” jkopri l-ġestjoni tal-intrapriża, il-garanzija tas-sorveljanza u tal-kwalità, il-monitoraġġ tar-radjazzjoni u ekoloġiku, is-sigurtà fiżika, l-appoġġ tal-inġinerija għall-attivitajiet tal-intrapriża.

    Il-punt P.1 “Tħejjija għad-dekummissjonar” ikopri l-għoti ta’ kundizzjonijiet preliminari għad-dekommissjonar (bħall-inventarju tat-tagħmir u l-karatterizzazzjoni radjoloġika), il-modifika tal-infrastruttura, l-iżolament tas-sistemi u tat-tagħmir, id-dekontaminazzjoni tas-sistemi, tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-proċess.

    Il-punt P.2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-ristorazzjoni tas-sit” ikopri ż-żarmar tar-reatturi, iż-żarmar u tas-sistemi/tagħmir tal-proċess u l-pretrattament tal-iskart, it-twaqqigħ tal-faċilitajiet, u r-ristorazzjoni tas-sit.

    Il-punt P.3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat” ikopri l-ġestjoni u l-ħżin ta’ fjuwil nukleari użat.

    Il-punt P.4 “Ġestjoni tal-iskart” ikopri t-trattament u l-kundizzjonament tal-iskart radjuattiv.

    Il-punt P.5 “Programm post-operazzjoni” jkopri l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet, ir-riżorsi tal-enerġija, il-provvista tal-ilma, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma.

    4.L-isfidi ta’ sikurezza radjoloġika ewlenin għall-perjodu ta’ finanzjament 2021–2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti P.1, P.2 u P.4. B’mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt P.2. Sfidi inqas importanti huma ttrattati skont il-punt P.3, filwaqt li l-punti P.0 u P.5 ikopru l-attivitajiet ta’ appoġġ għad-dekummissjonar.

    5.Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma pluriennali, il-Kummissjoni se tikkunsidra t-tqassim tal-ammonti disponibbli skont il-prijoritajiet identifikati fit-Tabella 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7.

    Tabella 1

    #

    Punt

    Prijorità

    P.0

    Organizzazzjoni ta’ attività tal-intrapriża

    II

    P.1

    Tħejjija għad-dekummissjonar

    I

    P.2

    Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-ristorazzjoni tas-sit

    I

    P.3

    Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat

    II

    P.4

    Ġestjoni tal-iskart

    I

    P.5

    Programm post-operazzjoni

    III

    6.L-għanijiet prinċipali tal-Programm huma kkumplimentati bl-għan li jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni tal-Programm permezz tad-disseminazzjoni tal-għarfien (iġġenerat mill-programm) lill-Istati Membri kollha dwar il-proċess ta’ dekummissjonar. Fil-perjodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm irid jikseb dan li ġej:

    jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni (eż. Stati Membri, awtoritajiet tas-sikurezza, is-servizzi pubbliċi u l-operaturi tad-dekummissjonar);

    jiddokumenta l-għarfien espliċitu u jagħmluh disponibbli permezz ta’ trasferimenti multilaterali ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza dwar id-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali u l-isfidi teknoloġiċi, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

    Dawk l-attivitajiet huma ffinanzjati mill-Unjoni b’rata ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Il-progress għandu jitkejjel skont l-għadd ta’ prodotti ta’ għarfien u s-sensibilizzazzjoni tagħhom.

    7.Ir-rimi ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond mhux inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Programm, u jrid jiġi żviluppat mil-Litwanja fil-programm nazzjonali tagħha għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv kif meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.



    ANNESS II

    Indikaturi

    1. Żarmar u dekontaminazzjoni:

    ·il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija.

    2. Ġestjoni ta’ skart radjuattiv:

    ·il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur.

    3. Disseminazzjoni tal-għarfien:

    ·l-għadd ta’ prodotti ta’ għarfien u s-sensibilizzazzjoni tagħhom.

    Top