Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0436

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

    COM/2018/436 final - 2018/0225 (COD)

    Brussell,7.6.2018

    COM(2018) 436 final

    2018/0225(COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    {SEC(2018) 291 final}
    {SWD(2018) 307 final}
    {SWD(2018) 308 final}
    {SWD(2018) 309 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet

    Il-proposta ta’ “Orizzont Ewropa” hija kompletament konformi mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sa 2027, kif ukoll mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni, kif hemm stipulat fl-Aġenda tagħha għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku u l-prijoritajiet ta’ politika globali (l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli). Tappoġġa l-aġenda tal-Unjoni għal wara l-2020 kif maqbul fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017.

    Il-proposta hija inkwadrata mill-premessa li r-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) jrendu r-riżultati għall-prijoritajiet taċ-ċittadini, jagħtu spinta lill-produttività u l-kompetittività tal-Unjoni, u huma kruċjali għaż-żamma tal-mudell u l-valuri soċjoekonomiċi tagħna, u b’hekk jippermettu soluzzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi f’mod iktar sistemiku.

    Skont l-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), il-Programm Qafas għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi li jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu, jiffissaw id-durata tiegħu u jipprovdu għall-mezzi meqjusa neċessarji. Il-programm Orizzont Ewropa se jiġi implimentat permezz ta’ programm speċifiku stabbilit permezz ta’ din id-Deċiżjoni u l-programm speċifiku fir-rigward tar-riċerka dwar id-difiża.

    Il-programm speċifiku stabbilit permezz ta’ din id-Deċiżjoni huwa bbażat kemm fuq l-Artikolu 182 TFUE kif ukoll, minħabba l-appoġġ b’saħħtu tiegħu għall-innovazzjoni, fuq l-Artikolu 173 TFUE.

    Għal aktar dwar il-proposta kumplessiva għal Orizzont Ewropa, ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-att sottostanti (proposta għal regolament li jistabbilixxi “Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni”).

    Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017. It-taqsima li ġejja tiddettalja l-punti speċifiċi f’din il-proposta.

    2.ELEMENTI OĦRA

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Il-proposta għall-Programm Qafas (Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni intitolat “Orizzont Ewropa”, inkluż l-istabbiliment tar-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni), tistabbilixxi l-għan ġenerali u speċifiku ta’ Orizzont Ewropa, l-attivitajiet tal-istruttura u l-linji mifruxa li jridu jitwettqu, filwaqt li din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiddefinixxi l-għanijiet operattivi u l-attivitajiet li huma speċifiċi għal partijiet ta’ Orizzont Ewropa.

    Dan l-att legali jistabbbilixxi l-implimentazzjoni speċifika u d-dispożizzjonijiet ta’ programmar għall-programm qafas, speċjalment għal

    ·Missjonijiet (skont il-pilastru tal-Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali);

    ·il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC);

    ·il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC);

    ·il-programmi ta’ ħidma;

    ·il-proċedura ta’ kumitat.

    Ippjanar strateġiku

    L-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa se tkun xprunata minn proċess tal-ippjanar strateġiku inklussiv u trasparenti tal-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni, li se jiffinanzja l-programm. Dan se jsegwi konsultazzjonijiet u skambji estensivi mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew kif xieraq, u ma’ diversi partijiet ikkonċernati, inkluż l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, dwar il-prijoritajiet (inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru tal-Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali), u t-tipi adattati ta’ azzjoni u forom ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari s-sħubiji Ewropej.

    L-eżerċizzju tal-ippjanar strateġiku se jistabbilixxi strateġija pluriennali għall-iżvilupp ta’ kontenut ta’ programm ta’ ħidma (kif stipulat fl-Artikolu 11), minkejja li se jibqa flessibbli biżżejjed biex iwieġeb malajr għal ħtiġijiet u kriżijiet mhux mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta’ politika stabbiliti fiċ-ċiklu tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. It-tieni pilastru – Sfidi Industrijali u Kompetittività Industrijali – se jkun iċ-ċentru tal-gravità għal dan l-ippjanar.

    Il-prijoritajiet ta’ Orizzont Ewropa se jkunu allinjati mill-qrib ħafna mal-prijoritajiet strateġiċi ġenerali tal-Unjoni u l-politiki tagħha. L-ippjanar strateġiku se jkun ibbażat fuq attivitajiet ta’ tbassir, studji u evidenza xjentifika oħra u se jqis l-inizjattivi rilevanti eżistenti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Se jinkorpora perspettivi interdixxiplinari u trasversali u jiżgura li l-attivitajiet kollha skont Orizzont Ewropa huma koordinati b’mod effettiv.

    Se jkun allinjat mill-qrib ħafna wkoll ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, mhux l-inqas biex jippromwovi disseminazzjoni iktar malajr u t-tnedija tar-riżultati mill-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni. 

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi għan iktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-programmi kollha tal-UE, b’mira kumplessiva ta’ 25% tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi ntraċċata permezz ta’ sistema ta’ mmarkar klimatiku tal-UE fil-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji iktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

    Sabiex tappoġġa l-utilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tal-programm sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi, il-Kummissjoni se taħdem biex tidentifika azzjonijiet rilevanti matul il-proċessi ta’ tħejjija, implimentazzjoni, reviżjoni u evalwazzjoni tal-programm.

    Pilastri

    Orizzont Ewropa se jikkonsisti minn 3 oqsma, jew “pilastri”:

    I.“Xjenza Miftuħa”;

    II.“Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”;

    III.“Innovazzjoni Miftuħa”.

    Pilastru I –Xjenza Miftuħa

    Dan il-pilastru jibni fuq is-suċċess tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-komponent tal-Infrastrutturi tar-Riċerka fil-programm qafas attwali. Għar-regoli speċifiċi dwar il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka ara l-Artikoli 6 sa 8.

    Pilastru II – “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali

    Dan il-pilastru jinkludi ħames raggruppamenti tematiċi li jindirizzaw l-ispettru sħiħ tal-isfidi globali permezz ta’ attivitajiet kollaborattivi tar-R&I minn fuq għal isfel.

    ·“Saħħa”;

    ·“Soċjetà Inklużiva u Sigura”;

    ·“Diġitali u Industrija”;

    ·“Klima, Enerġija u Mobbiltà”;

    ·“Riżorsi tal-Ikel u Naturali”.

    Ir-raggruppamenti – appoġġati minn oqsma ta’ intervent – jittrasversaw l-ostakli tradizzjonali bejn id-dixxiplini, is-setturi u l-oqsma ta’ politika u se jwasslu għal iktar kollaborazzjoni u impatt miżjud dwar dak li jikkonċerna l-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-politika globali.

    Il-pilastru kollu huwa ddisinjat biex ikun iktar orjentat lejn l-impatt.

    Missjonijiet

    Għadd żgħir ta’ missjonijiet b’miri speċifiċi se jiġu varati minn dan il-pilastru, li se jistabbilixxu portafoll komprensiv ta’ proġetti, iżda li se jieħdu wkoll minn attivitajiet u outputs rilevanti minn partijiet oħrajn tal-programm. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-missjonijiet huma stipulati fl-Artikolu 5.

    Il-missjonijiet se jiġu deċiżi u kodisinjati bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar strateġiku ta’ Orizzont Ewropa, li se jinkludi sforz kollaborattiv mid-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-partijiet ikkonċernati rilevanti.

    Mhux se jkun hemm baġit separat għall-missjonijiet, għaliex il-missjonijiet se jkollhom baġit assenjat permezz tal-programm ta’ ħidma. Il-missjonijiet huma normalment mistennija li jkunu trażversali fin-natura tagħhom u għalhekk jirċievu l-baġit tagħhom minn iktar minn raggruppament wieħed.

    L-ewwel ftit missjonijiet se jiġu introdotti fl-ewwel eżerċizzju tal-ippjanar strateġiku. Abbażi tal-ewwel sentejn esperjenza, l-għadd u l-iskala ta’ missjonijiet jista’ jiżdied fil-programmi ta’ ħidma sussegwenti. Filwaqt li d-durata tal-appoġġ tal-Unjoni għall-missjonijiet ma tkunx mistennija li taqbeż l-10 snin u tkun soġġetta għal reviżjoni regolari (permezz taċ-ċiklu tal-programm ta’ ħidma), l-iskeda ta’ żmien għall-impatt mistenni tal-missjonijiet jista’ jinfirex lil hinn minn din l-iskeda ta’ żmien.

    Għall-kodisinn tal-missjonijiet u l-ixprunar tal-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi bordijiet ta’ missjoni. Dan jagħtu parir dwar missjonijiet li għandhom potenzjal ta’ impatt għoli u billi jagħmlu dan joqogħdu fuq proċess tad-disinn li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati u jinkludi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. Il-bordijiet ta’ missjoni se jkunu magħmula minn partijiet ikkonċernati, inkluż utenti aħħarin sabiex ikun żgurat l-involviment tagħhom, u d-dipartimenti tal-Kummissjoni biex ikunu żgurati r-rabtiet mal-politiki tal-Unjoni. Il-membri tal-bordijiet ta’ missjonijiet normalment jinħatru mill-Kummissjoni, b’segwitu għal sejħa miftuħa għal espressjonijiet ta’ interess, u b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa ta’ bilanċ fl-għarfien espert, is-sess, l-età u d-distribuzzjoni ġeografika. Madankollu, jekk xieraq, l-istrutturi ta’ governanza eżistenti jistgħu jintużaw bħala bordijiet ta’ missjoni.

    Il-maniġers ta’ missjoni jistgħu jinħatru mill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-aqwa għarfien espert disponibbli jintuża għall-implimentazzjoni u jikseb l-għanijiet dikjarati.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni se jippermettu “approċċ ta’ portafoll”, fejn il-proposti se jiġu evalwati u magħżula, u l-proġetti ġestiti fi ħdan portafoll ta’ azzjonijiet, minflok individwalment.

    L-evalwazzjoni tal-proposti se ssir bl-għajnuna ta’ evalwaturi indipendenti li se jkunu responsabbli mill-proposta għal portafoll ta’ proġetti li kollettivament jindirizzaw missjoni magħrufa.

    L-evalwazzjoni applikabbli u l-kriterji tal-għażla, flimkien mal-metodu tal-evalwazzjoni għall-missjonijiet (eż. biex ikun żgurat approċċ ta’ portafoll), se jkunu stipulati fil-programm ta’ ħidma. L-għan se jkun il-valutazzjoni tal-eċċellenza u l-impatt fil-livell kollettiv.

    Jistgħu jiġu inkorporati fl-approċċ ta’ portafoll proġetti rilevanti oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għas-suċċess tal-missjonijiet, u jistgħu jitħallew jipparteċipaw ukoll, firxa wiesgħa ta’ atturi, bħall-fondazzjonijiet.

    Il-Flagships tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) ta’ Orizzont 2020 għandhom karatteristiċi simili għall-kunċett tal-missjoni. Għal din ir-raġuni, u sabiex ukoll jiġi simplifikat ix-xenarju finanzjarju, kwalunkwe flagship FET ippjanat f’Orizzont Ewropa se jiġi stabbilit bħala missjoni, b’konformità mal-kriterji tal-missjoni u implimentat permezz tal-użu tal-istess modalitajiet.

    Pilastru III – “Innovazzjoni Miftuħa 

    Dan il-pilastru se jiffoka essenzjalment fuq:

    l-eskalar ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja u li toħloq suq permezz ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ġdid (EIC – ara l-Artikoli 9 u 10); u

    attivitajiet li jimmiraw lejn it-titjib u l-iżvilupp tax-xenarju kumplessiv Ewropew tal-innovazzjoni, inkluż appoġġ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).

    Sabiex timplimenta l-EIC, il-Kummissjoni se tistabbilixxi bord ta’ livell għoli (il-Bord tal-EIC) li se jagħti parir, inter alia, dwar l-istrateġija kumplessiva, l-għanijiet, l-azzjonijiet, il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-għażla tal-esperti. Il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EIC se jitħejja mill-Kummissjoni abbażi tal-parir tal-Bord tal-EIC.

    Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni se jkun l-uniku kanal għall-appoġġ tal-Unjoni biex tirrivoluzzjona l-innovazzjoni tal-ħolqien tas-suq. Se jamministra l-attivitajiet rilevanti li preċedentament twettqu f’Orizzont 2020, bħall-Innovazzjoni fl-SMEs u t-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET Miftuħa u FET Proattivi), u l-Aċċess għal Finanzjament ta’ Riskju (li issa huwa allinjat mar-Regolament ta’ Finanzjament InvestEU).

    Il-Kummissjoni tista’ timpjega maniġers tal-programm, b’segwitu għal proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, għall-implimentazzjoni tal-EIC.

    L-EIC se jipprovdi appoġġ dirett imfassal apposta lill-innovaturi permezz ta’ żewġ strumenti ta’ finanzjament – il-Pathfinder u l-Aċċelleratur – li t-tnejn se jiffokaw fuq approċċ primarjament minn isfel għal fuq u ta’ riskju għoli għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja; dwar il-ħtiġijiet tal-innovaturi u jiġu ġestiti b’mod proattiv.

    Il-Pathfinder għar-Riċerka Avvanzata se jipprovdi għotjiet mill-istadju bikri ta’ teknoloġija (inkluż prova tal-kunċett, validazzjoni tat-teknoloġija) sal-istadju bikri kummerċjali (dimostrazzjoni bikrija, żvilupp tal-każ kummerċjali u żvilupp tal-istrateġija).

    L-Aċċelleratur se jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri u l-varar tas-suq ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u ta’ ħolqien tas-suq, sa stadju fejn ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati skont termini kummerċjali normali mill-investituri (eż. mid-dimostrazzjoni, l-ittestjar tal-utenti, il-produzzjoni prekummerċjali, inkluż l-espansjoni). Se jipprovdi finanzjament imħallat tal-EIC (jiġifieri għotjiet li jikkombinaw ekwità diretta u aċċess għall-garanziji ta’ finanzjament).

    L-Aċċelleratur se jpoġġi enfasi partikolari fuq l-innovazzjoni ġġenerata fil-Pathfinder, għalkemm se jiffinanzja wkoll proġetti minn partijiet oħrajn ta’ Orizzont Ewropa bħall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jew il-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

    Karatteristika oħra tal-pilastru Innovazzjoni Miftuħa se tkun żieda fil-kooperazzjoni mal-ekosistemi tal-innovazzjoni mmirati lejn it-titjib fl-ambjent fejn l-innovazzjoni tista’ tiffjorixxi, b’mod partikolari iżda mhux b’mod esklussiv permezz tal-EIT, li se jippromwovi ekosistemi tal-innovazzjoni sostenibbli u jiżviluppa ħiliet imprenditorjali u tal-innovazzjoni f’oqsma ta’ prijorità permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu.

    PartiTisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    Il-komponenti ewlenin ta’ din il-parti partikolari huma: “kondiviżjoni tal-eċċellenza”; u “riforma u titjib tas-sistema tar-R&I Ewropea”, li jkopru l-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki tal-ġenerazzjoni li jmiss.

    Din il-parti se tinkludi wkoll attivitajiet dwar: attivitajiet ta’ tbassir; monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm Qafas u disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati; modernizzazzjoni tal-universitajiet Ewropej; appoġġ lill-kooperazzjoni internazzjonali mtejba; u xjenza, soċjetà u ċittadini.

    Implementazzjoni

    Il-Kummissjoni, permezz tal-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa, se tkun assistita minn Kumitat (ara l-Artikolu 12) fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dan ikun qed jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti (ara l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni), skont in-natura tas-suġġett li jkun qed jiġi diskuss.

    Attivitajiet tal-Programm

    Ara l-Anness I ta’ din il-proposta għal iktar dettall fl-oqsma ffinanzjati skont kull wieħed mill-pilastri u l-attivitajiet tal-programm. Dan jinkludi arranġamenti ta’ implimentazzjoni u prinċipji ġenerali, b’fokus speċifiku fuq l-ippjanar strateġiku, id-disseminazzjoni u l-komunikazzjoni, l-isfruttament u l-użu fis-suq, l-appoġġ għat-tfassil ta’ politika u l-kooperazzjoni internazzjonali.    

    2018/0225 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 173(3) u 182(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

    Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja

    Billi:

    (1)B’konformità mal-Artikolu 182(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm Qafas - Orizzont Ewropa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”), stabbilit permezz tar-Regolament PQ/RgħP (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 3 , irid jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi, li jiddefinixxu r-regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissa d-durata tagħhom u jipprovdi għall-mezzi meqjusa neċessarji.

    (2)Ir-Regolament PQ/RgħP (UE) Nru ... jiffissa l-għanijiet ġenerali u speċifiċi ta’ Orizzont Ewropa, l-istruttura u l-attivitajiet tal-linji mifruxa li għandhom jitwettqu, filwaqt li dan il-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-“Programm Speċifiku”) jenħtieġ li jiddefinixxi l-għanijiet operattivi u l-attivitajiet li huma speċifiċi għal partijiet ta’ Orizzont Ewropa. Il-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament PQ/RgħP (UE) Nru ... japplikaw kompletament għall-Programm Speċifiku, inkluż dawk marbutin mal-prinċipji tal-etika.

    (3)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta l-programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 .

    (4)Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom 5 ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-Programm Speċifiku dwar l-azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC;

    (5)Billi jirrifletti l-importanza li jindirizza t-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm Speċifiku se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25% tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan il-Programm Speċifiku huma mistennija li jikkontribwixxu għal 35 % tal-pakkett finanzjarju globali tal-Programm Speċifiku għall-għanijiet klimatiċi. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċessi ta’ reviżjoni.

    (6)L-azzjonijiet tal-Programm Speċifiku jenħtieġ li jintużaw biex jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet tal-investiment subottimali, f’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni ta’ finanzjament privat u li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

    (7)Billi jirriflettu l-kontribuzzjoni importanti li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li jagħmlu biex jindirizzaw l-isfidi fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-bijoekonomija, u biex jisfruttaw l-opportunitajiet korrispondenti tar-riċerka u l-innovazzjoni b’sinerġija mill-qirb mal-Politika Agrikola Komuni, l-azzjonijiet rilevanti skont il-Programm Speċifiku se jiġu appoġġati minn EUR 10 biljun għar-raggruppament “Ikel u Riżorsi Naturali” għall-perjodu 2021-2027.

    (8)It-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali u l-opportunitajiet li qed jikbru mill-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali u fiżiċi tirrikjedi żieda fl-investimenti. Orizzont Ewropa se jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi b’żieda sostanzjali ta’ nfiq fl-attivitajiet diġitali ewlenin tar-riċerka u l-innovazzjoni meta mqabbla mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 6 . Dan jenħtieġ li jiżgura li l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali fil-qasam diġitali.

    (9)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont din id-Deċiżjoni se jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, b’konsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-kostijiet ta’ kontroll, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-iskali tal-kostijiet ta’ unità.

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-“Programm Speċifiku”), kif hemm stabbilit fl-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament PQ/RgħP.

    Tistipula l-għanijiet operazzjonali tal-Programm Speċifiku, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku u l-attivitajiet li jridu jitwettqu skont il-Programm Speċifiku.

    Artikolu 2

    Għanijiet operattivi

    1.Il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

    2.Il-Programm Speċifiku għandu l-għanijiet operattivi li ġejjin:

    (a)rinforz u tifrix tal-eċċellenza;

    (b)żieda fil-kollaborazzjoni fost is-setturi u d-dixxiplini;

    (c)konnessjoni u żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar iż-żona tar-riċerka Ewropea;

    (d)tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

    (e)attrazzjoni, taħriġ u żamma tar-riċerkaturi u l-innovaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, inkluż permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi;

    (f)trawwim tax-xjenza miftuħa u żgurar tal-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati;

    (g)disseminazzjoni u sfruttament attivi tar-riżultati, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ politika;

    (h)appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;

    (i)rinforz tar-rabta bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u politiki oħrajn, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

    (j)kisba tar-riżultati, permezz tal-missjonijiet tar-R&I, għall-miri ambizzjużi ffissati fi skeda ta’ żmien fissa;

    (k)involviment taċ-ċittadini u tal-utenti aħħarin fil-proċessi tal-kodisinn u tal-koħolqien;

    (l)titjib tal-komunikazzjoni tax-xjenza;

    (m)aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali;

    (n)titjib tal-ħiliet għall-innovazzjoni;

    (o)stimulu tal-ħolqien u tal-espansjoni ta’ kumpaniji innovattivi, b’mod partikolari SME;

    (p)titjib tal-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju, b’mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli.

    3.Fi ħdan l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jiġu kkunsidrati ħtiġijiet ġodda u mhux previsti li jirriżultaw matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dan jista’, jekk debitament ġustifikat, jinkludi tweġibiet għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, kif ukoll tweġibiet għal ħtiġijiet marbuta mal-iżvilupp ta’ politiki ġodda tal-Unjoni.

    Artikolu 3

    Struttura

    1.B’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-Programm Speċifiku għandu jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

    (1)Pilastru I “Xjenza Miftuħa” bil-komponenti li ġejjin:

    (a)il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 1;

    (b)l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 2;

    (c)infrastruttura tar-riċerka, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 3;

    (2)Pilastru II “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali” bil-komponenti li ġejjin:

    (a)raggruppament “Saħħa”, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 1;

    (b)raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 2;

    (c)raggruppament “Diġitali u Industrija”, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 3;

    (d)raggruppament “Klima, Enerġija u Mobbiltà”, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 4;

    (e)raggruppament “Ikel u Riżorsi Naturali”, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 5;

    (f)azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), kif deskritt l-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 6;

    (3)Pilastru III “Innovazzjoni Miftuħa” bil-komponenti li ġejjin:

    (a)il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 1;

    (b)ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 2;

    (c)l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 3.

    (4)Parti “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka” bil-komponenti li ġejjin:

    (a)kondiviżjoni tal-eċċellenza, kif deskritt fl-Anness I, Parti “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, it-taqsima 1;

    (b)riforma u titjib tas-sistema Ewropea tar-R&I, kif deskritt fl-Anness I, Parti “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, it-taqsima 2.

    2.L-attivitajiet li jridu jitwettqu skont il-partijiet msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 4

    Baġit

    1.B’konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 94 100 000 000 fil-prezzijiet attwali.

    2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun distribwit fost il-komponenti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP. Għandhom japplikaw l-arranġamenti tal-Artikolu 9(3) sa (8) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

    KAPITOLU II

    IMPLIMENTAZZJONI U PROGRAMMAR

    Artikolu 5

    Missjonijiet

    1.Għal kull missjoni, jista’ jiġi stabbilit bord ta’ missjoni. Għandu jkun magħmul minn madwar 15-il individwu ta’ livell għoli inkluż rappreżentati tal-utenti aħħarin rilevanti. Il-bord ta’ missjoni għandu jagħti pariri dwar li ġej:

    (a)il-kontenut tal-programmi ta’ ħidma u tar-reviżjoni tagħhom kif meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-missjoni, fil-kodisinn mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku fejn rilevanti;

    (b)azzjonijiet ta’ aġġustament, jew terminazzjoni jekk xieraq, ibbażati fuq il-valutazzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-missjoni;

    (c)għażla tal-evalwaturi esperti, l-għoti ta’ informazzjoni lill-evalwaturi esperti u l-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-piż tagħhom;

    (d)il-kundizzjonijiet qafas li jgħinu fil-kisba tal-għanijiet tal-missjoni;

    (e)komunikazzjoni.

    2.Fil-programm ta’ ħidma jistgħu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu approċċ ta’ portafoll effiċjenti u flessibbli previst fl-Artikolu 11.

    Artikolu 6

    Kunsill Ewropew tar-Riċerka

    1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tar-Riċerka (“ERC”), għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Pilastru I “Xjenza Miftuħa” li jirrelataw mal-ERC. L-ERC għandu jkun is-suċċessur tal-ERC stabbilit permezz tad-Deċiżjoni C(2013) 1895 7 .

    2.L-ERC għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 u l-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata prevista fl-Artikolu 8.

    3.L-ERC għandu jkollu President li għandu jintgħażel minn fost xjenzati anzjani u rispettati fuq livell internazzjonali.

    Il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċess trasparenti ta’ reklutaġġ li jinvolvi kumitat indipendenti u dedikat tat-tiftix, għal mandat limitat għal erba’ snin, u li jkun jista’ jiġġedded darba. Il-proċess ta’ reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Kunsill Xjentifiku.

    Il-President għandu jippresjedi l-Kunsill Xjentifiku u għandu jiżgura t-tmexxija tiegħu u l-kollegament mal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata, u jirrappreżentah lid-dinja tax-xjenza.

    4.L-ERC għandu jopera f’konformità mal-prinċipji tal-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Għandu jiżgura l-kontinwità mal-azzjonijiet ERC mwettqa skont id-Deċiżjoni .../KE.

    5.L-attivitajiet tal-ERC għandhom jappoġġaw ir-riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn individwi u timijiet transnazzjonali f’kompetizzjoni fil-livell Ewropew.

    6.Il-Kummissjoni għandha taġixxi ta’ garanti tal-awtonomija u l-integrità tal-ERC u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni kif suppost tal-kompiti fdati lilu.

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ERC b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll mal-istrateġija kumplessiva għall-ERC, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku.

    Artikolu 7

    Kunsill Xjentifiku tal-ERC

    1.Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u l-għarfien espert adattat, kemm nisa kif ukoll irġiel fi gruppi tal-età differenti, biex jiżguraw id-diversità tal-oqsma tar-riċerka u filwaqt li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentament minn interessi estranji.

    Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, b’segwitu għal proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom maqbula mal-Kunsill Xjentifiku, inkluż konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba, abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni li għandha tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

    2.Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

    (a)l-istrateġija kumplessiva għall-ERC;

    (b)il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC;

    (c)il-metodi u l-proċeduri għar-reviżjoni bejn il-pari u l-evalwazzjoni tal-proposta li abbażi tagħhom jiġi determinat liema proposti għandhom jiġu ffinanzjati;

    (d)il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista’ ttejjeb il-kisbiet u l-impatt tal-ERC u l-kwalità tar-riċerka mwettqa;

    (e)kodiċi ta’ kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta’ kunflitt ta’ interessi.

    Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-pożizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku b’konformità mal-punti (a), (c), (d), u (e) tal-ewwel subparagrafu biss meta tikkunsidra li l-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jkunux ġew rispettati. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex iżżomm il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm xjentifiku u l-kisbiet tal-għanijiet tiegħu, li jistabbilixxu l-punti tat-tbegħid mill-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku u debitament timmotivahom.

    3.Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi b’konformità mal-mandat stabbilit fil-Pilastru I tal-Anness I it-taqsima 1.

    4.Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklussivament fl-interess tal-kisba tal-ERC, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jaġixxi b’integrità u onestà u jwettaq ħidmietu b’mod effiċjenti u bl-ikbar trasparenza possibbli.

    Artikolu 8

    Struttura ta’ implimentazzjoni tal-ERC dedikata

    1.L-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata għandha tkun responsabbli mill-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif deskritt fil-Pilastru I tal-Anness I, it-taqsima 1. Għandha tappoġġa lill-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu.

    2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata ssegwi strettament, b’mod effiċjenti u permezz tal-flessibbiltà neċessarja l-għanijiet u r-rekwiżiti tal-ERC waħdu.

    Artikolu 9

    Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni

    1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Pilastru III “Innovazzjoni Miftuħa” li jirrelataw mal-EIC. L-EIC għandu jopera b’konformità mal-prinċipji li ġejjin: jiffoka fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u radikali, l-awtonomija, l-abbiltà li jieħu riskju, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà.

    2.L-EIC għandu jinkludi l-Bord ta’ Livell Għoli (“Bord tal-EIC”) previst fl-Artikolu 10. .

    3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-EIC hija:

    (a)b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’konsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Bord tal-EIC dwar l-istrateġija kumplessiva għall-EIC, imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a); u

    (b)ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kuntrarji għall-interess komuni. 

    4.Għal fini ta’ ġestjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu ta’ ġestjoni indiretta, jew fejn dan ma jkunx possibbli, tista’ tistabbilixxi, veikolu bi skop speċjali. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ investituri pubbliċi u privati oħrajn. Fejn dan ma jkunx possibbli fl-istabbiliment tal-bidu, il-veikolu bi skop speċjali se jkun strutturat b’tali mod li jista’ jattira investituri pubbliċi jew privati oħrajn sabiex iżid l-effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

    Artikolu 10

    Il-Bord tal-EIC

    1.Il-Bord tal-EIC għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar:

    (a)l-istrateġija kumplessiva għall-komponent tal-EIC skont il-Pilastru III “Innovazzjoni Miftuħa”;

    (b)il-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet EIC;

    (c)il-kriterji għall-valutazzjoni tal-innovattività u tal-profil ta’ riskju tal-proposti u l-bilanċ xieraq tal-għotjiet, tal-ekwità u forom oħrajn ta’ finanzjament għall-aċċelleratur tal-EIC;

    (d)l-identifikazzjoni tal-portafoll strateġiku tal-proġetti;

    (e)il-profil tal-maniġers tal-programm.

    2.Il-Bord tal-EIC jista’ fuq talba jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

    (a)kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva tal-innovazzjoni tista’ ttejjeb u trawwem ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, il-kisbiet u l-impatt tal-għanijiet tal-komponent EIC u l-kapaċità ta’ kumpaniji innovattivi biex joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom;

    (b)b’kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni jidentifika ostakli regolatorji possibbli li jaffaċċaw l-imprendituri, b’mod partikolari dawk li jingħataw appoġġ skont il-komponent EIC;

    (c)xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC, biex jikkontribwixxu l-informazzjoni għall-ipprogrammar f’partijiet oħrajn tal-Programm Speċifiku;

    (d) identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet speċifiċi fejn huwa meħtieġ il-parir tal-Bord tal-EIC.

    Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi fl-interess tal-kisba tal-għanijiet tal-komponent EIC. Għandu jaġixxi b’integrità u onestà u jwettaq ħidmietu b’mod effiċjenti u bit-trasparenza.

    Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi b’konformità mal-mandat tiegħu stabbilit fil-Pilastru III tal-Anness I, it-taqsima 1.

    3.Il-Bord tal-EIC għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu ta’ livell għoli magħżula minn partijiet diversi tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Ewropa, inkluż imprendituri, mexxejja korporattivi, investituri u riċerkaturi. Għandu jikkontribwixxi għal azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni, fejn il-membri tal-Bord tal-EIC jistinkaw biex itejbu l-prestiġju tal-isem EIC.

    Il-membri tal-Bord tal-EIC għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, b’segwitu għal sejħa miftuħa għal nominazzjonijiet jew espressjonijiet ta’ interess jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni tqis l-iktar adattati, u b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa ta’ bilanċ fl-għarfien espert, is-sess, l-età u d-distribuzzjoni ġeografika.

    Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal sentejn, li jista’ jiġġedded darbtejn, b’sistema ta’ ħatriet suċċessivi (il-membri jinħatru kull sentejn).

    4.Il-Bord tal-EIC għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni b’segwitu għal proċess trasparenti ta’ reklutaġġ. Il-President għandu jkun persuna pubblika ta’ profil għoli marbuta mad-dinja tal-innovazzjoni.

    Il-President għandu jinħatar għal mandat limitat għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba.

    Il-President għandu jippresjedi l-Bord tal-EIC, jipprepara l-laqgħat tiegħu, jassenja l-kompiti lill-membri, u jista’ jistabbilixxi sottogruppi dedikati, b’mod partikolari biex jidentifikaw xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC. Huwa jew hija għandhom jippromwovu l-EIC, jaġixxu ta’ interlokutur mal-Kummissjoni u jirrappreżentaw l-EIC fid-dinja tal-innovazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tipprevedi għal appoġġ amministrattiv għall-President biex jaqdi/taqdi dmirijietu/ha.

    5.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar tal-kunflitti ta’ interess. Il-membri tal-Bord tal-EIC huma mistennija jaċċettaw il-kodiċi ta’ kondotta mal-ħatra.

    Artikolu 11

    Programmi ta’ ħidma

    1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Għandhom jitħejjew b’segwitu għal proċess tal-ippjanar strateġiku kif deskritt fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

    2.Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma separati, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skont il-komponenti li ġejjin, kif hemm stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni:

    (a)l-ERC, fejn il-programm ta’ ħidma għandu jiġi stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(2), b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(3). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-programm ta’ ħidma stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku biss meta tikkunsidra li mhux b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(4). Il-Kummissjoni għandha debitament timmotiva din il-miżura;

    (b)ir-raggruppamenti kollha skont il-Pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, l-MSCA, l-Infrastrutturi tar-Riċerka, l-appoġġ għal ekosistemi tal-innovazzjoni, il-kondiviżjoni tal-eċċellenza u r-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

    (c)l-EIC, fejn il-programm ta’ ħidma għandu jitħejja b’segwitu għall-parir tal-Bord tal-EIC skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(1), b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

    (d)il-JRC, fejn il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jikkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC imsemmija fid-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

    3.Flimkien mar-rekwiżit fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom, kif xieraq, ikun fihom:

    (a)indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u missjoni u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni;

    (b)għall-għotjiet il-prijoritajiet, l-għażla u l-kriterji tal-għotja u l-piż relattiv tal-kriterji tal-għotja differenti u r-rata massima ta’ finanzjament tat-total l-kostijiet eliġibbli;

    (c) l-ammont allokat għall-finanzjament imħallat b’konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP;

    (d)kwalunkwe obbligu addizzjonali għall-benefiċjarji, b’konformità mal-Artikoli 35 u 37 tar-Regolament PQ/RgħP.

    Artikolu 12

    Proċedura ta’ kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat 8 . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Il-kumitat għandu jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti kif stabbilit fl-Anness II, b’konsiderazzjoni tan-natura tas-suġġett li se jiġi diskuss.

    3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    5.Fejn l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien tat-twassil tal-opinjoni, il-president tal-kumitat hekk jiddeċiedi jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat hekk titlob.

    6.Il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod regolari lill-Kumitat dwar il-progress kumplessiv tal-implimentazzjoni tal-programm speċifiku u għandha tipprovdih b’informazzjoni fil-ħin dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew iffinanzjati skont Orizzont Ewropa, kif speċifikat fl-Anness III.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 13

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni 2013/743/UE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 14

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet konċernati, sal-għeluq tagħhom, skont id-Deċiżjoni 2013/743/UE, li għandha tkompli tapplika għall-azzjonijiet konċernati sal-għeluq tagħhom.

    Fejn ikun hemm bżonn, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2013/743/UE għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni.

    2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm Speċifiku jista’ jkopri wkoll spejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva neċessarji sabiex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm Speċifiku u l-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni 2013/743/UE predeċessura tiegħu.

    Artikolu 15

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    Dokument ta’ ħidma għall-preparazzjoni tal-atti bażiċi ta’ wara l-2020

    Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

    annessa mal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

    01 – Riċerka u Innovazzjoni

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdidali ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 9  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

    1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    tappoġġa l-ħolqien u d-difużjoni ta’ għarfien ġdid, teknoloġiji u soluzzjonijiet għall-isfidi globali ta’ kwalità għolja;

    issaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, u l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u fis-soċjetà biex jindirizzaw l-isfidi globali;

    trawwem il-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluż innovazzjoni rivoluzzjonarja, u ssaħħaħ il-varar fis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi;

    tottimizza t-twassil tal-Programm għall-impatt.

    1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

    Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) huma parti kruċjali tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien u qasam fejn dimensjoni b’saħħitha Ewropea tingrana finanzjament addizzjonali fil-livell nazzjonali, mingħajr evidenza ta’ sostituzzjoni. Tipikament, il-proġetti ta’ R&I magħżula għall-finanzjament tal-UE jisfruttaw livell ogħla ta’ kooperazzjoni tal-UE jew internazzjonali u għandhom skala, kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ sofistikazzjoni li ma jippermettilhomx li jirnexxu bil-fondi nazzjonali biss (83 % tal-proġetti R&I tal-UE ma kinux jirnexxu mingħajr l-appoġġ tal-UE). F’dinja mimlija kompetizzjoni teknoloġika, jekk ma jsirx investiment fir-R&I fil-livell tal-UE dan jirriżulta fi tnaqqis tal-kompetittività globali tal-UE b’impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali prevedibbli.

    Il-benefiċċji speċifiċi tal-investimenti tal-UE fil-qasam tar-R&I huma:

    ·spinta lill-kompetittività tal-UE permezz tal-ħolqien ta’ ċerti netwerks u swieq ġodda transnazzjonali u multidixxiplinarji, b’disseminazzjoni pożittiva tal-għarfien u trasferimenti tat-teknoloġija madwar l-Unjoni biex tħejji għall-varar ta’ prodotti u servizzi ġodda (it-timijiet R&I ffinanzjati mill-UE għandhom probabbiltà ta’ 40 % iktar minn timijiet mingħajr finanzjament tal-UE, li jingħataw privattivi, li huma wkoll ta’ kwalità u valur kummerċjali ogħla);

    ·ġabra tar-riżorsi u l-għarfien pubbliċi u privati għall-kisba tal-massa kritika biex jiġu indirizzati sfidi globali u biex tittieħed it-tmexxija fis-swieq tal-UE u globali (eż. azzjoni fil-livell tal-UE biss tista’ tegħleb id-distribuzzjoni ċkejkna ta’ pazjenti affettwati minn mard rari u n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni u data);

    ·tisħiħ tal-eċċellenza xjentifika permezz ta’ kompetizzjoni u kooperazzjoni mifruxa madwar l-UE (il-pubblikazzjonijiet riveduti bejn il-parti li huma ffinanzjati mill-UE huma ċitati iktar minn darbtejn tal-medja dinjija);

    ·tisħiħ tal-appoġġ għall-ħruġ u l-espansjoni ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji tal-ħolqien tas-suq (SME li huma appoġġati permezz ta’ finanzjament tar-R&I tal-UE jikbru iktar malajr meta mqabbla ma’ SME mhux finanzjati mill-UE);

    ·żieda fl-attraenza tal-UE bħala post għall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kummerċ (it-timijiet iffinanzjati mill-UE jikbru iktar malajr u jattiraw darbtejn iktar kollaborazzjonijiet minn barra l-UE);

    ·ikun hemm effett ta’ ristrutturar pożittiv fuq ekosistemi tar-R&I nazzjonali (il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka sar sinjal globali tal-eċċellenza, li jniedi bidliet nazzjonali u istituzzjonali għall-appoġġ u jattira l-benefikaturi tal-għotjiet tiegħu);

    ·forniment ta’ bażi ta’ għarfien b’saħħitha għat-tfassil tal-politika (eż. il-ħidma tal-IPCC tan-NU dwar it-tibdil fil-klima ddependa ħafna mir-riċerka ffinanzjata mill-UE).

    1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Il-Programmi Qafas tal-UE ġġeneraw impatti sinifikanti u b’impatt fit-tul, kif jidher mill-evalwazzjonijiet suċċessivi minn meta l-UE bdiet tinvesti fir-R&I fl-1984. Filwaqt li l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej kellhom suċċess, hemm lezzjonijiet importanti li għandna nitgħallmu mill-passat, mill-feedback tal-partijiet ikkonċernati, u mill-istudji analitiċi. Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati b’mod iktar koordinat u koerenti ma’ politiki oħrajn u r-riżultati tar-riċerka jiġu disseminati aħjar u valorizzati fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda. Il-loġika tal-intervent tal-programmi ta’ appoġġ tal-UE jenħtieġ li tiġi żviluppata f’mod iktar iffokat, konkret, dettaljat, inklussiv u trasparenti. L-aċċess għall-programm jenħtieġ li jittejjeb u tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ negozji li għadhom jibdew, l-SME, l-industrija, l-UE13 u minn barra l-UE. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jridu jissaħħu.

    Il-Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont 2020 identifikat diversi oqsma għal titjib. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont 2020 kienu bbażati fuq feedback estensiv tal-partijiet ikkonċernati u r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tal-Grupp ta’ Livell Għoli indipendenti dwar il-massimizzar tal-impatt tal-Programmi R&I tal-UE (Grupp ta’ Livell Għoli Lamy).

    Dawn huma sommarizzati kif ġej:

    a.    Tkompli s-simplifikazzjoni.

    b.    Appoġġ għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja.

    c.    Ħolqien ta’ iktar impatt permezz tal-orjentazzjoni tal-missjonijiet u tal-involviment taċ-ċittadini.

    d.    Żieda fis-sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament tal-UE u Politiki tal-UE oħrajn.

    e.    Tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali.

    f.    Rinforz tal-ftuħ.

    g.    Razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju.

    1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

    Orizzont Ewropa huwa mfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti għal finanzjament kumplimentari mill-programmi tal-UE fejn il-modalitajiet ta’ ġestjoni jippermettu; bħala sekwenza, jew b’mod ta’ sostituzzjoni, jew permezz tal-kombinazzjoni tal-fondi inkluż il-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.

    Lista mhux eżawrjenti ta’ tali arranġamenti u programmi ta’ finanzjament inkluż sinerġiji mal-programmi li ġejjin:

    ·Politika Agrikola Komuni (PAK)

    ·Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

    ·Fond Soċjali Ewropew (FSE)

    ·Programm tas-Suq Uniku

    ·Programm Spazjali Ewropew

    ·Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE)

    ·Programm Ewropa Diġitali (DEP)

    ·Programm Erasmus

    ·Strument Estern

    ·Fond InvestEU

    ·Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    1.5.Durata u impatt finanzjarju

     durata limitata

       fis-seħħ minn 01/01/2021 sa 31/12/2027

       Impatt finanzjarju minn 01/01/2021 sa 31/12/2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn 01/01/2021 sa 31/12/2033 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

     durata illimitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,    
    segwita b’operazzj
    oni fuq skala sħiħa.

    1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 10  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ikunu fdati lil:

    pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    korpi rregolati bil-liġi pubblika ;

    korpi mmexxija mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi mmexxija mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ Sħubija Ewropea u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    L-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa se jkunu qed isegwu l-prinċipji ewlenin stabbiliti għal Orizzont 2020, b’parti sostanzjali tal-baġit globali ta’ Orizzont Ewropa mistennija li tiġi implimentata permezz ta’ modi ta’ ġestjoni ddisinjati b’mod speċjali.

    Huwa mistenni li l-Kummissjoni se tkompli tgħaddi ħafna mill-fondi permezz tal-Aġenziji Eżekuttivi, b’azzjonijiet addizzjonali mwassla permezz tal-korpi tal-Unjoni jew korpi oħrajn fdati bl-implimentazzjoni tal-baġit skont ġestjoni indiretta stabbilita skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE u mmirata lejn prijoritajiet speċifiċi.

    It-tipi ta’ korpi ta’ implimentazzjoni mistennija li jiġu stabbiliti/imġedda għal Orizzont Ewropa huma:

       Aġenziji Eżekuttivi;

       Impriżi Konġunti (l-Artikolu 187 TFUE);

       Sħubiji pubbliċi-pubbliċi (l-Artikolu 185 TFUE);

       Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

    Se ssir xi razzjonalizzazzjoni fil-livell tas-sħubiji (li se jiġu ppreżentati skont it-terminu ġdid komuni “sħubiji Ewropej”), fejn il-fokus ewlieni huwa fuq is-simplifikazzjoni tal-istruttura attwali u l-għadd ta’ entitajiet eżistenti u biex ix-xenarju tas-sħubiji isir iktar koerenti kemm internament (fl-FP) kif ukoll esternament (koordinazzjoni aħjar ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni u sħab esterni). Madankollu, din ir-razzjonalizzazzjoni mhux se jkollha impatt fuq il-forom legali attwalment użati.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    L-indikaturi għat-terminu taż-żmien qasir, medju u twil ġew iffissati abbażi ta’ għadd ta’ mogħdiji tal-impatt. Ir-regoli ta’ rapportar għall-parteċipanti ġew iddisinjati b’konsiderazzjoni ta’ dawn l-indikaturi, iżda wkoll b’intenzjoni konxja biex jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-parteċipanti. Kull fejn ikun possibbli d-data se tinġabar minn sorsi miftuħa.

    Id-data kollha dwar il-proċessi ta’ ġestjoni (applikazzjonijiet, rati ta’ suċċess, żmien għall-għotja, tip ta’ benefiċjarji, eċċ.) se tinġabar u tinħażen, u ssir disponibbli fil-ħin reali permezz ta’ ħażna tad-data dedikata. Illum, is-sistema ta’ referenza (CORDA) taħdem sew, u hija disponibbli għall-Istati Membri u korpi oħra interessati.

    Ir-rapport li se jiġi prodott jagħti informazzjoni dwar il-proċessi ta’ ġestjoni (mill-ewwel sena) u, progressivament, informazzjoni dwar l-eżiti u r-riżultati. Huma ppjanati evalwazzjoni interim u oħra finali.

    Addizzjonalment, l-azzjonijiet diretti tal-JRC huma vvalutati internament permezz ta’ evalwazzjoni interna annwali u esternament permezz ta’ reviżjoni bejn il-pari minn għadd ta’ esperti ta’ l-ogħla livell magħżula b’konsultazzjoni mal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

    Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta. Ma hemmx bidliet fundamentali mill-Programm Qafas Orizzont 2020. Madankollu, se jiġu implimentati iktar miżuri ta’ simplifikazzjoni kull meta dan ikun possibbli.

    Skont Orizzont 2020, sal-aħħar ta’ Frar 2018, ġew riċevuti 154 000 proposta (permezz ta’ 537 000 applikazzjoni individwali), ġew iffirmati 18 000 kuntratt (b’79 000 parteċipazzjoni individwali). Minkejja ż-żieda drammatika fl-għadd ta’ proposti meta mqabbla mas-Seba’ Programm Kwadru, 95 % tal-kuntratti ġew iffirmati sal-limitu ta’ żmien ta’ 8 xhur iffissat mil-leġiżlazzjoni. Is-sistemi tal-IT u l-proċessi tal-kummerċ komuni żguraw l-effiċjenza fil-livelli kollha. Ċentru ta’ Appoġġ Komuni jipprovdi servizzi kosteffettivi lis-servizzi tal-Kummissjoni kollha responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas preċedenti, fejn il-kostijiet amministrattivi ammontaw għal madwar 0.7 % tan-nefqa fl-2017. Il-Validazzjoni tal-Entitajiet Legali u l-organizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet tal-proġett ġiet ċentralizzata fl-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka, tagħti ekonomiji ta’ skala, u tiżgura l-organizzazzjoni effiċjenti tal-evalwazzjonijiet.

    L-istima iktar konservattiva tal-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll (evalwazzjoni, għażla, ġestjoni tal-proġett, kontroll ex-ante u ex-post) jinsabu fil-medda ta’ 3-4 % fis-servizzi tal-Kummissjoni kollha responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas preċedenti, għall-2017 (inkluż kostijiet għall-ġestjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u Orizzont 2020). Dan huwa kkunsidrat bħala kost raġonevoli fid-dawl tal-isforzi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-għanijiet jinkisbu u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet.

    Din l-istrateġija ta’ kontroll hija bbażata fuq:

    - proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u li jissarrfu fi strumenti legali;

    - ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt matul id-durata ta’ kull proġett;

    - kontrolli ex-ante ta’ 100 % tat-talbiet;

    - ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ogħla minn ċertu livell limitu, u ċertifikazzjoni dwar il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-kostijiet għal kull unità jew il-valutazzjoni ex-ante dwar Infrastruttura Kbira tar-Riċerka fuq bażi volontarja;

    - awditi ex-post (rappreżentattivi u bbażati fuq ir-riskju) fuq kampjun ta’ talbiet imħallsa;

    - u evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett.

    L-ewwel indikazzjoni mill-awditi ta’ Orizzont 2020 hija li r-rati ta’ żball inżammew sew fil-medda mistennija (ara t-taqsima 2.2.2). Dan juri li, anke jekk jistgħu jiġu żviluppati iktar, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni li ġew introdotti diġà kienu effettivi.

    Fil-ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni se tagħmel użu mill-korpi li ġejjin biex timplimenta l-baġit fejn dan jixraq u jkun kosteffettiv u jipprovdi effett ta’ ingranaġġ b’saħħtu:

    - Sħubiji Ewropej Istituzzjonalizzati (l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 TFUE).

    Dawn il-korpi huma soġġetti għal evalwazzjonijiet regolari sabiex ikun żgurat li jibqgħu pertinenti għall-kisba tal-għanijiet tal-Programm. L-istrateġiji ta’ kontroll għas-superviżjoni tal-korpi li joperaw skont ġestjoni indiretta ġew, jew se jiġu, żviluppati.

    Fil-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni se tkompli tiddependi fil-parti l-kbira fuq l-Aġenziji Eżekuttivi, stabbiliti b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003. Id-delega tal-attivitajiet lill-Aġenziji Eżekuttivi hija soġġetta għal Analiżi tal-Kost-Benefiċċju ex-ante mandatorja u indipendenti u l-Aġenziji Eżekuttivi jesperjenzaw evalwazzjonijiet regolari mwettqa minn esperti esterni. L-Analiżi Kost-Benefiċċji msemmija hawn fuq se tikkunsidra wkoll il-kostijiet tal-kontroll u tas-superviżjoni. L-evalwazzjonijiet interim imwettqa fl-2012 u fl-2015 jikkonfermaw l-effiċjenza għolja u l-valur miżjud tal-Aġenziji Eżekuttivi fl-implimentazzjoni tal-programm.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    Il-mudell bażiku ta’ finanzjament s’issa kien ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli. Kif aċċennat b’mod konsistenti l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-iktar riċenti fir-Rapport Annwali tagħha tal-2016, “ir-riskju prinċipali għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw kostijiet li mhumiex eliġibbli li la jiġu nnuttati u lanqas ikkoreġuti qabel [rimborż]. Dan ir-riskju huwa partikolarment għoli għas-Seba’ Programm Kwadru, li għandu regoli tal-eliġibbiltà kumplessi li spiss jiġu interpretati ħażin mill-benefiċjarji (speċjalment dawk li huma inqas familjari mar-regoli, bħall-SME, il-parteċipanti tal-ewwel darba u entitajiet li mhumiex tal-UE).

    Il-Qorti rrikonoxxiet il-valur tal-simplifikazzjonijiet introdotti f’Orizzont 2020. Madankollu rrakkomandat, fir-Rapport Annwali tagħha tal-2016, l-użu iktar mifrux tal-Għażliet tal-Kostijiet Issimplifikati (SCO). SCO bħal dawn diġà jintużaw f’partijiet tal-programm, jew għal tipi speċifiċi ta’ nefqa.

    Għall-għotjiet, ir-rata ta’ żball rappreżentattiv stmata għas-Seba’ Programm Kwadru kienet ta’ 5%, b’rata tal-iżball “residwu” ta’ madwar 3%, wara konsiderazzjoni tal-irkupri u l-korrezzjonijiet kollha li ġew jew se jiġu implimentati. Madankollu, ir-rati ta’ żball kienu inqas f’dawk il-partijiet tal-programm fejn kien possibbli li jintużaw l-SCO b’mod iktar mifrux u/jew fejn grupp żgħir u stabbli ta’ benefiċjarji kienu involuti. Dan kien jinkludi l-għotjiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u l-Azzjonijiet Marie Curie.

    L-ewwel riżultati ta’ Orizzont 2020 jissuġġerixxu rata ta’ żball rappreżentattiv ta’ madwar 3 % b’rata ta’ żball residwu ta’ inqas minn 2.5 %. Madankollu, wieħed għandu jinnota li din hija stima bikrija li jenħtieġ li tintuża b’kawtela, għandha l-probabbiltà li tiżdied, forsi għal-livell ta’ 3-4 % (il-livell jew l-iżball antiċipat mill-Kummissjoni għall-proposta tagħha ta’ Orizzont 2020 kienet ta’ 3.5 %, minkejja li dan ma kkunsidrax il-kumplessitajiet addizzjonali diversi miżjuda matul il-proċess leġiżlattiv). Ir-rata ta’ żball residwu jenħtieġ li tibqa b’xi mod inqas minn 3 %, iżda għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk hijiex se tinkiseb ir-rata ta’ 2 %. Il-Kummissjoni għadha tikkunsidra li r-rati ta’ żball għall-għotjiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jibqgħu taħt it-2%.

    Xi żbalji jirriżultaw għaliex il-benefiċjarji ma jkunux fehmu r-regoli. Dawn l-iżbalji jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ simplifikazzjoni, minkejja li xi kumplessità dejjem se tibqa’. Żbalji oħrajn jirriżultaw għaliex il-benefiċjarji ma jkunux segwew ir-regoli. Minkejja li dan huwa f’minoranza ta’ każijiet, is-simplifikazzjoni tar-regoli attwali mhux se ssolvihom.

    Analiżi tar-rati ta’ żball 11 li twettqet għall-awditi ta’ Orizzont 2020 li saru s’issa turi li:

    - Madwar 63 % tal-iżball jirrelataw ma’ żbalji marbuta mal-kostijiet tal-persunal. Il-problemi regolari identifikati huma l-kalkolu żbaljat tas-sigħat produttivi; rati żbaljati jew għadd żbaljat ta’ sigħat imħallsa.

    - Madwar 22 % tal-iżball jirrelataw ma’ kostijiet diretti oħrajn (mhux tal-persunal). L-iktar żball regolari identifikat huwa n-nuqqas ta’ kejl dirett tal-kostijiet.

    - Madwar 6 % tal-iżball jirrelataw ma’ kostijiet ta’ sottokuntrattar, 4 % ma’ kostijiet tal-ivvjaġġar u 5 % ma’ kategoriji oħrajn. Wieħed għandu jinnota li l-iżbalji marbuta mal-kostijiet indiretti, li jikkostitwixxu 28% tal-iżball fis-Seba’ Programm Kwadru, tnaqqsu għal kważi żero grazzi għall-introduzzjoni tar-rata fissa biex tkopri l-kostijiet indiretti.

    L-iżbalji identifikati matul l-awditi ta’ Orizzont 2020 juru li wħud setgħu jiġu evitati permezz ta’ simplifikazzjonijiet u l-evitar ta’ wisq formalità fir-regoli. Diġà saru xi bidliet f’Orizzont 2020 (regoli ġodda għall-fatturat intern u r-remunerazzjoni addizzjonali pereżempju), u oħrajn se jsiru meta possibbli f’Orizzont Ewropa. Madankollu, xi bidliet issa se jkunu limitati fl-effett tagħhom fir-rata ta’ żball, ġeneralment jevitaw biss żbalji żgħar.

    L-użu iktar mifrux tal-SCO bħar-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll is-simplifikazzjoni kontinwa tar-regoli, se jassistu fit-tnaqqis tar-rata ta’ żball ta’ Orizzont 2020, stmata għal 3-4 % fuq bażi rappreżentattiva f’Orizzont Ewropa. Madankollu, il-problema sottostanti tal-iżbalji f’metodu ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli tibqa’. F’tali sistema r-rata ta’ żball rappreżentattiv tista’ titnaqqas għal 2.5-3.5 % bir-rata ta’ żball residwu, wara l-korrezzjonijiet, mistennija li tkun madwar (iżda mhux neċessarjament inqas minn) 2 %.

    Orizzont 2020 ra l-introduzzjoni tal-finanzjament ta’ somma f’daqqa għall-iskema tal-istadju 1 tal-SME (pagament ta’ EUR 50 000 mat-twassil ta’ riżultat tanġibbli xjentifiku sodisfaċenti) u, permezz tal-KICs tal-EIT, għall-finanzjament tal-kostijiet istituzzjonali relatati mat-twassil tal-programmi tal-master li għandhom it-Tikketta tal-EIT. Ma hija meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni addizzjonali għal dawn il-pagamenti, bħal fatturi, skedi taż-żmien, provi tal-pagament, eċċ. Ma hemmx żbalji finanzjarji.

    Il-finanzjament ta’ somma f’daqqa kien propost għal Orizzont 2020 iżda kien ikkunsidrat bħala mhux adattat jew prematur. Madankollu, il-Kummissjoni, fil-Programm ta’ Ħidma 2018, qed timplimenta skemi pilota bbażati fuq finanzjament ta’ somma f’daqqa. Fl-istess ħin wettqet għadd ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni biex televa t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati dwar din il-forma ta’ finanzjament.

    L-iskema pilota trid tiġi evalwata, speċjalment biex wieħed jara jekk tiksibx l-għanijiet kollha tal-Programm (mhux biss li tnaqqas ir-rata ta’ żball). Iżda, ċarament, l-użu iktar mifrux ta’ finanzjament b’rata fissa se jnaqqas ir-rata ta’ żball. Madankollu, se jkun qed iċaqlaq ir-riskji għal stadji oħrajn tas-sistema ta’ kontroll intern – l-evalwazzjoni se ssir iktar importanti, kif ukoll il-valutazzjoni tar-riżultat tanġibbli.

    Il-proposta ta’ Orizzont Ewropa tippermetti lill-Kummissjoni tuża l-mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa u l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tuża dan il-mudell ta’ finanzjament b’mod iktar mifrux. Madankollu, għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid kemm jista’ jkun mifrux dan l-użu. Dan se jiddependi mir-riżultati tal-piloti li qed isiru bħalissa.

    L-għadd ta’ tranżazzjonijiet involuti jfisser li livell ogħla ta’ kontroll sistematiku ex-ante jkun jiswa ħafna flus. L-istrateġija ta’ kontroll attwali għalhekk tiddependi minn kontrolli ex-ante u kontrolli ex-post ibbażati fuq ir-riskju biex tivvaluta l-livell ta’ żball u biex tinduna bi, u tirkupra, ammonti mhux eliġibbli. Minħabba l-fatt li r-rati ta’ żball baqgħu fi ħdan il-medda stabbilita din l-istrateġija ta’ kontroll hija kkunsidrata li hija effettiva. Hemm inkluż l-iżvilupp ulterjuri ta’ xi aspetti, pereżempju l-inklużjoni ta’ awditu tas-sistemi u tal-proċessi, iżda mhux qed tiġi proposta bidla radikali.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

    L-istima iktar konservattiva tal-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll (evalwazzjoni, għażla, ġestjoni tal-proġett, kontroll ex-ante u ex-post) jinsabu fil-medda ta’ 3-4 % fis-servizzi tal-Kummissjoni kollha responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas preċedenti, għall-2017 (inkluż kostijiet għall-ġestjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u Orizzont 2020). Dan huwa kkunsidrat bħala kost raġonevoli fid-dawl tal-isforzi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-għanijiet jinkisbu u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet.

    Ir-riskju ta’ żball mistenni mal-pagament għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet mhux eliġibbli huwa ta’ 2.5-3.5 %. Ir-riskju ta’ żball mal-għeluq (wara l-effett tal-kontrolli u l-korrezzjonijiet) huwa madwar (iżda mhux neċessarjament inqas minn) 2 %.

    Ir-riskju ta’ żball mistenni għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq finanzjament ta’ somma f’daqqa huwa qrib iż-0% (mal-pagament u mal-għeluq).

    L-aspettattiva kumplessiva għar-rati ta’ żball se jiddependi mill-bilanċ bejn iż-żewġ metodi ta’ finanzjament (rimborż tal-kostijiet eliġibbli u somom f’daqqa). Il-Kummissjoni qed timmira li tapplika l-mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa fejn xieraq. Madankollu, l-ixprunatur ewlieni biex jiġi adottat finanzjament ta’ somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ żball, iżda l-kisba tal-għanijiet kollha tal-programm.

    Dan ix-xenarju huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni mhumiex soġġetti għal modifiki sostanzjali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

    Nota: din it-taqsima tikkonċerna biss il-proċess ta’ ġestjoni tal-għotja (fil-modi differenti ta’ ġestjoni), għan-nefqa amministrattiva u operattiva implimentata permezz ta’ proċessi ta’ akkwist pubbliku, ir-riskju ta’ żball mal-pagament u mal-għeluq jenħtieġ li jkun inqas minn 2%.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    Is-servizzi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni huma determinati li jiġġieldu kontra l-frodi fl-istadji kollha tal-proċess ta’ ġestjoni tal-għotja. Żviluppaw, u qed jimplimentaw, strateġiji kontra l-frodi, inkluż użu mtejjeb tal-intelliġenza, speċjalment permezz tal-użu ta’ għodod tal-IT avvanzati, u taħriġ u informazzjoni għall-persunal. Dawn l-isforzi se jkomplu. Fuq kollox il-miżuri proposti jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi ikbar fuq l-awditu bbażat fuq riskju u l-evalwazzjoni u l-kontroll xjentifiċi rinforzati.

    L-Istrateġija Kontra l-Frodi tas-servizzi tal-Kummissjoni kollha responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas preċedenti, li tkopri l-għotjiet, kif ukoll l-istrateġiji kontra l-frodi relatati ma’ nfiq ieħor, se jiġu aġġornati wara r-reviżjoni tal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni fl-2018. Din se tkopri wkoll riskji relatati mal-finanzjament ta’ somma f’daqqa, li għandu riskji differenti li jridu jiġu kkunsidrati.

    Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li frodi li ġie nnutat kien baxx ħafna fi proporzjon man-nefqa totali, madankollu d-Direttorati Ġenerali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit tar-riċerka jibqgħu impenjati li jiġġildulha.

    Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li l-awditi u l-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż OLAF, permezz tal-użu tad-dispożizzjonijiet standard rakkomandati minn OLAF.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja 12

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Intestatura 1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    Diff./Mhux diff. 13

    minn pajjiżi EFTA 14

    minn pajjiżi kandidati 15

    mingħand pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

    H1

    01.010101 Nefqa relatata ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jimplimenta l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    01.010102 Persunal estern li jimplimenta l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    01.010103 Nefqa oħra ta’ ġestjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    01.0201 Xjenza Miftuħa

    01.0202 Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali

    01.0203 Innovazzjoni Miftuħa

    01.0204 Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    Mhux diff.

    Diff.

    IVA

    IVA

    IVA

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1

    Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operattivi

    Impenji

    (1)

    11 825.394

    12 064.784

    12 307.891

    12 556.625

    12 812.890

    13 070.006

    13 336.556

    87 974.145

    Pagamenti

    (2)

    2 787.096

    6 858.177

    8 316.885

    10 284.251

    11 653.515

    12 675.793

    13 334.400

    22 064.028

    87 974.145

    01 02 01 Xjenza Miftuħa

    Impenji

    (1a)

    3 308.230

    3 375.270

    3 443.480

    3 513.155

    3 584.895

    3 656.900

    3 731.270

     

    24 613.200

    Pagamenti

    (2a)

    779.708

    1 918.658

    2 326.884

    2 877.379

    3 260.516

    3 546.602

    3 730.666

    6 172.787

    24 613.200

    01 02 02 Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali

    Impenji

    (1b)

    6 516.841

    6 648.652

    6 782.307

    6 919.237

    7 060.382

    7 201.957

    7 349.169

     

    48 478.545

    Pagamenti

    (2b)

    1 535.937

    3 779.399

    4 583.050

    5 667.062

    6 421.523

    6 984.734

    7 347.981

    12 158.860

    48 478.545

    01 02 03 Xjenza Miftuħa

    Impenji

    (1c)

    1 731.049

    1 766.131

    1 801.820

    1 838.279

    1 875.818

    1 913.494

    1 952.410

     

    12 879.000

    Pagamenti

    (2c)

    407.986

    1 003.950

    1 217.555

    1 505.605

    1 706.084

    1 855.780

    1 952.094

    3 229.946

    12 879.000

    01 02 04 Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    Impenji

    (1d)

    269.274

    274.731

    280.283

    285.955

    291.794

    297.655

    303.708

     

    2 003.400

    Pagamenti

    (2d)

    63.465

    156.170

    189.398

    234.206

    265.391

    288.677

    303.659

    502.436

    2 003.400

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 16  

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    823.606

    840.216

    857.109

    874.375

    892.110

    909.994

    928.444

    6 125.855

    01 01 01 01 Nefqa relatata ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jimplimenta l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    332.455

    341.797

    351.421

    361.335

    371.548

    382.070

    392.912

    2 533.539

    01 01 01 02 Persunal estern li jimplimenta l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    68.862

    70.239

    71.643

    73.076

    74.538

    76.029

    77.549

    511.937

    01 01 01 03 Nefqa oħra ta’ ġestjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni – Orizzont Ewropa

    Impenji = Pagamenti

    (3)

    422.289

    428.181

    434.044

    439.964

    446.024

    451.895

    457.982

    3 080.380

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

    Impenji

    =1+3

    12 649.000

    12 905.000

    13 165.000

    13 431.000

    13 705.000

    13 980.000

    14 265.000

    94 100.000

    Pagamenti

    =2+3

    3 610.702

    7 698.393

    9 173.995

    11 158.626

    12 545.625

    13 585.787

    14 262.844

    22 064.028

    94 100.000



    Intestatura tal-qafas finanzjarju 
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Wara l-2027

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet
    fl-INTESTATURI kollha
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    12 649.000

    12 905.000

    13 165.000

    13 431.000

    13 705.000

    13 980.000

    14 265.000

    94 100.000

    Pagamenti

    3 610.702

    7 698.393

    9 173.995

    11 158.626

    12 545.625

    13 585.787

    14 262.844

    22 064.028

    94 100.000

    3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 7 17
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani 18

    401.317

    412.035

    423.065

    434.411

    446.086

    458.099

    470.462

    3 045.475

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva 19

    422.289

    428.181

    434.044

    439.964

    446.024

    451.895

    457.982

    3 080.380

    Subtotal
    barra mill-INTESTATURA 7
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    823.606

    840.216

    857.109

    874.375

    892.110

    909.994

    928.444

    6 125.855

    TOTAL

    823.606

    840.216

    857.109

    874.375

    892.110

    909.994

    928.444

    6 125.855

    L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprazzjonijiet li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew skjerati mill-ġdid, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji eżistenti.

    3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) 20

    Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

    Delegazzjonijiet

    Riċerka

    2620

    2620

    2620

    2620

    2620

    2620

    2620

     Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED20  21

    Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  22

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    Riċerka

    1184

    1184

    1184

    1184

    1184

    1184

    1184

    Oħrajn (speċifika)

    TOTAL

    3804

    3804

    3804

    3804

    3804

    3804

    3804

    Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu: 

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    L-għadd totali ta’ uffiċjali u aġenti temporanji se jintuża biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ Orizzont Ewropa matul il-proċess kollu, mill-preparazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma sad-disseminazzjoni finali tar-riżultati matul 2021-2027.

    Persunal estern

    L-għadd totali ta’ persunal estern se jassisti lill-uffiċjali u lill-aġenti temporanji biex jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ Orizzont Ewropa matul il-proċess kollu, mill-preparazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma sad-disseminazzjoni finali tar-riżultati matul 2021-2027.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.    

    3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva:

        ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi għall-kofinanzjament minn partijiet terzi stmati hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Snin

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    TOTAL

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati 23  

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

    EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Impatt tal-proposta/inizjattiva

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    Partita 6011

    Partita 6012

    Partita 6013

    Partita 6031

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    01.02XX Approprjazzjonijiet dovuti minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

    Il-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-Programm permezz ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni. Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jiġu stabbiliti fi ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ kull pajjiż u għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta’ kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbla mal-ammont li l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-programm, b’konsiderazzjoni tal-kostijiet għall-ġestjoni tal-programm..

    (1)    ĠU C , , p. .
    (2)    ĠU C , , p. .
    (3)    ĠU C , , p. .
    (4)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
    (5)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12).
    (6)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropa li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” tidentifika EUR 13-il biljun minfuqa fuq attivitajiet diġitali prinċipali skont il-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A52018DC0098 ).
    (7)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 23
    (8)    Il-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-Kumitat tal-Programm kif definit fl-Aġenda, se tirrimborża, b’konformità mal-linji gwida stabbilit tagħha, l-ispejjeż ta’ rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-partijiet tal-aġenda fejn Stat Membru jirrikjedi għarfien espert speċifiku.
    (9)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (10)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (11)    % tal-valur f’EUR vs l-aġġustamenti kollha f’kostijiet diretti favur il-Baġit tal-UE
    (12)    L-impatt finanzjarju stmat għan-nefqa operazzjonali huwa ppreżentat fil-livell tal-artikoli tal-baġit għall-erba’ partijiet tal-programm. Jista’ jkun li jiġi sottomess tqassim ulterjuri tal-baġit, ibbażat fuq l-ippjanar strateġiku, bħala parti mill-proċeduri annwali tal-baġit.
    (13)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (14)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (15)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (16)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (17)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (18)    Dawn iċ-ċifri jinkludu biss il-persunal awtorizzat fis-seħħ fl-2020 fid-Direttorati Ġenerali u ma jinkludux il-persunal neċessarju li se jkun meħtieġ għall-aġenziji eżekuttivi, l-Impriżi Konġunti, u korpi deċentralizzati oħrajn, kif ukoll il-persunal addizzjonali li jitħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati fil-futur.
    (19)    Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw l-infiq amministrattiv massimu stmat meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-bażi legali. Dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll is-sussidji meħtieġa mill-aġenziji eżekuttivi (inkluż in-nefqa tal-persunal) li se jimplimentaw parti minn Orizzont Ewropa. F’dan il-kuntest, dawn l-ammonti se jiġu aġġustati b’riżultat tal-proċedura ta’ esternalizzazzjoni mbassra.
    (20)    Dawn iċ-ċifri jinkludu biss il-persunal awtorizzat fis-seħħ fl-2020 fid-Direttorati Ġenerali u ma jinkludux il-persunal neċessarju li se jkun meħtieġ għall-aġenziji eżekuttivi, l-Impriżi Konġunti, u korpi deċentralizzati oħrajn, kif ukoll il-persunal addizzjonali li jitħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati fil-futur.
    (21)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
    (22)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
    (23)    Il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni Bilaterali għadhom mhumiex iffissati. Il-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati se jidhru fuq l-ammonti ppreżentati f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.
    Top

    Brussell,7.6.2018

    COM(2018) 436 final

    ANNESSI

    ta'

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni


    ANNESS I

    ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM

    Li ġejjin se jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-Programm.

    Ippjanar Strateġiku

    L-implimentazzjoni tal-għanijiet fil-livell tal-programm ta’ Orizzont Ewropa f’mod integrat se tkun żgurata permezz tal-Ippjanar Strateġiku pluriennali. Tali ppjanar se jipprovdi l-fokus fuq l-impatt għall-Programm kumplessiv u koerenza bejn il-pilastri differenti tiegħu, kif ukoll sinerġija ma’ programmi tal-UE oħrajn u appoġġ għal u minn politiki tal-UE oħrajn.

    L-Ippjanar Strateġiku se jippromwovi involviment b’saħħtu maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-koħolqien tal-għarfien, il-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi f’kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, u se jiżgura u jippromwovi l-konformità mal-ogħla standards tal-etika u l-integrità.

    Se jinkludi konsultazzjonijiet u skambji estensivi mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew kif xieraq, u ma’ diversi partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet, inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, u t-tipi adattati ta’ azzjoni fl-użu, b’mod partikolari sħubiji Ewropej.

    Abbażi ta’ tali konsultazzjonijiet estensivi, l-Ippjanar Strateġiku se jidentifika l-għanijiet komuni u l-oqsma komuni għal attivitajiet bħall-oqsma ta’ sħubija (il-bażi ġuridika proposta tistabbilixxi biss l-istrumenti u l-kriterji li se jiggwidaw l-użu tagħhom) u l-oqsma ta’ missjoni.

    L-Ippjanar Strateġiku se jgħinu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika għall-oqsma rilevanti koperti, fil-livell tal-UE, kif ukoll jikkumplimenta l-politika u l-approċċi ta’ politika fl-Istati Membri. Il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE se jiġu kkunsidrati matul il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni għar-realizzazzjoni tal-politika. Se tikkunsidra wkoll l-attivitajiet, l-istudji u evidenza xjentifika oħra ta’ prospettiva u tikkunsidra inizjattivi rilevanti eżistenti fil-livell tal-UE u nazzjonali.

    L-Ippjanar Strateġiku se jippromwovi sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u Programmi tal-Unjoni oħrajn, inkluż il-programm Euratom, biex b’hekk isir punt ta’ referenza għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-programmi relatati kollha fil-baġit tal-UE u fl-istrumenti mhux ta’ finanzjament. Dan se jippromwovi wkoll iktar malajr id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u jevita d-duplikazzjoni u t-trikkib bejn il-possibbiltajiet ta’ finanzjament. Se jipprovdi l-qafas biex jorbot flimkien l-azzjonijiet diretti tar-riċerka taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u azzjonijiet oħrajn appoġġati skont il-Programm, inkluż l-użu ta’ riżultati għall-appoġġ ta’ politika.

    Pjan Strateġiku se jistabbilixxi strateġija pluriennali għall-ħolqien tal-kontenut fil-programm ta’ ħidma (kif stabbilit fl-Artikolu 11), filwaqt li jżomm biżżejjed flessibbiltà biex iwieġeb malajr għal opportunijiet u kriżijiet mhux mistennija. Peress li Orizzont Ewropa huwa programm ta’ 7 snin, il-kuntest ekonomiku, tas-soċjetà u dak politiku li fih se jaħdem jista’ jinbidel b’mod sinifikanti matul il-ħajja tiegħu. Orizzont Ewropa irid ikun kapaċi jadatta malajr għal dawn il-bidliet. Għalhekk se jkun hemm il-possibbiltà li jiġi inkluż l-appoġġ għal attivitajiet lil hinn mid-deskrizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, fejn dan ikun debitament ġustifikat, sabiex jiġu indirizzati żviluppi jew avvenimenti mhux previsti maġġuri, ħtiġijiet ta’ politika, jew sitwazzjonijiet ta’ kriżi, pereżempju b’rispons għal theddid serju għas-saħħa li jirriżulta minn epidemiji.

    Fl-implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa, se tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat approċċ bilanċjat u mifrux lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li mhuwiex biss limitat għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda abbażi ta’ għarfien xjentifiku u teknoloġiku u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, iżda li jinkorpora wkoll l-użu ta’ teknoloġiji eżistenti f’applikazzjonijiet ġodda u t-titjib kontinwu u l-innovazzjoni mhux teknoloġika u soċjali. Approċċ sistemiku, transdixxiplinarju, transsettorjali u transpolitiku lejn l-innovazzjoni tar-riċerka se jiżgura li l-isfidi jkunu jistgħu jiġu indirizzati filwaqt li jinħolqu negozji u industriji kompetittivi ġodda, li jrawmu l-kompetizzjoni, jistimulaw l-investimenti privati u jippriżervaw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. 

    Fil-Pilastri “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali” u “Innovazzjoni Miftuħa”, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jiġu kumplimentati b’attivitajiet li joperaw qrib l-utenti aħħarin u s-suq, bħad-dimostrazzjoni, il-proġetti pilota jew il-prova tal-kunċett, bl-esklużjoni madankollu ta’ attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmorru lil hinn mill-fażi tar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jinkludi wkoll appoġġ għall-approċċi min-naħa tad-domanda sabiex jgħinu jaċċelleraw il-varar u d-diffużjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ innovazzjonijiet. L-enfasi se titpoġġa fuq sejħiet għal proposti mhux preskrittivi.

    Skont il-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, permezz tal-bini fuq l-esperjenza f’Orizzont 2020, ix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet se jiġu kompletament integrati fir-raggruppamenti kollha, inkluż attivitajiet speċifiċi u dedikati. Bl-istess mod, l-attivitajiet li jinvolvu r-riċerka u l-innovazzjoni tal-baħar u marittima se jkunu implimentati b’mod strateġiku u integrat b’konformità mal-Politika Marittima Integrata tal-UE, il-Politiki Komuni tas-Sajd u l-impenji internazzjonali.

    Il-“Flagships FET” appoġġati minn Orizzont 2020 se jkomplu jiġu appoġġati skont dan il-Programm. Minħabba l-fatt li jippreżentaw analoġiji sostanzjali ma’ missjonijiet, il-“flagships FET” l-oħrajn, jekk ikun hemm, se jiġu appoġġati skont dan il-Programm Qafas bħala missjonijiet immirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti.

    Id-djalogi dwar il-Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija mas-sħab internazzjonali tal-UE u d-djalogi ta’ politika mar-reġjuni prinċipali tad-dinja se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti għall-identifikazzjoni sistematika ta’ opportunitajiet għall-kooperazzjoni li, meta jiġu kkumbinati bid-differenzazzjoni skont il-pajjiż/ir-reġjun, se jappoġġjaw l-istabbiliment tal-prijoritajiet.

    Filwaqt li l-fokus tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) fuq l-ekosistemi tal-innovazzjoni jagħmlu joqgħod perfett fil-pilastru tal-Innovazzjoni Miftuħa ta’ Orizzont Ewropa, l-ippjanar tal-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) se jkun allinjat permezz tal-ipproċessar tal-Ippjanar Strateġiku mal-pilastru tal-Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali.

    Disseminazzjoni u Komunikazzjoni

    Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ dedikat għall-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, għar-repożitorji tal-għarfien u sorsi ta’ data oħrajn. L-azzjonijiet ta’ disseminazzjoni u ta’ diffużjoni tal-għarfien se jiġu appoġġati, anke permezz ta’ kooperazzjoni ma’ programmi oħrajn tal-UE, inkluż raggruppamenti u imballaġġ tar-riżulati u d-data f’lingwi u formats għal udjenzi fil-mira u networks għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-fini, Orizzont Ewropa jista’ juża teknoloġiji avvanzati u għodda tal-intelliġenza.

    Se jkun hemm appoġġ xieraq għall-mekkaniżmi biex jikkomunikaw il-progamm lill-applikanti potenzjali (eż. Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali).

    Il-Kummissjoni se timplimenta wkoll attivitajiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni marbutin ma’ Orizzont Ewropa, sabiex tippromwovi l-fatt li r-riżultati nkisbu bl-appoġġ ta’ finanzjament tal-UE. Dawn se jaħdmu wkoll biex irawmu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-impatt u r-rilevanza usa’ tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE, permezz ta’ pereżempju, pubblikazzjonijiet, relazzjonijiet mal-midja, avvenimenti, repożitorji tal-għarfien, bażijiet ta’ data, pjattaformi multikanali, siti web jew użu mmirat tal-midja soċjali. Orizzont Ewropa se jipprovdi wkoll appoġġ lill-benefiċjarji biex jikkomunikaw il-ħidma tagħhom u l-impatt tagħha fuq is-soċjetà inġenerali.

    Sfruttament u Tqegħid fis-Suq

    Il-Kummissjoni se tistabbilixxi miżuri komprensivi għall-isfruttament tar-riżultati ta’ Orizzont Ewropa u l-għarfien li jirriżulta. Dan se jaċċellera l-isfruttament immirat lejn it-tqegħid fis-suq u jagħti spinta lill-impatt tal-Programm.

    Il-Kummissjoni, b’mod sistematiku, se tidentifika u tirreġistra r-riżultati tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jsiru skont il-Programm u tittrasferixxi jew tiddissemina dawn ir-riżultati u l-għarfien prodotti b’mod mhux diskriminatorju lill-industrija u l-intrapriżi ta’ kull daqs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademija, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politika, sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud Ewropew tal-Programm.

    Kooperazzjoni Internazzjonali

    Se jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma’ nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fi ħdan sforz ta’ kooperazzjoni internazzjonali fuq livell bla preċedent. Abbażi ta’ benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja se jiġu mistiedna jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali tal-inizjattivi sabiex tiġi appoġġata l-azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà, l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni rinfurzata, u l-kompetittività.

    Azzjoni konġunta internazzjonali se tiżgura indirizzar effettiv ta’ sfidi globali tas-soċjetà u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, l-aċċess għall-aqwa talenti tad-dinja, l-għarfien espert u r-riżorsi, u provvista u domanda mtejbin tas-soluzzjonijiet innovattivi.

    Metodoloġiji ta’ Ħidma għall-Evalwazzjoni

    L-użu ta’ għarfien espert indipendenti ta’ kwalità għolja fil-proċess ta’ evalwazzjoni huwa l-bażi tal-involviment tal-programm fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati, il-komunitajiet u l-interessi kollha, u huwa prerekwiżit sabiex jinżammu l-eċċellenza u r-rilevanza tal-attivitajiet iffinanzjati.

    Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament se jiżguraw li l-proċess ikun imparzjali, u jevitaw kunflitti ta’ interess b’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.

    B’mod eċċezzjonali, meta jkun ġustifikat mir-rekwiżit li jinħatru l-aqwa esperti disponibbli u/jew mid-daqs limitat tal-grupp ta’ esperti kwalifikati, l-esperti indipendenti li jassistu jew li huma membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni jistgħu jevalwaw proposti speċifiċi li fihom jiddikjaraw interess potenzjali. F’dan il-każ, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex jiżguraw l-integrità tal-proċess ta’ evalwazzjoni. Il-proċess ta’ evalwazzjoni se jkun ġestit fid-dawl ta’ dan, inkluż permezz ta’ stadju li jinvolvi interazzjoni bejn esperti differenti. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni se jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari meta jkun qed jidentifika l-proposti għall-finanzjament.



    PILASTRU I

    XJENZA MIFTUĦA

    It-tfittxija għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-fehim u l-akkwist tal-għarfien; il-faċilitajiet ta’ kwalità għolja ħafna meħtieġa sabiex jinkiseb dan, inkluż infrastrutturi fiżiċi u ta’ għarfien għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-mezzi sabiex l-għarfien jiġi disseminat u kondiviż b’mod miftuħ; u provvista tajba ta’ riċerkaturi eċċellenti; huma fil-qalba tal-progress ekonomiku, soċjali u kulturali fl-għamliet kollha tiegħu.

    Ix-xjenza miftuħa u eċċellenti hija marbuta mill-qrib ħafna mal-kisba ta’ innovazzjoni fuq livell dinji. Il-bidliet paradigmi xjentifiċi u teknoloġiċi ġew identifikati bħala xprunaturi ewlenin għaż-żieda fil-produttività, il-kompetittività, il-ġid, l-iżvilupp sostenibbli u l-progress soċjali. Tali bidliet paradigmi storikament kellhom it-tendenza li joriġinaw mill-bażi tax-xjenza tas-settur pubbliku qabel ma pproċedew biex jibnu l-pedamenti għal industriji u setturi kompletament ġodda.

    L-investiment pubbliku fir-riċerka, speċjalment permezz tal-universitajiet u istituzzjonijiet tar-riċerka pubblika (PRIs) u faċilitajiet tar-riċerka, ħafna drabi jiffoka fuq riċerka għal perjodu ta’ żmien itwal u b’riskju ogħla u jikkumplimenta l-attivitajiet tas-settur privat. Minbarra dan, l-investiment joħloq ħiliet, għarfien u esperjenza, strumenti u metodoloġiji xjentifiċi ġodda, kif ukoll joħloq in-networks li jittrażmettu l-aktar għarfien reċenti.

    Ix-xjenza u r-riċerkaturi Ewropej huma, u jkomplu jkunu, fuq quddiem nett f’ħafna oqsma. Iżda din mhijiex pożizzjoni li nistgħu nassumu li dejjem se tibqa’ l-istess. Hemm biżżejjed evidenza li turi li hekk kif ir-riċerka tkompli tikber, qed ikompli jikber ukoll l-għadd ta’ pajjiżi li jikkompetu sabiex ikunu l-aqwa. L-isfida tradizzjonali minn pajjiżi bħall-Istati Uniti issa qed tingħaqad ma’ ġganti ekonomiċi bħaċ-Ċina u l-Indja, b’mod partikolari minn partijiet tad-dinja li reċentement qed jiġu industrijalizzati, u mill-pajjiżi kollha fejn il-gvernijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji multipli u abbundanti li jirriżultaw mill-investiment fir-riċerka.



    1.KUNSILL EWROPEW TAR-RIĊERKA (ERC)

    1.1.Raġunament

    Għalkemm l-UE tibqa’ tipproduċi l-akbar ammont ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi fid-dinja, hija essenzjalment “produttur tal-massa” ta’ għarfien li, relattiv għad-daqs tiegħu, ftit hemm ċentri ta’ eċċellenza li jispikkaw fuq livell dinji u b’oqsma kbar fejn il-prestazzjoni hija medja u dgħajfa. Meta mqabbla mal-Istati Uniti u issa anki maċ-Ċina, sa ċertu punt, l-UE għandha t-tendenza li ssegwi “mudell ta’ eċċellenza distribwita” li fih ir-riżorsi huma mifruxin fost għadd akbar ta’ riċerkaturi u istituzzjonijiet tar-riċerka. Sfida oħra hija li f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE, is-settur pubbliku għadu mhux qed joffri kundizzjonijiet attraenti biżżejjed għall-aqwa riċerkaturi. Dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta’ attraenza relattiva tal-Ewropa fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku.

    Ix-xenarju tar-riċerka globali qed jevolvi b’mod drammatiku u qed isir dejjem aktar multipolari b’riżultat ta’ għadd ta’ pajjiżi emerġenti li qed jiżdied, b’mod partikolari ċ-Ċina, li qed jespandu l-produzzjoni xjentifika tagħhom. Għalhekk, filwaqt li kważi żewġ terzi tan-nefqa dinjija fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fis-sena 2000 tista’ tiġi attribwita lill-UE u l-Istati Uniti, dan is-sehem niżel għal anqas min-nofs sal-2013.

    L-ERC jappoġġa lill-aqwa riċerkaturi b’finanzjament flessibbli mogħti fuq perjodu twil ta’ żmien sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b’kisbiet kbar/riskju għoli. Huwa mmexxi b’mod awtonomu minn Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni u l-għarfien espert u d-diversità xierqa. L-ERC jista’ jagħmel użu minn ġabra usa’ ta’ talenti u ideat disponibbli milli huwa possibbli għal kwalunkwe skema nazzjonali, filwaqt li jirrinforza l-eċċellenza bil-mod ta’ kif l-aqwa riċerkaturi u l-aqwa ideat jikkompetu ma’ xulxin.

    Ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien iffinanzjata mill-ERC għandha impatt dirett sostanzjali fl-għamla ta’ avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, billi tiftaħ it-triq għal riżultati xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ħafna drabi mhux mistennija u oqsma ġodda tar-riċerka. Min-naħa tiegħu, dan jiġġenera ideat radikalment ġodda li jixprunaw l-innovazzjoni u l-ħila ta’ invenzjonijiet fin-negozju u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-ERC għandu wkoll impatt strutturali sinifikanti, li jtejjeb il-kwalità tas-sistema tar-riċerka Ewropea lil hinn mir-riċerkaturi u l-azzjonijiet li huwa jiffinanzja b’mod dirett. L-azzjonijiet u r-riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC jistabbilixxu mira ta’ ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien fl-Ewropa, filwaqt li jtejbu l-profil tagħha u jagħmluha aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi madwar id-dinja bħala post fejn jistgħu jaħdmu, u li jistgħu jaħdmu magħha. Il-prestiġju tal-ospitar ta’ detenturi ta’ għotja mill-ERC joħloq kompetizzjoni bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka Ewropej sabiex joffru l-aktar kundizzjonijiet attraenti għall-aqwa riċerkaturi u, b’mod indirett, tista’ tgħinhom jivvalutaw il-ħiliet u d-dgħufiji tagħhom u jagħmlu r-riformi meħtieġa.

    Id-differenza bejn il-prestazzjoni tar-riċerka tal-Istati Uniti u tal-pajjiżi tal-UE naqset tul dawn l-aħħar 10 snin minn meta ġie stabbilit l-ERC. L-ERC jiffinanzja perċentwal relattivament żgħir mir-riċerka Ewropea kollha, iżda minn dan jikseb impatt xjentifiku li huwa sproporzjonatament għoli. L-impatt ta’ ċitar medju tar-riċerka appoġġata mill-ERC jista’ jitqabbel ma’ dak tal-aqwa universitajiet tar-riċerka tal-ogħla reputazzjoni fid-dinja. Il-prestazzjoni fir-riċerka tal-ERC hija estremament għolja meta mqabbla mal-akbar finanzjaturi tar-riċerka tad-dinja. L-ERC jiffinanzja ħafna riċerka fil-fruntieri tal-għarfien f’ħafna oqsma tar-riċerka li rċevew l-ogħla għadd ta’ ċitazzjonijiet, inkluż dawk l-oqsma emerġenti b’mod rapidu. Għalkemm il-finanzjament tal-ERC huwa mmirat lejn ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, hija rriżultat f’għadd sostanzjali ta’ privattivi.

    Għalhekk teżisti evidenza ċara li l-ERC jattira u jiffinanzja riċerkaturi eċċellenti permezz tas-sejħiet tiegħu u li l-azzjonijiet tal-ERC qed jipproduċu għadd sostanzjali mis-sejbiet tar-riċerka l-aktar sinifikanti u b’impatt qawwi madwar id-dinja f’oqsma emerġenti li jwasslu għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u avvanzi kbar. Il-ħidma tal-benefiċjarji tal-għotjiet tal-ERC huwa wkoll interdixxiplinari u l-benefiċċjarji tal-għotjiet tal-ERC jikkollaboraw fuq livell internazzjonali u jippubblikaw ir-riżultati tagħhom b’mod miftuħ fl-oqsma kollha tar-riċerka, inkluż fix-xjenzi soċjali u l-umanistiċi.

    Diġà teżisti evidenza tal-impatti fuq perjodu ta’ żmien itwal tal-għotjiet tal-ERC fuq il-karrieri, fuq it-taħriġ ta’ persuni b’ħiliet għolja li jkunu qed jagħmlu PhD jew riċerka ta’ wara d-dottorat, fuq viżibbiltà u prestiġju globali ogħla tar-riċerka Ewropea u fuq sistemi tar-riċerka nazzjonali permezz tal-effett ta’ parametraġġ referenzjarju b’saħħtu tiegħu. Dan l-effett huwa ta’ valur partikolari fil-mudell ta’ eċċellenza distribwita tal-UE minħabba li l-istatus ta’ finanzjament mill-ERC jista’ jissostitwixxi u jservi bħala indikatur aktar preċiż tal-kwalità tar-riċerka mir-rikonoxximent ibbażat fuq l-istatus tal-istituzzjonijiet. Dan jippermetti lil individwi, istituzzjonijiet, reġjuni u pajjiżi ambizzjużi li jieħdu l-opportunità u jespandu l-profili tar-riċerka li fihom huma partikolarment b’saħħithom.

    1.2.Oqsma ta’ intervent

    1.2.1.Xjenza fil-Fruntieri tal-Għarfien

    Ir-riċerka ffinanzjata mill-ERC hija mistennija li twassal għal avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, b’pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità, għal riżultati tar-riċerka b’impatt potenzjali soċjetali u ekonomiku għoli u bl-ERC jistabbilixxi mira ċara u ta’ ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien madwar l-UE, l-Ewropa u f’livell internazzjonali. Bil-għan li jagħmel l-UE ambjent aktar attraenti għall-aqwa xjenzati tad-dinja, l-ERC se jimmira li jilħaq titjib li jista’ jitkejjel fis-sehem tal-UE tal-1 % tal-aktar pubblikazzjonijiet ċitati fid-dinja, u se jimmira lejn żieda sostanzjali fl-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti li jiffinanzja minn barra l-Ewropa. Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel.

    Linji Mifruxa

    Il-finanzjament fuq perjodu twil ta’ żmien sabiex jiġu appoġġati investigaturi eċċellenti u t-timijiet tar-riċerka tagħhom sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b’kisbiet kbar/riskju għoli;

    Riċerkaturi ġodda b’ideat eċċellenti sabiex jagħmlu t-tranżizzjoni tagħhom lejn l-indipendenza, filwaqt li jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta’ riċerka tagħhom stess;

    Modi ġodda ta’ ħidma fid-dinja xjentifika bil-potenzjal li jagħtu riżultati rivoluzzjonarji u jiffaċilitaw il-potenzjal tal-innovazzjoni kummerċjali u soċjali tar-riċerka ffinanzjata;

    Il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-aqwa prattiki ma’ aġenziji ta’ finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali sabiex jiġi promoss l-appoġġ ta’ riċerkaturi eċċellenti;

    Żieda fil-viżibbiltà tal-programmi ERC.

    1.3.Implimentazzjoni

    1.3.1.Il-Kunsill Xjentifiku

    Il-Kunsill Xjentifiku huwa l-garanti tal-kwalità tal-attività mill-perspettiva xjentifika u għandu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata.

    Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm qafas u sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, kif inhu stipulat fl-Artikolu 7, il-Kunsill Xjentifiku se: 

    (1) Strateġija xjentifika:

    jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika globali għall-ERC, fid-dawl tal-opportunitajiet xjentifiċi u l-ħtiġijiet xjentifiċi Ewropej;

    jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma u jiżviluppa t-taħlita ta’ miżuri ta’ appoġġ tal-ERC b’konformità mal-istrateġija xjentifika tiegħu;

    jistabbilixxi l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali neċessarji inkluż attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-ERC għall-aqwa riċerkaturi mill-bqija tad-dinja, b’konformità mal-istrateġija xjentifika tiegħu.

    (2) Ġestjoni, monitoraġġ u kontroll tal-kwalità xjentifiċi:

    jiżgura sistema ta’ reviżjoni bejn il-parti ta’ livell dinji bbażata fuq trattament tal-proposti li jkun trasparenti, ġust u imparzjali billi jiġu stabbiliti pożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti, kriterji ta’ evalwazzjoni, proċessi ta’ reviżjoni bejn il-pari inkluż l-għażla tal-esperti, il-metodi tar-reviżjoni bejn il-pari u l-evalwazzjoni tal-proposti u r-regoli u l-linji gwida ta’ implimentazzjoni neċessarji, li abbażi tagħhom ikun jista’ jiġi determinat liema proposti jiġu ffinanzjati taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Xjentifiku;

    l-esperti għandhom jinħatru abbażi ta’ proposta mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC fil-każ ta’ azzjonijiet tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-ERC;

    jiżgura li l-għotjiet tal-ERC jiġu implimentati b’konformità ma’ proċeduri sempliċi u trasparenti li jżommu l-fokus fuq l-eċċellenza, jinkoraġġixxu l-inizjattiva u jikkombinaw il-flessibbiltà mar-responsabbiltà billi jimmonitorjaw b’mod kontinwu l-kwalità tal-operat u l-implimentazzjoni;

    jirrevedi u jivvaluta l-kisbiet tal-ERC u l-kwalità u l-impatt tar-riċerka ffinanzjata mill-ERC u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet korrettivi jew futuri;

    jistabbilixxi pożizzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li taffettwa l-kisbiet u l-impatt tal-attivitajiet tal-ERC u l-kwalità tar-riċerka mwettqa.

    (3) Komunikazzjoni u disseminazzjoni:

    itejjeb il-profil u l-viżibbiltà globali tal-ERC billi jwettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni inkluż konferenzi xjentifiċi sabiex jiġu promossi l-attivitajiet u l-kisbiet tal-ERC u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-ERC mal-komunità xjentifika, il-partijiet ikkonċernati prinċipali u l-pubbliku ġenerali;

    fejn xieraq, jikkonsulta mal-komunità xjentifika, tal-inġiniera u tal-akkademiċi, l-aġenziji ta’ finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħrajn. 

    jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet proprji tiegħu.

    Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jingħataw kumpens għall-kompiti li huma jwettqu permezz ta’ onorarja u, fejn ikun xieraq, jingħataw rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

    Il-President tal-ERC se jirrisjedi fi Brussell għad-durata tal-ħatra u jiddedika l-biċċa l-kbira tal-ħin tax-xogħol tiegħu 1 għall-ħidma tal-ERC. Se jiġi remunerat f’livell li jikkorrispondi għal dak tal-ogħla maniġment tal-Kummissjoni u se jingħata l-appoġġ neċessarju sabiex iwettaq il-funzjoni tiegħu mill-Istruttura ta’ Implimentazzjoni Dedikata.

    Il-Kunsill Xjentifiku għandu jeleġġi minn fost il-membri tiegħu tliet Viċi Presidenti li għandhom jassistu lill-President fir-rappreżentanza tiegħu u fl-organizzazzjoni tal-ħidma tiegħu. Jista’ jkollhom ukoll t-titlu ta’ Viċi President tal-ERC.

    Se jiġi pprovdut appoġġ lit-tliet Viċi Presidenti sabiex tiġi żgurata assistenza amministrattiva lokali adegwata fl-istituti ta’ oriġini tagħhom.

    1.3.2.Struttura ta’ Implimentazzjoni Dedikata

    L-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata se tkun responsabbli għall-aspetti kollha tal-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm, kif previst fil-programm ta’ ħidma tal-ERC. B’mod partikolari, se timplimenta l-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ir-reviżjoni bejn il-pari u l-proċess tal-għażla b’konformità mal-istrateġija stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku u se tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika tal-għotjiet. L-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata se tappoġġa lill-Kunsill Xjentifiku fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu kif stabbilit hawn fuq, inkluż fl-iżvilupp tal-istrateġija xjentifika tiegħu, il-monitoraġġ tiegħu tal-operat u r-reviżjoni u l-valutazzjoni tiegħu tal-kisbiet tal-ERC kif ukoll l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, jipprovdi aċċess għad-dokumenti neċessarji u data fil-pussess tiegħu, u jżomm lill-Kunsill Xjentifiku infurmat bl-attivitajiet tiegħu.

    Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni effettiva mal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata dwar kwistjonijiet ta’ strateġija u operattivi, it-tmexxija tal-Kunsill Xjentifiku u d-Direttur tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata se jorganizzaw laqgħat ta’ koordinazzjoni regolari.

    Il-ġestjoni tal-ERC se titwettaq minn persunal impjegat għal dak il-għan, inkluż, fejn meħtieġ, uffiċjali mill-istituzzjonijiet tal-UE, u se tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità neċessarji għal amministrazzjoni effettiva.

    1.3.3.Rwol tal-Kummissjoni

    Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif inhuma stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tagħha stess għall-eżekuzzjoni tal-baġit, il-Kummissjoni se: 

    tiżgura l-kontinwità u t-tiġdid tal-Kunsill Xjentifiku u tipprovdi appoġġ għal Kumitat ta’ Identifikazzjoni permanenti għall-identifikazzjoni ta’ membri futuri tal-Kunsill Xjentifiku;

    tiżgura l-kontinwità tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata u d-delegazzjoni ta’ kompiti u responsabbiltajiet għaliha, b’konsiderazzjoni tal-fehmiet tal-Kunsill Xjentifiku;

    tiżgura li l-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata twettaq il-firxa sħiħa tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha;

    taħtar id-Direttur u l-membri tal-maniġment tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata, b’konsiderazzjoni tal-fehmiet tal-Kunsill Xjentifiku;

    tiżgura l-adozzjoni f’waqtha tal-programm ta’ ħidma, il-pożizzjonijiet fir-rigward tal-metodoloġija ta’ implimentazzjoni u r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji inklużi r-Regoli tal-ERC għas-Sottomissjoni tal-Ftehim ta’ Għotja Mudell tal-ERC, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku;

    tinforma u tikkonsulta b’mod regolari mal-Kumitat tal-Programm dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC;

    b’responsabbiltà għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Programm Qafas tar-Riċerka, timmonitorja l-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata.



    2.AZZJONIJIET MARIE SKŁODOWSKA-CURIE (MSCA)

    2.1.Raġunament

    L-Ewropa għandha bżonn bażi ta’ kapital uman b’ħiliet għoljin u reżiljenti fir-riċerka u l-innovazzjoni li tista’ tadatta faċilment għal u ssib soluzzjonijiet sostenibbli għall-isfidi futuri, bħall-bidliet demografiċi maġġuri fl-Ewropa. Sabiex tiġi żgurata l-eċċellenza, ir-riċerkaturi jeħtieġ li jkunu mobbli, jikkollaboraw u jiddisseminaw l-għarfien fil-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini kollha, bil-kumbinazzjoni t-tajba ta’ għarfien u ħiliet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà u tiġi appoġġata l-innovazzjoni.

    L-Ewropa għandha qawwa xjentifika kbira b’madwar 1.8 miljun riċerkatur jaħdmu f’eluf ta’ universitajiet, ċentri tar-riċerka u kumpaniji ta’ klassi dinjija. Madankollu, huwa stmat li l-UE se jkollha tħarreġ u timpjega tal-anqas miljun riċerkatur ġdid sal-2027 sabiex tilħaq il-miri li qed jiġu stabbiliti għall-investiment miżjud fir-riċerka u l-innovazzjoni. Din il-ħtieġa tinħass b’mod partikolari fis-settur mhux akkademiku. L-UE trid tirrinforza l-isforzi tagħha sabiex tħajjar lil aktar żgħażagħ jagħmlu karriera fir-riċerka, sabiex tattira r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi, iżżomm ir-riċerkaturi tagħha u tintegra mill-ġdid fl-Ewropa lil riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra. Addizzjonalment, sabiex tintlaħaq eċċellenza mifruxa b’mod usa’, il-kundizzjonijiet skont liema jaħdmu r-riċerkaturi għandhom ikomplu jittejbu fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). F’dan ir-rigward, hemm bżonn ta’ rabtiet aktar b’saħħithom b’mod partikolari fi ħdan iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEdA), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE+).

    Dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-UE minħabba n-natura sistemika tagħhom u l-isforz meħtieġ bejn il-pajjiżi sabiex jiġu solvuti.

    L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) jiffukaw fuq ir-riċerka eċċellenti li hija kompletament minn isfel għal fuq, miftuħa għal kwalunkwe qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sal-użu fis-suq u s-servizzi ta’ innovazzjoni. Dan jinkludi oqsma tar-riċerka koperti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). Jekk jirriżultaw ħtiġijiet speċifiċi u jsiru disponibbli sorsi ta’ finanzjament addizzjonali, l-MSCA jistgħu jiġu mmirati lejn ċerti attivitajiet fi sfidi speċifiċi (inkluż missjonijiet identifikati), tipi ta’ istituzzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, jew postijiet ġeografiċi sabiex jirreaġixxu għall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tal-Ewropa f’termini ta’ ħiliet, taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karriera u kondiviżjoni tal-għarfien.

    L-MSCA huma l-istrument ewlieni fil-livell tal-UE sabiex jiġu attirati r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi lejn l-Ewropa, u għalhekk huma ta’ kontribut kbir għall-kooperazzjoni globali fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-evidenza turi li l-MSCA mhux biss għandhom impatt pożittiv fuq l-individwi, l-organizzazzjonijiet u fil-livell ta’ sistema, iżda jrendu riżultati tar-riċerka b’impatt għoli u rivoluzzjonarji filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-isfidi tas-soċjetà kif ukoll dawk strateġiċi. L-investiment ta’ terminu twil fil-persuni jrendi r-riżultati, kif jindika l-għadd ta’ rebbieħa tal-Premju Nobel li kienu fellows jew superviżuri preċedenti tal-MSCA.

    Permezz tal-kompetizzjoni fir-riċerka globali bejn ix-xjenzati u l-organizzazzjonijiet ospitanti kemm mis-settur akkademiku kif ukoll minn dak mhux akkademiku, u permezz tal-ħolqien u l-kondiviżjoni ta’ għarfien ta’ kwalità għolja bejn il-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini, l-MSCA jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-aġenda għall-“Impjiegi, it-tkabbir u l-investiment”, l-Istrateġija Globali tal-UE u għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

    L-MSCA jikkontribwixxu sabiex jagħmlu ż-ŻER aktar effettiva, kompetittiva u attraenti fuq livell globali. Dan jista’ jinkiseb b’fokus fuq ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi b’ħiliet għoljin u l-forniment ta’ appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-UE u lil hinn minnha; permezz tat-trawwim tad-diffużjoni u l-applikazzjoni ta’ għarfien u ideat ġodda għall-politiki Ewropej, l-ekonomija u s-soċjetà, inter alia permezz ta’ komunikazzjoni xjentifika mtejba u miżuri ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; permezz tal-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka; u billi jkun hemm impatt ta’ ristrutturar pronunzjat fuq iż-ŻER, li jisħaq suq tax-xogħol miftuħ u li jistabbilixxi standards għoljin għal taħriġ ta’ kwalità, kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u reklutaġġ miftuħ għar-riċerkaturi kollha.

    2.2.Oqsma ta’ Intervent

    2.2.1.Trawwim tal-Eċċellenza permezz tal-Mobbiltà tar-Riċerkaturi bejn il-Fruntieri, is-Setturi u d-Dixxiplini

    L-UE trid tibqa’ referenza għar-riċerka eċċellenti u għaldaqstant attraenti għall-aktar riċerkaturi promettenti, kemm Ewropej kif ukoll dawk mhux Ewropej, fl-istadji kollha tal-karrieri tagħhom. Dan jista’ jinkiseb billi r-riċerkaturi u l-persunal li għandu x’jaqsam mar-riċerka jitħallew jiċċaqilqu u jikkollaboraw bejn il-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini u għalhekk jibbenefikaw minn taħriġ ta’ kwalità għolja u opportunitajiet għall-karriera. Dan se jiffaċilita ċ-ċaqliq fil-karriera bejn is-settur akkademiku u mhux akkademiku, kif ukoll jistimola l-attività imprenditorjali.

    Linji Mifruxa

    L-esperjenzi tal-mobbiltà fi ħdan l-Ewropa jew barra minnha għall-aqwa jew l-aktar riċerkaturi promettenti, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, sabiex iwettqu riċerka eċċellenti u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom kif ukoll il-karriera kemm fis-settur akkademiku kif ukoll f’dak mhux akkademiku.

    2.2.2.Trawwim ta’ Ħiliet ġodda permezz ta’ Taħriġ Eċċellenti tar-Riċerkaturi

    L-UE trid bażi tar-riżorsi umani b’saħħitha, reżiljenti u kreattiva, bit-taħlita ta’ ħiliet adattata sabiex tindirizza l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol, tkun innovattiva u tikkonverti l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għal benefiċċju ekonomiku u soċjali. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ taħriġ tar-riċerkaturi sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi tar-riċerka prinċipali tagħhom, kif ukoll sabiex itejbu l-ħiliet trasferibbli tagħhom bħall-mod ta’ ħsieb kreattiv u imprenditorjali. Dan se jippermettilhom jaffaċċaw sfidi globali attwali u futuri u jtejbu l-prospetti ta’ karriera tagħhom u l-potenzjal għall-innovazzjoni.

    Linji Mifruxa

    Programmi ta’ taħriġ sabiex jgħammru lir-riċerkaturi b’varjetà ta’ ħiliet rilevanti għall-isfidi globali attwali u futuri.

    2.2.3.Tisħiħ tal-Kapital Uman u l-Iżvilupp tal-Ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    Sabiex titrawwem l-eċċellenza, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u jinkiseb effett ta’ strutturar pożittiv, standards ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u l-iżvilupp effettiv fil-karriera tar-riċerkaturi jrid ikun aktar mifrux fiż-ŻER kollha. Dan se jgħin jimmodernizza u jtejjeb il-programmi u s-sistemi ta’ taħriġ fir-riċerka, kif ukoll iżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet fuq livell dinji.

    Linji Mifruxa

    Programmi ta’ ħidma sabiex titrawwem l-eċċellenza u jinfirxu l-aqwa prattiki fl-istituzzjonijiet u fis-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni;

    Kooperazzjoni, produzzjoni u diffużjoni tal-għarfien fi ħdan l-UE u ma’ pajjiżi terzi.

    2.2.4.Titjib u Iffaċilitar tas-Sinerġiji

    Is-sinerġiji bejn is-sistemi u l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE, reġjonali u nazzjonali jridu jkunu msaħħa sinifikattivament. Dan jista’ jinkiseb b’mod partikolari permezz ta’ sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ partijiet oħrajn ta’ Orizzont Ewropa bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u programmi tal-UE oħrajn, b’mod partikolari l-FSE+, inkluż permezz tas-Siġill ta’ Eċċellenza.

    Linji Mifruxa

    Programmi ta’ taħriġ u inizjattivi ta’ żvilupp tal-karrieri fir-riċerka simili appoġġati permezz ta’ sorsi ta’ finanzjament pubbliċi jew privati kumplimentari fil-livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE.

    2.2.5.Promozzjoni tas-Sensibilizzazzjoni tal-Pubbliku

    Is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-programm u r-rikonoxximent pubbliku tar-riċerkaturi irid jittejjeb mal-UE kollha u lil hinn minnha, sabiex jitjieb il-profil globali tal-MSCA u jiġi żviluppat fehim aħjar tal-impatt tal-ħidma tar-riċerkaturi fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini, u sabiex iż-żgħażagħ jiġu inkoraġġuti jibdew karriera fir-riċerka. Dan jista’ jintlaħaq permezz ta’ disseminazzjoni, sfruttament u diffużjoni aħjar tal-għarfien u l-prattiki.

    Linji Mifruxa

    Inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jistimolaw l-interess fil-karrieri tar-riċerka, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

    Attivitajiet ta’ promozzjoni biex jitjieb il-profil globali, il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar l-MSCA;

    Difużjoni u raggruppament tal-għarfien permezz ta’ kollaborazzjoni trasversali bejn il-proġetti u attivitajiet ta’ networking oħrajn bħal servizzi ta’ alumni.



    3.INFRASTRUTTURI TAR-RIĊERKA

    3.1.Raġunament

    L-infrastrutturi tar-riċerka tal-ogħla livell tekniku jipprovdu servizzi prinċipali lill-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jaqdu rwol essenzjali sabiex jestendu l-fruntieri tal-għarfien. L-appoġġ għal infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-UE jgħin biex tiġi mitigata dik li f’ħafna każijiet hija r-realtà ta’ infrastrutturi nazzjonali tar-riċerka mifruxin u oqsma żgħar ta’ eċċellenza xjentifika, kif ukoll l-indirizzar taċ-ċirkolazzjoni baxxa tal-għarfien fost is-silos.

    Il-mira globali hija li l-Ewropa tiġi arrikkita b’infrastrutturi tar-riċerka sostenibbli mill-aqwa li jkunu miftuħin u aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom għall-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni. L-għanijiet prinċipali huma li titnaqqas il-frammentazzjoni tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-evitar tad-duplikazzjoni tal-isforzi, u koordinazzjoni aħjar tal-iżvilupp u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka. Huwa kruċjali li jiġi appoġġat l-aċċess miftuħ għall-infrastrutturi tar-riċerka għar-riċerkaturi Ewropej kollha kif ukoll, permezz tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (minn hawn il-quddiem “EOSC”), jiżdied l-aċċess għar-riżorsi tar-riċerka diġitali, li b’mod speċifiku jindirizzaw it-tħaddin attwalment subottimali tax-xjenza miftuħa u l-prattiki ta’ data miftuħa. Bl-istess mod, l-UE trid tindirizza ż-żieda rapida ta’ kompetizzjoni globali għat-talent billi tattira riċerkaturi minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu b’infrastrutturi tar-riċerka Ewropea ta’ livell dinji. Iż-żieda fil-kompetittività tal-industrija Ewropa tikkostitwixxi għan maġġuri wkoll, filwaqt li jiġu appoġġati teknoloġiji u servizzi prinċipali rilevanti għall-infrastrutturi tar-riċerka u l-utenti tagħhom, biex b’hekk jittejbu l-kundizzjonijiet għall-provvista ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

    Il-programmi qafas tal-passat għamlu kontribuzzjoni sinifikanti lejn l-użu aktar effiċjenti u effettiv tal-infrastrutturi nazzjonali, u żviluppaw ukoll, mal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), approċċ koerenti u mmexxi minn strateġija lejn it-tfassil ta’ politika dwar infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej. Dan l-approċċ strateġiku ġġenera vantaġġi ċari, inkluż tnaqqis fid-duplikazzjoni tal-isforz permezz ta’ użu ġenerali aktar effiċjenti tar-riżorsi, kif ukoll permezz tal-istandardizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri.

    L-attività appoġġata mill-UE se tipprovdi valur miżjud permezz ta’: infrastrutturi tar-riċerka eżistenti konsolidati u ottimizzati flimkien mal-isforzi sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi ġodda; l-istabbiliment tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) bħala ambjent effettiv skalabbli u sostenibbli għar-riċerka xprunata mid-data; l-interkonnessjoni tan-networks tar-riċerka u l-edukazzjoni nazzjonali u reġjonali, li ttejjeb u tiżgura infrastruttura tan-network ta’ kapaċità għolja għal ammonti kbar ħafna ta’ data u aċċess għar-riżorsi diġitali lil hinn mill-fruntieri u l-konfini tad-dominji; l-għelib tal-ostakli li jipprevjenu lill-aqwa timijiet tar-riċerka milli jaċċessaw l-aqwa servizzi tal-infrastruttura tar-riċerka fl-UE; it-trawwim tal-potenzjal tal-innovazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, iffukati fuq l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-koinnovazzjoni, kif ukoll l-użu miżjud tal-infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija.

    U d-dimensjoni internazzjonali tal-infrastrutturi tar-riċerka tal-UE trid tissaħħaħ, filwaqt li titrawwem kooperazzjoni aktar b’saħħitha mal-kontropartijiet internazzjonali u l-parteċipazzjoni internazzjonali fl-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għall-benefiċċju reċiproku.

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) differenti bħal: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

    3.2.Oqsma ta’ intervent

    3.2.1.Konsolidazzjoni tax-Xenarju tal-Infrastrutturi tar-Riċerka Ewropej

    L-istabbiliment, l-operat u s-sostenibbiltà fit-tul tal-infrastrutturi tar-riċerka identifikati minn ESFRI huma essenzjali għall-UE sabiex tiżgura li jkollha pożizzjoni fuq quddiem nett fir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, il-ħolqien u l-użu tal-għarfien u l-kompetittività tal-industriji tagħha.

    Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) jenħtieġ li jsir kanal ta’ twassil effettiv u komprensiv għas-servizzi ta’ infrastrutturi tar-riċerka u jenħtieġ li jipprovdi lill-komunitajiet tar-riċerka tal-Ewropa bis-servizzi ta’ data tal-ġenerazzjoni li jmiss għall-ħsad, ħażna, ipproċessar (eż. analitika, simulazzjoni, servizzi ta’ viżwalizzazzjoni) u l-kondiviżjoni ta’ data tal-big science. L-EOSC jenħtieġ li jipprovdi wkoll lir-riċerkaturi fl-Ewropa b’aċċess għall-maġġoranza tad-data ġġenerata u miġbura mill-infrastrutturi tar-riċerka, kif ukoll għall-HPC u r-riżorsi fuq skala eksa varati skont l-Infrastruttura Ewropea tad-Data (EDI) 2 .

    In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni se jgħaqqad flimkien u jippermetti aċċess remot għall-infrastrutturi tar-riċerka u r-riżorsi tar-riċerka, billi jipprovdi interkonnettività bejn l-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE kif ukoll konnessjonijiet internazzjonali ma’ networks sħab oħrajn madwar id-dinja.

    Linji Mifruxa

    Iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej permezz tat-tfassil ta’ infrastrutturi tar-riċerka; Il-fażi ta’ tħejjija u implimentazzjoni tagħhom, l-operat fil-fażi bikrija tagħhom b’kumplimentarjetà mal-fondi reġjonali, kif ukoll il-konsolidazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-ekosistema tal-infrastruttura tar-riċerka permezz tal-monitoraġġ ta’ stadji kritiċi ta’ ESFRI u l-iffaċilitar ta’ ftehimiet ta’ servizz, evoluzzjonijiet, amalgamazzjonijiet jew id-dekummissjonar ta’ infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej;

    Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, inkluż: l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-kanal ta’ aċċess; il-federazzjoni effettiva tar-riżorsi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u istituzzjonali; l-evoluzzjoni teknika u ta’ politika tiegħu biex ikun jista’ jindirizza ħtiġijiet u rekwiżiti tar-riċerka ġodda (eż. l-użu ta’ settijiet tad-data sensittiva, privatezza mid-disinn); l-interoperabbiltà tad-data u l-konformità mal-prinċipji FAIR; u bażi tal-utenti wiesgħa;

    In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni li jirfed l-EOSC u l-EDI, kif ukoll jippermetti t-twassil ta’ servizzi ta’ HPC/data f’ambjent ibbażat fuq il-cloud li kapaċi jlaħħaq ma’ settijiet ta’ data u proċessi komputazzjonali kbar ħafna.

    3.2.2.Ftuħ, Integrazzjoni u Interkonnessjoni tal-Infrastrutturi tar-Riċerka

    Ix-xenarju tar-riċerka se jittejjeb b’mod sinifikanti billi jiġi żgurat aċċess miftuħ għal infrastrutturi ta’ riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali ewlenin għar-riċerkaturi kollha tal-UE u s-servizzi tagħhom jiġu integrati fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet ta’ aċċess, jittejjeb u jitwessa’ l-forniment tas-servizz u tiġi mħeġġa strateġija ta’ żvilupp komuni ta’ komponenti ta’ livell teknoloġiku għoli u servizzi avvanzati permezz ta’ azzjonijiet ta’ innovazzjoni.

    Linji Mifruxa

    Networks li jlaqqgħu flimkien lil dawk li jiffinanzjaw l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali għall-kofinanzjament tal-aċċess transnazzjonali tar-riċerkaturi;

    Networks ta’ infrastrutturi tar-riċerka pan-UE, nazzjonali u reġjonali li jindirizzaw l-isfidi globali għall-forniment ta’ aċċess għar-riċerkaturi kif ukoll għall-armonizzazzjoni u t-titjib tas-servizzi tal-infrastrutturi;

    Networks integrati tal-infrastrutturi tar-riċerka għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija/pjan direzzjonali komuni għall-iżvilupp teknoloġiku meħtieġ sabiex jitjiebu s-servizzi tagħhom permezz ta’ sħubija mal-industrija; kif ukoll komponenti ta’ livell teknoloġiku għoli f’oqsma bħall-istrumentazzjoni xjentifika; u għat-trawwim tal-użu ta’ infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija, eż. faċilitajiet ta’ testijiet ta’ esperimentazzjoni.

    3.2.3.Rinfurzar tal-politika dwar l-Infrastruttura tar-Riċerka Ewropea u l-Kooperazzjoni Internazzjonali

    L-appoġġ huwa meħtieġ biex dawk li jfasslu l-politika, il-korpi ta’ finanzjament jew il-gruppi konsultattivi bħall-ESFRI jiġu allinjati tajjeb lejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tal-UE koerenti u fuq perjodu ta’ żmien twil dwar l-infrastrutturi tar-riċerka.

    Bl-istess mod, l-appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali strateġika se jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej fuq livell internazzjonali, billi jiżgura n-networking u l-interoperabbiltà u l-ilħuq globali tagħhom.

    Linji Mifruxa

    Is-sorveljanza, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-UE, kif ukoll studji ta’ politika, azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u taħriġ, azzjonijiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka, u attivitajiet speċifiċi tal-korpi ta’ politika u konsultattivi rilevanti.


    4.

    PILASTRU II

    SFIDI GLOBALI U KOMPETITTIVITÀ INDUSTRIJALI

    Ħafna mill-isfidi li taffaċċa l-UE huma wkoll sfidi globali. L-iskala u l-kumplessità tal-problemi huma vasti, u jeħtieġ li jiġu indirizzati bi flus, riżorsi u sforzi xierqa sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet. Dawn huma preċiżament l-oqsma li fihom l-UE trid taħdem flimkien; b’mod intelliġenti, flessibbli u konġunt għall-benefiċċju u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna.

    Jista’ jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma’ nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fl-isfond ta’ kooperazzjoni internazzjonali bla preċedent b’konformità mal-linji indikati mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima. Abbażi ta’ benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja se jiġu mistiedna sabiex jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali mir-riċerka u l-innovazzjoni għas-sostenibbiltà.

    Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma xprunaturi ewlenin tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività ekonomika tal-industrija, u dawn se jikkontribwixxu għas-sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi tal-lum, għat-treġġiegħ lura mill-aktar fis possibbli tat-tendenza negattiva u perikoluża li bħalissa torbot l-iżvilupp ekonomiku, l-użu tar-riżorsi naturali u l-kwistjonijiet soċjali, u t-tibdil tagħha f’opportunitajiet ġodda tan-negozju.

    L-UE se tibbenefika bħala utent u produttur ta’ teknoloġiji u industriji li juru kif is-soċjetà u l-ekonomija moderni industrijalizzati, sostenibbli, inklużivi, miftuħin u demokratiċi jistgħu jiffunzjonaw u jiżviluppaw. L-eżempji ekonomiċi-ambjentali-soċjetali li qed jiżdiedu tal-industrija ekonomika sostenibbli tal-futur se jkunu mrawmin u jingħataw spinta, sew jekk ikunu għal: saħħa u benesseri għal kulħadd; jew soċjetajiet inklużivi u siguri reżiljenti; jew enerġija nadifa disponibbli u mobbiltà; jew ekonomija u soċjetà diġitizzati; jew industrija transdixxiplinari u kreattiva; jew soluzzjonijiet spazjali, marini jew ibbażati fuq l-art; jew soluzzjonijiet alimentari jew nurizzjonali; użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, protezzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, fejn ilkoll jiġġeneraw ġid fl-Ewropa u joffru impjiegi ta’ kwalità ogħla. It-trasformazzjoni industrijali se tkun kruċjali.

    Ir-riċerka u l-innovazzjoni skont dan il-pilastru ta’ Orizzont Ewropa huma raggruppati fi gruppi ta’ raggruppamenti ta’ attivitajiet integrati. Minflok jindirizzaw is-setturi, l-investimenti jimmiraw għal bidliet sistemiċi għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna skont vettur ta’ sostenibbiltà. Dawn se jintlaħqu biss jekk l-atturi kollha, kemm privati kif ukoll pubbliċi, jinvolvu lilhom infushom fil-kodisinn u l-koħolqien tar-riċerka u l-innovazzjoni; li jlaqqgħu flimkien utenti aħħarin, xjenzati, teknoloġisti, produtturi, innovaturi, negozji, edukaturi, ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għaldaqstant, l-ebda wieħed mir-raggruppamenti tematiċi mhu maħsub għal sett wieħed biss ta’ atturi.

    Ir-raggruppamenti se jiżviluppaw u japplikaw teknoloġiji diġitali, ewlenin abilitanti u emerġenti bħala parti minn strateġija komuni sabiex jippromwovu t-tmexxija industrijali tal-UE. Fejn xieraq dan se jutilizza data u servizzi tal-UE ffaċilitati mill-ispazju.

    Se jingħata appoġġ sabiex it-teknoloġija titwassal mil-laboratorju sas-suq u sabiex jiġu żviluppati applikazzjonijiet inkluż linji pilota u dimostraturi, miżuri sabiex jiġi stimolat l-użu mis-suq u sabiex tingħata spinta lill-impenn min-naħa tas-settur privat. Is-sinerġiji ma’ programmi oħrajn se jkunu massimizzati.

    Ir-raggruppamenti se jagħtu spinta lill-introduzzjoni rapida ta’ innovazzjoni li tkun l-ewwel tax-xorta tagħha fl-UE permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet inkorporati, inkluż l-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament, l-istandardizzazzjoni kif ukoll l-appoġġ għall-innovazzjoni nonteknoloġika u mekkaniżmi ta’ twassil innovattivi, li jgħinu sabiex jinħolqu kundizzjonijiet soċjetali, regolatorji u tas-suq favur l-innovazzjoni bħall-patti tal-innovazzjoni. Rotot ta’ soluzzjonijiet innovattivi li joriġinaw minn azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni se jiġu stabbiliti u mmirati lejn investituri pubbliċi u privati, kif ukoll programmi tal-UE u nazzjonali rilevanti oħrajn.



    1.RAGGRUPPAMENT “SAĦĦA”

    1.1.Raġunament

    Il-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba. Dan jissottolinja l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU li jitolbu għal kopertura tas-saħħa universali għal persuni ta’ kull età sal-2030, li ma teskludi lil ħadd u li ġġib fi tmiemhom l-imwiet preventibbli.

    Popolazzjoni b’saħħitha hija vitali għal soċjetà stabbli, sostenibbli u inklużiva, u t-titjib fis-saħħa huwa kruċjali għat-tnaqqis fil-faqar, sabiex jitrawwem il-progress u l-prosperità soċjali u sabiex jiżdied it-tkabbir ekonomiku. Skont l-OECD, titjib ta’ 10 % fl-għomor huwa assoċjat ukoll ma’ żieda fit-tkabbir ekonomiku ta’ bejn 0.3 % u 0.4 % fis-sena. L-għomor fl-UE żdied bi 12-il sena mill-istabbiliment tagħha b’riżultat ta’ titjib kbir miksub fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura tan-nies tagħha. Fl-2015, l-għomor b’mod ġenerali mat-twelid kien ta’ 80.6 sena fl-UE meta mqabbel ma’ 71.4 sena globalment. Fl-aħħar snin, fl-UE żdid fuq medja ta’ 3 xhur fis-sena.

    Ir-riċerka dwar is-saħħa u r-riċerka dwar l-innovazzjoni kellhom parti sinifikanti f’din il-kisba iżda wkoll fit-titjib tal-produttività u tal-kwalità fl-industrija tas-saħħa u l-kura. Madankollu, l-UE tkompli taffaċċa sfidi ġodda, li għadhom kemm ħarġu jew persistenti u li qed jheddu liċ-ċittadini tagħha u s-saħħa pubblika, is-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa tagħha u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, kif ukoll il-kompetittività tal-industrija tas-saħħa u l-kura tagħha. L-isfidi l-kbar tas-saħħa fl-UE jinkludu: in-nuqqas ta’ promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; iż-żieda fil-mard mhux komunikabbli; it-tixrid ta’ reżistenza għall-mediċina antimikrobika u l-emerġenza ta’ epidemiji infettivi; żieda fit-tniġġis ambjentali; il-persistenza ta’ inugwaljanzi fis-saħħa fost u fi ħdan il-pajjiżi li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-persuni li huma żvantaġġati jew fi stadji vulnerabbli tal-ħajja; id-detezzjoni, il-fehim, il-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji tas-saħħa f’ambjent soċjali, urban u naturali li qed jinbidel b’mod rapidu; il-kostijiet li qed jiżdiedu għas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej u l-introduzzjoni progressiva ta’ approċċi ta’ mediċina personalizzata u d-diġitalizzazzjoni fis-saħħa u l-kura; u l-pressjoni li qed tiżdied fuq l-industrija Ewropea tal-kura u s-saħħa sabiex tibqa’ kompetittiva fl-innovazzjoni tas-saħħa u billi tiżviluppa t-tali innovazzjoni fir-rigward ta’ atturi globali ġodda u emerġenti.

    Dawn l-isfidi tas-saħħa huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura u jirrikjedu kollaborazzjonijiet multidixxiplinari, transsettorjali u transnazzjonali. L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni se jibnu rabtiet mill-qrib bejn ir-riċerka ta’ skoperta, klinika, epidemjoloġika, ambjentali u soċjoekonomika, kif ukoll max-xjenzi regolatorji. Dawn se jisfruttaw il-ħiliet ikkombinati tal-akkademja u l-industrija u jrawmu l-kollaborazzjoni tagħhom mas-servizzi tas-saħħa, il-pazjenti, dawk li jfasslu l-politika u ċ-ċittadini sabiex jiksbu ingranaġġ fuq il-finanzjament pubbliku u jiżguraw l-użu tar-riżultati fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dawn se jrawmu kollaborazzjoni strateġika fil-livell tal-UE u internazzjonali sabiex jiġu raggruppati l-għarfien espert, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa għall-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala, kamp ta’ applikazzjoni u veloċità, kif ukoll sabiex jiġu kondiviżi l-benefiċċji mistennija u r-riskji finanzjarji involuti.

    L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ din l-isfida globali se jiżviluppaw bażi ta’ għarfien, jibnu l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni u jiżviluppaw is-soluzzjonijiet meħtieġa għal promozzjoni aktar effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-mard. It-titjib tal-eżiti tas-saħħa, progressivament se jwasslu għal għomor itwal, ħajjiet attivi u sani u produttività fost in-nies ta’ età tax-xogħol, u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-kura.

    L-indirizzar ta’ sfidi tas-saħħa kbar se jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-UE, b’mod partikolari l-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali, is-Suq Uniku Diġitali tal-UE, id-Direttiva tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), u għall-implimentazzjoni tal-oqfsa regolatorji rilevanti tal-UE. Dan se jappoġġa wkoll l-impenn tal-UE lejn l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 u dawk fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet oħrajn tan-NU u inizjattivi internazzjonali, inkluż l-istrateġiji globali u l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) b’mod partikolari: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika

    1.2.Oqsma ta’ Intervent

    1.2.1.Saħħa tul il-Ħajja

    Persuni li jkunu fi stadji vulnerabbli tal-ħajja (it-twelid, l-infanzja, it-tfulija, l-adolexxenza, it-tqala, l-istat ta’ adult matur u anzjan), inkluż persuni b’diżabilitajiet jew korrimenti, ikollhom ħtiġijiet tas-saħħa speċifiċi li jkunu jeħtieġu fehim aħjar u soluzzjonijiet imfasslin apposta. Dan se jippermetti t-tnaqqis fl-inugwaljanzi relatati mas-saħħa u t-titjib tal-eżiti tas-saħħa għall-benefiċċju ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu tul il-ħajja, partikolarment permezz ta’ bidu b’saħħtu fil-ħajja li jnaqqas ir-riskju ta’ mard mentali u fiżiku aktar tard fil-ħajja.

    Linji Mifruxa

    Żvilupp bikri u l-proċess tat-tixjiħ tul il-ħajja;

    Saħħa materna, paterna, tat-trabi u tat-tfal kif ukoll ir-rwol tal-ġenituri;

    Ħtiġijiet tas-saħħa tal-adolexxenti;

    Konsegwenzi tas-saħħa tad-diżabilitajiet u l-korrimenti;

    Ħajja indipendenti u attiva għall-anzjani u/jew il-persuni b’diżabbiltà;

    Edukazzjoni dwar is-saħħa u litteriżmu diġitali fis-saħħa.

    1.2.2.Determinanti Ambjentali u tas-Saħħa Soċjali

    Fehim imtejjeb tal-ixprunaturi tas-saħħa u l-fatturi tar-riskju determinati mill-ambjent soċjali, ekonomiku u fiżiku fil-ħajja ta’ kuljum tal-persuni u fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-impatt fuq is-saħħa tad-diġitalizzazzjoni, it-tniġġis, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ambjentali oħrajn, se jikkontribwixxu sabiex jiġu identifikati u mitigati r-riskji u t-theddid għas-saħħa; biex jitnaqqsu l-imwiet u l-mard minn esponiment għall-kimika u t-tniġġis ambjentali; biex jiġu appoġġati ambjenti fejn il-persuni jgħixu u jaħdmu li jkunu ekoloġiċi, sani, reżiljenti u sostenibbli; biex jiġu promossi stili ta’ ħajja u mġiba ta’ konsum sani; u biex tiżviluppa soċjetà ekitabbli, inklużiva u affidabbli.

    Linji Mifruxa

    Teknoloġiji għall-valutazzjoni tal-perikli, l-esponimenti u l-impatt fuq is-saħħa tas-sustanzi kimiċi, sustanzi niġġiesa u fatturi ta’ stress oħrajn, inkluż fatturi ta’ stress ambjentali u relatati mal-klima, u l-effetti kkumbinati ta’ diversi fatturi ta’ stress;

    Fatturi ambjentali, ta’ xogħol, soċjali u ta’ mġiba li jkollhom impatt fuq is-saħħa u l-benesseri fiżiċi u mentali tal-persuni u l-interazzjoni tagħhom, b’attenzjoni speċjali fuq il-persuni vulnerabbli u żvantaġġati;

    Il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji, appoġġati minn għodod mtejba għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, inkluż alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;

    Il-kapaċità u l-infrastruttura sabiex tinġabar, tiġi kondiviża u kkumbinata d-data dwar id-determinanti kollha tas-saħħa, inkluż l-esponiment, is-saħħa u l-mard fil-livell tal-UE u internazzjonali;

    Promozzjoni tas-saħħa u l-interventi ta’ prevenzjoni primarja.

    1.2.3.Mard Mhux Komunikabbli u Mard Rari

    Il-mard mhux komunikabbli (NCDs), inkluż il-mard rari, jippreżenta sfida kbira għas-saħħa u s-soċjetà u jridu aktar approċċi effettivi fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura, inkluż approċċi ta’ mediċina personalizzata.

    Linji Mifruxa

    Dijanjostika għal dijanjożi aktar bikrija u preċiża u għal trattament adattat għall-pazjenti;

    Programmi ta’ prevenzjoni u skrining;

    Soluzzjonijiet integrati għall-awtomonitoraġġ, il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni ta’ kundizzjonijiet kroniċi u multimorbiditajiet;

    Trattamenti jew kura, inkluż kemm trattamenti farmakoloġiċi kif ukoll mhux farmakoloġiċi;

    Kura palljativa;

    Valutazzjoni tal-effettività kumparattiva tal-interventi u s-soluzzjonijiet;

    Riċerka ta’ implimentazzjoni għall-espansjoni ta’ interventi tas-saħħa u l-appoġġ tal-użu tagħhom fil-politiki u s-sistemi tas-saħħa.

    1.2.4.Mard Infettiv

    Il-protezzjoni tal-persuni minn theddid transfruntier għas-saħħa hija sfida kbira għas-saħħa pubblika, li titlob kooperazzjoni internazzjonali effettiva fil-livell tal-UE u globali. Dan se jinvolvi l-prevenzjoni, it-tħejjija, id-detezzjoni bikrija, it-trattament u l-kura ta’ mard infettiv, u l-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) billi jsegwu “Approċċ Saħħa Waħda”.

    Linji Mifruxa

    L-ixprunaturi għall-emerġenza jew l-emerġenza mill-ġdid ta’ mard infettiv u t-tixrid tiegħu, inkluż it-trażmissjoni mill-annimali għall-bnedmin (żoonożi), jew minn partijiet oħrajn tal-ambjent (l-ilma, il-ħamrija, il-pjanti, l-ikel) għall-bnedmin;

    It-tbassir, id-detezzjoni bikrija u s-sorveljanza ta’ mard infettiv, inkluż patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u fatturi relatati mal-ambjent;

    Vaċċini, dijanjożi, trattamenti u kura għall-mard infettiv, inkluż komorbiditajiet u koinfezzjonijiet;

    Tħejjija għal emerġenza tas-saħħa effettiva, miżuri u strateġiji ta’ rispons u rkupru, li jinvolvu lill-komunitajiet;

    Ostakoli għall-implimentazzjoni u l-użu ta’ interventi mediċi fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistema tas-saħħa;

    Aspetti transkonfinali tal-mard infettiv u sfidi speċifiċi f’pajjiżi bi dħul baxx sa medju (LMICs), bħall-mard tropikali.

    1.2.5.Għodod, Teknoloġija u Soluzzjonijiet Diġitali għas-Saħħa u l-Kura

    It-teknoloġiji u l-għodod tas-saħħa huma vitali għas-saħħa pubblika u kkontribwew ħafna għat-titjib importanti miksub fil-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-kura tal-persuni fl-UE. Hija għalhekk sfida strateġika ewlenija li jiġu mfasslin, żviluppati, sottomessi u implimentati għodod u teknoloġiji xierqa, affidabbli, sikuri u kosteffettivi għas-saħħa u l-kura, b’kunsiderazzjoni kif dovut tal-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet u s-soċjetà li qed tixjieħ. Dawn jinkludu intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji diġitali oħrajn li joffru titjib sinifikanti fuq dawk eżistenti, kif ukoll jistimolaw industrija marbuta mas-saħħa kompetittiva u sostenibbli li toħloq impjiegi ta’ valur għoli. L-industrija marbuta mas-saħħa tal-UE hija wieħed mis-setturi ekonomiċi kritiċi fl-UE, li hija responsabbli għal 3 % tal-PDG u 1.5 miljun impjegat.

    Linji Mifruxa

    Għodod u teknoloġiji għal applikazzjonijiet mifruxin fl-ispettrum tas-saħħa u kwalunkwe indikazzjoni medika rilevanti, inkluż l-indeboliment funzjonali;

    Għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali integrati għas-saħħa tal-bniedem, inkluż s-saħħa mobbli u t-telesaħħa;

    Pilotaġġ, varar fuq skala kbira, ottimizzazzjoni u l-akkwist ta’ innovazzjonijiet ta’ teknoloġiji u għodod tas-saħħa u l-kura u għodod f’xenarji reali li jinkludu provi kliniċi u riċerka dwar l-implimentazzjoni;

    Proċessi u servizzi innovattivi għall-iżvilupp, il-manifattura u t-twassil rapidu ta’ għodod u teknoloġiji għas-saħħa u l-kura;

    Is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità tal-għodod u t-teknoloġiji għas-saħħa u l-kura, kif ukoll l-impatt legali u soċjali etiku tagħhom;

    Xjenza regolatorja għal teknoloġiji u għodod tas-saħħa.

    1.2.6.Sistemi ta’ Kura tas-Saħħa

    Is-sistemi tas-saħħa jikkostitwixxu assi ewlieni fis-sistemi soċjali tal-UE, li fl-2017 kienu responsabbli għal 24 miljun impjegat fis-settur tas-saħħa u l-ħidma soċjali. Hija prijorità ewlenija li s-sistemi tas-saħħa jsiru aċċessibbli, kosteffettivi, reżiljenti, sostenibbli u affidabbli, kif ukoll li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, inkluż permezz tal-isfruttament tal-potenzjal ippreżentat minn innovazzjonijiet xprunati mid-data u diġitali għal saħħa aħjar u żvilupp ta’ kura ċċentrata madwar il-persuni li tibni fuq infrastrutturi Ewropej tad-data miftuħin. Dan se javvanza t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura.

    Linji Mifruxa

    Riformi fis-sistemi u l-politiki tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u lil hinn minnha;

    Mudelli u approċċi ġodda għas-saħħa u l-kura u t-trasferibbiltà jew l-adattament tagħhom minn pajjiż/reġjun wieħed għal ieħor;

    Titjib tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa;

    Evoluzzjoni tal-inugwaljanza fis-saħħa u r-rispons politiku effettiv;

    Il-forza tax-xogħol futura fil-qasam tas-saħħa u l-ħtiġijiet tagħha;

    Titjib tal-informazzjoni dwar is-saħħa f’waqtha u l-użu ta’ data dwar is-saħħa, inkluż rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità;

    Ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-assorbiment tal-impatt tal-kriżijiet u sabiex tiġi akkomodata l-innovazzjoni fixkiela;

    Soluzzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-pazjenti, għall-awtomonitoraġġ u l-interazzjoni ma’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali, għal kura aktar integrata u approċċ aktar iċċentrat fuq l-utent;

    Data, informazzjoni, għarfien u l-aħjar prattiki mir-riċerka dwar is-sistemi tas-saħħa fil-livell tal-UE u globali.



    2.RAGGRUPPAMENT “SOĊJETÀ INKLUŻIVA U SIGURA”

    2.1.Raġunament

    L-UE tirrappreżenta mod uniku ta’ kombinazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mal-politiki soċjali, b’livelli għolja ta’ inklużjoni soċjali, valuri kondiviżi li jħaddnu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rikkezza tad-diversità. Dan il-mudell qed jevolvi b’mod kostanti u jrid jittratta l-isfidi minn fost affarijiet oħrajn, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika. L-Ewropa trid ukoll tirrispondi għall-isfidi li jirriżultaw minn theddid għas-sigurtà persistenti. L-attakki terroristiċi u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll l-attakki ċibernetiċi u t-theddida ibrida, iqajmu tħassib kbir dwar is-sigurtà u jpoġġu pressjoni partikolari fuq is-soċjetajiet tagħna.

    L-UE trid tippromwovi mudell ta’ tkabbir inklużiv u sostenibbli, filwaqt li taħsad il-benefiċċji tal-avvanzi teknoloġiċi, ittejjeb l-affidabbiltà fi u tippromwovi l-innovazzjoni tal-governanza demokratika, tiġġieled kontra l-inugwaljanzi, il-qgħad, il-marġinalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni, tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, trawwem id-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropew u ttejjeb il-pożizzjoni taċ-ċittadini permezz tal-innovazzjoni soċjali. Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti wkoll se jibqgħu kwistjonijiet ta’ prijorità. Ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi fit-trattament ta’ dawn l-isfidi u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE huwa fundamentali.

    Iċ-ċittadini Ewropej, l-istituzzjonijiet tal-istat u l-ekonomija jridu jkunu protetti mit-theddid kontinwu tal-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-armi tan-nar, it-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin. It-tisħiħ tal-protezzjoni u s-sigurtà permezz ta’ ġestjoni aħjar tal-fruntieri wkoll huwa ewlenin. Iċ-ċiberkriminalità qed tiżdied u r-riskji marbutin magħha qed jiddiversifikaw hekk kif l-ekonomija u s-soċjetà qed jiddiġitalizzaw. L-Ewropa trid tkompli ttejjeb l-isforzi tagħha biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà, il-privatezza diġitali, il-protezzjoni tad-data personali u tiġġieled kontra it-tixrid ta’ informazzjoni falza u dannuża sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà demokratika u ekonomika. Finalment, huma meħtieġa aktar sforzi sabiex jiġu limitati l-effetti fuq il-ħajjiet u l-għajxien tal-avvenimenti estremi tat-temp li qed jintensifikaw minħabba t-tibdil fil-klima, bħall-għargħar, il-maltempati jew in-nixfa li twassal għal nirien fil-foresti, id-degradazzjoni tal-art u diżastri naturali oħrajn, eż. it-terremoti. Id-diżastri, sew jekk naturali u sew jekk ikkawżati mill-bniedem, jistgħu jqiegħdu f’riskju funzjonijiet tas-soċjetà importanti, bħas-saħħa, il-provvista tal-enerġija u l-gvern.

    Id-daqs, il-kumplessità u l-karattru transnazzjonali tal-isfidi jitolbu li tittieħed azzjoni tal-UE b’livelli multipli. L-indirizzar ta’ kwistjonijiet soċjali, politiċi, kulturali u ekonomiċi kritiċi bħal dawn, kif ukoll sfidi tas-sigurtà, fil-livell nazzjonali biss iġarrab miegħu l-periklu ta’ użu ineffiċjenti tar-riżorsi, approċċi frammentati u standards differenti tal-għarfien u l-kapaċità.

    Ir-riċerka dwar is-sigurtà hija parti minn rispons komprensiv usa’ tal-UE għat-theddid tas-sigurtà. Din tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp tal-kapaċità billi tippermetti li d-disponibbiltà futura tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tindirizza lakuni tal-kapaċità identifikati minn dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti. Il-finanzjament tar-riċerka permezz tal-programm qafas tal-UE diġà rrappreżenta madwar 50 % tal-finanzjament pubbliku totali għar-riċerka dwar is-sigurtà fl-UE. Se jsir użu sħiħ tal-istrumenti disponibbli, inkluż il-programm Spazjali Ewropew (Galileo u EGNOS, Copernicus, Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju u Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita). Jiġu mfittxija sinerġiji mal-attivitajiet appoġġati mir-riċerka dwar id-difiża ffinanzjata mill-UE u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-finanzjament. Il-kollaborazzjoni transfruntiera tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ suq uniku tas-sigurtà Ewropew u ttejjeb il-prestazzjoni industrijali, filwaqt li tirfed l-awtonomija tal-UE.

    L-attivitajiet ta’ Riċerka u Innovazzjoni f’din l-Isfida Globali, b’mod ġenerali, se jkunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni dwar il-Bidla Demokratika; Impjiegi, Tkabbir u Investiment; Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali; Migrazzjoni; Unjoni Monetarja Ewropea Aktar Profonda u Aktar Ġusta; Suq Uniku Diġitali. Se tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta’ Ruma sabiex taħdem lejn: “Ewropa soċjali” u “Unjoni li tippriserva l-patrimonju kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali.” Se tappoġġa wkoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Globali dwar migrazzjoni sikura, ordnata u regolari. Ir-riċerka dwar is-sigurtà tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta’ Ruma sabiex ikun hemm ħidma lejn “Ewropa sikura u sigura”, li tikkontribwixxi għal Unjoni ta’ Sigurtà ġenwina u effettiva. Se jiġu sfruttati s-sinerġiji mal-Programm tal-Ġustizzja u mal-Programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li jappoġġa attivitajiet fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja, id-drittijiet tal-vittmi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea.

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 1 – Daqshekk Faqar; SDG 4 – Edukazzjoni ta’ Kwalità; SDG – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 10 – Tnaqqis fl-Inugwaljanzi; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 16 – Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b’Saħħithom.

    2.2.Oqsma ta’ Intervent

    2.2.1.Demokrazija

    Il-fiduċja fid-demokrazija u l-istituzzjonijiet politiċi jidher li qed tonqos. Id-diżillużjoni bil-politika qed tiġi manifestata dejjem aktar permezz ta’ partiti li huma kontra l-istituzzjonijiet u populisti u l-qawmien mill-ġdid tan-nattiviżmu. Dan qed jiġi aggravat minn inugwaljanzi soċjoekonomiċi, flussi kbar ta’ migranti u tħassib dwar is-sigurtà. L-indirizzar ta’ sfidi preżenti u futuri jirrikjedi sistema ta’ ħsieb ġdid dwar kif l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-livelli kollha jridu jadattaw f’kuntest ta’ diversità akbar, kompetizzjoni ekonomika globali, avvanzi teknoloġiċi u diġitalizzazzjoni rapidi, fejn hija kruċjali l-esperjenza taċ-ċittadini tad-diskorsi u l-istituzzjonijiet demokratiċi.

    Linji Mifruxa

    L-istorja, l-evoluzzjoni u l-effikaċja tad-demokraziji, f’livelli differenti u f’forom differenti; l-aspetti tad-diġitalizzazzjoni u l-effetti tal-komunikazzjoni bin-networks soċjali u r-rwol ta’ politiki tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ bħala pedamenti taċ-ċittadinanza demokratika;

    Approċċi innovattivi biex jappoġġaw it-trasparenza, ir-rispons, l-effettività tar-responsabbiltà u l-leġittimità tal-governanza demokratika li jirrispettaw kompletament id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

    Strateġiji sabiex jiġu indirizzati l-populiżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u sabiex jiġu inklużi u involuti ċittadini diżinteressati u marġinalizzati;

    Fehim aħjar tar-rwol tal-istandards ġurnalistiċi u l-kontenut iġġenerat mill-utenti f’soċjetà iperkonnessa u l-iżvilupp ta’ għodod biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni;

    Ir-rwol ta’ ċittadinanza u identitajiet multikulturali b’rabta maċ-ċittadinanza demokratika u l-involviment politiku;

    L-impatt ta’ avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi, inkluż il-big data, in-networks soċjali fuq il-web u l-intelliġenza artifiċjali dwar id-demokrazija;

    Demokrazija deliberattiva u parteċipatorja u ċittadinanza attiva u inklużiva, inkluża d-dimensjoni diġitali;

    L-impatt tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq il-parteċipazzjoni politika u d-demokraziji, li juru kif it-treġġigħ lura tal-inugwaljanzi u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni inkluż is-sessi, jista’ jsostni d-demokrazija.

    2.2.2.Patrimonju Kulturali

    Il-patrimonju kulturali huwa minsuġ fil-ħajjiet tagħna, u għandu tifsira għall-komunitajiet, il-gruppi u s-soċjetajiet, billi jagħti sens ta’ appartenenza. Huwa l-pont bejn il-passat u l-futur tas-soċjetajiet tagħna. Huwa forza li tixpruna lill-ekonomiji lokali u sors b’saħħtu ta’ ispirazzjoni għall-industriji kreattivi u kulturali. L-aċċess, il-preservazzjoni, is-salvagwardja u r-restawr, l-interpretar u l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-patrimonju kulturali tagħna huma sfidi kruċjali kemm fil-preżent kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-patrimonju kulturali huwa input maġġuri u ispirazzjoni għall-arti, is-snajja’ tradizzjonali, is-setturi kulturali, imprenditorjali u kreattivi li huma xprunaturi tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-kummerċ estern.

    Linji Mifruxa

    Studji u xjenzi tal-patrimonju, b’teknoloġiji mill-aktar avvanzati inkluż dawk diġitali;

    Aċċess għal u kondiviżjoni tal-patrimonju kulturali, b’xejriet u użi innovattivi u mudelli ta’ ġestjoni parteċipatorji;

    Il-konnessjoni tal-patrimonju kulturali ma’ setturi kreattivi emerġenti;

    Il-kontribuzzjoni tal-patrimonju kulturali għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-konservazzjoni, is-salvagwardja u r-riġenerazzjoni ta’ pajsaġġi kulturali, fejn l-UE hija laboratorju għall-innovazzjoni bbażata fuq il-patrimonju kulturali u t-turiżmu kulturali;

    Il-konservazzjoni, is-salvagwardja, it-titjib u r-restawr tal-patrimonju kulturali u l-lingwi bl-użu ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati inkluż dawk diġitali;

    L-influwenza tat-tradizzjonijiet, it-tendenzi tal-imġiba, il-perċezzjonijiet u t-twemmin dwar il-valuri u s-sens ta’ appartenenza.

    2.2.3.Trasformazzjonijiet Soċjali u Ekonomiċi

    Is-soċjetajiet Ewropej għaddejjin minn trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi profondi, speċjalment b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi. Fl-istess waqt rajna żieda fl-inugwaljanza fid-dħul f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej 3 . Huma meħtieġa politiki li jħarsu ’l quddiem, bil-ħsieb li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv u jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi, tingħata spinta lill-produttività (inkluż l-avvanzi fil-kejl tagħha) u lill-kapital uman, jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u l-integrazzjoni u jiġu appoġġati s-solidarjetà interġenerazzjonali u l-mobbiltà soċjali. Huma meħtieġa sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għal futur aktar ekwitabbli u ta’ prosperità.

    Linji Mifruxa

    Bażi tal-għarfien għal pariri dwar l-investimenti u l-politiki speċjalment dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, għal ħiliet b’valur miżjud għoli, produttività, mobbiltà soċjali, tkabbir, innovazzjoni soċjali u ħolqien tal-impjiegi. Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-indirizzar tal-inugwaljanzi;

    Is-sostenibbiltà soċjali lil hinn mill-indikaturi tal-PDG biss, speċjalment mudelli ġodda ekonomiċi u tan-negozju u teknoloġiji finanzjarji ġodda;

    Għodod tal-istatistika u ekonomiċi oħrajn għal fehim aħjar tat-tkabbir u l-innovazzjoni f’kuntest ta’ gwadanji ta’ produttività kajmani;

    Tipi ġodda ta’ xogħol, ir-rwol tax-xogħol, tendenzi u bidliet fis-swieq tax-xogħol u introjtu fis-soċjetajiet kontemporanji, u l-impatti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, in-nondiskriminazzjoni inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali;

    Sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji flimkien ma’ politiki ta’ sigurtà soċjali u investiment soċjali bil-ħsieb li l-inugwaljanzi jiġu mreġġgħin lura u l-impatti negattivi tat-teknoloġija, id-demografika u d-diversità jiġu indirizzati;

    Il-mobbiltà tal-bniedem fil-kuntesti globali u lokali għal governanza aħjar tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti inkluż ir-refuġjati; rispett tal-impenji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; aċċess akbar u mtejjeb għal edukazzjoni, taħriġ u servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità, u ċittadinanza inklużiva, b’mod speċjali għall-vulnerabbli;

    Sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex tittrawwem u jsir l-aħjar użu tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE, anki sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jirriżultaw mill-interkonnettività globali u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, speċjalment riskji emerġenti online, tħassib ta’ etika, inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bidliet radikali fis-swieq;

    Il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-forniment tas-servizz, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-ftuħ, l-affidabbiltà u l-fokus fuq l-utenti.

    L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u aċċess imtejjeb għall-ġustizzja bbażat fuq indipendenza ġudizzjarja u l-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’metodi proċedurali ġusti, effiċjenti u trasparenti kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali.

    2.2.4.Soċjetajiet Reżiljenti għad-Diżastri

    Id-diżastri jirriżultaw minn diversi sorsi, sew naturali u sew jekk magħmulin mill-bniedem, inkluż dawk minn attakki terroristiċi, marbutin mal-klima u avvenimenti estremi oħrajn (inkluż żieda fil-livell tal-baħar), minn nirien fil-foresti, mewġ tas-sħana, għargħar, terremoti, tsunamis u avvenimenti vulkaniċi, minn kriżijiet tal-ilma, minn avvenimenti tat-temp mill-ispazju, minn diżastri industrijali u tat-trasport, minn avvenimenti CBRN, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn riskji kaskata. L-għan huwa l-prevenzjoni u t-tnaqqis fit-telf tal-ħajjiet, id-dannu għas-saħħa u d-dannu ambjentali, ekonomiku u materjali mid-diżastri, tkun żgurata s-sigurtà alimentari kif ukoll sabiex jittejjeb il-fehim u t-tnaqqis ta’ riskji ta’ diżastru u t-tagħlim ta’ lezzjonijiet wara li jkun hemm diżastru.

    Linji Mifruxa

    Teknoloġiji u kapaċitajiet għal persuni li jagħmlu l-ewwel intervent ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u diżastru;

    Il-kapaċitajiet tas-soċjetà sabiex tiġġestixxi aħjar u tnaqqas ir-riskju ta’ diżastru, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, permezz tat-titjib tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal riskji eżistenti u ġodda

    L-interoperabbiltà tat-tagħmir u proċeduri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera u suq tal-UE integrat.

    2.2.5.Protezzjoni u Sigurtà

    Hemm ħtieġa biex iċ-ċittadini jiġu protetti minn u jwieġbu għat-theddid ta’ sigurtà minn attivitajiet kriminali inkluż dawk terroristiċi u theddidiet ibridi; sabiex jiġu protetti l-persuni, l-ispazji pubbliċi u l-infrastruttura kritika, kemm minn attakki fiżiċi (inklużi CBRN-E) kif ukoll dawk ċibernetiċi; sabiex jiġu miġġielda t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, inkluż il-fehim u l-indirizzar ta’ ideat u twemmin terroristiċi; sabiex tiġi pprevenuta u miġġielda l-kriminalità serja, inkluż ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità organizzata; sabiex jiġu appoġġati l-vittmi; sabiex jiġu ntraċċati l-flussi finanzjarji kriminali; sabiex jiġi appoġġat l-użu tad-data għall-infurzar tal-liġi u biex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ data personali fl-attivitajiet ta’ infurzar tal-liġi; sabiex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE mill-ajru, mill-baħar u fuq l-art, għall-fluss tal-persuni u l-oġġetti. Huwa essenzjali li tinżamm il-flessibbiltà b’mod rapidu sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda tas-sigurtà li jistgħu jimmaterjalizzaw.

    Linji Mifruxa

    Approċċi u teknoloġiji innovattivi għall-prattikanti tas-sigurtà (bħall-korpi tal-pulizija, il-gwardji tal-fruntieri u l-kosta, l-uffiċċji tad-dwana), prattikanti tas-saħħa pubblika, operaturi tal-infrastruttura u dawk li jiġġestixxu l-ispazji miftuħin;

    Dimensjonijiet umani u soċjali tal-kriminalità u radikalizzazzjoni vjolenti, b’rabta ma’ dawk involuti jew potenzjalment involuti f’imġiba bħal din, kif ukoll dawk milqutin jew potenzjalment milqutin;

    Il-mod kif jaħsbuha ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija sabiex jiġi pprevenut il-ħolqien ta’ riskji tas-sigurtà ġodda u sabiex jitnaqqsu r-riskji eżistenti, inkluż dawk li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda bħall-Intelliġenza Artifiċjali;

    Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz b’implikazzjonijiet għas-sigurtà;

    L-interoperabbiltà tat-tagħmir u l-proċeduri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera u bejn l-aġenziji u jiġi żviluppat suq tal-UE.

       L-iżgurar tal-protezzjoni ta’ data personali fl-attivitajiet ta’ infurzar tal-liġi, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi rapidi.

    2.2.6.Ċibersigurtà

    L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi mhux biss jheddu l-ekonomiji tagħna, iżda jheddu wkoll il-proprju funzjonament tad-demokraziji tagħna, il-libertajiet tagħna u l-valuri tagħna. It-theddid ċibernetiku ħafna drabi jkun kriminali, motivat mill-profitt, iżda jista’ jkun ukoll politiku u strateġiku. Is-sigurtà u l-prosperità futuri tagħna jiddependu fuq it-titjib tal-abbiltà tagħna li nipproteġu lill-UE minn theddid ċibernetiku. It-trasformazzjoni diġitali tirrikjedi t-titjib sostanzjali taċ-ċibersigurtà, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-għadd enormi ta’ apparat IoT mistenni li jiġi konness mal-internet, inkluż dawk li jikkontrollaw il-grilji tal-elettriku, in-networks tal-karozzi u t-trasport, l-isptarijiet, il-finanzi, l-istituzzjonijiet pubbliċi, il-fabbriki u d-djar. L-Ewropa trid tibni reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi u toħloq deterrenti ċibernetiċi effettivi.

    Linji Mifruxa

    Teknoloġiji tul il-katina tal-valur diġitali (minn komponenti siguri sal-kriptografija u software awtoriparatorju u networks);

    Teknoloġiji sabiex jiġi indirizzat it-theddid eżistenti taċ-ċibersigurtà, l-antiċipazzjoni ta’ bżonnijiet futuri, u ż-żamma ta’ industrija kompetittiva;

    Network Ewropew ta’ kompetenza fiċ-ċibersigurtà u ċentru ta’ kompetenza.



    3.RAGGRUPPAMENT “DIĠITALI U INDUSTRIJA”

    3.1.Raġunament

    Sabiex tiżgura l-kompetittività industrijali u l-kapaċità li jiġu indirizzati l-isfidi globali ’il quddiem, l-UE trid tirrinforza u żżomm il-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tagħha fl-oqsma ewlenin li jirfdu t-trasformazzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna.

    L-industrija tal-UE tipprovdi impjieg minn kull ħamsa u żewġ terzi tal-investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp mis-settur privat u tiġġenera 80 % tal-esportazzjoni tal-UE. Mewġa ġdida ta’ innovazzjoni, li tinvolvi l-amalgamazzjoni tat-teknoloġiji fiżiċi u diġitali, se tiskatta opportunitajiet kbar ħafna għall-industrija tal-UE u se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE.

    Id-diġitalizzazzjoni hija xprun kbir. Hekk kif tkompli għaddejja b’pass mgħaġġel fis-setturi kollha, l-investiment fl-oqsma prijoritarji li jvarjaw mill-intelliġenza artifiċjali sal-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing ta’ prestazzjoni għolja, il-fotonika u n-nanoelettronika, isir essenzjali għat-tisħiħ tal-ekonomija tagħna u s-sostenibbiltà tas-soċjetà tagħna. L-investiment, il-produzzjoni u l-użu tal-ICT jagħtu spinta kbira lit-tkabbir ekonomiku tal-UE, li bejn l-2001 u l-2011 biss ammonta għal żieda ta’ 30 %.

    Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali 4 jipprovdu l-bażi ta’ taħlit tad-dinja diġitali ma’ dik fiżika, ċentrali għal din il-mewġa globali ġdida ta’ innovazzjoni. L-investiment fl-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji abilitanti essenzjali, u l-iżgurar ta’ provvista ta’ materja prima u avvanzata sigura, sostenibbli u affordabbli, se jiżguraw l-awtonomija strateġika tal-UE u jgħin lill-industrija tal-UE tnaqqas l-impronti tal-karbonju u ambjentali tagħha b’mod sinifikanti.

    Teknoloġiji speċifiċi futuri u emerġenti jistgħu jintużaw ukoll skont kif ikun xieraq.

    L-ispazju huwa ta’ importanza strateġika; madwar 10 % tal-PDG tal-UE jiddependi fuq l-użu ta’ servizzi tal-ispazju. L-UE għandha settur tal-ispazju ta’ livell dinji, b’industrija tal-manifattura tas-satelliti b’saħħitha u settur ta’ servizzi downstream dinamiku. L-ispazju jipprovdi għodda importanti għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u s-sorveljanza u jiftaħ ħafna opportunitajiet ta’ negozju, speċjalment f’kombinazzjoni mat-teknoloġiji diġitali u sorsi oħrajn ta’ data. L-UE trid tagħmel l-aħjar li tista’ minn dawn l-opportunitajiet billi tisfrutta bi sħiħ il-potenzjal tal-programmi tal-ispazju tagħha Copernicus, EGNOS u Galileo, u billi tipproteġi l-infrastrutturi tal-ispazju u tal-art minn theddid mill-ispazju.

    L-UE għanda ċ-ċans uniku li tkun fuq quddiem nett fuq livell globali u żżid is-sehem tagħha ta’ swieq dinjija, billi turi kif it-trasformazzjoni diġitali, it-tmexxija f’teknoloġiji ewlenin ta’ ffaċilitar u tal-ispazju, u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-kompetittività jistgħu jsaħħu lil xulxin permezz tal-eċċellenza xjentifika u teknoloġika.

    Sabiex l-ekonomija diġitalizzata, ċirkolari, ta’ karbonju baxx, u b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju ssir realtà, trid tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE minħabba l-kumplessità tal-ktajjen ta’ valur, in-natura sistemika u multidixxiplinari tat-teknoloġiji u l-kostijiet għoljin marbutin mal-iżvilupp tagħhom, u n-natura transsettorjali tal-problemi li jridu jiġu indirizzati. L-UE trid tiżgura li l-atturi kollha tal-industrija, u s-soċjetà b’mod ġenerali, jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji u diġitalizzazzjoni avvanzati u nodfa. L-iżvilupp tat-teknoloġiji waħidhom mhuwiex biżżejjed. Infrastrutturi orjentati lejn l-industrija, inkluż linji pilota, se jgħinu fl-istabbiliment ta’ negozji tal-UE u, b’mod partikolari, jgħinu lill-SMEs ivaraw dawn it-teknoloġiji u jtejbu l-prestazzjoni tal-innovazzjoni tagħhom.

    Involviment b’saħħtu tal-industrija huwa essenzjali fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-iżvilupp ta’ aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni li jżidu l-ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku u jiżguraw l-użu tar-riżultati. Il-fehim u l-aċċettazzjoni tas-soċjetà huma ingredjenti ewlenin għas-suċċess, kif ukoll aġenda ġdida għal ħiliet rilevanti għall-industrija u l-istandardizzazzjoni.

    It-tlaqqigħ flimkien tal-attivitajiet dwar teknoloġiji diġitali, abilitanti essenzjali u tal-ispazju, kif ukoll provvista sostenibbli ta’ materja prima, se jippermettu għal approċċ aktar sistemiku, u trasformazzjoni diġitali u industrijali aktar veloċi u aktar profonda. Dan se jiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni f’dawn l-oqsma jwasslu u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE għall-industrija, id-diġitalizzazzjoni, l-ambjent, l-enerġija u l-klima, l-ekonomija ċirkolari, il-materja prima u avvanzata u l-ispazju.

    Il-komplementarjetà se tiġi żgurata permezz ta’ attivitajiet skont il-Programm Ewropa Diġitali, sabiex jirrispetta d-delineazzjoni bejn iż-żewġ Programmi u jevita t-trikkib.

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 12 – Konsum Responsabbli u Produzzjoni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

    3.2.Oqsma ta’ Intervent

    3.2.1.Teknoloġiji ta’ Manifattura

    Il-manifattura hija l-ixprunatur ewlieni tal-impjiegi u l-prosperità fl-UE, fejn tipproduċi tliet kwarti tal-esportazzjonijiet globali tal-UE u tipprovdi aktar minn 100 miljun impjieg dirett u indirett. L-isfida ewlenija għall-manifattura tal-UE hija li din tibqa’ kompetittiva fil-livell globali bi prodotti ta’ valur miżjud għoli aktar intelliġenti u adattati għal użu u utenti speċifiċi, immanifatturati b’kostijiet tal-enerġija ħafna aktar baxxi. L-inputs kreattivi u kulturali se jkun kruċjali fil-ġenerazzjoni tal-valur miżjud.

    Linji Mifruxa

    It-teknoloġiji tal-manifattura rivoluzzjonarji, bħall-manifattura addittiva, ir-robotika industrijali, sistemi tal-manifattura integrati mal-bniedem, promossi wkoll permezz ta’ network tal-UE ta’ infrastrutturi orjentati lejn l-industrija;

    Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jużaw teknoloġiji ta’ ffaċilitar differenti (eż. teknoloġiji konverġenti, intelliġenza artifiċjali, analitika tad-data, robotika industrijali, bijomanifattura, teknoloġiji avvanzati tal-batteriji) tul il-katina tal-valur;

    Ħiliet u postijiet tax-xogħol kompletament adattati għat-teknoloġiji l-ġodda, b’konformità mal-valuri soċjali Ewropej;

    Impjanti konjittivi b’żero difetti u b’żero skart, flessibbli u ta’ preċiżjoni għolja u sistemi ta’ manifattura intelliġenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi;

    Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fit-tekniki għall-esplorazzjoni tas-siti ta’ kostruzzjoni, għal awtomazzjoni sħiħa għall-assemblaġġ fil-post u komponenti prefabrikati.

    3.2.2.Teknoloġiji Diġitali Ewlenin

    Iż-żamma u l-iżvilupp awtonomu ta’ kapaċitajiet b’saħħithom ta’ disinn u produzzjoni f’teknoloġiji diġitali essenzjali bħall-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, is-software u s-sistemi, u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll il-materjali avvanzati għal dawn l-applikazzjonijiet se jkunu essenzjali għal UE kompetittiva.

    Linji Mifruxa

    Il-kunċetti tad-disinn u l-ipproċessar tan-nanoelettronika li jindirizzaw rekwiżiti speċifiċi tat-trasformazzjoni diġitali u l-isfidi globali, f’termini ta’ funzjonalità, il-konsum u l-integrazzjoni tal-enerġija;

    It-teknoloġiji b’sensuri u l-kointegrazzjoni tagħhom f’unitajiet komputazzjonali bħala l-faċilitaturi tal-Internet tal-Oġġetti, inkluż soluzzjonijiet innovattivi dwar materjali flessibbli u konformabbli għal oġġetti kapaċi jinteraġixxu mal-bniedem;

    It-teknoloġiji li jikkumplimentaw jew joffru alternattiva għan-nanoelettronika, bħall-computing newromorfiku li jħaddem applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, jew quantum computing integrat;

    L-arkitetturi tal-computing u l-proċessuri ta’ potenza baxxa għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet inkluż edge computing, diġitalizzazzjoni tal-industrija, big data u cloud, enerġija intelliġenti u sewqan konness u awtomatizzat;

    Disinji tal-hardware tal-computing li jrendu garanziji sodi ta’ eżekuzzjoni ta’ fiduċja, b’miżuri ta’ protezzjoni inkorporati tal-privatezza u tas-sigurtà għad-data tal-input/output kif ukoll għall-istruzzjonijiet tal-ipproċessar;

    It-teknoloġiji tal-fotonika li jippermettu l-applikazzjonijiet permezz ta’ avvanzi rivoluzzjonarji fil-funzjonalità u l-prestazzjoni;

    It-teknoloġiji tal-inġinerija tas-sistemi sabiex jiġu approġġati sistemi kompletament awtonomi għal applikazzjonijiet affidabbli li jinteraġixxu mad-dinja fiżika, inkluż f’dominji industrijali u kritiċi għas-sikurezza;

    It-teknoloġiji tas-software li jtejbu l-kwalità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-software b’ħajja tas-servizz imtejba, li jżidu l-produttività tal-iżvilupp u li jintroduċu intelliġenza artifiċjali u reżiljenza inkorporati fis-software;

    It-teknoloġiji emerġenti li jespandu t-teknoloġiji diġitali u li jservu ta’ pont bejn il-provi tal-kunċett fl-istadju tar-riċerka u l-fattibbiltà industrijali għas-swieq rilevanti.

    3.2.3.Materjali Avvanzati

    L-UE hija l-mexxej globali fil-materjali avvanzata u l-proċessi assoċjati, li jagħmlu 20 % tal-bażi tal-industrija tagħha u jiffurmaw l-għerq ta’ kważi l-ktajjen ta’ valur kollha permezz tat-trasformazzjoni tal-materja prima. Sabiex tibqa’ kompetittiva u tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal materjali sostenibbli, sikuri u avvanzati, l-UE trid ittejjeb ir-riċiklabbiltà tal-materjali, tnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali, u tmexxi l-innovazzjoni industrijali transsettorjali billi tappoġġa applikazzjonijiet ġodda fis-setturi kollha tal-industrija.

    Linji Mifruxa

    Materjali (inkluż plastik, materjali bijo, nano, bidimensjonali, intelliġenti u multi) ddisinjati b’karatteristiċi ġodda u funzjonalizzazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji (filwaqt li ma jwasslu għal pressjonijiet ambjentali ikbar matul il-produzzjoni, l-użu jew tmiem tal-ħajja tagħhom);

    Il-proċessi u l-produzzjoni tal-materjali integrati b’segwitu għal approċċ orjentat lejn il-konsumatur u etiku, inkluż attivitajiet prenormattivi u valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-issorsjar u l-ġestjoni tal-materja prima, id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà, is-sikurezza, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;

    Faċilitaturi tal-materjali bħall-karatterizzazzjoni (eż., għall-iżgurar tal-kwalità), l-immudellar, il-pilotaġġ u l-espansjoni;

    Ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE ta’ infrastrutturi tat-teknoloġija 5 , identifikati u prijoritizzati bi qbil mal-Istati Membri, li jipprovdu servizzi sabiex titħaffef it-trasformazzjoni teknoloġika u l-użu mill-industrija tal-UE, b’mod partikolari mill-SMEs; din se tkopri t-teknoloġiji ewlenin kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-materjali;

    L-analiżi ta’ tendenzi futuri u emerġenti fil-materjali avvanzati u teknoloġiji abilitanti essenzjali oħrajn;

    Soluzzjonijiet ibbażati fuq id-disinn, l-arkitettura u l-kreattività ġenerali, b’orjentazzjoni b’saħħitha lejn l-utent, sabiex jiżdied il-valur fis-setturi industrijali u l-industriji kreattivi.

    3.2.4.Intelliġenza Artifiċjali u Robotika

    Waħda mill-megatendenzi hija li kull oġġett u tagħmir ikunu intelliġenti. Ir-riċerkaturi u l-innovaturi li jiżviluppaw l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u li joffru applikazzjonijiet fir-Robotika u oqsma oħrajn se jkunu l-ixprunaturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività futur. Ħafna mis-setturi inkluż is-saħħa, il-manifattura, il-kostruzzjoni u l-biedja se jużaw u jkomplu jiżviluppaw din it-teknoloġija abilitanti essenzjali, f’partijiet oħrajn tal-Programm Qafas. L-iżviluppi jridu jiżguraw is-sikurezza tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-IA, jivvalutaw ir-riskji u jimmitigaw il-potenzjal tagħha għal użu malizzjuż u diskriminazzjoni mhux intenzjonata bħal preġudizzju bejn is-sessi jew ir-razez. Irid ikun żgurat ukoll li l-IA hija żviluppata fi ħdan qafas li jirrispetta l-valuri tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Linji Mifruxa

    L-iffaċilitar ta’ teknoloġiji tal-IA bħall-IA spjegabbli, l-apprendiment awtomatiku mingħajr superviżjoni u l-effiċjenza tad-data u l-interazzjonijiet avvanzati bejn il-bniedem u l-magni;

    Robotika sikura, intelliġenti u effiċjenti u sistemi inkorporati kumplessi;

    Teknoloġiji tal-IA xprunati mill-utenti għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA;

    L-iżvilupp u n-networking tal-kompetenzi tar-riċerka taċ-ċentri tal-kompetenza tal-IA madwar l-Ewropa;

    Teknoloġiji għal pjattaformi tal-IA miftuħin inklużi l-algoritmi tas-software, ir-repożitorji tad-data, ir-robotika u l-pjattaformi ta’ sistemi awtonomi.

    3.2.5.Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss

    L-Internet sar għodda ta’ ffaċilitar prinċipali tat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna. L-UE trid tieħu l-inizjattiva sabiex twassal l-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss lejn ekosistema ċċentrata fuq il-bniedem b’konformità mal-valuri soċjali u etiċi tagħna. L-investiment fit-teknoloġiji u s-software l-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss se jtejjeb il-kompetittività industrijali tal-UE fl-ekonomija globali. L-ottimizzazzjoni tal-użu mal-UE kollha se tkun tirrikjedi kooperazzjoni fuq skala kbira bejn il-partijiet ikkonċernati kollha.

    Linji Mifruxa

    It-teknoloġiji u s-sistemi għal infrastrutturi fdati u effiċjenti fl-enerġija ta’ network u servizz intelliġenti (ta’ konnettività lil hinn minn 5G, infrastrutturi definiti mis-software, Internet tal-oġġetti, infrastrutturi tal-cloud, clouds konjittivi) li jippermettu kapaċitajiet f’ħin reali, il-virtwalizzazzjoni u l-ġestjoni deċentralizzata (radju ultra veloċi u flessibbli, edge computing, ktajjen ta’ blokok ta’ transazzjonijiet, kuntesti u għarfien kondiviżi);

    L-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-konsumaturi, l-industrija u l-bini tas-soċjetà fuq il-fiduċja, il-kontroll aħjar min-naħa tal-utenti tad-data, l-aċċess b’lingwa trasparenti, il-kunċetti ġodda ta’ interazzjoni multimodali, l-aċċess inklużiv u l-aċċess għall-oġġetti personalizzat ħafna, l-informazzjoni u l-kontenut, inkluż midja immersiva u affidabbli, midja soċjali u networking soċjali;

    Middleware bbażat fuq is-software, inkluż teknoloġiji tar-reġistru distribwit, li jaħdmu f’ambjenti distribwiti ħafna, jiffaċilitaw l-immappjar tad-data u t-trasferiment tad-data bejn infrastrutturi ibridi li għandhom protezzjoni tad-data inerenti, intelliġenza artifiċjali inkorporata, analitika tad-data, sigurtà u kontroll fl-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet ibbażati fuq il-fluss liberu ta’ data u għarfien.

    3.2.6.Computing Avvanzat u Big Data

    Il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-Big Data saru indispensabbli fl-ekonomija tad-data globali l-ġdida, fejn aktar ma jibrilla l-computing aktar hemm ċans li tisboq lill-kompetizzjoni. L-analitika tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tal-Big Data huma kritiċi fl-appoġġ għat-tfassil tal-politika, it-tmexxija xjentifika, l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u sabiex tinżamm is-sovranità nazzjonali.

    Linji Mifruxa

    Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC): il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji u sistemi fuq skala eksa u fuq skala posteksa (eż. mikroproċessuri b’konsum baxx tal-enerġija, software, integrazzjoni tas-sistema); algoritmi, kodiċijiet u applikazzjonijiet, u għodod tal-analitika u bankijiet tat-test; bankijiet tat-test għal provi industrijali u servizzi; appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni għal infrastruttura HPC ta’ livell dinji, inkluż l-ewwel infrastruttura ibrida ta’ HPC / Quantum computing fl-UE;

    Big Data: Analitika tad-data ta’ prestazzjoni estrema; Il-“Privatezza mid-Disinn” fl-analiżi ta’ Big Data personali u kunfidenzjali; teknoloġiji għal pjattaformi tad-data fuq skala sħiħa għall-użu mill-ġdid ta’ data industrijali, personali u miftuħa; ġestjoni tad-data, interoperabbiltà u għodda ta’ konnessjoni; applikazzjonijiet tad-data għal sfidi globali;

    Impronta tal-karbonju mċekkna tal-proċessi tal-ICT, li jkopru l-hardware, is-software, is-sensuri, in-networks, iċ-ċentri tal-ħażna u tad-data, u li jinkludu valutazzjonijiet standardizzati.

    3.2.7.Industriji Ċirkolari

    L-Ewropa tinsab fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni globali lejn ekonomija ċirkolari. L-industrija tal-Ewropa jenħtieġ li ssir industrija ċirkolari; il-valur tar-riżorsi, il-materjali u l-prodotti jenħtieġ li jinżamm għal ħafna aktar meta mqabbel mal-lum il-ġurnata, u saħansitra jiftaħ ktajjen ta’ valur ġodda.

    Il-materja prima primarja se tkompli taqdi rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari u trid tingħata attenzjoni għall-produzzjoni sostenibbli tagħha. Addizzjonalment, il-materjali, il-prodotti u l-proċessi kompletament ġodda jenħtieġ li jiġu ddisinjati għaċ-ċirkolarità. Il-bini ta’ industrija ċirkolari se jkollu diversi vantaġġi għall-Ewropa: Dan se jwassal għal provvista sigura, sostenibbli u affordabbli ta’ materja prima, li min-naħa tagħha se tipproteġi lill-industrija mill-iskarsezza tar-riżorsi u l-prezzijiet volatili. Dan se joħloq ukoll opportunitajiet ġodda tan-negozju u modi innovattivi u aktar effiċjenti ta’ produzzjoni.

    L-għan huwa li jiġu żviluppati innovazzjonijiet rivoluzzjonarji affordabbli u l-vara ta’ kombinazzjoni ta’ teknoloġiji u proċessi avvanzati sabiex jittieħed il-valur massimu mir-riżorsi kollha.

    Linji Mifruxa

    Simbjoċi industrijali bi flussi tar-riżorsi bejn l-impjanti fost is-setturi u l-komunitajiet urbani; proċessi u materjali, biex ir-riżorsi jiġu ttrasportati, trasformati, użati mill-ġdid u jinħażnu, permezz ta’ kombinazzjoni tal-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji, l-iskart u s-CO2;

    Il-valutazzjoni tal-valorizzazzjoni u taċ-ċiklu tal-ħajja tal-flussi tal-materjali u l-prodotti permezz tal-użu ta’ feedstock alternattiva, il-kontroll tar-riżorsi, it-traċċar u s-separazzjoni tal-materjali;

    Prodotti għal prestazzjoni mtejba taċ-ċiklu tal-ħajja, id-durabbiltà, l-aġġornament u l-faċilità ta’ tiswija, żarmar u riċiklaġġ;

    L-industrija tar-riċiklaġġ, li timmassimizza l-potenzjal u s-sikurezza tal-materjali sekondarji u li timminimizza t-tniġġis, it-tnaqqis tal-kwalità u t-tnaqqis fil-kwantità wara t-trattament;

    L-eliminazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-fażijiet tal-produzzjoni u tat-tmiem il-ħajja; sostituti sikuri, u teknoloġiji tal-produzzjoni sikuri u kosteffiċjenti;

    Provvista jew sostituzzjoni sostenibbli tal-materja prima, inkluż materja prima kritika, li tkopri l-katina tal-valur kollha.

    3.2.8.Industriji b’Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju u Nodfa

    Is-setturi industrijali, inkluż industriji intensi fl-enerġija, jikkontribwixxu miljuni ta’ impjiegi u l-kompetittività tagħhom hija kruċjali għall-prosperità tas-soċjetajiet tagħna. Madankollu, huma responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet globali ta’ gass b’effett serra u għandhom impatt ambjentali għoli (partikolarment f’termini ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija).

    It-teknoloġiji rivoluzzjonarji għall-kisba ta’ tnaqqis sinifikanti fil-gassijiet b’effett serra u t-tniġġis, spiss ikkumbinati mat-teknoloġiji għall-industrija ċirkolari msemmija hawn fuq, se jwasslu għal ktajjen ta’ valur industrijali b’saħħithom, jirrevoluzzjonaw il-kapaċitajiet tal-manifattura u jtejbu l-kompetittività globali tal-industrija; u fl-istess ħin jagħmlu kontribuzzjonijiet ewlenin għall-miri tagħna għall-azzjoni klimatika u l-kwalità ambjentali.

    Linji Mifruxa

    It-teknoloġiji tal-proċess, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ, l-għodod diġitali u d-dimostrazzjonijiet fuq skala kibra għall-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-proċess; tnaqqis sostanzjali jew evitar tal-emissjonijiet industrijali tal-gassijiet serra u sustanzi niġġiesa, inkluż l-materja partikulata;

    Valorizzazzjoni tas-CO2 industrijali;

    L-elettrifikazzjoni u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija mhux konvenzjonali fl-impjanti industrijali, u l-iskambji tal-enerġija u r-riżorsi bejn l-impjanti industrijali (pereżempju permezz tas-simbjoċi industrijali);

    Prodotti industrijali li jirrikjedu proċessi tal-produzzjoni b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi jew żero tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

    3.2.9.L-ispazju

    Is-sistemi u s-servizzi tal-ispazju tal-UE jnaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-effiċjenza, joffru soluzzjonijiet għall-isfidi tas-soċjetà, iżidu r-reżiljenza tas-soċjetà u jrawmu ekonomija kompetittiva u sostenibbli. L-appoġġ tal-UE kien strumentali sabiex jiġi realizzati dawn il-benefiċċji u l-impatti. Il-programmi tal-ispazju tal-UE jridu jevolvu sabiex jibqgħu fuq quddiem nett.

    L-UE se tappoġġa sinerġiji bejn teknoloġiji spazjali u abilitanti essenzjali (big data, manifattura avvanzata, robotika u intelliġenza artifiċjali); trawwem settur tal-ispazju li jiffjorixxi, huwa imprenditorjali u kompetittiv; u jgħin jiżgura n-nondipendenza fl-aċċess u l-użu tal-ispazju b’mod sikur u sigur. L-attivitajiet se jkunu bbażati fuq pjan direzzjonali, filwaqt li jqisu l-proċess ta’ armonizzazzjoni tal-ESA u inizjattivi rilevanti tal-Istati Membir, u se jiġu implimentati mal-ESA, kif xieraq.

    Linji Mifruxa

    Sistemi ta’ Navigazzjoni bis-Satellita Globali Ewropej (Galileo u EGNOS): applikazzjonijiet innovattivi, użu globali inkluż sħab internazzjonali, soluzzjonijiet li jtejbu r-robustezza, l-awtentikazzjoni, l-integrità tas-servizzi, żvilupp ta’ elementi fundamentali bħal sett ta’ ċipep, riċevituri u antenni, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, teknoloġiji ġodda (eż. teknoloġiji quantum, kollegamenti ottiċi, tagħbiji utli riprogrammabbli), lejn l-isfruttament sostnut tas-servizzi għal impatt fuq l-isfidi tas-soċjetà. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħas-sigurtà jew is-sewqan awtonomu;

    Copernicus: applikazzjonijiet innovattivi, użu globali u sħab internazzjonali, robustezza u evoluzzjoni tas-servizzi, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, sensuri, sistemi u kunċetti ta’ missjoni (eż. Pjattaformi f’Altitudni Għolja, droni, satelliti ħfief); kalibrar u validazzjoni; sfruttament sostnut tas-servizzi u l-impatt fiq l-isfidi tas-soċjetà; Tekniki tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja, big data, riżorsi tal-computing u għodod algoritmiċi. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħat-tibdil fil-klima u s-sigurtà;

    Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju: kapaċità robusta tal-UE sabiex timmonitorja u tbassar l-istat tal-ambjent tal-ispazju, eż. it-temp fl-ispazju, ir-residwu spazjali u oġġetti qrib id-dinja, u kunċetti ta’ servizz ġodda, bħall-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju, applikazzjonijiet u servizzi sabiex tiġi żgurata infrastruttura kritika fl-ispazju u fid-dinja;

    Komunikazzjonijiet bis-Satellita Siguri għall-atturi governattivi tal-UE: soluzzjonijiet għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ utenti governattivi u tagħmir tal-utenti assoċjat f’soluzzjonijiet arkitettoniċi, teknoloġiċi u tas-sistemi għall-infrastruttura tal-ispazju, b’appoġġ għall-awtonomija tal-UE;

    Komunikazzjonijiet bis-satellita minn tarf sa tarf għaċ-ċittadini u n-negozji: komunikazzjonijiet bis-satellita kosteffettivi u avvanzati għall-konnessjoni tal-assi u l-persuni f’żoni mhux milħquin sew, bħala parti minn konnettività b’aċċess minn kullimkien li taħdem bil-5G u l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), u li jikkontribwixxu għall-infrastruttura tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGI). Segment terrestri u tagħmir tal-utenti mtejbin, standardizzazzjoni u interoperabbiltà sabiex jiġi żgurat li l-UE tkun mexxej industrijali;

    Nondipendenza u sostenibbiltà tal-katina tal-provvista: livelli miżjuda tal-istat ta’ tħejjija teknoloġika fis-satelliti u l-lanċjaturi; segmenti fl-ispazju u fuq l-art assoċjati, u faċilitajiet ta’ produzzjoni u ttestjar. Sabiex tkun żgurata t-tmexxija u l-awtonomija teknoloġika tal-UE, is-sostenibbiltà mtejba tal-katina ta’ provvista, id-dipendenza ridotta fuq teknoloġiji ta’ spazju kritiku mhux tal-UE u għarfien imtejjeb dwar kif it-teknoloġiji tal-ispazju jistgħu joffru soluzzjonijiet għal setturi industrijali oħrajn;

    Ekosistema tal-ispazju: validazzjoni fl-orbita u servizzi ta’ dimostrazzjoni, inkluż servizzi ta’ ride-sharing għal satelliti ħfief; dimostraturi tal-ispazju f’oqsma bħal satelliti ibridi, intelliġenti jew rikonfigurabbli, manifattura u assemblaġġ fl-orbità, riutilizzabbiltà tal-lanċjatur, servizz ta’ manutenzjoni fl-orbita u mikrolanċjaturi; innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u trasferiment tat-teknoloġija, f’oqsma bħar-riċiklaġġ, l-ispazju ekoloġiku, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, id-diġitalizzazzjoni, il-kosteffiċjenza, il-minjaturi;

    Xjenza spazjali: sfruttament ta’ data xjentifika mwassla permezz ta’ missjonijiet xjentifiċi u ta’ esplorazzjoni, ikkumbinat mal-iżvilupp ta’ strumenti innovattivi f’ambjent internazzjonali; kontribuzzjoni għal missjonijiet xjentifiċi prekursuri għall-evoluzzjoni tal-Programm Spazjali.



    4.RAGGRUPPAMENT “KLIMA, ENERĠIJA U MOBBILTÀ”

    4.1.Raġunament

    L-intersezzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-mobbiltà se tindirizza, b’mod tassew integrat u effettiv, waħda mill-aktar sfidi globali importanti għas-sostenibbiltà u l-futur tal-ambjent tagħna u l-istil ta’ ħajja tagħna.

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-UE trid tagħmel tranżizzjoni għal ekonomiji u soċjetajiet b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti. Dan se jkun ibbażat fuq bidliet profondi fit-teknoloġija u s-servizzi, fil-modi ta’ mġiba tan-negozji u l-konsumaturi, u se jinvolvi wkoll forom ġodda ta’ governanza. Il-limitu fiż-żieda tat-temperatura medja globali għal sew inqas minn 2°C, u l-eżerċitar tal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata għal 1.5°C, jirrikjedu progress rapidu fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) mis-settur tat-trasport 6 . Se jkun irid ukoll impetus ġdid biex jaċċellera l-pass tal-iżvilupp ta’ avvanzi deċiżivi tal-ġenerazzjoni li jmiss kif ukoll id-demostrazzjoni u l-varar ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi, billi juża wkoll l-opportunitajiet ipprovduti mit-teknoloġiji diġitali u spazjali. Dan se jsir permezz ta’ approċċ integrat li jinkludi d-dekarbonizzazzjoni, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, l-aċċess għall-materja prima u l-ekonomija ċirkolari.

    Il-progress f’dawn is-setturi - iżda wkoll fl-ispettru kollu tal-industrija tal-UE inkluż l-agrikoltura, il-binjiet, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, u l-ġestjoni tal-iskart - se jirrikjedi sforzi kontinwi sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi tat-tibdil fil-klima u l-impatti assoċjati fl-ekonomija u s-soċjetà kollha, filwaqt li jiġu sfruttati s-sinerġiji ma’ attivitajiet nazzjonali, tipi ta’ azzjonijiet oħrajn tal-UE u kooperazzjoni internazzjonali.

    Matul l-aħħar deċennju, saru avvanzi konsiderevoli fix-xjenza klimatika, partikolarment fl-osservazzjonijiet u l-assimilazzjoni tad-data u l-immudellar klimatiku. Madankollu, il-kumplessità tas-sistema tal-klima u l-ħtieġa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-politiki tal-UE jeħtiġilhom sforz rinfurzat sabiex jimtlew il-lakuni fl-għarfien li jifdal.

    L-UE stabbiliet qafas ta’ politika komprensiv fl-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, b’miri vinkolanti, atti leġiżlattivi u attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mmirati li jkunu minn ta’ quddiem fl-iżvilupp u l-varar ta’ sistemi ta’ produzzjoni ta’ enerġija effiċjenti bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

    It-trasport jiżgura l-mobbiltà tal-persuni u l-oġġetti meħtieġa għal suq uniku integrat Ewropew, il-koeżjoni territorjali u soċjetà miftuħa u inklużiva. Fl-istess waqt, it-trasport għandu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, il-konġestjoni, il-kwalità tal-arja u l-istorbju, kif ukoll fuq is-sikurezza li jwasslu għal għadd ta’ mwiet prematuri u żieda fil-kostijiet soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, in-networks tal-mobbiltà u t-trasport sostenibbli jridu jsiru nodfa, sikuri, intelliġenti, siguri, silenzjużi, affidabbli u affordabbli u joffru servizz bieb bieb integrat u bla xkiel.

    Il-kwistjonijiet affaċċati mis-setturi tal-trasport u l-enerġija madankollu jmorru lil hinn mill-ħtieġa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Hemm diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati, inkluż iż-żieda fil-penetrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali u dawk ibbażati fl-ispazju, il-bidliet fl-imġieba tal-utenti u x-xejriet tal-mobbiltà, il-parteċipanti ġodda fis-suq u l-mudelli kummerċjali fixkiela, il-globalizzazzjoni, iż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali u popolazzjoni aktar anzjana, aktar urbana u dejjem iktar varjata.

    Iż-żewġ setturi huma xprunaturi ewlenin għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiċi tal-Ewropa. L-UE għandha aktar minn 1.6 miljun persuna li jaħdmu fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-użu effiċjenti tal-enerġija. Is-setturi tat-trasportazzjoni u l-ħażna jimpjegaw aktar minn 11-il miljun persuna fl-UE, li jikkontribwixxu għal madwar 5 % tal-PDG u 20 % tal-esportazzjonijiet. L-UE hija mexxej dinji fid-disinn u l-manifattura tal-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, filwaqt li tinsab fit-tieni post fid-dinja għall-privattivi ta’ teknoloġiji innovattivi fir-rigward tal-enerġija nadifa.

    Biex jinstabu modi ġodda sabiex il-varar ta’ teknoloġiji nodfa u soluzzjonijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa jitħaffef, jirrikjedi wkoll domanda ikbar għall-innovazzjoni. Dan jista’ jiġi stimolat permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll permezz tal-innovazzjoni soċjoekonomika u fis-settur pubbliku u se jwassal għal approċċi usa’ mill-innovazzjoni xprunata mit-teknoloġija. Ir-riċerka soċjoekonomika li tkopri, inter alia, il-ħtiġijiet u t-tendenzi tal-utenti, l-attivitajiet ta’ prospettiva, aspetti ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta’ mġieba, każijiet u mudelli tan-negozju u riċerka prenormattiva sabiex jiġu stabbiliti l-istandards, ukoll sejrin jiffaċilitaw azzjonijiet li jrawmu l-innovazzjoni regolatorja, ta’ finanzjament u soċjali, il-ħiliet, u kif ukoll l-involviment u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi tas-suq u l-konsumaturi.

    L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll dawk tas-Suq Uniku Diġitali, l-aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment, it-tisħiħ tal-UE bħala attur globali, l-Istrateġija dwar il-Politika Industrijali tal-UE l-ġdida, l-Ekonomija Ċirkolari, l-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Aġenda Urbana, kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni tal-UE u d-dispożizzjonijiet legali tal-UE sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju u tal-arja.

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

    4.2.Oqsma ta’ Intervent

    4.2.1.Xjenza Klimatika u Soluzzjonijiet

    L-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta’ Pariġi għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza, u dan jirrikjedi l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħna dwar is-sistema klimatika tad-dinja, kif ukoll dwar l-opzjonijiet ta’ mitigazzjoni u adattament disponibbli, li jippermettu xenarju sistemiku u komprensiv tal-isfidi u l-opportunitajiet għall-ekonomija tal-UE. Abbażi ta’ dan, se jiġu żviluppati soluzzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza għal tranżizzjoni kosteffettiva lejn soċjetà b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, reżiljenti għall-klima u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti.

    Linji Mifruxa

    Bażi tal-għarfien dwar il-funzjonament u l-evoluzzjoni futura tas-sistema klimatika tad-dinja, kif ukoll l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet assoċjati;

    Mogħdiji ta’ dekarbonizzazzjoni, azzjonijiet u politiki ta’ mitigazzjoni li jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija, kompatibbli mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

    Projezzjonijiet tal-klima u tekniki għat-tbassir u servizzi klimatiċi għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini;

    Mogħdiji u politiki ta’ adattament għall-ekosistemi vulnerabbli, setturi ekonomiċi u infrastruttura kritiċi fl-UE (lokali/reġjonali/nazzjonali), inkluż għodod mtejba tal-valutazzjoni tar-riskju.

    4.2.2.Provvista tal-Enerġija

    L-UE timmira li tkun mexxej dinji f’teknoloġiji tal-enerġija affordabbli, siguri u sostenibbli, billi ittejjeb il-kompetittività tagħha fil-ktajjen tal-valur globali u l-pożizzjoni tagħha fis-swieq ta’ tkabbir. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi differenti fl-UE, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati s-sigurtà tal-enerġija u l-aċċess għall-materja prima, jiddettaw portafoll wiesa’ ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija, inkluż dawk li mhumiex ta’ natura teknika. Fir-rigward tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, il-kostijiet iridu jkomplu jonqsu, il-prestazzjoni trid titjieb, l-integrazzjoni fis-sistema tal-enerġija trid tittejjeb u jridu jiġu żviluppati teknoloġiji rivoluzzjonarji. Fir-rigward tal-fjuwils fossili, id-dekarbonizzazzjoni tal-użu tagħhom se tkun essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi.

    Linji Mifruxa

    Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, fjuwils tat-trasport sostenibbli u trasportaturi intermedji, f’diversi skali u stadji ta’ żvilupp, adattati għall-kundizzjonijiet u s-swieq ġeografiċi, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll madwar id-dinja;

    Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fixkiela għal applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji;

    Teknoloġiji u soluzzjonijiet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażat fuq il-fjuwils fossili permezz tal-qbid, l-użu u l-ħżin tas-CO2 (CCUS).

    4.2.3.Sistemi u Grilji tal-Enerġija

    It-tkabbir mistenni fil-produzzjoni tal-elettriku varjabbli u t-tranżizzjoni lejn tisħin, tkessiħ u trasport aktar elettriċi jiddetta l-ħtieġa għal approċċi ġodda lejn il-ġestjoni tal-grilji tal-enerġija. Flimkien mad-dekarbonizzazzjoni, l-għan huwa li jipprovdi l-affordabbiltà tal-enerġija, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-provvista, li jinkisbu permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji ta’ infrastruttura tan-network innovattivi u ġestjoni innovattiva tas-sistema. Il-ħażna tal-enerġija f’forom differenti se jkollha rwol prinċipali fil-forniment tas-servizzi lill-grilja, u fit-titjib u r-rinforzar tal-kapaċitajiet tan-network. L-isfruttament tas-sinerġiji bejn in-networks differenti (eż., il-grilji tal-elettriku, in-networks tat-tisħin u t-tkessiħ, in-networks tal-gass, l-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-għoti tal-fjuwil lit-trasport, l-idroġenu, u n-networks tat-telekomunikazzjoni) u atturi (eż. siti industrijali, ċentri tad-data, awtoprodutturi) se jkun kruċjali biex jiġi ffaċilitat l-operat intelliġenti u integrat tal-infrastrutturi rilevanti.

    Linji Mifruxa

    Tekonoloġiji u għodod għan-networks tal-elettriku sabiex l-enerġija rinnovabbli u t-tagħbiji ġodda bħall-elettromobbiltà u l-pompi tas-sħana jiġu integrati;

    Approċċi tan-network tal-enerġija pan-Ewropej għall-ġestjoni;

    Approċċi integrati sabiex ikun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-produzzjoni tal-enerġija u l-konsum fil-livell lokali inkluż fil-gżejjer, abbażi ta’ servizzi ġodda u inizjattivi fil-komunità;

    Flessibbiltà tan-network u sinerġiji bejn is-sorsi, in-networks, l-infrastrutturi u l-atturi tal-enerġija differenti;

    4.2.4.Bini u Faċilitajiet Industrijali fit-Tranżizzjoni tal-Enerġija

    Il-bini u l-installazzjonijiet industrijali qed ikollhom rwol dejjem aktar attiv fl-interazzjoni tagħhom mas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, jikkostitwixxu elementi kruċjali fit-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli.

    Il-bini huwa fattur importanti għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Peress li jintegraw teknoloġiji, tagħmir u sistemi differenti u jikkollega diversi użi tal-enerġija, il-bini u min jgħix fih u jutilizzah jirrappreżenta potenzjal għoli ħafna għall-ġenerazzjoni, il-ħażna u t-titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija.

    L-industriji, u speċjalment dawk li huma enerġetikament intensivi, jistgħu jkomplu jtejbu l-użu effiċjenti tal-enerġija u jiffavorixxu l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

    Linji Mifruxa

    L-elettriku u s-sħana bejn impjant industrijali u operatur ta’ sistema tal-enerġija;

    Għodod u infrastruttura għall-kontroll tal-proċess tal-impjanti ta’ produzzjoni sabiex jottomizzaw il-flussi tal-enerġija fl-interazzjoni mas-sistema tal-enerġija;

    Proċessi, disinji u materjali rilevanti;

    Bini intelliġenti u hubs kbar tal-mobbiltà (portijiet, ajruporti, ċentri tal-loġistika) bħala elementi attivi ta’ networks tal-enerġija usa'’ u ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal-mobbiltà;

    Id-disinn, il-kostruzzjoni, l-operar u ż-żarmar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, b’konsiderazzjoni taċ-ċirkolarità u tal-prestazzjoni ambjentali, għall-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, u r-riċiklaġġ;

    Mudelli ta’ negozju, approċċi u servizzi ġodda għall-finanzjament ta’ rennovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet tal-kostruzzjoni, l-involviment tal-persuni li jgħixu fil-bini u atturi tas-suq oħrajn;

    Il-monitoraġġ u l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini;

    Għodod u tagħmir intelliġenti għall-kisbiet tal-effiċjenza enerġetika fil-bini;

    Proċessi ta’ rennovazzjoni ta’ bini eżistenti lejn “Bini ta’ Kważi Żero Enerġija”;

    4.2.5.Komunitajiet u Bliet

    Huwa stmat li sal-2050, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-UE se tkun qed tgħix f’żoni urbani, li tikkonsoma l-parti l-kbira tar-riżorsi disponibbli, inkluż l-enerġija, u peress li dawn huma żoni partikolarment vulnerabbli għat-tibdil meteoroloġiku avvers, l-impatti diġà qed jaggravaw minħabba t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u se jkomplu jaggravaw fil-futur. Sfida ewlenija hija li tiżdied b’mod sinifikanti l-effiċjenza ġenerali fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, kif ukoll ir-reżiljenza għall-klima tal-ibliet Ewropej b’mod olistiku, fejn il-fokus ikun fuq l-istokkijiet tal-bini, is-sistemi tal-enerġija, il-mobbiltà, it-tibdil fil-klima, kif ukoll l-ilma, il-ħamrija, il-kwalità tal-arja, l-iskart u l-istorbju.    Is-sinerġiji ma’ politika u azzjonijiet urbani ffinanzjati minn FEŻR jenħtieġ li jiġu investigati u sfruttati.

    Linji Mifruxa

    Sistemi ta’ enerġija/mobbiltà tal-bliet/distretti lejn il-varar fl-UE kollha ta’ Distretti b’Enerġija Pożittiva, b’livelli tal-karbonju baxxi u mobbiltà u loġistika ta’ żero emissjonijiet sal-2050, li jagħtu spinta lill-kompetittività globali ta’ soluzzjonijiet integrati tal-UE;

    Ippjanar urban, infrastrutturi u sistemi inkluż interfaċċi u interoperabbiltà reċiproki, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-użu ta’ teknoloġiji diġitali u data u servizzi bbażati fl-ispazju, b’kunsiderazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima projettat u l-integrazzjoni tar-reżiljenza klimatika;

    Il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini, il-mobbiltà sikura, l-innovazzjoni soċjali urbana, il-kapaċità ċirkolari u reġenerattiva tal-ibliet, impronta ambjentali mċekkna u t-tniġġis;

    Aġenda globali tar-riċerka tal-bliet.

    4.2.6.Kompetittività Industrijali fit-Trasport

    Iċ-ċaqliqa lejn teknoloġiji, konnettività u awtomazzjoni nodfa se tkun tiddependi fuq id-disinn u l-manifattura f’waqthom tal-inġenji tal-ajru, il-vetturi u l-bastimenti li jintegraw teknoloġiji differenti u jaċċelleraw l-introduzzjoni tagħhom. Iktar kumdità, effiċjenza, affordabbiltà, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u fuq l-użu tal-enerġija, jibqgħu għanijiet ta’ importanza kbira ħafna. Infrastruttura tat-trasport li hija innovattivi u b’kapaċità kbira hija essenzjali għall-funzjonament kif suppost tal-modi tat-trasport kollha minħabba d-domanda dejjem tikber tal-mobbiltà u r-reġimi tat-teknoloġija li qed jinbidlu malajr. Approċċ integrat għall-infrastruttura u l-iżvilupp ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru jistħoqlu attenzjoni partikolari wkoll sabiex jiġi minimizzat l-impatt tal-enerġija u dak ambjentali.

    Linji Mifruxa

    L-amalgamazzjoni tad-disinn, il-manifattura, l-operazzjonijiet, l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u r-regolamenti u l-integrazzjoni (inkluż l-integrazzjoni bejn id-disinn diġitali u l-manifattura diġitali) tad-disinn tal-vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru fiżiku u diġitali;

    Kunċetti u disinji ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, inkluż spare parts tagħhom, bl-użu ta’ materjali u strutturi, effiċjenza, ħażna u rkupru tal-enerġija, karatteristiċi tas-sikurezza u s-sigurtà mtejbin b’inqas impatt ambjentali u fuq is-saħħa.

    Teknoloġiji u sottosistemi on-board, inkluż funzjonijiet awtomatizzati għall-modi kollha tat-trasport, b’konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ interfaċċa tal-infrastruttura rilevanti u l-esplorazzjoni; sinerġiji teknoloġiċi bejn il-modi; sistemi ta’ sikurezza/evitar ta’ aċċidenti u titjib taċ-ċibersigurtà; l-iżvilupp tal-interfaċċa bejn il-bniedem u l-magni;

    Materjali, tekniki u metodi ta’ kostruzzjoni ġodda, operazzjonijiet u manutenzjoni tal-infrastrutturi, li jiżguraw d-disponibbiltà ta’ network affidabbli approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ;

    Manutenzjoni tal-infrastruttura, reġenerazzjoni u aġġornament tal-integrazzjoni, l-interoperabbiltà u l-intermodalità tat-trasport.

    4.2.7.Trasport u Mobbiltà Nodfa

    Sabiex l-UE tilħaq l-għanijiet tal-kwalità tal-arja, tal-klima u tal-enerġija tagħha, inkluż tnaqqis ta’ 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra sal-2050 kif ukoll tnaqqis fl-istorbju, se jkun hemm bżonn ta’ konsiderazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-mobbiltà kollha inkluż l-utenti, il-vetturi, il-fjuwils u l-infrastrutturi. Dan se jkun jirrikjedi wkoll il-varar ta’ enerġiji alternattivi ta’ emissjonijiet baxxi u l-użu mis-suq ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ta’ żero emissjonijiet. Flimkien mal-effetti dannużi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, it-trasport jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal arja ta’ kwalità baxxa u għall-istorbju fl-Ewropa, b’konsegwenzi negattivi għas-saħħa taċ-ċittadini 7 . Permezz tal-bini fuq il-progress fir-rigward tal-elettrifikazzjoni u l-użu ta’ ċelluli tal-fjuwil għall-karozzi, ix-xarabankijiet u vetturi ħfief, huwa essenzjali li jitħaffef il-pass tas-soluzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal setturi oħra bħall-avjazzjoni, it-trasport marittimu u n-navigazzjoni fl-ilmijiet interni u t-trakkijiet.

    Linji Mifruxa

    L-elettrifikazzjoni tal-modi tat-trasport kollha (eż. il-batteriji, iċ-ċelluli tal-fjuwil, l-ibridizzazzjoni, eċċ.) tinkludi teknoloġiji ġodda għal sistemi ta’ motopropulsjoni tal-vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, ċarġ/riforniment tal-fjuwil veloċi, ħsad tal-enerġija u interfaċċi aċċessibbli u faċli biex jintużaw mill-utent mal-infrastruttura taċ-ċarġ, l-iżgurar tal-interoperabbiltà u ta’ servizzi tal-provvista bla xkiel; l-iżvilupp u l-varar ta’ batteriji kompetittivi, sikuri, ta’ prestazzjoni għolja u sostenibbli għal vetturi b’emissjonijiet baxxi jew żero emissjonijiet;

    Fjuwils ġodda sostenibbli u vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ġodda għal xejriet ta’ mobbiltà u infrastruttura ta’ appoġġ eżistenti u futuri; teknoloġiji u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-utent għall-interoperabbiltà u provvista tas-servizzi bla xkiel;

    Tnaqqis tal-impatt tal-mobbiltà fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

    4.2.8.Mobbiltà Intelliġenti

    Il-mobbiltà intelliġenti se tgħin sabiex tiġi żgurata l-mobbiltà minn bieb għal bieb effiċjenti, sikura u reżiljenti u l-komponenti kollha tagħha, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali, in-navigazzjoni bis-satellita avvanzata (EGNOS/Galileo) u l-intelliġenza artifiċjali. It-teknoloġiji l-ġodda se jgħinu sabiex jiġu ottimizzati l-użu u l-effiċjenza tal-infrastruttura u n-networks tat-trasport, billi jtejbu l-multimodalità u l-konnettività, jottomizzaw il-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu soluzzjonijiet u servizzi tat-trasport innovattivi, biex b’hekk titnaqqas il-konġestjoni u l-impatti ambjentali negattivi, tiġi pprovduta mobbiltà aħjar u servizzi ta’ loġistika aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji. Mobbiltà konnessa u awtomatizzata flimkien mal-infrastruttura abilitanti se jtejbu l-effiċjenza u s-sikurezza fil-modi tat-trasport kollha.

    Linji Mifruxa

    Ġestjoni diġitali tan-networks u tat-traffiku: sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet avvanzati; ġestjoni tat-traffiku tal-ġenerazzjoni li jmiss (inkluż network multimodali u ġestjoni tat-traffiku); kontribuzzjoni għal mobbiltà kontinwa, multimodali u interkonnessa għall-passiġġieri u l-merkanzija; użu u limitazzjonijiet tal-big data; użu ta’ pożizzjonament/navigazzjoni tas-satellita innovattivi (EGNOS/Galileo);

    Ajru Uniku Ewropew: soluzzjonijiet għal livelli ogħla ta’ awtomatizzazzjoni, konnettività, sikurezza, interoperabbiltà, prestazzjoni, tnaqqis tal-emissjonijiet u servizz;

    Teknoloġiji u operazzjonijiet ferrovjarji għal sistema ferrovjarja ta’ kapaċità għolja, silenzjuża, interoperabbli u awtomatizzata;

    Sistemi u servizzi ta’ mobbiltà konnessi, kooperattivi u awtomatizzati, inkluż soluzzjonijiet teknoloġiċi u kwistjonijiet mhux teknoloġiċi.

    4.2.9.Ħażna tal-Enerġija

    Soluzzjonijiet ta’ ħażna massiva, konċentrata u deċentralizzata (li jinkludu kimika, elettrokimika, elettrika, mekkanika u termali) għas-sistema tal-enerġija se jżidu l-effiċjenza, il-flessibbiltà, l-indipendenza teknoloġika u l-aċċessibbiltà, kif ukoll is-sigurtà tal-provvista. It-trasport b’emissjonijiet baxxi u dekarbonizzat se jkun jirrikjedi sehem li qed jikber ta’ vetturi elettriċi u/jew li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, b’batteriji bi prestazzjoni aħjar u orħos li jkunu riċiklabbli u li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, kif ukoll provvista lokali ta’ fjuwils sintetiċi/rinnovabbli bħall-idroġenu u soluzzjonijiet innovattivi għall-ħażna fis-sit.

    Linji Mifruxa

    Teknoloġiji inkluż fjuwils likwidi u gassużi rinnovabbli u l-ktajjen ta’ valur assoċjati magħhom, għall-ħtiġijiet ta’ ħażna tal-enerġija minn kuljum sa staġjonali;

    Batteriji u l-katina tal-valur tal-UE, inkluż id-disinn, it-teknoliġiji tal-produzzjoni fuq skala kbira taċ-ċelluli tal-batteriji, il-metodi tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

    Idroġenu b’emissjonijiet baxxi jew żero tal-karbonju inkluż ċelluli tal-fjuwil, u l-katina tal-valur tal-UE mid-disinn sal-użu aħħari f’diversi applikazzjonijiet.



    5.RAGGRUPPAMENT “IKEL U RIŻORSI NATURALI”

    5.1.Raġunament

    L-attivitajiet tal-bniedem qed jagħmlu pressjonijiet dejjem akbar fuq il-ħamrija, l-ibħra u l-oċeani, l-ilma, l-arja, il-bijodiversità u riżorsi naturali oħrajn. In-nutriment tal-popolazzjoni li dejjem qed tikber tal-pjaneta huwa direttament dipendenti fuq is-saħħa tas-sistemi u r-riżorsi naturali. Madankollu, ikkombinata mat-tibdil fil-klima, id-domanda dejjem ikbar tal-bniedem għar-riżorsi naturali toħloq pressjonijiet ambjentali li jmorru lil hinn sew minn livelli sostenibbli, li jaffettwaw l-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi għall-benesseri tal-bniedem. Il-kunċetti tal-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu jipprovdu opportunità sabiex jinħoloq bilanċ bejn l-għanijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi u sabiex l-attivitajiet tal-bniedem jaqbdu l-mogħdija li twassal għas-sostenibbiltà.

    L-ilħuq tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, il-garanzija tal-produzzjoni u l-konsum ta’ ikel sikur u san, il-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fl-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija, l-iżgurar ta’ aċċess għal ilma, ħamrija u arja nodfa għal kulħadd, it-tindif tal-ibħra u l-oċeani, il-preservazzjoni u r-restawr tas-sistemi naturali vitali tal-pjaneta u l-ambjent jirrikjedu li aħna nisfruttaw il-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni. Iżda l-mogħdiji għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u l-modi biex jiġu ssuperati l-ostakli reżiljenti bilkemm huma mifmhuma. It-tranżizzjoni lejn il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u r-restawr tas-saħħa planetarja jirrikjedu investiment f’teknoloġiji, mudelli ġodda ta’ negozju, u innovazzjoni soċjali u ambjentali. Dan joħloq opportunitajiet ġodda għal ekonomija Ewropea sostenibbli, reżiljenti, innovattiva u responsabbli, jagħti spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-produttività u l-kompetittività, u jiġġenera l-impjiegi u t-tkabbir.

    L-attivitajiet se jibnu bażi tal-għarfien u jwasslu soluzzjonijiet sabiex: iġestixxu u jużaw b’mod sostenibbli r-riżorsi naturali mill-art u l-baħar - u jiġi mtejjeb ir-rwol ta’ sistemi terrestri u akkwatiċi bħala bjar tal-karbonju; tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, u jiġu provduti dieti sikuri, sani u nutrittivi; tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni minn ekonomija lineari bbażata fuq il-fjuwils fossili għal ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, reżiljenti, ta’ emissjonijiet baxxi, u b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u li tappoġġa l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli bbażata fuq prodotti bijoloġiċi u l-ekonomija blu; u jiġu żviluppati żoni rurali, kostali u urbani reżiljenti u vibranti.

    Dawn se jgħinu fiż-żamma u t-titjib tal-provvista tal-bijodiversità u jiżguraw il-provvista fit-tul tas-servizzi tal-ekosistemi, l-adattament għall-klima u s-sekwestru tal-karbonju (kemm mill-art kif ukoll mill-baħar). Dawn se jgħinu jnaqqsu l-gassijiet serra (GHG) u emissjonijiet oħrajn, l-iskart u t-tniġġis mill-produzzjoni primarja (kemm terrestri kif ukoll akkwatika), l-ipproċessar, il-konsum u attivitajiet oħrajn tal-bniedem. Dawn se jiskattaw investimenti, li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu, filwaqt li jipproteġu s-saħħa u l-integrità ambjentali.

    Dawn se jrawmu wkoll approċċi ta’ parteċipazzjoni lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż approċċ li jinvolvi diversi atturi u jiżviluppaw sistemi tal-għarfien u l-innovazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. L-innovazzjoni soċjali bl-involviment taċ-ċittadini u l-fiduċja fl-innovazzjoni se tkun kruċjali sabiex jitħeġġu tendenzi ġodda ta’ governanza, produzzjoni u konsum.

    Minħabba li dawn l-isfidi huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura tagħhom, l-attivitajiet se jsegwu approċċ sistemiku, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab internazzjonali, ma’ sorsi ta’ finanzjament oħrajn u ma’ inizjattivi ta’ politika oħrajn. Dan se jinvolvi l-isfruttament immexxi mill-utenti ta’ sorsi ta’ big data ambjentali, bħal dawk minn Copernicus, EGNOS/Galileo, INSPIRE, EOSC, GEOSS, CEOS, EMODnet.

    L-attivitajiet tar-riċerka u innovazzjoni skont dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’: il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-leġiżlazzjoni dwar il-Liġi tal-Ikel, il-politika Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Bijoekonomija tal-UE, u l-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll id-dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.

    L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 2 – Daqshekk tal-Ġuħ; SDG 6 – Ilma Nadif u Sanità; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 12 – Konsum Responsabbli u Produzzjoni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika; SDG 14 – Il-Ħajja Taħt l-Ilma; SDG 15 – Il-Ħajja fuq l-Art.

    5.2.Oqsma ta’ intervent

    5.2.1.Osservazzjoni Ambjentali

    Il-kapaċità li tosserva l-ambjent hija l-bażi tar-riċerka u l-innovazzjoni 8 għall-użu sostenibbli u l-monitoraġġ tal-ikel u r-riżorsi naturali. Il-kopertura spazjotemporali mtejba u intervalli ta’ teħid tal-kampjuni b’kost ridott, kif ukoll l-aċċess għal big data u l-integrazzjoni minn sorsi multipli jipprovdu modi ġodda ta’ monitoraġġ, fehim u tbassir tas-sistema tad-Dinja. Hemm ħtieġa ta’ implimentazzjoni, sfruttament u aġġornament usa’ ta’ teknoloġiji ġodda u riċerka u innovazzjoni kontinwi sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fl-Osservazzjoni tad-Dinja (EO) fuq l-art u l-baħar u fl-atmosfera, b’kollaborazzjoni b’mod partikolari permezz tas-Sistema ta’ Sistemi ta’ Osservazzjoni tad-Dinja Globali (GEOSS) u l-komponent Ewropew tagħha EuroGEOSS .

    Linji Mifruxa

    L-approċċi xprunati mill-utenti u dawk sistemiċi jinkludu minn data miftuħa sa data ambjentali, u informazzjoni għall-immudellar kumpless u s-sistemi ta’ tbassir;

    Estensjoni tal-portafoll ta’ servizzi u prodotti ta’ Copernicus;

    L-istatus tal-bijodiversità, il-protezzjoni tal-ekosistemi, il-mitigazzjoni u l-adattament għall-klima, is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura u l-forestrija, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, l-iżvilupp urban u periurban, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-isfruttament u l-konservazzjoni tal-oċeani, is-sigurtà marittima u dominji rilevanti oħrajn;

    L-applikazzjonijiet orjentati lejn l-utent jinkludu l-espansjoni tagħhom, sabiex jikkontribwixxu għall-ġestjoni tas-servizzi Ewropej tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi u l-katina ta’ valur marbuta tagħhom.

    5.2.2.Bijodiversità u Kapital Naturali

    Huwa meħtieġ fehim imtejjeb tal-bijodiversità u l-ekosistemi, is-servizzi multipli li jipprovdu u l-‘konfini’ planetarji, kif ukoll soluzzjonijiet li jisfruttaw is-setgħa u l-kumplessità tan-natura, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà u sabiex jintlaħaq l-għan tal-UE “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” sal-2050 kif inhu stipulat fis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE. Trid tingħata l-konsiderazzjoni dovuta tul il-ktajjen ta’ valur kollha tal-impatti potenzjali upstream. Il-kooperazzjoni internazzjonali u l-kontribuzzjoni lejn sforzi u inizjattivi internazzjonali, bħall-Pjattaforma Intergovernattiva tax-Xjenza Politika għal Servizzi tal-Bijodiversità u l-Ekosistemi, huma essenzjali għall-kisba tal-għanijiet f’dan il-qasam. Hemm il-ħtieġa li nifmhu aħjar il-governanza tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà fis-sistema ekonomika, soċjali u naturali, mil-livell lokali sa dak globali.

    Linji Mifruxa

    L-istat u l-valur tal-bijodiversità, l-ekosistemi terrestri u marini, il-kapital naturali u s-servizzi tal-ekosistemi;

    Approċċi olistiċi u sistemiċi fi ħdan qafas soċjoekoloġiku għar-rabtiet bejn il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-servizzi tal-ekosistemi u r-relazzjonijiet ta’ kawżalità tagħhom mal-ixprunaturi tal-bidla, fi skali u attivitajiet ekonomiċi differenti, inkluż il-governanza tal-proċessi tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà;

    L-immudellar tat-tendenzi u x-xenarji integrati għall-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistemi u l-kwalità ta’ ħajja tajba fi skali u orizzonti differenti; il-kontribuzzjoni potenzjali ta’ bijotopi u ekosistemi bħala bjar tal-karbonju f’diversi xenarji ta’ tibdil fil-klima;

    L-ekotossikoloġija ta’ komposti u sustanzi niġġiesa ġodda, l-interazzjonijiet u l-imġiba ambjentali tagħhom u ċ-ċrieki bijokimiċi mibdulin b’riżultat tat-tibdil fil-klima;

    L-integrazzjoni tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi f’oqfsa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u sistemi kontabbilistiċi tal-gvernijiet u n-negozji, kif ukoll il-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji tagħhom;

    Soluzzjonijiet adattabbli u multifunzjonali bbażati fin-natura, li jindirizzaw l-isfidi fil-bliet u fiż-żoni rurali u kostali marbutin mat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali, it-telf tal-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistemi, it-tniġġis, u s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini;

    Approċċi ta’ laboratorju ħaj b’diversi atturi li jinvolvu lill-awtoritajiet, lill-partijiet ikkonċernati u lis-soċjetà ċivili fil-kodisinn u l-koħolqien ta’ soluzzjonijiet sistemiċi għall-preservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-kapital naturali, il-governanza tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u l-opzjonijiet ta’ ġestjoni sostenibbli f’attivitajiet ekonomiċi fiċ-ċrieki tal-valur sħiħ.

    5.2.3.Agrikoltura, Forestrija u Żoni Rurali

    Sistemi ta’ biedja u forestrija reżiljenti u sostenibbli jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali f’kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja. Flimkien mal-kontribut lejn is-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, dawn jikkontribwixxu fi ktajjen ta’ valur dinamiċi, iġestixxu l-art u r-riżorsi naturali, u jwasslu wkoll firxa ta’ oġġetti pubbliċi vitali inkluż is-sekwestru tal-karbonju, il-presernvazzjoni tal-bijodiversità, id-dakkir u s-saħħa pubblika. L-approċċi integrati huma meħtieġa għall-promozzjoni tal-funzjonijiet multipli tal-(eko)sistemi agrikoli u tal-foresti, b’konsiderazzjoni tal-kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja, b’mod partikolari b’rabta mal-klima u l-ambjent, id-disponibbiltà tar-riżorsi, id-demografija u x-xejriet tal-konsum. Huwa neċessarju wkoll li tiġi indirizzata d-dimensjoni spazjali u soċjoekonomika tal-attivitajiet agrikoli u tal-forestrija u li jiġi mobilizzat il-potenzjal taż-żoni rurali.

    Linji Mifruxa

    Metodi, teknoloġiji u għodod għall-produzzjoni sostenibbli u reżiljenti fil-biedja u l-forestrija;

    Il-ġestjoni sostenibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali (eż. il-ħamrija, l-ilma, in-nutrijenti u l-bijodiversità, inkluż ir-riżorsi ġenetiċi) fl-agrikoltura u l-forestrija; alternattivi għal riżorsi bbażati fuq il-fjuwils fossili u l-adozzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari;

    L-impatt klimatiku u ambjentali tal-attivitajiet fis-settur primarju; il-potenzjal tal-agrikoltura u l-forestrija bħala bjar tal-karbonju u għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, inkluż l-approċċi lejn l-emissjonijiet negattivi;

    Organiżmi ta’ ħsara u mard tal-pjanti u saħħa u benesseri tal-annimali; alternattivi għall-użu ta’ pestiċidi, antibijotiċi u sustanzi oħrajn kontenzjużi;

    Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u t-thedid mill-perikli bijoloġiċi u agrokemikai kif ukoll il-kontaminanti kimiċi li jindirizzaw ir-rabtiet bejn is-saħħa tal-pjanti, l-annimali, l-ekosistemi u s-saħħa pubblika minn perspettivi ta’ Saħħa Waħda u Saħħa-Globali;

    Użu u twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fis-sistemi tal-agrikoltura u l-forestrija li japplikaw approċċi ekoloġiċi u jittestjaw soluzzjonijiet ibbażati fin-natura mil-livelli tar-razzett sal-pajsaġġ għal agrikoltura favur l-ambjent;

    Sistemi agrikoli u ta’ forestrija minn livelli tar-razzett sal-pajsaġġ; l-użu u t-twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fil-produzzjoni primarja;

    Innovazzjonijiet fil-biedja fl-interfaċċi bejn l-agrikoltura, l-akkwakultura u l-forestrija u fiż-żoni urbani;

    L-użu tal-art, l-iżvilupp rurali u r-rabtiet territorjali; kapitalizzazzjoni fuq l-assi soċjali, kulturali, ekonomiċi u ambjentali taż-żoni rurali għal servizzi ġodda, mudelli tan-negozju, ktajjen tal-valur u oġġetti pubbliċi;

    Innovazzjonijiet diġitali fil-biedja u l-forestrija tul il-ktajjen tal-valur u ż-żoni rurali permezz tal-użu tad-data u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi, teknoloġiji u mudelli ta’ governanza;

    Għarfien agrikolu u sistemi ta’ innovazzjoni u l-interkonnessjoni tagħhom fid-diversi skali; konsulenza, bini tal-ħiliet u kondiviżjoni tal-informazzjoni.

    5.2.4.Ibħra u Oċeani

    Il-kapital naturali tal-ibħra u l-oċeani u s-servizzi tal-ekosistemi joffru benefiċċji soċjoekonomiċi u ta’ benesseri sinifikanti. Dan il-potenzjal jinsab mhedded minħabba l-pressjoni kbira mill-fatturi ta’ stress umani u naturali bħat-tniġġis, is-sajd eċċessiv, it-tibdil fil-klima, iż-żieda fil-livell tal-baħar u avvenimenti estremi tat-temp. Sabiex l-ibħra u l-oċeani ma jaslux f’punt fejn ikun tard wisq, huwa neċessarju li nsaħħu l-għarfien u l-fehim tagħna sabiex inġestixxu, nipproteġu u nirrestawraw b’mod sostenibbli l-ekosistemi marini u kostali u niġġieldu kontra t-tniġġis fil-baħar, f’kuntest ta’ qafas ta’ governanza tal-oċeani imtejjeb u responsabbli. Dan se jinkludi wkoll riċerka sabiex jinfetaħ b’mod sostenibbli l-potenzjal ekonomiku enormi u mhux sfruttat tal-ibħra u l-oċeani li jimmira lejn il-produzzjoni ta’ iktar ikel mingħajr żieda fil-pressjonijiet fuqhom, u jikkontribwixxi wkoll għall-elevar tal-pressjoni minn fuq ir-riżorsi tal-art, l-ilma ħelu u l-oċeani. Hemm ħtieġa ta’ approċċi ta’ sħubija, inkluż strateġiji tal-baċir tal-baħar u makroreġjonali, li jestendu lil hinn mill-UE (eż. fil-Mediterran, il-Baltiku, il-Baħar l-Iswed, l-Atlantiku, il-Baħar Karibew u l-Oċean Indjan); u għall-kontribuzzjoni għall-impenji tal-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani, inizjattivi bħad-Deċenju tal-Nazzjonijiet Uniti għax-Xjenza Miftuħa għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-impenji marbuta mal-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika tal-baħar f’żoni li huma lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali.

    Linji Mifruxa

    Il-biedja sostenibbli fl-ibħra u l-oċeani, is-sajd u l-marikultura għall-ikel, inklużi sorsi alternattivi ta’ proteini b’sigurtà alimentari, sovranità tal-ikel u reżiljenza għall-klima ikbar;

    Ir-reżiljenza msaħħa tal-ekosistemi marini sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-ibħra u tal-oċeani, il-ġlieda u l-mitigazzjoni tal-effetti ta’ pressjonijiet naturali u tal-bniedem bħat-tniġġis u l-plastiks, l-ewtrofikazzjoni, l-aċidifikazzjoni, it-tisħin tal-ibħra u l-oċeani, iż-żieda fil-livell tal-baħar, b’kunsiderazzjoni tal-intersezzjoni bejn l-art u l-baħar u permezz ta’ trawwim ta’ approċċ ċirkolari;

    Il-governanza tal-oċeani fil-livelli globali u reġjonali sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani;

    Teknoloġiji għall-oċean diġitali (qiegħ il-baħar, kolonna tal-ilma u wiċċ tal-ilma) li jgħaqqdu s-servizzi u l-komunitajiet f’attivitajiet ibbażati fuq l-art, il-klima, l-ispazju u marbuta mat-temp, u promossi permezz tal-Blue Cloud bħala parti mill-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa;

    Il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ previżjoni/tbassir inkluż iż-żieda fil-livell tal-baħar u perikli naturali oħrajn, eż. għargħar minħabba l-maltempati u tsunami;

    Ktajjen tal-valur blu, l-użu multiplu tal-ispazju marin u t-tkabbir tas-settur tal-enerġija rinnovabbli mill-ibħra u l-oċeani, inkluż mikroalga u makroalga sostenibbli;

    Soluzzjonijiet b’bażi fin-natura bbażati fuq id-dinamika tal-ekosistemi marini u kostali, is-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi multipli, li se jiffaċilitaw approċċ sistemiċi lejn l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani, jikkontribwixxu għall-protezzjoni ambjentali, il-ġestjoni kostali, u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

    L-innovazzjoni blu li tinkludi l-ekonomiji blu u diġitali, fiż-żoni ta’ mal-kosta kollha, il-bliet kostali u l-portijiet sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żoni kostali u jiżdiedu l-benefiċċji taċ-ċittadini.

    Fehim aħjar tar-rwol tal-oċeani għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

    5.2.5.Sistemi Alimentari

    L-effetti kkombinati taż-żieda fil-popolazzjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi u l-isfruttament mhux sostenibbli, id-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni joħolqu sfidi bla preċedent li jirrikjedu t-trasformazzjoni tas-sistema alimentari (FOOD 2030). 9 Il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel attwali fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex sostenibbli, filwaqt li qed naffaċċaw il-piż doppju tal-malnutrizzjoni, ikkaratterizzat mill-koeżistenza tan-nuqqas ta’ nutrizzjoni u l-obeżità. Is-sistemi alimentari futuri jridu jipprovdu ikel sikur, san u ta’ kwalità suffiċjenti għal kulħadd, u li jkunu msejsin fuq l-użu effiċjenti tar-riżorsi, is-sostenibbiltà (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet GHG, it-tniġġis u l-produzzjoni tal-iskart), il-konnessjoni bejn l-art u l-baħar, inqas ħela ta’ ikel, it-titjib tal-produzzjoni tal-ikel mill-ibħra u l-oċeani u li jinkludi l-“katina tal-valur alimentari” kollha mill-produtturi sal-konsumaturi, u lura. Dan irid jimxi id f’id mal-iżvilupp tas-sistema tas-sikurezza alimentari tal-futur u d-disinn, l-iżvilupp u t-twassil tal-għodod, it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet diġitali li jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi u jtejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-katina tal-valur alimentari. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jitrawwmu bidliet fl-imġiba fil-konsum tal-ikel u fit-tendenzi tal-produzzjoni kif ukoll biex jiġu involuti l-produtturi primarji, l-industrija (inkluż SMEs), il-bejjiegħa bl-imnut, is-setturi tas-servizzi alimentari, il-konsumaturi u s-servizzi pubbliċi. Linji Mifruxa

    Dieti sostenibbli u sani għall-benesseri tal-persuni tul il-ħajja tagħhom;

    Nutrizzjoni personalizzata speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, sabiex jiġu mitigati l-fatturi ta’ riskju għal mard marbut mad-dieta u l-mard mhux komunikabbli;

    L-imġiba, l-istil ta’ ħajja u l-motivazzjonijiet tal-konsumaturi, il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali u l-involviment tas-soċjetà għal saħħa u sostenibbiltà ambjentali aħjar tul il-katina tal-valur alimentari kollha; 

    Is-sikurezza alimentari moderna u s-sistemi ta’ awtentiċità, it-titjib tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema alimentari;

    Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fuq is-sistema alimentari u l-adattament għal dan il-fenomenu, inkluż l-esplorazzjoni tal-potenzjal u l-użu tal-microbijoma, għalla minsija, u proteini alternattivi;

    Sistemi alimentari ambjentalment sostenibbli, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi mill-baħar u l-art, lejn it-tmiem tal-ħela tal-ikel tul is-sistema alimentari kollha, permezz ta’ użu mill-ġdid tal-ikel u l-bijomassa, ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-ikel, imballaġġ ġdid tal-ikel, id-domanda għal ikel maħsub apposta u ikel lokali;

    Sistemi ta’ innovazzjoni u alimentari għall-innovazzjoni bbażata fuq il-post u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet, it-trawwim ta’ kummerċ u prezzar ġusti, l-inklużività u s-sostenibbiltà permezz ta’ sħubiji bejn l-industrija, l-awtoritajiet lokali, ir-riċerkaturi u s-soċjetà.

    5.2.6.Sistemi ta’ Innovazzjoni b’bażi bijoloġika

    L-innovazzjoni b’bażi bijoloġika tħejji l-pedament għat-tranżizzjoni lil hinn minn ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili billi tinkludi sorsi sostenibbli, l-ipproċessar industrijali u l-konverżjoni tal-bijomassa mill-baħar u l-art f’materjali u prodotti b’bażi bijoloġika. Din tikkapitalizza wkoll fuq il-potenzjal tar-riżorsi ħajjin, ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija industrijali għal skoperti, prodotti u proċessi ġodda. L-innovazzjoni b’bażi bijoloġika, inkluż it-teknoloġiji, tista’ ġġib attivitajiet ekonomiċi ġodda u impjiegi fir-reġjuni u l-bliet, tikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji rurali u kostali u ssaħħaħ iċ-ċirkolarità tal-bijoekonomija.

    Linji Mifruxa

    L-issorsjar tal-bijomassa u sistemi tal-produzzjoni sostenibbli, li jiffukaw fuq applikazzjonijiet u użi ta’ valur għoli, sostenibbiltà soċjali u ambjentali, l-impatt fuq il-miri ta’ tnaqqis klimatiċi u tal-bijodiversità effiċjenza fl-użu tar-riżorsi b’mod ġenerali;

    Ix-xjenzi tal-ħajja u l-konverġenza tagħhom mat-teknoloġiji diġitali għall-prospettar, il-fehim u l-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi;

    Ktajjen tal-valur b’bażi bijoloġika, materjali, inkluż materjali, prodotti u proċessi bijoinspirati li għandhom kwalitajiet, funzjonalitajiet u sostenibbiltà mtejba ġodda (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra), li jrawmu l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji avvanzati li jużaw firxa usa’ ta’ bijomassa;

    Il-bijoteknoloġija, inkluż bijoteknoloġija transsettorjali mill-aktar avvanzata, għall-applikazzjoni fi proċessi industrijali, servizzi ambjentali u prodotti għall-konsumaturi kompetittivi, sostenibbli u ġodda 10 ;

    Iċ-ċirkolarità tal-ekonomija b’bażi bijoloġika permezz tal-innovazzjoni teknoloġija, sistemika, soċjali u tal-mudell tan-negozju sabiex jiżdied b’mod radikali l-valur iġġenerat għal kull unità ta’ riżorsi bijoloġiċi, filwaqt li l-valur ta’ tali riżorsi jinżamm fl-ekonomija għal aktar żmien u jiġi appoġġat il-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa sostenibbli permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni;

    Xejriet ta’ bijoekonomija inklużivi b’atturi differenti li jipparteċipaw fil-ħolqien tal-valur, filwaqt li jiġi mmassimizzat l-impatt tas-soċjetà.

    Iktar fehim tal-konfini tal-ekonomija b’bażi bijoloġika u s-sinerġiji tagħha u l-kompromessi ma’ ambjent san.

    5.2.7.Sistemi Ċirkolari

    Is-sistemi tal-produzzjoni u l-konsum ċirkolari se jipprovdu benefiċċji għall-ekonomija Ewropea billi jnaqqsu d-dipendenza fuq ir-riżorsi u jżidu l-kompetittività tal-intrapriżi, u għaċ-ċittadini Ewropej billi joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u jnaqqsu l-pressjonijiet minn fuq l-ambjent u l-klima. Lil hinn mit-trasformazzjoni industrijali, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u ċirkolari, se tkun teħtieġ ukoll tranżizzjoni tas-sistema usa’ li tirrikjedi soluzzjonijiet ekoinnovattivi sistemiċi, mudelli tan-negozju, swieq u investimenti ġodda, infrastruttura ta’ ffaċilitar, bidliet ta’ innovazzjoni soċjali fl-imġiba tal-konsumaturi, u mudelli ta’ governanza li jistimolaw il-kollaborazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li l-bidla fis-sistema maħsuba twassal għal eżiti ekonomiċi, ambjentali u soċjali aħjar 11 . Il-ftuħ ta’ kooperazzjoni internazzjonali se jkun importanti għall-komparabbiltà, il-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-evita tad-dupplikazzjoni tal-isforzi, eż. permezz ta’ inizjattivi internazzjonali bħall-Panel Internazzjonali tar-Riżorsi.

    Linji Mifruxa

    It-tranżizzjoni sistemika lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari, b’paradigmi ġodda fl-interazzjoni tal-konsumaturi, mudelli ta’ negozju ġodda għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u prestazzjoni ambjentali; prodotti u servizzi li jistimolaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu; sistemi għall-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-ikkompostjar;

    Metriċi u indikaturi għall-kejl tal-ekonomija ċirkolari u l-prestazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja; sistemi ta’ governanza li jaċċelleraw l-espansjoni tal-ekonomija ċirkolari u l-effiċjenza fir-riżorsi filwaqt li joħolqu s-swieq għall-materjali sekondarji; kollaborazzjoni ta’ diversi partijiet ikkonċernati u tal-katina ta’ oqsma tal-valur differenti; strumenti għall-investiment fl-ekonomija ċirkolari;

    Soluzzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli u reġenerattiv tal-bliet, taż-żoni u r-reġjuni periurbani, l-integrazzjoni tat-trasformazzjoni tal-ekonomija ċirkolari ma’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u innovazzjonijiet ta’ governanza teknoloġika, diġitali, soċjali, kulturali u territorjali;

    Ekoinnovazzjoni għall-prevenzjoni u rimedju tat-tniġġis ambjentali minn sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi ta’ tħassib emerġenti; eżaminazzjoni wkoll tal-interfaċċa bejn is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart;

    L-użu ċirkolari tar-riżorsi tal-ilma, inkluż it-tnaqqis fid-domanda tal-ilma, il-prevenzjoni tat-telf tal-ilma, l-użu mill-ġdid tal-ilma, ir-riċiklaġġ u l-valorizzazzjoni tal-ilma mormi u mudelli ta’ governanza għall-allokazzjoni intelliġenti tal-ilma, filwaqt li jiġu indirizzati s-sorsi tat-tniġġis u indirizzati pressjonijiet oħrajn fuq ir-riżorsi tal-ilma.



    6.AZZJONIJIET DIRETTI MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA

    6.1.Raġunament

    L-evidenza ta’ kwalità għolja u li tista’ tiġi fdata hija essenzjali għal politiki pubbliċi tajbin. Inizjattivi u proposti ġodda għal-leġiżlazzjoni tal-UE jridu evidenza trasparenti, komprensiva u bilanċjata, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-politiki trid evidenza sabiex jiġu mkejla u mmonitorjati l-impatt u l-progress tagħhom.

    Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jżid il-valur tal-politiki tal-UE għaliex ix-xjenza tiegħu hija eċċellenti, multidixxiplinari u indipendenti minn interessi nazzjonali privati u interessi esterni oħrajn. Billi jaqdi l-oqsma kollha tal-politika tal-UE, jipprovdi appoġġ transsettorjali li dawk li jfasslu l-politika jeħtieġu sabiex jindirizzaw sfidi tas-soċjetà li dejjem qed isiru aktar kumplessi. L-indipendenza tal-JRC minn interessi speċjali kkombinata mar-rwol ta’ referenza xjentifika-teknika tiegħu jippermettulu li jiffaċilita l-bini ta’ kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati u dawk li jfasslu l-politika u biex jgħin itaffi sitwazzjonijiet sensittivi. Permezz tal-kapaċità tiegħu li jwieġeb malajr għall-ħtiġijiet ta’ politika, l-attivitajiet tal-JRC huma komplimentarji ma’ azzjonijiet indiretti li jimmiraw li jappoġġaw l-għanijiet ta’ politika aktar fit-tul.

    Il-JRC iwettaq ir-riċerka tiegħu stess u huwa maniġer strateġiku tal-għarfien, l-informazzjoni, id-data u l-kompetenzi sabiex iwassal evidenza ta’ kwalità għolja u rilevanti għal politiki aktar intelliġenti. Sabiex jikseb dan, il-JRC jaħdem flimkien mal-aqwa organizzazzjonijiet fid-dinja u ma’ partijiet ikkonċernati internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Ir-riċerka tiegħu tikkontribwixxi għall-għanijiet u l-prijoritajiet ġenerali ta’ Orizzont Ewropa u hija ffukata fuq il-prijoritajiet ta’ politika Ewropej, filwaqt li tappoġġa Ewropa li toffri sigurtà u sikurezza, prosperuża u sostenibbli, li hija soċjali u aktar b’saħħitha fix-xena globali.

    6.2.Oqsma ta’ intervent

    6.2.1.Tisħiħ tal-bażi ta’ għarfien għat-tfassil tal-politika

    L-għarfien u d-data qed jikbru b’mod esponenzjali. Sabiex dawk li jfasslu l-politika jifhmu u jużaw din id-data, għandha tiġi riveduta u ffiltrata. Hemm ukoll il-ħtieġa għal metodi xjentifiċi trasversali u għodod analitiċi sabiex jintużaw mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni, speċjalment biex jiġu antiċipati sfidi tas-soċjetà ġodda u tiġi appoġġata regolamentazzjoni aħjar. Dan jinkludi proċessi innovattivi sabiex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini fi kwistjonijiet ta’ tfassil ta’ politika.

    Linji Mifruxa

    L-immudellar, l-evalwazzjoni mikroekonomika, il-metodoloġiji ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-għodda ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-kejl, id-disinn ta’ skemi ta’ monitoraġġ, indikaturi u tabelli ta’ valutazzjoni, l-analiżi u l-awditjar ta’ sensittività, il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-estrazzjoni tad-data u t-test, l-analitika u l-applikazzjonijiet tal-(big) data, il-ħsieb wara l-proġett, l-iskennjar tal-orizzont, l-istudji ta’ antiċipazzjoni u tbassir, ir-riċerka dwar l-imġiba, u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini;

    Ċentri tal-għarfien u l-kompetenza;

    Komunitajiet ta’ pjattaformi ta’ kondiviżjoni tal-prattiki u l-għarfien;

    Ġestjoni tad-data, kondiviżjoni tad-data u koerenza.

    6.2.2.Sfidi Globali

    Il-JRC se jikkontribwixxi għall-politiki u l-impenji speċifiċi tal-UE li huma indirizzati mill-ħames raggruppamenti tal-Isfidi Globali, b’mod partikolari l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

    Linji Mifruxa

    1. Saħħa

    Appoġġ ta’ politika xjentifiku u tekniku għal sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa mtejba, inkluż apparat mediku u valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa, bażijiet tad-data, diġitalizzazzjoni;

    Metodi ta’ valutazzjoni tas-sikurezza għal riskji għas-saħħa u ambjentali potenzjali ppreżentati mis-sustanzi kimiċi u mis-sustanzi niġġiesa;

    Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għal Alternattivi għat-Testijiet fuq l-Annimali;

    Għodod ta’ assigurazzjoni tal-kwalità bħal materjali ta’ referenza ċċertifikati għall-bijomarkaturi tas-saħħa;

    Riċerka dwar kwistjonijiet tas-saħħa u theddid tas-saħħa emerġenti ġodda.

    2. Soċjetà inklużiva u sigura

    Riċerka dwar l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni, il-mobbiltà soċjali, id-diversità kulturali u l-ħiliet; valutazzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjali, demografiċi u teknoloġiċi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;

    Appoġġ għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali;

    Ċentru tal-Għarfien għall-Migrazzjoni u għad-Demografija;

    Ċentru tal-Għarfien għall-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastru;

    Appoġġ għall-politiki ta’ sigurtà fl-oqsma tal-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi u l-ispazji pubbliċi, CBRN-E (materjali Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjuloġiċi, Nukleari u Splussivi) u theddidiet ibridi, il-protezzjoni tal-fruntieri u s-sigurtà tad-dokumenti, u l-informazzjoni u l-intelliġenza għall-ġlieda kontra t-terroriżmu;

    Teknoloġiji għad-detezzjoni ta’ materjali CBRN-E, sistemi bijometriċi u tekniki ta’ ġbir tal-intelliġenza;

    Appoġġ lill-pożizzjoni tas-sigurtà tal-UE fid-dinja; valutazzjoni tal-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni; sfruttament tas-sinerġiji bejn is-sigurtà u d-difiża;

    Riċerka għal kapaċitajiet ta’ ċibersigurtà, ċiberreżiljenza u ċiberdeterrenza rinfurzati.

    3. Diġitali u Industrija

    L-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni, b’fokus fuq teknoloġiji tal-ICT ġodda u emerġenti bħat-tagħlim awtomatiku u l-computing artifiċjali, ir-reġistri distribwiti, l-Internet tal-Oġġetti u Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

    Id-diġitalizzazzjoni f’setturi individwali, bħall-enerġija, it-trasport, il-kostruzzjoni, is-saħħa u l-gvern;

    Il-metroloġija industrijali u għodda ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-manifattura intelliġenti;

    Riċerka dwar in-nanoteknoloġija u Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali oħrajn;

    Riċerka dwar l-aqwa tekniki u prattiki ta’ ġestjoni ambjentali disponibbli, analiżi teknoekonomika u valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proċessi industrijali, il-ġestjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid tal-ilma, il-materja prima, il-materja prima kritika u l-kriterji tal-kwalità għall-materjali rkuprati, li kollha jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari;

    Implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ Copernicus;

    Appoġġ tekniku u xjentifiku għall-applikazzjonijiet tal-Programmi ta’ Sistemi b’Satellita ta’ Navigazzjoni Globali tal-UE.

    4. Klima, Enerġija u Mobbiltà

    Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u strateġiji għad-dekarbonizzazzjoni lejn l-2050; analiżi ta’ pjanijiet nazzjonali integrati dwar il-klima u l-enerġija; valutazzjoni tal-mogħdija tad-dekarbonizzazzjoni fis-setturi kollha, inkluż l-agrikoltura u l-Użu tal-Art u l-Bidla fl-Użu tal-Art u l-Forestrija;

    Valutazzjoni tar-riskji fl-ekosistemi vulnerabbli u setturi ekonomiċi u infrastruttura kritiċi, b’fokus fuq l-istrateġiji ta’ adattament;

    Analiżi tad-dimensjoni tar-R&I tal-Unjoni tal-Enerġija; valutazzjoni tal-kompetittività tal-UE fis-suq tal-enerġija nadifa globali;

    Valutazzjoni tal-varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ta’ produzzjoni tal-enerġija nadifa;

    Analiżi tal-użu tal-enerġija tal-bini, ta’ bliet intelliġenti u sostenibbli u tal-industriji;

    Analiżi teknika u soċjoekonomika tal-ħażna tal-enerġija, partikolarment tal-akkoppjament tas-setturi u l-batteriji;

    Analiżi tal-sigurtà tal-enerġija tal-provvista tal-UE, inkluż l-infrastruttura tal-enerġija u s-swieq tal-enerġija;

    Appoġġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż il-Patt tas-Sindki, enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE, ir-reġjuni sensittivi u l-Afrika;

    Analiżi integrata għall-varar tal-Mobbiltà Kooperattiva, Konnessa u Awtomatizzata;

    Analiżi integrata għall-iżvilupp u l-varar tal-ġenerazzjoni li jmiss tat-teknoloġiji tal-batteriji;

    Proċeduri ta’ testijiet armonizzati u sorveljanza tas-suq għall-emissjonijiet tas-CO2 u s-sustanzi niġġiesa tal-ajru mill-vetturi, valutazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi;

    Valutazzjoni tat-trasport intelliġenti, is-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku u l-indikaturi tal-konġestjoni;

    Analiżi ta’ fjuwils alternattivi u ħtiġijiet ta’ infrastruttura relatati.

    5. Ikel u Riżorsi Naturali

    Riċerka dwar l-art, il-ħamrija, il-foresti, l-arja, l-ilma, ir-riżorsi marini, il-materja prima u l-bijodiversità biex tappoġġa l-preservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli effettivi tal-kapital naturali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli fl-Afrika;

    Ċentru tal-Għarfien għas-Sigurtà Nutrizzjonali tal-Ikel Globali;

    Valutazzjoni tat-tibdil fil-klima u miżuri potenzjali ta’ mitigazzjoni u adattament għall-politiki tal-agrikoltura u s-sajd, inkluża s-sigurtà alimentari;

    Monitoraġġ u tbassir ta’ riżorsi agrikoli fil-pajjiżi tal-UE u tal-viċinat;

    Riċerka għal akkwakultura u sajd sostenibbli u li jiffjorixxu ekonomikament, u għat-Tkabbir Blu u l-Ekonomija Blu;

    Metodi vvalidati, testijiet tal-profiċjenza tal-laboratorji u għodod analitiċi ġodda għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sikurezza alimentari;

    Laboratorji ta’ Referenza tal-UE dwar l-Addittivi tal-Ikel, l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament u l-Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel;

    Ċentru tal-Għarfien għall-Frodi u għall-Kwalità Alimentari;

    Ċentru tal-Għarfien għall-Bijoekonomija.

    6.2.3.Innovazzjoni, żvilupp ekonomiku u kompetittività

    Il-JRC se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija. Se jappoġġa l-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Se jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ politiki li jimmiraw lejn Ewropa aktar soċjali u sostenibbli. Se jappoġġa d-dimensjoni esterna tal-UE u l-għanijiet internazzjonali u se jgħin fil-promozzjoni tal-governanza tajba. Suq intern li jiffunzjona tajjeb b’governanza ekonomika b’saħħitha u sistema soċjali ġusta jrawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività.

    Linji Mifruxa

    Analiżi tal-politiki ta’ innovazzjoni;

    Analiżi ekonomika, finanzjarja u fiskali;

    Riċerka prenormattiva u ttestjar għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni;

    Produzzjoni ta’ materjali ta’ referenza ċċertifikati;

    Attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq;

    Ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

    Promozzjoni tal-kooperazzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija.

    6.2.4.    Eċċellenza Xjentifika

    Il-JRC għandu jimmira għall-eċċellenza fir-riċerka u l-kollaborazzjoni estensiva ma’ istituzzjonijiet tal-ogħla livell madwar id-dinja. Se jwettaq riċerka f’oqsma emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija u se jippromwovi x-xjenza miftuħa u d-data miftuħa, kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien.

    Linji Mifruxa

    Programmi għar-riċerka esplorattiva;

    Programmi kollaborattivi u ta’ skambju dedikati ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka u x-xjenzati;

    Aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka tal-JRC;

    Taħriġ ta' xjenzati u esperti nazzjonali;

    Xjenza miftuħa u data miftuħa.

    6.2.5.Żvilupp territorjali u appoġġ għall-Istati Membri u għar-Reġjuni

    Il-JRC se jikkontribwixxi għall-politiki reġjonali u urbani, b’fokus fuq l-iżvilupp territorjali mmexxi mill-innovazzjoni, u bil-ħsieb li jnaqqas id-disparitajiet bejn ir-reġjuni. Se joffri wkoll assistenza teknika lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-azzjonijiet Ewropej.

    Linji Mifruxa

    Implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali u urbani, strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, strateġiji għal trasformazzjoni ekonomika ta’ reġjuni fi tranżizzjoni, strateġiji u data ta’ żvilupp urban integrat;

    Bini tal-kapaċità ta’ atturi lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali;

    Ċentru tal-Għarfien għall-Politiki Territorjali;

    Pariri “fuq domanda” u appoġġ imfassal apposta għall-Istati Membri, għar-reġjuni jew għall-ibliet, inkluż permezz ta’ network virtwali tal-Pjattaformi Science4Policy.



    PILASTRU III

    INNOVAZZJONI MIFTUĦA

    L-innovazzjoni miftuħa hija paradigma vitali sabiex l-UE tkun tista’ tkompli twassal il-prosperità liċ-ċittadini tagħha u tindirizza l-isfidi tal-futur. L-implimentazzjoni tagħha tirrikjedi approċċ sistemiku, trażversali u b’diversi angoli. Il-progress ekonomiku, il-benesseri soċjali u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa jiddependu fuq l-abbiltà tagħha li tagħti spinta lill-produttività u t-tkabbir li, min-naħa tagħhom, jiddependu ħafna fuq l-abbiltà tagħha li tkun innovattiva. L-innovazzjoni hija wkoll ewlenija biex issib soluzzjoni għall-isfidi l-kbar li jinsabu ’l quddiem għall-UE.

    Bħall-predeċessuri tagħha, l-Innovazzjoni tinsab fil-qalba ta’ Orizzont Ewropa. It-tfittxija għal ideat, prodotti u proċessi ġodda qed tixpruna l-għanijiet u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ Orizzont Ewropa, mill-ipprogrammar strateġiku sas-sejħiet, u hija preżenti mill-bidu sal-aħħar ta’ kwalunkwe proġett appoġġat, mir-riċerka bażika sal-pjanijiet direzzjonali u l-missjonijiet industrijali jew teknoloġiċi.

    Iżda, l-innovazzjoni jistħoqqilha miżuri speċifiċi, għaliex l-UE trid b’mod deċiżiv ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-ambjent li fihom l-innovazzjoni Ewropea tista’ tikber, biex b’hekk l-ideat ikunu jistgħu jiġu kondiviżi malajr bejn l-atturi fl-ekosistema tal-innovazzjoni, u ideat u teknoloġiji ġodda jiġu ttrasformati malajr fil-prodotti u s-servizzi li l-UE hija meħtieġa li twassal.

    Id-deċennji riċenti raw l-emerġenza ta’ swieq ġodda maġġuri u globali fid-divertiment, il-midja, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-bejgħ bl-imnut, ibbażati fuq innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-ICT, fil-bijoteknoloġija u fl-ekonomija tal-internet u tal-pjattaforma. Dawn l-innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq, li jħallu impatt fuq l-ekonomija tal-UE b’mod ġenerali, jiġu varati minn kumpaniji li qed jikbru malajr u li spiss jkunu ġodda. Iżda huma biss il-ftit li joriġinaw fl-UE.

    Qed nistennew mewġa globali ġdida ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, waħda li se tkun ibbażata fuq teknoloġiji aktar deep-tech bħall-block-chain, l-intelliġenza artifiċjali, il-ġenomika u r-robotika, u teknoloġiji oħrajn, li wkoll jistgħu jirriżultaw minn innovaturi individwali u komunitajiet ta’ ċittadini. Li għandhom komuni bejniethom huwa l-fatt li qed jissawru fl-intersezzjoni bejn teknoloġiji, setturi tal-industrija u dixxiplini xjentifiċi differenti, li joffru kombinazzjonijiet radikalment ġodda ta’ prodotti, proċessi, servizzi u mudelli tan-negozju u li għandhom il-potenzjal li jiftħu swieq ġodda madwar id-dinja. Se jintlaqtu wkoll setturi addizzjonali bħall-manifattura, is-servizzi finanzjarji, it-trasport jew l-enerġija.

    L-Ewropa għandha taħtaf l-opportunità li se ġġib magħha din il-mewġa. Tinsab f’pożizzjoni ideali hekk kif il-mewġa l-ġdida tolqot l-oqsma ta’ teknoloġija deep-tech, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji quantum, is-sorsi tal-enerġija nadifa, fejn l-Ewropa għandha xi vantaġġi kompetittivi fir-rigward tax-xjenza u l-għarfien, u tista’ tibni fuq kooperazzjoni pubblika-privata mill-qrib (eż. fil-kura tas-saħħa jew l-enerġija).

    Sabiex l-Ewropa tkun tista’ tmexxi din il-mewġa ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja, iridu jiġu indirizzati l-isfidi sottostanti li ġejjin:

    Titjib it-trasformazzjoni tax-xjenza fl-innovazzjoni sabiex jaċċellera t-trasferiment tal-ideat, it-teknoloġiji u t-talent mill-bażi tar-riċerka għal negozji ġodda u l-industrija;

    It-tħaffif tat-trasformazzjoni industrijali: L-industrija Ewropea waqgħet lura fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u fl-espansjoni: 77 % taż-żgħażagħ u kumpaniji kbar tar-R&I jinsabu fl-Istati Uniti jew fl-Asja u 16 % biss huma bbażati fl-Ewropa;

    Żieda fil-finanzjament ta’ riskju sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-finanzjament: L-innovaturi tal-Ewropa għandhom problema ta’ provvista baxxa ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-kapital ta’ riskju huwa kruċjali sabiex innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jinbidlu f’kumpaniji ta’ livell dinji iżda, fl-Ewropa, dan jammonta għal inqas minn kwart tal-ammonti milħuqin fl-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa trid tissupera dan il-“Wied tal-mewt”, fejn l-ideat u l-innovazzjonijiet ma jaslux sas-suq minħabba d-distakk bejn l-appoġġ pubbliku u l-investiment privat, partikolarment fir-rigward ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b’riskju għoli u l-investimenti fit-tul;

    Jittejjeb u jiġi ssemplifikat il-pajsaġġ Ewropew għall-finanzjament u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni: il-ħafna sorsi ta’ finanzjament jipprovdu ambjent kumpless għall-innovaturi. L-intervent tal-UE għandu jikkoopera u jikkoordina ma’ inizjattivi oħrajn fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, pubbliku u privat, sabiex il-kapaċitajiet ta’ appoġġ jittejbu u jkunu allinjati aħjar, u jinħoloq ambjent li jista’ jiġi navigat b’mod faċli għal kwalunkwe innovatur Ewropew;

    Tissopravivi l-frammentazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni. Filwaqt li l-Ewropa qed tospita għadd dejjem qed jikber ta’ hotspots, dawn mhumiex konnessi tajjeb. Kumpaniji b’potenzjal ta’ tkabbir internazzjonali jkollhom jaffaċċaw il-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali bil-lingwi, il-kulturi tan-negozju u r-regolamenti differenti tagħhom.

    Sabiex l-UE tkun tista’ tittratta l-mewġa globali ġdida tal-innovazzjoni rivoluzzjonarji, l-appoġġ tagħha lejn l-innovaturi rivoluzzjonarji jirrikjedi approċċ aġli, sempliċi, bla xkiel u mfassal apposta. Il-politika għall-iżvilupp u l-varar ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u l-espansjoni tal-kumpaniji għandha tkun kuraġġuża fit-teħid tar-riskji u trid tikkunsidra l-isfidi msemmija hawn fuq u żżid il-valur mal-attivitajiet ta’ innovazzjoni relatati implimentati minn kull Stat Membru individwali.

    Il-pilastru ta’ Orizzont Ewropa tal-Innovazzjoni Miftuħa, b’kooperazzjoni ma’ politiki oħrajn tal-UE u b’mod partikolari il-Programm InvestEU, huwa mfassal biex iwassal riżultati tanġibbli bħal dawn. Jibni fuq il-lezzjonijiet mitgħallma u fuq l-esperjneza miksuba skont il-programmi qafas preċedenti, b’mod partikolari minn attivitajiet li jimmiraw teknoloġiji u innovazzjoni futuri (bħal Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) u Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI), SMEs (bħall-Istrument tal-SME), iżda wkoll finanzjament privat u korporattiv (bħal RSFF tal-FP7, InnovFin ta’ Orizzont 2020), ilkoll parti mill-attivitajiet tal-“pilota EIC” varati għall-perjodu 2018-2020.

    Abbażi ta’ dawn l-esperjenzi, dan il-Pilastru jipprevedi t-tnedija ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li se jippromwovi l-innovazzjoni rivoluzzjonarja b’potenzjal ta’ espansjoni rapida fil-livell globali u permezz ta’ azzjonijiet u attivitajiet dedikati:

    L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji futuri u emerġenti;

    It-tneħħija tad-distakk fil-lakuni finanzjarji fl-iżvilupp, il-varar u l-espansjoni ta’ innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq;

    Żieda fl-impatt u l-viżibbiltà tal-appoġġ għall-innovazzjoni tal-UE.

    Filwaqt li l-EIC se jappoġġa b’mod dirett l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, l-ambjent kumplessiv li minnu l-innovazzjonijiet Ewropej jitrawmu u jinbtu jrid ikompli jiġi żviluppat u mtejjeb: irid ikun kompitu komuni Ewropew li tappoġġa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha, fid-dimensjonijiet u l-forom kolla, inkluż permezz ta’ politiki u riżorsi ta’ komplementarjetà tal-UE u nazzjonali, fejn possibbli. Għalhekk, dan il-Pilastru jipprevedi wkoll:

    Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mġedda u rinforzati mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda wkoll mal-inizjattivi privati, sabiex jappoġġaw it-tipi kollha ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropew u l-atturi tagħhom;

    Appoġġ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs).

    Addizzjonalment, bħala sforz kontinwu sabiex jitjiebu l-kapaċitajiet tal-finanzjament ta’ riskju għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u fejn meħtieġ, dan il-pilastru se jikkollega mal-programm InvestEU. Il-Programm InvestEU, billi jibni fuq is-suċċessi u l-esperjenzi miksuba skont InnovFin ta’ Orizzont 2020, kif ukoll skont EFSI, se jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju għal organizzazzjonijiet, innovaturi u imprendituri tar-riċerka bankabbli, b’mod partikolari għall-SMEs il-midcaps żgħar, kif ukoll għall-investituri.



    1.IL-KUNSILL EWROPEW TAL-INNOVAZZJONI (EIC)

    1.1.Oqsma ta’ Intervent

    L-għan tal-EIC huwa li jidentifika, jiżviluppa u jvara innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela (inkluż teknoloġiji), u li jappoġġa l-espansjoni rapida ta’ ditti innovattivi fil-livelli tal-UE u internazzjonali tul il-mogħdija mill-ideat għas-suq.

    L-EIC se jiġi implimentat primarjament permezz ta’ żewġ tipi ta’ azzjoni komplementari, jiġifieri l-Pathfinder għar-Riċerka Avvanzata, għall-istadji bikrija tal-iżvilupp tat-teknoloġija, u l-Aċċelleratur għall-azzjonijiet tal-innovazzjoni u l-varar fis-suq, inkluż l-istadji ta’ qabel il-kommerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpanija. Bl-idea li jiġi offrut one-stop shop uniku u proċess uniku, l-Aċċelleratur ukoll se jagħti finanzjament imħallat, li jikkombina l-għotjiet mal-investimenti tal-ekwità. Addizzjonalment se jippermetti wkoll aċċess għal self skont il-Programm InvestEU.

    Dawn iż-żewġ tipi ta’ azzjonijiet komplimentari se jikkondividu karatteristiċi komuni. Dawn se:

    Jiffokaw fuq l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela, inkluż dawk soċjali, li għandhom il-potenzjal li joħolqu swieq ġodda, b’kuntrarju għal dawk li jagħmlu titjib inkrementali fi prodotti, servizzi jew mudelli tan-negozju eżistenti;

    Ikunu primarjament minn isfel għal fuq, miftuħa għall-innovazzjonijiet mill-oqsma kollha tax-xjenza, it-teknoloġija u l-applikazzjonijiet fi kwalunkwe settur, filwaqt li jippermettu wkoll appoġġ immirat għal teknoloġiji emerġenti li huma rivoluzzjonarji jew fixkiela ta’ sinifikat strateġiku potenzjali;

    Innovazzjonijiet li jkollhom impatt f’oqsma u setturi xjentifiċi, teknoloġiċi (eż. jikkombinaw l-oqsma fiżiċi u diġitali) se jkunu mħeġġa;

    Dawn se jkunu ċċentrati fuq l-innovaturi, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u r-rekwiżiti amministrattivi, jagħmlu użu minn intervisti sabiex jgħinu jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet imħaffef;

    Dawn se jappoġġaw innovazzjonijiet ta’ riskju għoli fejn ir-riskji, sew jekk teknoloġiċi, tas-suq u/jew regolatorji, ma jistgħux jiġġarbu mis-suq waħdu jew jiġu appoġġati esklussivament minn strumenti finanzjarji skont InvestEU.

    Se jiġu ġestiti b’mod proattiv bi stabbiliment ta’ stadji importanti sabiex jitkejjel il-progress u, fejn ikun meħtieġ, il-possibbiltà li l-proġetti jiġu orjentati mill-ġdid.

    Barra mill-appoġġ finanzjarju, l-innovaturi se jkollhom aċċess għal servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju tal-EIC li jipprovdu lill-proġetti b’coaching, mentoraġġ u assistenza teknika, u jlaqqgħu l-innovaturi mal-pari, mas-sħab industrijali u mal-investituri. L-innovaturi se jkollhom ukoll aċċess iffaċilitat għal għarfien espert, faċilitajiet (inkluż hubs tal-innovazzjoni 12 ) u sħab minn attivitajiet appoġġati mill-UE (inkluż dawk tal-EIT, b’mod partikolari permezz tal-KICs tagħha).

    Se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-komplementarjetà preċiża u effiċjenti mal-inizjattivi individwali jew fuq network tal-Istati Membri, inkluż fil-forma ta’ Sħubija Ewropea.

    1.1.1.Il-Pathfinder għar-Riċerka Avvanzata

    Il-Pathfinder se jipprovdi għotjiet għal proġetti b’riskju għoli u b’teknoloġiji mill-aktar avvanzati li jesploraw territorji ġodda li jimmiraw li jiżviluppaw f’teknoloġiji innovattivi potenzjalment radikali tal-futur u opportunitajiet ta’ swieq ġodda. Dan se jibni fuq l-esperjenza mill-iskemi tat-Teknoloġija Futura u Emerġenti (FET) appoġġati skont FP7 u Orizzont 2020, inkluż il-Pad tal-Illanċjar għall-Innovazzjoni fil-FET ta’ Orizzont 2020, kif ukoll il-Fażi 1 tal-Istrument għall-SME ta’ Orizzont 2020.

    L-għan kumplessiv tal-Pathfinder se jkun li jrawwem innovazzjoni potenzjali ta’ ħolqien tas-suq mill-ideat teknoloġiji revoluzzjonarji, u jwassalhom sal-istadju ta’ demostrazzjoni jew żvilupp tal-każijiet tan-negozju jew l-istrateġiji għal utilizzazzjoni ulterjuri mill-Aċċelleratur jew kwalunkwe soluzzjoni ta’ varar oħra tas-suq. Għal dak il-fini, il-Pathfinder inizjalment se jappoġġa l-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, inkluż l-prova tal-kunċett u l-prototipi għall-validazzjoni teknoloġika.

    Il-Pathfinder, sabiex ikun kompletament miftuħ għal esplorazzjonijiet estensivi, opportunitajiet ta’ serendipità u ideat, kunċetti u skoperti mhux mistennija, se jiġi primarjament implimentat permezz ta’ sejħa dejjem miftuħa għal proposti minn isfel għal fuq. Il-Pathfinder se jipprevedi wkoll sfidi kompetittivi sabiex jiżviluppa għanijiet strateġiċi ewlenin 13 li jeħtieġu ħsieb deep-tech u radikali. L-iggruppjar flimkien ta’ proġetti magħżula f’portafolli xprunati minn tema jew għan, se jippermetti l-istabbiliment tal-massa kritika tal-isforzi u l-istrutturar ta’ komunitajiet ġodda multidixxiplinari tar-riċerka.

    Dawn il-portafolli ta’ proġetti magħżula 14 se jkomplu jiġu żviluppati u mtejba, kull wieħed flimkien ma’ viżjoni żviluppata mal-innovaturi tagħhom, iżda wkoll kondiviża mal-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni ġenerali. L-Attivitajiet ta’ Tranżizzjoni tal-Pathfinder se jiġu implimentati biex jgħinu lill-innovaturi jiżviluppaw il-mogħdija għall-iżvilupp kummerċjali, bħall-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u l-istudji tal-fattibbiltà biex jivvalutaw il-każijiet kummerċjali potenzjali, u l-appoġġ għall-ħolqien ta’ spin-offs u ta’ negozji ġodda. Dawn l-attivitajiet ta’ tranżizzjoni tal-Pathfinder jistgħu jikkonsistu wkoll minn għotjiet komplimentari sabiex iżidu ma’ u jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ azzjonijiet preċedenti u dawk għaddejjin, sabiex jinġiebu sħab ġodda, sabiex tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni fil-portafoll u sabiex jiġu żviluppati l-komunitajiet multidixxiplnari tiegħu.

    Il-Pathfinder se jkun miftuħ għal kull tip ta’ innovatur, minn individwi għal universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka u kumpaniji, partikolarment negozji ġodda u SMEs, u minn benefiċjarji uniċi għal konsorzja multidixxiplinari. Fil-każ ta’ proġetti ta’ benefiċjarji uniċi, kumpaniji akbar mhux se jkunu permessi. Il-Pathfinder se jiġi implimentat b’koordinazzjoni mill-qrib ma’ partijiet oħrajn ta’ Orizzont Ewropa, partikolarment mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tal-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). Se jiġi implimentat ukoll b’koordinazzjoni mill-qrib mal-programmi u l-attivitajiet tal-Istati Membri.

    1.1.2.L-Aċċelleratur

    Il-finanzjament privat u korporattiv disponibbli jibqa’ skars bejn l-istadju aħħari tal-attivitajiet tar-riċerka u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni u l-adozzjoni mis-suq ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b’riskju għoli u innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq. Sabiex jiġi ssuperat il-“wied tal-mewt”, partikolarment għal innovazzjonijiet “deep tech” li huma ewlenin għat-tkabbir futur tal-Ewropa, l-appoġġ pubbliku jrid jiżviluppa approċċ radikalment ġdid. Fejn is-suq ma jipprovdix soluzzjonijiet finanzjarji vijabbli, l-appoġġ pubbliku jenħtieġ li jipprevedi mekkaniżmu speċifiku ta’ kondiviżjoni tar-riskji, li jġarrab aktar, jekk mhux kompletament, mir-riskju inizjali tal-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji potenzjali li joħolqu s-swieq sabiex jiġu attirati investituri privati alternattivi fit-tieni stadju, hekk kif l-operazzjonijiet jiżvolġu u r-riskju jonqos.

    Konsegwentement, l-Aċċelleratur se jipprovdi appoġġ finanzjarju lil innovaturi u kumpaniji li s’issa mhumiex “bankabbli” u attraenti għall-investituri, li għandhom l-ambizzjoni li jiżviluppaw u jvaraw fis-swieq tal-UE u dawk internazzjonali l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji tagħhom u li jespandu b’mod rapidu. Għal dak il-fini se jibni fuq l-esperjenza mill-Fażijiet 2 3 tal-Istrument għall-SME ta’ Orizzont 2020 u minn InnovFin ta’ Orizzont 2020, partikolarment permezz taż-żieda ta’ komponenti li mhumiex għotjiet u l-abbiltà li jappoġġa investimenti akbar u aktar fit-tul.

    L-Aċċelleratur se jipprovdi appoġġ f’forma ta’ finanzjament imħallat tal-EIC, li huwa taħlita ta’:

    Għotja jew avvanz rimborsabbli 15 , sabiex jiġu koperti l-attivitajiet ta’ innovazzjoni;

    Appoġġ għal investiment fl-ekwità 16 jew forom oħrajn li jistgħu jerġgħu jitħallsu lura, sabiex jitneħħa d-distakk bejn l-attivitajiet ta’ innovazzjoni u l-varar effettiv fis-suq, inkluż l-espansjoni, b’tali mod li ma jeskludix l-investimenti privati jew ifixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Fejn rilevanti se tiddirezzjona lill-innovatur lejn aċċess għal finanzjament b’dejn (self) fornut permezz tal-programm InvestEU.

    L-appoġġ se jingħata permezz ta’ proċess uniku u b’deċiżjoni unika, li tipprovdi lill-innovatur appoġġat b’impenn globali uniku lejn ir-riżorsi finanzjarji li jkopru diversi stadji tal-innovazzjoni sal-varar fis-suq inkluż l-istadju ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-massa. L-implimentazzjoni sħiħa tal-appoġġ mogħtu se tkun soġġetta għal stadji importanti u reviżjoni. Il-kombinazzjoni u l-volum tal-finanzjament se jiġu adattati għall-ħtiġijiet tad-ditta, id-daqs tagħha u l-istadju, in-natura tat-teknoloġija/tal-innovazzjoni u t-tul taċ-ċiklu tal-innovazzjoni. Se jkopri ħtiġijiet ta’ finanzjament sakemm jiġi sostitwit minn sorsi alternattivi ta’ investiment.

    Għal innovazzjonijiet b’riskji teknoloġiċi għoljin (“deep tech”), l-appoġġ dejjem se jinkludi komponent ta’ għotja li jkopri l-attivitajiet ta’ innovazzjoni. Fejn id-diversi riskji huma mnaqqsin (teknoloġiċi, tas-suq, regolatorji, eċċ.), l-importanza relattiva tal-komponent ta’ avvanz rimborsabbli huwa mistenni li jiżdied.

    Filwaqt li l-UE tista’ ġġarrab waħidha r-riskju inizjali tal-azzjonijiet ta’ innovazzjoni u varar fis-suq magħżulin, l-għan se jkun li jitneħħa r-riskju minn dawn u jiġu stimolati, mill-bidu u matul l-iżvilupp tal-azzjoni, koinvestimenti minn sorsi alternattivi u anke investituri sostituti. Fejn rilevanti, l-istadji importanti se jistabbilixxu l-għanijiet ta’ koinvestiment. La darba jitneħħa r-riskju u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju, se jiġu proposti l-operazzjonijiet għall-appoġġ għas-sħab ta’ implimentazzjoni skont InvestEU.

    L-Aċċelleratur se jopera primarjament permezz ta’ sejħa kontinwament miftuħa u minn isfel għal fuq, jimmira imprendituri individwali (l-aktar negozji ġodda u SMEs) u jagħti attenzjoni partikolari lill-innovaturi żgħażagħ u nisa. Din is-sejħa miftuħa u minn isfel għal fuq se tiġi kkumpimentata minn appoġġ immirat għal teknoloġiji emerġenti li huma rivoluzzjonarji jew fixkiela ta’ sinifikanza starteġika potenzjali. Jistgħu jiġu sottomessi wkoll proposti minn investituri, inkluż aġenziji ta’ innovazzjoni pubblika, iżda l-appoġġ se jingħata lill-kumpanija.

    L-Aċċelleratur se jippermetti l-utilizzazzjoni rapida tal-innovazzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti appoġġati mill-Pathfinder, minn “programmi tar-riċerka avvanzata” simili tal-Istati Membri u minn pilastri oħrajn tal-Programmi Qafas tal-UE 17 , sabiex jappoġġahom biex jaslu fis-suq. Din l-identifikazzjoni tal-proġetti appoġġati f’pilastri oħrajn ta’ Orizzont Ewropa u wkoll fil-Programmi Qafas preċedenti se tkun ibbażata fuq metodoloġiji pertinenti, bħar-Radar tal-Innovazzjoni.

    1.1.3.Attivitajiet addizzjonali tal-EIC

    Addizzjonalment, l-EIC se jimplimenta wkoll:

    Servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozji tal-EIC b’appoġġ għall-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-Pathfinder u l-Aċċelleratur. L-għan se jkun li l-Komunità tal-EIC ta’ innovaturi ffinanzjati, inkluż is-Siġill tal-Eċċellenza, tiġi konnessa, mal-investituri, is-sħab u x-xerrejja pubbliċi. Dan se jipprovdi firxa ta’ servizzi ta’ coaching u ta’ mentoraġġ lill-azzjonijiet tal-EIC. Dan se jipprovdi lill-innovaturi b’aċċess għal networks internazzjonali ta’ sħab potenzjali, inkluż dawk industrijali, sabiex jikkumplimentaw katina tal-valur jew jiġu żviluppati opportunitajiet tas-suq, u jinstabu investituri u sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew korporattiv. L-attivitajiet se jinkludu avvenimenti f’ħin reali (eż. avvenimenti ta’ senserija, sessjonijiet ta’ pitching) iżda anki, l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jaqblu jew l-użu ta’ dawk eżistenti, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji appoġġati minn InvestEU u l-Grupp BEI. Dawn l-attivitajiet se jinkoraġġixxu wkoll l-iskambji bejn il-pari bħala sors ta’ tagħlim f’ekosistema ta’ innovazzjoni, b’użu partikolarment tajjeb tal-Membri tal-Bord ta’ Konsulenza ta’ Livell Għoli tal-EIC u l-Fellows tal-EIC;

    Il-Fellowship tal-EIC se jonora lill-innovaturi li jinsabu fuq quddiem nett fl-UE. Dawn se jingħataw mill-Kummissjoni fuq parir tal-Bord ta’ Konsulenza ta’ Livell Għoli sabiex jiġu rikonoxxuti bħala ambaxxaturi tal-innovazzjoni;

    L-Isfidi tal-EIC, jiġifieri premjijiet ta’ inċentiv, sabiex jgħinu jiżviluppaw soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali, jattiraw atturi ġodda u jiżviluppaw komunitajiet ġodda. Il-premjijiet ta’ rikonoxximent tal-EIC se jinkludu iCapital, il-Premju ta’ Inċentiv tal-Innovazzjoni Soċjali, u l-Premju tal-Innovaturi Nisa 18 . Id-disinn ta’ dawn il-premji se jorbot lill-EIC ma’ partijiet oħrajn tal-Programm Qafas, inkluż missjonijiet u korpi ta’ finanzjament oħrajn. Se jiġu esplorati opportunitajiet għall-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet (bħal intrapriżi, universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka, aċċelleraturi tan-negozju, karitajiet u fondazzjonijiet).

    L-Akkwist Innovattiv tal-EIC, sabiex jagħti l-prototipo, jew jiżviluppa programm tal-ewwel xirja sabiex jiffaċilita l-ittestjar u l-akkwiżizzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi qabel ma jmorru fis-suq mill-entitajiet pubbliċi.

    1.2.Implimentazzjoni

    L-implimentazzjoni tas-sejħiet tal-EIC għall-vara ta’ karatteristiċi ta’ ġestjoni speċifiċi, sabiex jiġi rifless l-approċċ tiegħu ċċentrat fuq l-innovaturi u t-tipi ta’ azzjonijiet.

    1.2.1.Il-Bord tal-EIC

    Il-Bord ta’ Konsulenza ta’ Livell Għoli tal-EIC (il-Bord tal-EIC) se jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-EIC. Barra milli jagħti pariri dwar il-programmi ta’ ħidma tal-EIC, il-Bord tal-EIC se jkollu rwol attiv fl-għoti ta’ pariri dwar il-ġestjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu. Se jkollu funzjoni ta’ komunikazzjoni, fejn il-membri jkollhom rwol ta’ ambaxxaturi sabiex jgħinu fl-istimolazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE. Il-kanali ta’ komunikazzjoni se jinkludu attendenza f’avvenimenti ta’ innovazzjoni ewlenin, il-midja soċjali, il-kostituzzjoni ta’ komunità ta’ innovaturi tal-EIC, interazzjoni mal-midja ewlenija b’fokus fuq l-innovazzjoni, avvenimenti komuni mal-hubs tal-inkubaturi u l-aċċellerazzjoni.

    Il-Bord tal-EIC se jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tax-xejriet fl-innovazzjoni jew inizjattivi meħtieġa sabiex tiġi mtejba u mrawma l-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE, inklużi ostakli regolatorji potenzjali. Il-parir tal-Bord jenħtieġ li jidentifika wkoll oqsma emerġenti ta’ innovazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati fl-attivitajiet tal-pilastru u l-missjonijiet tal-Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali. B’dan il-mod, il-Bord huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-koerenza ġenerali tal-programm Orizzont Ewropa.  

    1.2.2.Maniġers tal-programm tal-EIC

    Il-Kummissjoni se tieħu approċċ proattiv lejn il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ riskji għoljin, permezz tal-aċċess għall-għarfien espert neċessarju.

    Il-Kummissjoni se taħtar fuq bażi temporanja, għadd ta’ maniġers tal-programm tal-EIC sabiex jassisstuha b’viżjoni bbażata fuq it-teknoloġija u gwida operattiva.

    Il-maniġers tal-programmi se joriġinaw minn għadd ta’ sferi, inklużi kumpaniji, universitajiet, laboratorji nazzjonali u ċentri tar-riċerka. Dawn se jikkontribwixxu għarfien espert profond mill-esperjenza personali u snin fil-qasam. Se jkunu mexxejja rikonoxxuti, persuni li jkunu mmaniġjaw timijiet ta’ riċerka multidixxiplinari jew idderiġew programmi istituzzjonali kbar, u jafu l-importanza li l-viżjonijiet tagħhom jiġu kkomunikati bla waqfien, b’mod kreattiv u b’mod mifrux. Finalment, huma se jkunu persuni ta’ esperjenza fis-sorveljanza ta’ baġits importanti, li jirrikjedu sens ta’ responsabbiltà.

    Il-maniġers tal-programm se jkunu mistennija jagħtu spinta lill-impatt tal-finanzjament tal-EIC bit-trawwim ta’ kultura ta’ “ġestjoni attiva”, approċċ prattiku li jinvolvi l-iżvilupp fil-livelli tal-portafoll u tal-proġetti ta’ baġits ibbażati fuq viżjoni, skadenzi ta’ żmien u stadji importanti li jridu jintlaħqu mill-proġetti tal-EIC sabiex dawn ikomplu jirċievu l-finanzjament.

    B’mod partikolari, il-maniġers tal-programm se jissorveljaw l-implimentazzjoni tas-sejħiet tal-Pathfinder u jipproponu klassifika tal-evalwazzjoni bbażata portafoll strateġiku konsistenti, li huwa mistenni li jagħmel kontribuzzjonijiet essenzjali għall-emerġenza ta’ innovazzjonijiet potenzjali tas-soċjetà jew li joħolqu s-swieq ekonomiċi.

    Il-maniġers tal-Programm se jkollhom il-kompitu li jrawmu il-portafolli tal-Pathfinder billi flimkien mal-benefiċjarji jiżviluppaw viżjoni komuni u approċċ strateġiku komuni li jwassal għal massa kritika tal-isforz. Dan se jinvolvi l-bini ta’ u l-istruttura ta’ komunitajiet ġodda, bil-għan li ideat rivoluzzjonarji jiġu ttrasformati f’innovazzjonijiet tal-ħolqien tas-suq li huma ġenwini u maturi. Il-maniġers tal-Programm se jimplimentaw attivitajiet ta’ tranżizzjoni, billi jkomplu jiżviluppaw il-portafoll b’attivitajiet u sħab addizzjonali, u jimmonitorjaw mill-qrib spin-offs u negozji ġodda potenzjali.

    Il-maniġers tal-Programm se jirrevedu l-proġetti tal-Pathfinder u l-Aċċelleratur, għal kull stadju importanti jew f’intervalli rilevanti, sabiex jiġi vvalutat jekk jenħtieġ li jkomplu, jiġu orjentati mill-ġdid jew jiġu tterminati b’konformità ma’ metodi u proċeduri definiti għall-ġestjoni tal-proġetti. Valutazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinvolvu esperti esterni.

    Minħabba n-natura ta’ riskju għoli tal-azzjonijiet, huwa mistenni li għadd sinifikanti ta’ proġetti mhumiex sejrin jitlestew. Il-baġit diżimpenjat minn terminazzjonijiet bħal dawn se jintuża sabiex jiġu appoġġati azzjonijiet tal-EIC oħrajn.

    1.2.3.Implimentazzjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC

    Il-Kummissjoni se ġġestixxi l-elementi operazzjonali kollha tal-proġetti tal-Aċċelleratur, inkluż l-għotja jew forom oħrajn ta’ appoġġ li ma jitħallsux lura.

    Għall-fini ta’ ġestjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC, il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu minn ġestjoni indiretta, jew fejn dan ma jkunx possibbli, tista’ tistabbilixxi veikolu bi skop speċjali (SPE tal-EIC). Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ investituri pubbliċi u privati oħrajn. Fejn dan ma jkunx possibbli fl-istabbiliment tal-bidu, il-veikolu bi skop speċjali se jkun strutturat f’tali mod li jista’ jattira investituri pubbliċi jew privati oħrajn sabiex iżid l-effett ta' ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

    L-SPV tal-EIC se jingrana b’mod proattiv mill-investimenti pubbliċi u privati li huma on-set, koinvestimenti jew alternatttivi f’operazzjonijiet individwali tal-Aċċelleratur u l-SPE, iwettaq id-diliġenza dovuta, u jinnegozja t-termini tekniċi ta’ kull investiment b’konformità mal-prinċipji tal-addizzjonalità u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess ma’ attivitajiet oħrajn tal-entitajiet jew il-kontropartijiet. L-SPE tal-EIC se jiddefinixxi u jimplimenta wkoll strateġija ta’ ħruġ għall-parteċipazzjoni fl-ekwità, li tista’ tinkludi proposta lis-sħab ta’ implimentazzjoni tal-finanzjament skont InvestEU, fejn xieraq u għal operazzjonijiet li r-riskji tagħhom ma tnaqqsux b’mod suffiċjenti sabiex jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju.



    2.EKOSISTEMI EWROPEJ TAL-INNOVAZZJONI

    2.1.Raġunament

    Sabiex il-potenzjal tal-innovazzjoni li tinvolvi r-riċerkaturi, l-imprendituri, l-industrija u s-soċjetà b’mod ġenerali jiġi sfruttat bis-sħiħ, l-UE trid ittejjeb l-ambjent li fih l-innovazzjoni tista’ tiffjorixxi fuq kull livell. Dan ifisser kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ ekosistema tal-innovazzjoni effettiva fil-livell tal-UE u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni, in-networking, u l-iskambju tal-ideat, il-finanzjament u l-ħiliet fost l-ekosistemi tal-innovazzjoni nazzjonali u lokali.

    L-UE trid timmira wkoll li tiżviluppa ekosistemi li jappoġġaw l-innovazzjoni soċjali u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, barra mill-innovazzjoni fl-intrapriżi privati. Tabilħaqq, is-settur tal-gvern irid ikun innovattiv u jġedded lilu nnifsu sabiex ikun jista’ jappoġġa l-bidliet fir-regolamentazzjoni u l-governanza meħtieġa sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u domanda mill-pubbliku li qed tiżdied għat-twassil aktar effiċjenti u effettiv tas-servizzi. L-innovazzjonijiet soċjali huma kruċjali sabiex jittejjeb il-benesseri tas-soċjetajiet tagħna.

    2.2.Oqsma ta’ intervent

    Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se torganizza Forum tal-EIC tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi responsabbli mill-politiki u l-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, bil-għan li jiġu promossi l-koordinazzjoni u d-djalogu dwar l-iżvilupp tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE. Fi ħdan dan il-Forum tal-EIC, il-Kummissjoni se:

    Tiddiskuti l-iżvilupp ta’ regolamentazzjoni li tippermetti l-innovazzjoni, permezz tal-applikazzjoni kontinwa tal-Prinċipju tal-Innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċi innovattivi lejn l-akkwist pubbliku, inkluż l-iżvilupp u t-titjib tal-istrument tal-Akkwst Pubbliku tal-Innovazzjoni (PPI) biex jixpruna l-innovazzjoni. L-Osservatorju tal-Innovazzjoni fis-Settur Pubbliku wkoll se jkompli jappoġġa l-isforzi interni ta’ innovazzjoni tal-gvern, flimkien mal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki aġġornata;

    Tippromwovi l-allinjament tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni bi sforzi tal-UE sabiex jiġi kkonsolidat suq miftuħ għall-flussi kapitali u l-investiment, bħall-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet qafas ewlenin favur l-innovazzjoni skont l-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

    Ittejjeb l-koordinazzjoni bejn il-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali u l-EIC sabiex jiġu stimolati sinerġiji operattivi u jiġi evitat t-trikkib, permezz tal-kondiviżjoni tad-data fuq programmi u l-implimentazzjoni tagħhom, riżorsi u għarfien espert, analiżi u monitoraġġ te’ xejriet teknoloġiċi u innovattivi, u permezz tal-interkonnessjoni tal-komunitajiet ta’ innovaturi rispettivi;

    Tistabbilixxi strateġija ta’ komunikazzjoni konġunta dwar l-innovazzjoni fl-UE. Timmira li jistimula l-innovaturi u l-imprendituri tal-UE bl-aqwa talent, partikolarment xprunaturi żgħażagħ, SMEs u negozji ġodda, anki minn postijiet ġodda tal-UE. Se tenfasizza l-valur miżjud tal-UE li l-innovaturi tekniċi, mhux tekniċi u soċjali jistgħu jwasslu liċ-ċittadini tal-UE billi jiżviluppaw l-idea/il-viżjoni tagħhom f’intrapriża li tirnexxi (valur/impatt soċjali, impjiegi u tkabbir, progressjoni tas-soċjetà).

    L-attivitajiet se jiġu implimentati sabiex jiżguraw il-kumplementarjetà effettiva bejn it-tipi ta’ azzjoni tal-EIC u l-fokus speċifiku tagħhom fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, mal-attivitajiet implimentati mill-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda anki minn inizjattivi privati, sabiex jiġu appoġġati t-tipi kollha ta’ innovazzjoni, jintlaħqu l-innovaturi kollha tal-UE u jingħataw appoġġ imtejjeb u adegwat.

    Għal dan il-għan, l-UE se:

    Tippromwovi u tikkofinanzja programmi ta’ innovazzjoni konġunti ġestiti minn awtoritajiet responsabbli minn politiki u programmi ta’ innovazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew locali, li magħhom jistgħu jiġu assoċjati entitajiet privati li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-innovaturi. Programmi konġunti bħal dawn immexxijin mid-domanda jistgħu jimmiraw lejn, fost oħrajn, appoġġ fl-istadju bikri u tal-istudju ta’ fattibbiltà, il-kooperazzjoni akkademja-intrapriżi, l-appoġġ għar-riċerka kollaborattiva ta’ SMEs ta’ teknoloġija avvanzata, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, l-internalizzazzjoni tal-SMEs, l-analiżi u l-iżvilupp tas-suq, id-diġitalizzazzjoni ta’ SMEs mhux teknoloġikament avvanzati, l-istrumenti finanzjarji għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni qrib is-suq jew il-varar fis-suq, u l-innovazzjoni soċjali. Dawn jistgħu jinkludu wkoll inizjattivi ta’ akkwist pubbliku konġunti, li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet fis-settur pubbliku, partikolarment b’appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki ġodda. Dan jista’ jkun partikolarment effettiv fl-istimulazzjoni tal-innovazzjoni fl-oqsma tas-servizz pubbliku u sabiex l-innovaturi Ewropej jiġu pprovduti b’opportunitajiet tas-suq.

    Tappoġġa wkoll il-programmi konġunti tal-mentoraġġ, il-coaching, l-assistenza teknika u servizzi oħrajn li jitwasslu qrib l-innovaturi permezz ta’ networks bħan-Network Enterprise Europe (EEN), ir-raggruppamenti, il-pjattaformi pan-Ewropej bħal Startup Europe, l-atturi tal-innovazzjoni lokali, kemm pubbliċi iżda wkoll privati, partikolarment inkubaturi u hubs tal-innovazzjoni li, barra minn hekk, jistgħu jkunu interkonnessi sabiex jiffavorixxu s-sħubija bejn l-innovaturi. L-appoġġ jista’ jingħata wkoll sabiex jiġu promossi l-ħiliet personali għall-innovazzjoni, inkluż lil networks ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali u b’rabta mill-qrib mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija;

    Ittejjeb id-data u l-għarfien dwar l-appoġġ tal-innovazzjoni, inkluż l-immappjar tal-iskemi ta’ appoġġ, l-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ kondiviżjoni tad-data, il-parametraġġ referenzjarju u l-evalwazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ;

    L-UE se tniedi wkoll azzjonijiet meħtieġa sabiex ikompli jiġi mmonitorjat u mrawwem l-pajsaġġ tal-innovazzjoni ġenerali u l-kapaċità tal-ġestjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa.

    L-attivitajiet ta’ appoġġ tal-ekosistemi se jiġu implimentati mill-Kummissjoni, u sejrin jiġu appoġġati minn aġenzija eżekuttiva għall-proċess ta’ evalwazzjoni.



    3.ISTITUT EWROPEW TAL-INNOVAZZJONI U T-TEKNOLOĠIJA (EIT)

    3.1.Raġunament

    Kif jiddikjara b’mod ċar ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (il-Grupp ta’ Livell Għoli Lamy), it-triq ’il quddiem hija li “nedukaw għall-futur u ninvestu fin-nies li se jagħmlu bidla”. B’mod partikolari, l-universitajiet Ewropej huma mħeġġa li jistimolaw l-imprenditorija, ineħħu l-fruntieri dixxiplinari u jistitutizzjonalizzaw kollaborazzjonijiet nondixxiplinari b’saħħithom bejn is-settur akkademiku u l-industrija. Skont stħarriġ reċenti, l-aċċess għal persuni li għandhom talent huwa fil-fatt l-aktar fattur importanti li jinfluwenza l-għażliet ta’ postijiet tal-fundaturi Ewropej għan-negozji l-ġodda tagħhom. L-edukazzjoni imprenditorjali u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għandhom rwol ewlieni fil-kultivazzjoni ta’ innovaturi futuri u fl-iżvilupp tal-abbiltajiet ta’ dawk eżistenti sabiex dawn jespandu n-negozju tagħhom u jilħqu livelli ogħla ta’ suċċess. L-aċċess għat-talent imprenditorjali, flimkien mal-aċċess għal servizzi professjonali, il-kapital u s-swieq fil-livell tal-UE, u t-tlaqqigħ ta’ atturi tal-innovazzjoni ewlenin flimkien sabiex jaħdmu lejn għan komuni, huma ingredjenti ewlenin għat-trawwim ta’ ekosistema tal-innovazzjoni. Hemm ħtieġa li jiġu koordinati l-isforzi mal-UE kollha sabiex tinħoloq massa kritika ta’ raggruppamenti u ekosistemi imprenditorjali interkonnessi mal-UE kollha,

    Għad baqa’ l-ħtieġa li jiġu żviluppati ekosistemi fejn ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-industriji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jinteraġixxu faċilment. L-ekosistemi tal-innovazzjoni, fil-fatt, għadhom mhumiex qed jaħdmu bl-aħjar mod minħabba għadd ta’ raġunijiet, bħal pereżempju:

    L-interazzjoni bejn l-atturi tal-innovazzjoni għadha mxekkla minn ostakoli regolatorji u kulturali bejniethom;

    L-isforzi sabiex jissaħħu s-sistemi ta’ innovazzjoni huma neqsin mill-koordinazzjoni u fokus ċar fuq għanijiet u impatti speċifiċi.

    Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-futur, jinħatfu l-opportunitajiet ippreżentati minn teknoloġiji ġodda u jsir kontribut lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, il-kompetittività u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej, jeħtieġ li l-kapaċità tal-Ewropa li tkun innovattiva tkompli tiġi msaħħa permezz ta’: trawwim tal-ħolqien ta’ ambjenti ġodda li jwasslu għall-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni; tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-innovazzjoni tas-settur akkademiku u tar-riċerka; appoġġ għal ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni imprenditorjali; stimulazzjoni tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi innovattivi.

    In-natura u l-iskala tal-isfidi tal-innovazzjoni jirrikjedu l-komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-atturi u r-riżorsi fuq skala Ewropea, permezz tat-trawwim ta’ kollaborazzjoni transkonfini. Is-silos bejn id-dixxiplini u tul il-ktajjen ta’ valur iridu jinqerdu u jiġi mrawwem l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għal skambju effettiv tal-għarfien u l-għarfien espert, u għall-iżvilupp u l-attrazzjoni ta’ talenti imprenditorjali.

     

    3.2.Oqsma ta’ Intervent

    3.2.1.Ekosistemi ta’ innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa

    L-EIT se jkollu rwol rinfurzat fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. B’mod partikolari, l-EIT se jkompli jopera primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu, is-sħubiji Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. Huwa se jkompli jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwarhom billi jrawwem l-integrazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-EIT se jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati lakuni eżistenti fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa billi jespandi l-Iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali (RIS tal-EIT) tiegħu. L-EIT se jaħdem b’ekosistemi tal-innovazzjoni li jesebixxu potenzjal għoli ta’ innovazzjoni abbażi tal-istrateġija, l-allinjament tematiku u l-impatt, u f’sinerġija mill-qrib ma’ Strateġiji u Pjattaformi ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti.

    Linji Mifruxa

    It-tisħiħ tal-effettività tal-KICs eżistenti u l-istabbiliment ta’ oħrajn ġodda f’għadd limitat ta’ oqsma tematiċi;

    L-aċċellerazzjoni tar-reġjuni lejn l-eċċellenza f’pajjiżi li huma innovaturi modesti jew moderati.

    3.2.2.Ħiliet imprenditorjali u ta’ innovazzjoni f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja u t-trasformazzjoni imprenditorjali tal-universitajiet tal-UE

    L-attivitajiet tal-edukazzjoni tal-EIT se jiġu rinfurzati sabiex jittrawmu l-innovazzjoni u l-imprenditorija permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ aħjar. Fokus aktar b’saħħtu fuq l-iżvilupp tal-kapital uman se jkun imsejjes fuq l-espansjoni ta’ programmi tal-edukazzjoni eżistenti tal-KICs tal-EIT bil-ħsieb li l-istudenti u l-professjonisti jkomplu jingħataw kurrikuli ta’ kwalità għolja li jkunu bbażati fuq l-innovazzjoni u l-imprenditorija li b’mod partikolari huma konformi mal-istrateġija industrijali u tal-ħiliet tal-UE. Dan jista’ jinkludi riċerkaturi u innovaturi appoġġati minn partijiet oħrajn ta’ Orizzont Ewropa, b’mod partikolari MSCA. L-EIT se jappoġġja wkoll it-tiġdid tal-Universitajiet Ewropej u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistemi tal-innovazzjoni billi jiġu stimolati u miżjudin il-potenzjal u l-kapaċitajiet imprenditorjali tagħhom u jiġu mħeġġa jantiċipaw aħjar ir-rekwiżiti tal-ħiliet il-ġodda.

    Linji Mifruxa

    L-iżvilupp ta’ kurrikuli innovattivi, li jikkunsidraw il-ħtiġijiet futuri tal-industrija, u programmi trasversali sabiex jiġu offruti lill-istudenti, lill-imprendituri u lill-professjonisti madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, fejn l-għarfien speċjalizzat u dak speċifiku għas-settur jiġi kkombinat ma’ ħiliet imprenditorjali u dawk orjentati lejn l-innovazzjoni, bħal ħiliet tat-teknoloġija avvanzata li huma teknoloġiji abilitanti essenzjali u diġitali;

    It-tisħiħ u l-espansjoni tat-tikketta tal-EIT sabiex tiġi mtejba l-kwalità tal-programmi tal-edukazzjoni abbażi ta’ sħubiji bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, ċentri tar-riċerka u kumpaniji differenti u l-offerta ta’ kurrikuli fejn titgħallem bil-prattika u edukazzjoni imprenditorjali robusta, kif ukoll mobbiltà internazzjonali, interorganizzazzjonali u transsettorjali;

    L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-imprenditorija tas-settur tal-edukazzjoni għolja, permezz tal-ingranaġġ tal-għarfien espert tal-Komunità tal-EIT fil-kollegament tal-edukazzjoni mar-riċerka u n-negozju;

    Ir-rinforz tar-rwol tal-komunità ta’ Alumni tal-EIT bħala mudell għall-istudenti l-ġodda u strument b’saħħtu sabiex jiġi kkomunikat l-impatt tal-EIT.

    3.2.3.Soluzzjonijiet ġodda għas-suq

    L-EIT se jiffaċilita u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-imprendituri, l-innovaturi, l-edukaturi, l-istudenti u atturi tal-innovazzjoni oħrajn sabiex jaħdmu flimkien f’timijiet transdixxiplinari biex jiġġeneraw l-ideat u jittrasformawhom kemm f’innovazzjonijiet inkrementali kif ukoll fixkiela. L-attivitajiet se jkunu karatterizzati minn innovazzjoni miftuħa u approċċ transfruntier, b’fokus fuq l-inklużjoni tal-attivitajiet rilevanti tat-Triangolu tal-Għarfien li huma pertinenti sabiex dawn ikunu ta’ suċċess (pereżempju, il-promoturi tal-proġett jistgħu jtejbu l-aċċess tagħhom għal: gradwati bi kwalifiki speċifiċi, negozji ġodda b’ideat innovattivi, ditti mhux domestiċi b’assi kumplimentari rilevanti, eċċ.).

    Linji Mifruxa

    Appoġġ lill-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda fejn l-atturi tat-Triangolu tal-Għarfien se jikkollaboraw sabiex is-soluzzjonijiet ikunu lesti għas-suq;

    L-għoti ta’ servizzi ta’ livell għoli u appoġġ lin-negozji innovattivi, inkluża assistenza teknika sabiex il-prodotti u s-servizzi jiġu rfinuti, mentoraġġ sostantiv, appoġġ sabiex jiġu żgurati l-konsumaturi fil-mira u jinġabar il-kapital, sabiex jilħqu s-suq b’pass imħaffef u l-proċess ta’ tkabbir tagħhom jiġi mħaffef ukoll.

    3.2.4.Sinerġiji u valur miżjud fi ħdan Orizzont Ewropa

    L-EIT se jagħmel aktar sforzi sabiex jikkapitalizza fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ atturi u inizjattivi differenti fil-livelli tal-UE u globali u jestendi n-network tiegħu ta’ organizzazzjonijiet li jikkollaboraw flimkien kemm fil-livelli strateġiċi kif ukoll operattivi.

    Linji Mifruxa

    Kooperazzjoni mal-EIC fis-simplifikazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri, finanzjament u servizzi) mogħti lil impriżi tassew innovattivi kemm fl-istadju ta’ bidu kif ukoll f’dak ta’ espansjoni, partikolarment permezz tal-KICs.

    L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT sabiex jiġu massimizzati s-sinerġijiet u l-komplementarjetajiet mal-azzjonijiet skont il-Pilastru Sfidi Gloabli u Kompetittività Industrijali;

    Involviment mal-Istati Membri tal-UE kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali, filwaqt li jiġi stabbilit djalogu strutturat u jiġu kkoordinati l-isforzi sabiex ikun hemm sinerġiji ma’ inizjattivi nazzjonali eżistenti, sabiex jiġu identifikati, kondiviżi u disseminati l-prattiki t-tajbin u t-tagħlimiet;

    Il-forniment ta’ input fid-diskussjonijiet ta’ politika tal-innovazzjoni u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE permezz ta’ ħidma kontinwa mas-servizzi kollha rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea, programmi oħrajn tal-UE u l-partijiet ikkonċernati tagħhom, u l-esplorazzjoni ulterjuri ta’ opportunitajiet fi ħdan l-inizjattivi ta’ implimentazzjoni tal-politiki;

    L-isfruttament ta’ sinerġiji ma’ programmi oħrajn tal-UE li jappoġġaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-kapital uman (eż., FSE+, FEŻR u Erasmus);

    Il-bini ta’ alleanzi strateġiċi ma’ atturi tal-innovazzjoni ewlenin fil-livell tal-UE u internazzjonali, u appoġġ lill-KICs sabiex jiġu żviluppati kollaborazzjoni u rabtiet mas-sħab prinċipali tat-Triangolu tal-Għarfien minn pajjiżi terzi, bil-għan li jinfetħu swieq ġodda għas-soluzzjonijiet appoġġati mill-KICs u jiġi attirat it-talent minn pajjiżi barranin.



    PARTI - TISĦIĦ TAŻ-ŻONA EWROPEA TAR-RIĊERKA

    L-UE għandha rekord ta’ kisbiet xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ livell dinji, iżda l-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha mhumiex qed jiġu sfruttati għalkollox. Minkejja li sar ħafna progress fl-iżvilupp taż-Żona Ewropa tar-Riċerka (ŻER), l-Ewropa għad għandha xenarju tar-riċerka u l-innovazzjoni frammentat, u l-Istati Membri kollha jaffaċċaw ostakli fis-sistemi tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirrikjedu riformi ta’ politika. F’ċerti oqsma, il-progress huwa kajman wisq biex ilaħħaq mal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni li qed issir dejjem aktar dinamika 19 .

    Il-livell tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa għadu ferm taħt l-għan tal-politika ta’ 3 % tal-PDG u jkompli jonqos meta mqabbel ma’ ta’ kompetituri prinċipali tagħna bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea ta’ Isfel.

    Sadanittant, hemm diskrepanza li qed titwessa’ fl-Ewropa bejn ir-reġjuni li huma minn tal-quddiem fl-innovazzjoni u dawk li għadhom lura f’dan ir-rigward. Il-bidla hija meħtieġa sabiex l-Ewropa kollha tkun tista’ tikkapitalizza fuq l-eċċellenza minn madwar il-kontinent, timmassimizza l-valur tal-investimenti pubbliċi u privati, u l-impatti tagħhom fuq il-produttività, it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-benesseri.

    Barra minn hekk, xi wħud iqisu r-riċerka u l-innovazzjoni bħala distanti u elitisti mingħajr benefiċċju ċar għaċ-ċittadini, u dan iwassal għal attitudnijiet li jostakolaw il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, kif ukoll xettiċiżmu dwar il-politiki pubbliċi bbażati fuq l-evidenza. Dan jirrikjedi kemm konnessjonijiet aħjar bejn ix-xjenzati, iċ-ċittadini u dawk li jfasslu l-politika kif ukoll approċċi aktar robusti lejn l-ippuljar tal-evidenza xjentifika nnifisha.

    L-UE issa trid tistabbilixxi standards ogħla fir-rigward tal-kwalità u l-impatt tas-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha, u dan jirrikjedi Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) rivitalizzata 20 , appoġġata aħjar mill-Programm Qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. B’mod speċifiku, huwa meħtieġ sett integrat tajjeb iżda mfassal apposta ta’ miżuri tal-UE 21 , ikkumbinat ma’ riformi u titjib fil-prestazzjoni fil-livell nazzjonali (li għalihom jistgħu jikkontribwixxu l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) u, konsegwentement, bidliet istituzzjonali fi ħdan organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw u jwettqu r-riċerka, inklużi l-universitajiet. Bil-kombinazzjoni tal-isforzi fil-livell tal-UE, is-sinerġiji jistgħu jiġu sfruttati u d-daqs neċessarju jista’ jinstab sabiex l-appoġġ għar-riformi fil-politiki nazzjonali jkun aktar effiċjenti u b’impatt akbar.

    L-attivitajiet appoġġati skont din il-parti jindirizzaw il-prijoritajiet ta’ politika taż-ŻER, filwaqt li ġeneralment jiffurmaw bażi għall-partijiet kollha ta’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet jistgħu jkunu stabbiliti wkoll sabiex irawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ madwar iż-ŻER kollha permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-innovaturi.

    L-għan huwa li fl-UE l-għarfien u forza tax-xogħol b’livell ta’ ħiliet għoli jiċċirkolaw b’mod liberu, li l-outputs tar-riċerka jiġu kondiviżi b’mod rapidu u effiċjenti, li r-riċerkaturi jibbenefikaw minn karrieri attraenti u fejn l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun żgurata, fejn l-Istati Membri jiżviluppaw aġendi ta’ riċerka strateġika komuni, li jallinjaw il-pjanijiet nazzjonali, jiddefinixxu u jimplimentaw programmi konġunti, u fejn l-eżiti tar-riċerka u l-innovazzjoni jkunu mifhuma u fdati minn ċittadini infurmati u jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha.

    Din il-parti se jikkontribwixxi de facto għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kollha, iżda direttament għal li ġej: SDG 4 – Edukazzjoni ta’ Kwalità; SDG 5 – Ugwaljanza bejn is-sessi; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 17 – Sħubija għall-Għanijiet.



    1.KONDIVIŻJONI TAL-EĊĊELLENZA 22

    It-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-prestazzjoni tar-riċerka u l-innovazjoni permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u l-għarfien espert fl-UE kollha se jgħin lill-pajjiżi u r-reġjuni li għadhom lura fir-rigward tal-prestazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, sabiex jiksbu pożizzjoni kompetittiva fil-ktajjen tal-valur globali. L-attivitajiet jistgħu jiġu stabbiliti wkoll biex irawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ madwar iż-ŻER kollha u għal sfruttament aħjar (u possibbilment programmi ta’ ġestjoni konġunta tal-UE) ta’ infrastrutturi tar-riċerka eżistenti f’pajjiżi fil-mira permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-innovaturi.

    Għaldaqstant hija meħtieġa aktar azzjoni sabiex tiġi miġġielda t-tendenza ta’ kollaborazzjonijiet magħluqin, li jistgħu jeskludu għadd kbir ta’ istituzzjonijiet promettenti, u sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-talent tal-UE billi jiġu massimizzati u mifruxin il-benefiċċji tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE kollha.

    Linji Mifruxa

    Il-ħolqien ta’ timijiet, sabiex jinħolqu ċentri ġodda ta’ eċċellenza jew jiġu aġġornati dawk eżistenti fil-pajjiżi eliġibbli, billi jibnu fuq sħubiji bejn istituzzjonijiet xjentifiċi mexxejja u istituzzjonijiet sħab bħala bażi;

    Il-ġemellaġġi, sabiex università jew organizzazzjoni tar-riċerka minn pajjiż eliġibbli jissaħħu f’qasam definit, billi dawn jiġu konnessi ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka li huma fuq quddiem nett fuq livell internazzjonali minn Stati Membri jew Pajjiżi Assoċjati oħrajn.

    Il-Presidenti taż-ŻER, sabiex jappoġġaw l-universitajiet jew l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, jattiraw u jżommu riżorsi umani ta’ kwalità għolja taħt id-direzzjoni ta’ riċerkatur u maniġer tar-riċerka (il-“President taż-ŻER”) eċċezzjonali, u sabiex jiġu implimentati bidliet strutturali sabiex tinkiseb l-eċċellenza fuq bażi sostenibbli.

    Il-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), li tinvolvi kundizzjonijiet ambizzjużi fir-rigward tal-inklużjoni ta’ pajjiżi eliġibbli u miżuri oħrajn sabiex jiġu provduti n-networking xjentifiku, il-bini tal-kapaċitajiet u appoġġ għall-iżvilupp tal-karrieri lil riċerkaturi minn dawn il-pajjiżi fil-mira. 80% tal-baġit totali ta’ COST se jkun dedikat għal azzjonijiet li jkunu allinjati bis-sħiħ mal-għanijiet ta’ dan il-qasam ta’ intervent.

    Il-linji ta’ finanzjament msemmija hawn fuq se jiffaċilitaw elementi speċifiċi tar-riċerka mfasslin apposta għall-ħtiġijiet partikolari tal-azzjonijiet.

    Dan il-qasam ta’ intervent se jappoġġja l-objettivi speċifiċi ta’ Orizzont Ewropa: Il-firxa u l-konnessjoni tal-eċċellenza madwar l-UE kollha; Ir-rinforz tal-ħolqien ta’ għarfien ta’ kwalità għolja; Iż-żieda fil-kooperazzjoni transsettorjali, trasdixxiplinari u transkonfini.



    2.RIFORMA U TITJIB TAS-SISTEMA TAL-UE TAR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

    Ir-riformi ta’ politika fil-livell nazzjonali se jkunu rinforzati b’mod reċiproku permezz tal-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ politika, riċerka, networking, sħubija, koordinazzjoni, ġbir tad-data u monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-UE.

    Linji Mifruxa

    It-tisħiħ tal-bażi tal-evidenza għall-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, għal fehim aħjar tad-dimensjonijiet u l-komponenti differenti tas-sistemi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-fatturi kontribwenti, l-impatti u l-politiki assoċjati;

    Attivitajiet ta’ prospettiva sabiex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet emerġenti, f’koordinazzjoni u kodisinn mal-aġenziji nazzjonali u partijiet ikkonċernati orjentati lejn il-futur, b’mod parteċipattiv u li jibni fuq l-avvanzi fil-metodoloġija tat-tbassir, li jagħmel l-eżiti aktar rilevanti għall-politika, filwaqt li jisfrutta s-sinerġiji tul il-programm u lil hinn minnu;

    It-tħaffif tat-tranżizzjoni lejn ix-Xjenza Miftuħa permezz tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-appoġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u prattiki tax-Xjenza Miftuħa 23 fil-livell tal-Istati Membri, ir-reġjuni, l-istituzzjonijiet u r-riċerkaturi, b’tali mod li jimmassimizza s-sinerġiji u l-koerenza fil-livell tal-UE;

    L-appoġġ għar-riforma ta’ politika tar-riċerka u l-innovazzjoni nazzjonali, inkluż permezz ta’ sett ta’ servizzi msaħħa tal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki (PSF) 24 (jiġifieri reviżjonijiet bejn il-pari, attivitajiet ta’ appoġġ speċifiku, eżerċizzji ta’ tagħlim reċiproku u ċ-ċentru tal-għarfien) lill-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, li joperaw f’sinerġija mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, is-Servizzi ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali (SRSS) u l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi;

    Il-forniment lir-riċerkaturi ta’ ambjenti, ħiliet u kompetenzi ta’ karriera attraenti meħtieġa fl-ekonomija tal-għarfien moderna 25 . Il-kollegament taż-ŻER maż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja bl-appoġġ tal-immodernizzar tal-universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni oħrajn, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rikonoxximent u premjar sabiex jitħeġġu l-azzjonijiet fil-livell nazzjonali, kif ukoll inċentivi li jippromwovu l-adozzjoni ta’ prattiki tax-xjenza miftuħa, l-imprenditorija (u rabtiet mal-ekosistemi tal-innovazzjoni), it-transdixxiplinarjetà, l-involviment taċ-ċittadini, il-mobbiltà internazzjonali u intersettorjali, il-pjanijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u l-approċċi komprensivi lejn il-bidliet istituzzjonali. F’dak il-kuntest, li jikkumplimenta wkoll l-appoġġ mogħti mill-programm Erasmus għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari fid-dimensjoni tar-riċerka tagħha, bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati li jkunu għal perjodu twil ta’ żmien u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq approċċi transdixxiplinari u transsettorjali sabiex jiġi realizzat it-triangolu tal-għarfien, filwaqt li t-tkabbir ekonomiku jingħata spinta ’l quddiem.

    Ix-xjenza taċ-ċittadini, appoġġ għal kull tip ta’ edukazzjoni xjentifika formali, nonformali u informali, inkluż l-involviment taċ-ċittadini fil-kodisinn tal-issettjar tal-aġenda u l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, fil-kokreazzjoni ta’ kontenut xjentifiku u innovazzjoni permezz ta’ attivitajiet transdixxiplinari;

    L-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-karrieri xjentifiċi u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sess fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni;

    Etika u integrità sabiex ikompli jiġi żviluppat qafas tal-UE koerenti f’konformità mal-ogħla standards etiċi u l-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka;

    L-appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ djalogi politiċi bilaterali, multilaterali u bireġjonali ma’ pajjiżi terzi, reġjuni u fora internazzjonali se jiffaċilita t-tagħlim reċiproku u t-twaqqif tal-prijoritajiet, jippromwovi aċċess reċiproku u jimmonitorja l-impatt tal-kooperazzjoni;

    L-input xjentifiku f’politiki oħrajn permezz tal-ħolqien u ż-żamma ta’ strutturi u proċessi sabiex ikun żgurat li t-tfassil tal-politika tal-UE jkun ibbażat fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u pariri xjentifiċi ta’ livell għoli;

    L-implimentazzjoni tal-programm tal-UE tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ġabra u l-analiżi tal-evidenza għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, id-disinn u l-valutazzjoni tal-impatt tal-Programmi Qafas; it-tisħiħ ta’ strutturi ta’ appoġġ dedikati u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transnazzjonali fosthom (eż. il-bini fuq l-attivitajiet tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali fi Programmi Qafas preċedenti); id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, id-data u l-għarfien, inkluż permezz ta’ appoġġ dedikat għall-benefiċjarji; tt-trawwim ta’ sinerġiji ma’ programmi tal-UE oħrajn; attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirata sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar l-impatt usa’ u r-rilevanza tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE.

    ANNESS II

    Konfigurazzjonijiet tal-Kumitat tal-Programm

    Lista tal-konfigurazzjonijiet tal-Kumitat tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 12(2):

    1.Konfigurazzjoni strateġika: Ħarsa strateġika lejn l-implimentazzjoni tal-programm kollu, il-koerenza bejn il-partijiet differenti tal-programm, il-missjonijiet u t-Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

    2.Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA)

    3.Infrastrutturi tar-Riċerka

    4.Saħħa

    5.Soċjetà Inklużiva u Sigura

    6.Diġitali u Industrija

    7.Klima, Enerġija u Mobbiltà

    8.Ikel u Riżorsi Naturali

    9.Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u l-ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni



    ANNESS III

    Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 12(6)

    1. Informazzjoni dwar proġetti individwali, li tippermetti l-monitoraġġ tal-ħajja kollha ta’ kull proposta, li tkopri b’mod partikolari:

    — il-proposti sottomessi,

    — ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għal kull proposta,

    — il-ftehimiet tal-għotja,

    — il-proġetti kompluti.

    2. Informazzjoni dwar l-eżitu ta’ kull sejħa u l-implimentazzjoni ta’ proġett, li tkopri b’mod partikolari:

    — ir-riżultati ta’ kull sejħa,

    — l-eżitu tan-negozjati dwar il-ftehimiet tal-għotja,

    — l-implimentazzjoni tal-proġett, inkluż id-data dwar il-pagamenti u l-eżitu tal-proġetti.

    3. Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm, kif ukoll sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni rilevanti oħrajn.

    4. Informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit ta’ Orizzont Ewropa, inkluż informazzjoni dwar l-impenji u l-pagamenti għall-inizjattivi skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE.

    (1)    Fil-prinċipju mill-inqas 80 %.
    (2)    L-Infrastruttura Ewropea tad-Data se tipprovdi bażi għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa billi tipprovdi kapaċità ta’ Computing ta’ Prestazzjoni Għolja ta’ livell dinji, konnettività b’veloċità għolja u servizzi ta’ data u software fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni.
    (3)

       Il-Fehim tad-Diviżjoni Soċjoekonomika fl-Ewropa, OECD, is-26 ta’ Jannar 2017.

    (4)    It-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali tal-futur jinkludu materjali avvanzati u n-nanoteknoloġija, il-fotonika u l-mikro u n-nanoelettronika, it-teknoloġiji tax-xjenza tal-ħajja, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, l-intelliġenza artifiċjali u s-sigurtà diġitali u l-konnettività
    (5)    Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li jipprovdi riżorsi u servizzi primarjament għall-industrija Ewropa biex tittestja u tivvalida teknoloġiji u prodotti abilitanti essenzjali. Tali infrastrutturi jistgħu jinstabu f’sit wieħed, jew ikunu virtwali jew distribwiti, u jridu jkunu reġistrati fi Stat Membru jew pajjiż terz assoċjat mal-Programm.
    (6)    Id-dekarbonizzazzjoni sostanzjali ta’ setturi oħrajn hija indirizzata f’oqsma oħrajn tal-pilastru ta’ Orizzont Ewropea Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali.
    (7)    Madwar terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’żoni urbani b’livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa ogħla mil-livelli limitu legali.
    (8)    L-Osservazzjoni tad-Dinja se tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni taħt oqsma ta’ intervent oħrajn fi ħdan din l-Isfida Globali, kif ukoll partijiet rilevanti oħrajn ta’ Orizzont Ewropa.
    (9)    SWD(2016) 319 final: Riċerka u Innovazzjoni Ewropea għas-Sigurtà Alimentari u Nutrizzjonali
    (10)    L-applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi tas-saħħa se jiġu indirizzati mir-Raggruppament tas-Saħħa skont dan il-pilastru.
    (11)    L-attivitajiet fil-Qasam ta’ Intervent tas-Sistemi Ċirkolari huma kumplimentari għal dawk tal-Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju u l-Industrija Nadifa fir-raggruppament tas-Settur Diġitali u l-Industrija.
    (12)    Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li joffru aċċess għall-aktar għarfien u għarfien espert aġġornat dwar teknoloġiji diġitali u abilitanti relatati neċessarji għall-kumpaniji biex isiru iktar kompetittivi fir-rigward tal-produzzjoni, tas-servizzi u tal-proċessi tan-negozju.
    (13)    Dawn jistgħu jinkludu suġġetti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-teknoloġiji Quantum, il-Bijokontroll jew tewmien diġitali tat-tieni ġenerazzjoni, jew kwalunkwe suġġett identifikat fil-kuntest tal-ipprogrammar Strateġiku ta’ Orizzont Ewropa (inkluż mal-programmi fuq network tal-Istati Membri).
    (14)    Dawn jistgħu jinkludu wkoll proġetti magħżula skont il-programmi ta’ Orizzont 2020 bħal FET. Dawn jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet rilevanti appoġġati tal-UE oħrajn u Siġill tal-Eċċellenza ffinanzjat li jirriżulta minn sejħiet tal-Pathfinder.
    (15)    L-avvanzi rimborsabbli għandhom jitħallsu lill-UE fuq bażi ta’ skeda maqbula jew jiġu trasformati f’ekwità, jekk il-benefiċjarju jagħżel dan.
    (16)    Normalment mhux iktar minn 25 % tad-drittijiet tal-vot. F’każijiet eċċezzjonali, l-UE tista’ tiżgura l-akkwiżizzjoni ta’ minorità li timblokka sabiex tipproteġi l-interessi Ewropej f’oqsma essenzjali, eż. iċ-ċibersigurtà.
    (17)    Bħall-Prova tal-Kunċett tal-ERC, minn proġetti appoġġati skont il-Pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, negozji ġodda li joħorġu mill-KKI tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, ... inkluż minn attivitajiet ta’ Orizzont 2020, partikolarment proġetti magħżula skont il-Fażi 2 tal-SME ta’ Orizzont 2020 u s-Siġill ta’ Eċċellenza relatat iffinanzjat mill-Istati Membri, Sħubiji Ewropej (eżistenti u futuri).
    (18)    Il-premji tal-EIC se jieħdu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-premjijiet varati skont Orizzont 2020 u jipprevedu d-disinn u l-implimentazzjoni ta’ premjijiet ta’ inċentiv u premjijiet ta’ rikonoxximent ġodda.
    (19)    Ir-rapport dwar il-progress taż-ŻER tal-2018.
    (20)    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan Direzzjonali taż-ŻER, 19 ta’ Mejju 2015 [Irid jiġi aġġornat skont il-ħtieġa].
    (21)    L-Artikolu 181.2 tat-TFUE
    (22)    Se jintuża kriterju bbażat fuq l-eċċellenza tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jiddefinixxi dawk l-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati fejn l-entitajiet legali jridu jkunu stabbiliti sabiex ikunu eliġibbli biex jissottomettu proposti bħala koordinaturi skont il-“kondiviżjoni tal-eċċellenza”. Dan il-kriterju se jindirizza d-dimensjonijiet tal-prestazzjoni ekonomika globali (PDG), il-prestazzjoni tar-riċerka u l-prestazzjoni tal-innovazzjoni f’mod ikkombinat normalizzat għad-daqs tal-pajjiżi relatati. Il-pajjiżi identifikati ma’ dan il-kriterju jissejħu “pajjiżi eliġibbli” fil-kuntest ta’ “kondiviżjoni tal-eċċellenza”. Abbażi tal-Artikolu 349 TFUE, l-entitajiet legali mir-Reġjuni Ultraperiferiċi wkoll se jkunu kompletament eliġibbli bħala koordinaturi skont il-“kondiviżjoni tal-eċċellenza”.
    (23)    Il-politiki u l-prattiki li għandhom jiġu indirizzati jvarjaw mill-kondiviżjoni tal-outputs tar-riċerka kemm jista’ jkun kmieni u bl-iktar mod wiesa’ permezz ta’ formats maqbula b’mod komuni u infrastruttura kondiviża (eż. il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa), ix-xjenza taċ-ċittadini, u l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi u indikaturi ġodda u usa’ għall-evalwazzjoni tar-riċerka u l-ippremjar tar-riċerkaturi.
    (24)    Il-Faċilità tal-Appoġġ għall-Politika (PSF), varata skont Orizzont 2020. Il-PSF taħdem fuq bażi mmexxija mid-domanda u toffri, fuq bażi volontarja, għarfien espert ta’ livell għoli u pariri mfasslin apposta lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. Permezz tas-servizzi tagħha, diġà kienet strumentali fil-provokazzjoni ta’ bidla politika f’pajjiżi bħall-Polonja, il-Bulgarija, il-Moldova u l-Ukraina fil-preżentazzjoni ta’ bidliet ta’ politika xprunati mill-iskambju tal-prattiki tajbin, f’oqsma bħal inċentivi tat-taxxa għar-Riċerka u l-Iżvilupp, ix-Xjenza Miftuħa, il-finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi u l-interoperabbiltà tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali.
    (25)    Inkluż b'mod partikolari l-Karta Ewropea għar-riċerkaturi, il-kodiċi ta’ kondotta għar-reklutaġġ tar-riċerkaturi, EURAXXESS u l-Fond tal-Pensjoni RESAVER.
    Top