Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0110

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

    COM/2018/0110 final - 2018/045 (COD)

    Brussell, 12.3.2018

    COM(2018) 110 final

    2018/0045(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2018) 54 final}
    {SWD(2018) 55 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Illum il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ miżuri għall-approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (“CMU”) flimkien mal-Komunikazzjoni “It-Tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali sal-2019 – wasal il-waqt li jitħaffef it-twettiq”. Il-pakkett jinkludi din il-proposta u proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE 1 u d-Direttiva 2011/61/UE 2 fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment kollettiv, kif ukoll proposta għal qafas ta’ abilitazzjoni tal-UE dwar il-bonds koperti, proposta għal qafas ta’ abilitazzjoni dwar Fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (ECSP) għan-negozju, proposta dwar il-liġi applikabbli għall-effetti tal-partijiet terzi taċ-ċessjoni tat-talbiet, u Komunikazzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-effetti proprjetarji ta’ tranżazzjonijiet fit-titoli.

    Din il-proposta hija mistennija li tnaqqas il-kost tad-distribuzzjoni transfruntiera u għandha tappoġġa suq uniku aktar integrat għall-fondi ta’ investiment. Biż-żieda fil-kompetizzjoni fl-UE, l-investituri jkollhom aktar għażla u valur aħjar.

    Din il-proposta kienet skedata fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2018 3 u jenħtieġ li tiġi kkunsidrata fil-kuntest usa’ tal-pjan ta’ azzjoni tas-CMU 4 u r-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tas-CMU 5 , sabiex jiġi stabbilit suq tal-kapital intern ġenwin billi tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-swieq tal-kapital, jitneħħew l-ostakli regolatorji għall-finanzjament tal-ekonomija u tiżdied il-provvista ta’ kapital għan-negozji. L-ostakli regolatorji, jiġifieri r-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Istati Membri, it-tariffi regolatorji u r-rekwiżiti amministrattivi u ta’ notifika jirrappreżentaw diżinċentiv konsiderevoli għad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi. Dawn l-ostakli ġew identifikati bi tweġiba għall-Green Paper dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali 6 , is-Sejħa għal Evidenza dwar il-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji 7 u l-konsultazzjoni pubblika dwar l-ostakli għad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment 8 .

    Il-fondi ta’ investiment huma prodotti ta’ investiment maħluqa bl-uniku skop li jinġabar il-kapital tal-investituri, u dak il-kapital jiġi investit kollettivament permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal stokks, bonds u titoli oħrajn. Fl-UE, il-fondi ta’ investiment jistgħu jkunu kategorizzati bħala impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u fondi ta’ investiment alternattiv (AIFs) immaniġġjati minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs). Il-UCITS huma koperti mid-Direttiva 2009/65/KE, u l-AIFs huma koperti mid-Direttiva 2011/61/UE. Id-Direttiva 2011/61/EU hija kkomplementata minn erba’ oqfsa ta’ fondi:

    ·ir-Regolament Nru 345/2013 9 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju,

    ·ir-Regolament Nru 346/2013 10 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej;

    ·Ir-Regolament 2015/760 11 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil u

    ·r-Regolament 2017/1131 12 dwar il-fondi tas-suq monetarju.

    L-għan kondiviż ta’ dawn ir-regoli huwa, b’mod partikolari, li jagħmlu d-distribuzzjoni transfruntiera aktar faċli filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri.

    Ir-regoli għall-fondi ta’ investiment tal-UE jippermettu lill-maniġers ta’ fondi ta’ investiment jiddistribwixxu, u b’xi eċċezzjonijiet, anki jimmaniġġjaw il-fondi tagħhom madwar l-UE. Filwaqt li l-fondi ta’ investiment tal-UE raw żvilupp mgħaġġel, b’total ta’ EUR 14 310 biljun f’assi mmaniġġjati f’Ġunju 2017 13 , is-suq tal-fondi ta’ investiment tal-UE għadu organizzat l-aktar bħala suq nazzjonali: 70 % tal-assi kollha mmaniġġjati huma miżmuma minn fondi ta’ investiment awtorizzati jew irreġistrati għad-distribuzzjoni fis-suq domestiku tagħhom biss. Huma biss 37 % tal-UCITS u madwar 3 % tal-AIFs li huma rreġistrati għad-distribuzzjoni f’aktar minn tliet Stati Membri. Meta mqabbel mal-Istati Uniti, is-suq tal-UE huwa iżgħar f’termini ta’ assi mmaniġġjati. Madankollu, hemm ħafna aktar fondi fl-UE (58 125 fl-UE meta mqabbla ma’ 15 415 fl-Istati Uniti) 14 . Dan ifisser li l-fondi tal-UE bħala medja huma ferm iżgħar. Dan għandu impatt negattiv fuq l-ekonomiji ta' skala, it-tariffi mħallsa mill-investituri, u l-mod li bih jopera s-suq intern għall-fondi ta’ investiment.

    Din il-proposta tirrikonoxxi wkoll li hemm ukoll fatturi oħrajn barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha li qegħdin irażżnu d-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment fl-UE. Dawn il-fatturi jinkludu skemi ta’ taxxa nazzjonali applikabbli għall-fondi ta’ investiment u għall-investituri, mezzi ta’ distribuzzjoni vertikali u preferenzi kulturali għall-prodotti ta’ investiment domestiċi.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Din il-proposta qed tiġi ppreżentata flimkien ma’ Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv. Hija tiffoka biss fuq id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment. Tintroduċi elementi ġodda fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew temenda dawk diġà eżistenti fihom. Dawn l-elementi ġodda jew emendi huma konsistenti mal-objettivi tad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta' politika, li għandhom l-għan li jistabbilixxu suq uniku għall-fondi ta’ investiment u jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment. Il-proposta tallinja wkoll ir-regoli għal tipi differenti ta’ fondi ta’ investiment. B’hekk, il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti hija ssalvagwardjata.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    L-ogħla prijorità tal-Kummissjoni hija li ssaħħaħ l-ekonomija tal-UE u li tistimola l-investiment biex toħloq l-impjiegi. Element ewlieni tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 15 , li għandu l-għan li jsaħħaħ l-ekonomija tal-Ewropa u jinkoraġġixxi l-investiment fit-28 Stat Membru tal-UE, huwa l-ħolqien ta’ suq uniku aktar profond għall-kapital – CMU. Swieq tal-kapital aktar profondi u integrati se jtejbu l-aċċess tal-kumpaniji għall-kapital filwaqt li jgħinu fl-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda ta’ investiment għal dawk li jfaddlu.

    Din il-proposta tikkomplementa lil dan l-għan u hija azzjoni ta’ prijorità fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tas-CMU 16 , peress li tinkludi miżuri sabiex tneħħi l-ostakli tas-swieq tal-kapital. Tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ swieq tal-kapital aktar integrati billi tagħmilha aktar faċli għall-investituri, għall-maniġers tal-fondi u għall-impriżi investiti li jibbenefikaw mis-suq uniku.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Din il-proposta taqa’ fil-qasam tal-kompetenza kondiviża skont l-Artikolu 4(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Il-bażi ġuridika għal din l-azzjoni hija l-Artikolu 114 tat-TFUE. L-għażla ta' din il-bażi ġuridika tirrifletti r-rwol kruċjali li r-reġim ta’ passaportar armonizzat ikollu fit-tħaddim ta’ suq intern għall-fondi ta’ investiment.

    Huwa essenzjali li jkun aktar faċli għall-fondi ta’ investiment li jipprovdu servizzi u għalhekk li jinkiseb suq intern aktar kompetittiv u integrat fi ħdan l-UE. L-ostakli regolatorji għad-distribuzzjoni transfruntiera bħalissa jipprevjenu lis-suq intern għall-fondi ta’ investiment milli jopera kif xieraq. L-ostakli regolatorji jifframmentaw is-suq intern u jagħmluha diffiċli għall-fondi ta’ investiment li jibbenefikaw għalkollox mis-suq intern. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li s-suq intern għall-fondi ta’ investiment jopera kif xieraq u biex jittejbu l-kundizzjonijiet li fihom jopera, jenħtieġ qafas regolatorju li jnaqqas l-ostakli għad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment fil-livell tal-Unjoni. Huwa għalhekk li l-proposta għandha l-għan li tarmonizza r-rekwiżiti ta’ mġiba għall-fondi ta’ investiment, jiġifieri komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni lill-investituri potenzjali u trasparenza tad-dispożizzjonijiet li jaqgħu barra mill-oqsma rregolati mid-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, u b’hekk tippermetti l-iffaċilitar ta’ mekkaniżmu ta’ passaportar transfruntier.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

    L-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni lill-investituri potenzjali u l-kisba ta’ aktar trasparenza fid-dispożizzjonijiet li jaqgħu barra mill-oqsma jistgħu jwasslu għall-iżvilupp ta’ swieq ta’ kapital għall-fondi ta’ investiment aktar integrati madwar l-Unjoni. Għaldaqstant l-għan ta’ din il-proposta huwa li tiżgura li s-suq intern għas-servizzi tal-fondi ta’ investiment jopera bla xkiel. Dan mhuwiex limitat għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed u ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-proposta toħloq kompiti addizzjonali għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) stabbilita taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 17 li ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri f’azzjoni individwali.

    Proporzjonalità

    Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE.

    Il-valutazzjoni tal-impatt fiha stimi inizjali dwar l-iffrankar tal-ispejjeż, ibbażati fuq suppożizzjonijiet fattwali u realistiċi. Il-proposta se tnaqqas il-piż tal-konformità u l-kostijiet għall-fondi ta’ investiment billi żżid it-trasparenza. Għalkemm l-iżvilupp u ż-żamma ta’ bażijiet tad-data tal-ESMA jeħtieġu kontribut mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri (l-aktar permezz ta’ notifiki lill-ESMA), l-isforzi finanzjarji mistennija mill-Istati Membri se jkunu limitati. Id-data miġbura se tippermetti lill-ESMA twettaq ir-rwol ta’ konverġenza tagħha aħjar. Iż-żieda fil-kompetizzjoni fis-settur tal-fondi ta’ investiment se jkollha impatt pożittiv fuq l-għażla disponibbli għall-investituri u fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.

    Għażla tal-istrument

    Din il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jagħtu lill-fondi ta’ investiment aktar ċertezza tad-dritt biex jipprovdu s-servizzi. In-nuqqas ta’ trasparenza tal-ostakli regolatorji osservat fl-Istati Membri ma jiġix solvut bl-emendar tad-Direttiva 2009/65/KE u tad-Direttiva 2011/61/UE biss, peress li dan jista’ joħloq implimentazzjoni irregolari.

    Barra minn hekk, dawk ir-regoli proposti f’dan ir-Regolament li huma indirizzati lill-ESMA u lill-awtoritajiet nazzjonali, huma ta’ natura teknika u awtonomi. Il-proposta għandha l-għan li żżid it-trasparenza dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni (transfruntiera) tal-fondi ta’ investiment u għat-tariffi regolatorji u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ regolament li japplika direttament, u li jipprovdi armonizzazzjoni sħiħa biex jinkisbu dawn l-objettivi ta’ politika. Regolament huwa wkoll mezz legali xieraq biex l-ESMA tingħata l-kompitu li tiżviluppa u żżomm bażijiet tad-data dwar ir-regoli ta’ komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni, it-tariffi u l-ħlasijiet applikabbli kif ukoll biex taħżen in-notifiki. Għaldaqstant regolament għandu jipprovdi l-armonizzazzjoni bl-aħjar mod u jevita d-diverġenzi u b’hekk jiżgura aktar konverġenza regolatorja.

    Qed ikun propost ukoll li jiġu introdotti bidliet żgħar fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u fir-Regolament (Nru) 346/2013 sabiex jirriflettu introduzzjoni tal-kunċett u tal-kundizzjonijiet għall-prekummerċjalizzazzjoni f’direttiva separata li tipproponi l-emendi għad-Direttiva 2011/61/UE. Għaldaqstant l-emendi għar-Regolamenti jenħtieġ li jkunu introdotti permezz ta’ Regolament.

    Barra minn hekk, qed ikun propost li jiġu introdotti bidliet żgħar fid-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv. Għal dan il-għan, din il-proposta qed tkun ippreżentata flimkien ma’ Direttiva li temenda dawk id-Direttivi (li qed tkun proposta separatament).

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Waqt li kienet qed tħejji din il-proposta, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2009/65/KE u tad-Direttiva 2011/61/UE u ta’ rekwiżiti addizzjonali imposti mill-Istati Membri.

    Din l-evalwazzjoni wriet li minkejja s-suċċess relattiv tiegħu, is-suq uniku mhux qed jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu għad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment peress li l-fondi għadhom qed jiffaċċjaw ħafna ostakli. Barra minn hekk ir-rekwiżiti legali u l-prattiki amministrattivi li jaqgħu barra l-armonizzazzjoni introdotta mid-Direttiva 2009/65/KE u mid-Direttiva 2011/61/UE mhumiex trasparenti biżżejjed. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li l-Istati Membri jużaw approċċi differenti ħafna għar-rekwiżiti u l-verifiki tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Hemm ukoll varjazzjoni wiesgħa fit-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal kompiti ta’ superviżjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE. Dawn huma kollha ostakli għal distribuzzjoni transfruntiera usa’ tal-fondi ta’ investiment.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Ir-rispons għal żewġ konsultazzjonijiet wera li l-ostakli regolatorji għad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment ma ħallewx li jitwettqu l-benefiċċji kollha tas-suq uniku. L-ewwel konsultazzjoni, il-Green Paper dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, tnediet fit-18 ta’ Frar 2015. It-tieni konsultazzjoni, is-Sejħa għall-Evidenza fuq il-Qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji, tnediet fit-30 ta’ Settembru 2015.

    L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA talbu aktar informazzjoni dwar il-prattiki nazzjonali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ESMA għamlet stħarriġ fost l-awtoritajiet kompetenti fl-2016, fejn talbet dettalji dwar il-prattiki nazzjonali attwali f’oqsma bħat-tariffi regolatorji u r-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni.

    Abbażi tal-input riċevut mill-Green Paper tas-CMU u s-Sejħa għal Evidenza u l-istħarriġ tal-ESMA, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment fit-2 ta’ Ġunju 2016 18 . Minħabba r-rispons li kien diġà wasal, il-konsultazzjoni riedet eżempji prattiċi tal-problemi ffaċċjati u evidenza tal-impatt tagħhom. Biex tirċievi għadd kbir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni organizzat roadshows ma’ assoċjazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-membri tagħhom fiċ-ċentri ewlenin tal-ġestjoni tal-assi tagħhom fl-UE, jiġifieri, fil-Lussemburgu, fi Franza, fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fil-Ġermanja u fil-Belġju. Saru bosta laqgħat u sejħiet ta’ konferenzi ma’ assoċjazzjonijiet ta’ investituri Ewropej u nazzjonali, u l-konsultazzjoni ġiet ippreżentata lill-Grupp tal-Utenti tas-Servizzi Finanzjarji fil-15 ta’ Settembru 2016. B’kollox, daħlu 64 tweġiba: 52 minn assoċjazzjonijiet jew kumpaniji, tmienja (8) minn awtoritajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u erbgħa (4) minn individwi. Ħafna mit-tweġibiet indikaw li l-ostakli regolatorji kienu diżinċentiv sinifikanti għad-distribuzzjoni transfruntiera.

    Fuq talba tal-Kummissjoni u abbażi tal-evidenza li nkisbet, l-ESMA wettqet stħarriġ ta’ segwitu fl-2017 sabiex tikseb aktar informazzjoni dwar prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifiċi u rekwiżiti ta’ notifika fl-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni organizzat ukoll laqgħat mal-industrija tal-fondi ta’ investiment u mal-assoċjazzjonijiet tal-investituri Ewropej għal aktar informazzjoni. Fit-30 ta’ Mejju 2017 intbagħat kwestjonarju lil tmien korpi tal-kummerċ dwar id-diversi oqsma koperti mid-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment. Kien hemm attenzjoni partikolari fuq il-kwantifikazzjoni tal-kostijiet ikkawżati mill-ostakli regolatorji għad-distribuzzjoni transfruntiera u d-determinazzjoni tal-benefiċċji potenzjali tat-tneħħija ta’ dawk l-ostakli għall-maniġers tal-assi u għall-investituri. Ir-rispons issuġġerixxa li l-kostijiet dovuti għall-ostakli regolatorji huma sostanzjali: dawn jammontaw għal 1 sa 4 % tal-kostijiet globali ta’ fond ta’ investiment. Barra minn hekk, f’Ottubru 2017 sar stħarriġ immirat ta’ 60 fond ta’ investiment żgħir, medju u kbir, irrappreżentati b’mod ugwali, abbażi ta’ proċedura ta’ teħid fortuwitu ta’ kampjun stratifikat. L-istħarriġ ikkonferma r-rilevanza tal-ostakli regolatorji u l-ħtieġa għal azzjoni fil-livell tal-UE.

    Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll mal-partijiet ikkonċernati f’Ġunju u f’Lulju 2017 permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-bidu 19 . Il-ħames tweġibiet li rċeviet mingħand maniġers tal-assi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u mingħand assoċjazzjonijiet tal-konsulenti finanzjarji appoġġjaw l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ostakli għad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment.

    Ġbir u l-użu tal-kompetenzi

    Il-Kummissjoni serrħet fuq l-informazzjoni u d-data mill-Morningstar 20 , l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġestjoni tal-Fondi u l-Assi (EFAMA) u minn rapporti tas-suq u studji minn kumpaniji privati. Barra minn hekk, ġiet riveduta l-letteratura akkademika, b’mod partikolari l-letteratura dwar l-impatt tad-distribuzzjoni transfruntiera fuq il-kompetizzjoni u l-imġieba tal-konsumatur mistennija.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Twettqet valutazzjoni tal-impatt bi tħejjija għal din l-inizjattiva.

    Fl-1 ta’ Diċembru 2017, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta pożizzjoni pożittiva b’rakkomandazzjonijiet biex jipprova jtejjeb l-abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni tal-impatt. L-abbozz ta' rapport ġie modifikat sussegwentement sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-kummenti tal-Bord 21 . Il-bidliet ewlenin irrakkomandati mill-Bord kienu jirrigwardaw:

    ·fatturi li jaffettwaw id-distribuzzjoni transfruntiera mhux koperti mill-inizjattiva,

    ·deskrizzjoni fil-linja bażi ta’ inizjattivi reċenti li għandhom impatt (indirett) fuq id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi,

    ·l-istruttura, il-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u t-tqabbil tal-opzjonijiet u

    ·l-preżentazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-metodi kwantitattivi u r-riżultati tagħhom.

    Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt rivedut u sommarju eżekuttiv tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt huma ppubblikati ma' din il-proposta 22 .

    Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jikkunsidra firxa ta’ għażliet ta’ politika. Abbażi tal-valutazzjoni tagħhom, l-għażliet ta’ politika huma kif ġej:

    (a)Ir-rekwiżiti nazzjonali tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jkunu aktar trasparenti fil-livell nazzjonali u tal-UE. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ prekummerċjalizzazzjoni fid-Direttiva 2011/61/UE tkun armonizzata, u l-proċess tal-iċċekkjar tal-materjali ta’ kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jkun inkwadrat b’mod aktar ċar.

    (b)It-tariffi regolatorji jenħtieġ li jkunu aktar trasparenti fil-livell tal-UE, u jenħtieġ li jiġu introdotti prinċipji ta’ livell għoli biex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-mod kif it-tariffi regolatorji jiġu ddeterminati.

    (c)L-għażla ta’ faċilitajiet li jappoġġjaw lill-investituri lokali jenħtieġ li titħalla f’idejn il-maniġers tal-fondi ta’ investiment, b’salvagwardji għall-investituri.

    (d)Il-proċeduri u r-rekwiżiti għall-aġġornar tan-notifiki u d-denotifika tal-użu tal-passaport ta’ kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jkunu armonizzati aktar.

    Flimkien, l-għażliet ta’ politika jnaqqsu b’mod sinifikanti l-ostakli regolatorji. Huma jżidu l-potenzjal li jiġu kkummerċjalizzati aktar fondi bejn il-fruntieri, itejbu l-kompetizzjoni, inaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u jagħtu lill-investituri aktar għażla fl-UE. L-għażliet ta’ politika għandhom ukoll benefiċċji indiretti minħabba l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom. Aktar distribuzzjoni transfruntiera għandha twassal għal aktar opportunitajiet ta’ investiment f’fondi ta’ investiment li jkollhom miri soċjali jew ambjentali. Dan imbagħad jaċċellera t-tkabbir f'dawn l-oqsma.

    L-għażliet ta’ politika kkombinati huma mistennija li jiffrankaw EUR 306 sa 440 miljun fis-sena fi spejjeż (kostijiet rikorrenti) għall-fondi tal-investiment kollha attwalment ikkummerċjalizzati bejn il-fruntieri fl-UE. L-iffrankar fi spejjeż ta’ darba huwa mistenni li jkun saħansitra akbar: EUR 378 sa 467 miljun. Dan it-tnaqqis fl-ispejjeż għandu jaħdem bħala inċentiv għall-iżvilupp ta’ aktar attivitajiet transfruntiera u jappoġġja suq uniku aktar integrat għall-fondi ta’ investiment.

    Dan ir-Regolament ikopri l-għażliet ta’ politika (a) u (b). Id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE li hija proposta separatament tkopri l-għażliet ta’ politika (c) u (d).

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din il-proposta għandha twassal għal tnaqqis sinifikanti ta’ spejjeż għall-maniġers tal-fondi ta’ investiment li jiddistribwixxu, jew beħsiebhom jiddistribwixxu, il-fondi tagħhom bejn il-fruntieri fl-UE. Dan it-tnaqqis fl-ispejjeż se jkollu effett pożittiv b’mod partikolari fuq il-maniġers ta’ fondi li jew jimmaniġġjaw għadd iżgħar ta’ fondi ta’ investiment jew fondi ta’ investiment b’assi inqas sinifikanti taħt ġestjoni, peress li għandhom bażi iżgħar li fuqha jistgħu jifirxu l-ispejjeż.

    Għalkemm din il-proposta ma timmirax direttament lejn l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-SMEs se jibbenefikaw b’mod indirett minn din il-proposta. Fil-fatt aktar distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment se taċċellera t-tkabbir tal-fondi tal-investiment tal-UE u l-investimenti tagħhom fl-SMEs, b’mod partikolari minn fondi ta' kapital ta' riskju.

    Drittijiet fundamentali

    L-UE hija impenjata fir-rigward tal-istandards għoljin tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. F’dan il-kuntest, mhuwiex probabbli li l-proposta jkollha impatt dirett fuq dawk id-drittijiet, kif elenkati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Din il-proposta se jkollha żewġ implikazzjonijiet baġitarji għall-ESMA. L-ESMA se jkollha:

    ·tħejji standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, u

    ·tiżviluppa u żżomm bażijiet tad-data li l-pubbliku jista’ juża bla ħlas.

    L-implikazzjonijiet speċifiċi baġitarji għall-ESMA huma evalwati fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja din il-proposta.

    Sakemm isir ir-rieżami reċenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni fil-forma tas-sehem tal-Kummissjoni ta’ 40 % tal-finanzjament tal-ESMA.

    5.ELEMENTI OĦRA

    ·Evalwazzjoni

    Evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv se ssir ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibbaża fuq konsultazzjoni pubblika u diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti.    

    ·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-Artikolu 1 jintroduċi d-definizzjonijiet.

    L-Artikolu 2 dwar ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jinkludi l-prinċipji li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jridu jissodisfaw, jiġifieri (i) il-komunikazzjonijiet jistgħu jiġu identifikati bħala tali, (ii) jippreżentaw ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta’ unitajiet jew ishma tal-AIFs u tal-UCITS b’mod ugwalment prominenti u (iii) kull informazzjoni inkluża fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni hija ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Huwa ġeneralment ibbażat fuq l-Artikolu 77 tad-Direttiva 2009/65/KE u jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni għad-Direttiva 2011/61/UE.

    L-Artikoli 3 u 4 jintroduċu qafas ta’ trasparenza għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti se jippubblikaw online l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali kollha applikabbli li jirregolaw ir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS, u s-sommarji tagħhom, b’lingwa abitwali fil-kamp tal-finanzi internazzjonali, filwaqt li jitolbu l-pubblikazzjoni b’dik il-lingwa ħdejn il-lingwi uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali użati fi Stat Membru partikolari. L-ESMA se tkun innotifikata dwar din l-informazzjoni u se tippubblika u żżomm bażi tad-data ċentrali ddedikata fis-sit web tagħha. Sabiex jitħaffu l-flussi tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA, l-Artikolu 3 jistipula għoti ta’ setgħa għal standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki.

    Taħt l-Artikolu 5, fejn l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu notifika sistematika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni sabiex jivverifikaw il-konformità ta’ dawn il-komunikazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol. Il-verifika ma tistax tikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni. L-Artikolu 5 jistabbilixxi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jridu japplikaw u jippubblikaw il-proċeduri applikabbli li jiżguraw trattament trasparenti u nondiskriminatorju irrispettivament mill-oriġini tal-fond ta’ investiment verifikat. Kull sena jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-ESMA dwar id-deċiżjonijiet li jiċħdu jew li jitolbu adattamenti għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Biex jiġi żgurat trattament koerenti tal-investituri individwali, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu applikati wkoll mill-AIFMs fejn l-Istati Membri jħalluhom jikkumerċjalizzaw unitajiet jew ishma ta’ AIFs lill-investituri fil-livell tal-konsumatur fit-territorji tagħhom.

    L-Artikolu 6 jistabbilixxi li meta l-awtorità kompetenti timponi tariffi jew ħlasijiet, dawn it-tariffi u l-ħlasijiet iridu jkunu proporzjonati għall-kompiti superviżorji, u l-fatturi rilevanti għandhom jintbagħtu lill-uffiċċji rreġistrati tal-AIFMs jew lill-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS.

    L-Artikolu 7 jistipula li l-awtoritajiet kompetenti jridu jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom bażijiet tad-data ċentrali dwar it-tariffi jew il-ħlasijiet jew l-ispejjeż jew il-metodoloġiji ta’ kalkolu rilevanti. L-informazzjoni tkun disponibbli mill-inqas b’lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali. Is-sistema tipprovdi għal notifiki tal-informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jitħaffu l-flussi tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA, l-ESMA trid tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki.

    L-Artikolu 8 jinkariga lill-ESMA bil-kompitu tal-ippubblikar u ż-żamma online ta’ bażi tad-data ċentrali interattiva bit-tariffi jew il-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti, jew, fejn japplika, bil-metodoloġiji ta’ kalkolu użati.

    L-Artikolu 9, bħala parti mill-bażi tad-data ċentrali interattiva introdotta mill-Artikolu 8, jipprevedi għodda interattiva dwar it-tariffi u l-ħlasijiet li tippermetti lill-utent jagħmel kalkoli online.

    L-Artikolu 10 jintroduċi rekwiżit fuq l-ESMA li tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi tad-data ċentrali dwar l-AIFMs, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFs u l-UCITS. Din il-bażi tad-data tibni fuq informazzjoni riċevuta mill-ESMA skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 2011/61/UE u fuq notifiki u ittri ta’ notifika riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti taħt dawk id-Direttivi, kif notifikati lill-ESMA skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament.

    Taħt l-Artikolu 11 l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jibagħtu n-notifiki u l-ittri ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 10 lill-ESMA. Dan l-Artikolu jistipula wkoll setgħa għall-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu standardizzati u ssimplifikati l-flussi ta’ informazzjoni bejn il-fondi ta’ investiment/l-AIFMs jew il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS u l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

    L-Artikoli 12 u 13 jintroduċu l-kunċett ta’ prekummerċjalizzazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013. Il-bidla tippermetti lill-maniġers irreġistrati skont dawk ir-Regolamenti sabiex jiffukaw fuq l-investituri billi jittestjaw il-ħajra tagħhom għal opportunitajiet jew strateġiji ta’ investiment futuri permezz tal-prekummerċjalizzazzjoni. Din il-bidla tkun teħtieġ kundizzjonijiet indaqs bil-maniġers awtorizzati taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE jibbenefikaw minn dak il-kunċett introdott bi [referenza għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv].

    L-Artikolu 14 jistabbilixxi li 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    2018/0045 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 23

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Approċċi regolatorji u superviżorji li jirrigwardaw id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (“AIFs”), kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 , u l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (“UCITS”), fis-sens tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , jirriżultaw fi frammentazzjoni u ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera u għall-aċċess tal-AIFs u l-UCITS, li min-naħa tagħhom jistgħu jwaqqfuhom milli jkunu kkummerċjalizzati fi Stati Membri oħrajn.

    (2)Sabiex jissaħħaħ il-qafas regolatorju applikabbli għall-fondi ta’ investiment u biex jitħarsu aħjar l-investituri, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni lill-investituri f’AIFs u f’UCITS jenħtieġ li jkunu identifikabbli bħala tali, u jenħtieġ li jippreżentaw ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta’ unitajiet jew ishma ta’ AIF jew UCITS bl-istess mod prominenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha inkluża fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ippreżentata b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi. Sabiex tiġi salvagwardjata l-protezzjoni tal-investituri u jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali bejn l-AIFs u l-UCITS, jenħtieġ li l-istandards għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni japplikaw b’mod ugwali għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFS u għall-UCITS.

    (3)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li jesiġu notifika sistematika ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jivverifikaw il-konformità ta’ dawk il-komunikazzjonijiet ma’ dan ir-Regolament u rekwiżiti applikabbli oħra, jiġifieri jekk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni humiex identifikabbli bħala tali, jekk jippreżentawx ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta’ unitajiet jew ishma ta’ UCITS, u fil-każijiet li fihom Stat Membru jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, ta’ AIF b’mod ugwalment prominenti u jekk l-informazzjoni kollha fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni hijiex ippreżentata b’mod li jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi.

    (4)Biex tissaħħaħ it-trasparenza u l-protezzjoni tal-investitur, jenħtieġ li l-aċċess għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għal ishma jew unitajiet ta’ AIFs jew UCITS imnaqqxa f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jitjieb billi l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) ikunu meħtieġa jżommu bażijiet tad-data ċentrali fis-siti web tagħhom b’mill-inqas lingwa użata b’mod abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

    (5)Sabiex tkun żgurata l-ugwaljanza fit-trattament u jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-AIFMs u tal-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS dwar jekk għandhomx jinvolvu ruħhom fid-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment, huwa importanti li t-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni msemmija fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE jkunu proporzjonati għall-kompiti ta’ superviżjoni mwettqa u żvelati pubblikament, u li dawk it-tariffi u l-ħlasijiet ikunu ppubblikati fis-sit web tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li s-sit web tal-ESMA jinkludi għodda interattiva li tippermetti l-kalkoli tat-tariffi u l-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti

    (6)Peress li, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , l-ESMA jenħtieġ li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha, huwa xieraq u meħtieġ li jissaħħaħ l-għarfien tal-ESMA billi jitwessgħu l-bażijiet tad-data attwalment eżistenti sabiex jinkludu l-AIFMs u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS kollha u l-AIFs u l-UCITS kollha li dawk il-kumpaniji ta’ ġestjoni jimmaniġġjaw u jbiegħu, kif ukoll l-Istati Membri kollha li fihom jinbiegħu dawk il-fondi ta’ investiment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibagħtu lill-ESMA notifiki, ittri ta’ notifika jew avviżi bil-miktub li jkunu rċevew taħt id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE.

    (7)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn il-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 , jew fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif definit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 28 minn naħa, u AIFs oħrajn, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li f'dawk ir-Regolamenti jiġu inklużi regoli dwar il-prekummerċjalizzazzjoni identiċi għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE dwar il-prekummerċjalizzazzjoni. Dawk ir-regoli għandhom jippermettu lill-maniġers irreġistrati skont dawk ir-Regolamenti sabiex jiffukaw fuq l-investituri billi jittestjaw il-ħajra tagħhom għal opportunitajiet jew strateġiji ta’ investiment futuri permezz ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

    (8)Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta’ informazzjoni dwar tariffi jew ħlasijiet jew, fejn applikabbli, metodoloġiji ta’ kalkolu rilevanti għal dawk it-tariffi, imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta’ informazzjoni li tkun innotifikata fin-notifiki, l-ittri ta’ notifika u l-avviżi bil-miktub dwar l-attivitajiet transfruntiera meħtieġa mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    (9)Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-ESMA, fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u s-sommarji tagħhom dwar ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli fit-territorji tagħhom, il-livelli ta’ tariffi jew ħlasijiet imposti minnhom, u fejn applikabbli, il-metodoloġiji ta’ kalkolu rilevanti. Barra minn hekk, biex titjieb it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti u fost l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA, jenħtieġ li l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni jkopru n-notifiki, l-ittri ta’ notifika u n-notifiki bil-miktub dwar l-attivitajiet transfruntiera li huma meħtieġa mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/EU. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    (10)Jenħtieġ li jiġu kkoordinati s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, kif żviluppati mill-ESMA, fil-qasam tan-notifiki, l-ittri ta’ notifika jew avviżi bil-miktub dwar l-attivitajiet transfruntiera taħt dan ir-Regolament u taħt id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Jenħtieġ li [Id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE dwar id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv] tħassar dawk is-setgħat mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE.

    (11)Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jsir b’mod konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA jenħtieġ li jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 .

    (12)Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi tas-suq u tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment.

    (13)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġu sinkronizzati d-dati tal-applikazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw [id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE dwar id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment kollettiv] u ta’ dan ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-prekummerċjalizzazzjoni.

    (14)Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-effiċjenza tas-suq u l-istabbiliment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)    “AIF” tfisser AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (b)    “AIFM” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (c)    “awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2009/65/KE jew awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 2011/61/UE jew l-Artikolu 4(1)(h) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (d)    “l-Istat Membru ta’ domiċilju” tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM jew il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

    (e)    “UCITS” tfisser UCITS awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

    (f)    “kumpanija maniġerjali tal-UCITS” tfisser kumpanija maniġerjali kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE;

    Artikolu 2

    Rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

    1.Il-kumpaniji maniġerjali tal-AIFMs jew tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha lill-investituri għandhom ikunu identifikabbli bħala tali, jippreżentaw ir-riskji u l-benefiċċji tax-xiri ta’ unitajiet jew ishma ta’ AIF jew ta’ UCITS b’mod ugwalment prominenti u li l-informazzjoni inkluża fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa.

    2.Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun fiha informazzjoni speċifika dwar xi UCITS ma tikkontradixxi l-informazzjoni li tkun fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE jew tnaqqas is-sinifikat tagħha, u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 78 ta’ dik id-Direttiva. Il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha jindikaw li jeżisti prospett u li t-tagħrif ewlieni għall-investituri jkun disponibbli. Il-komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għandha tispeċifika fejn, kif u b’liema lingwa l-investituri jew l-investituri potenzjali jistgħu jiksbu l-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri.

    3.L-AIFMs għandhom jiżguraw li l-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun tinkludi stedina għal xiri ta’ unitajiet jew ishma ta’ AIF li jkun fiha informazzjoni speċifika dwar AIF ma tiddikjara xi ħaġa li tkun tikkontradixxi l-informazzjoni li trid tiġi divulgata lill-investituri f’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jew tnaqqas is-sinifikat tagħha.

    4.Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-AIFs li jippubblikaw prospett skont ir-Regolament 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 31 jew skont il-liġi nazzjonali, jew japplikaw regoli dwar il-format u l-kontenut tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 tad-Direttiva 2009/65/KE.

    5.Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] l-ESMA għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, u wara dan taġġorna dawk il-linji gwida minn żmien għal żmien, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti online tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

    Artikolu 3

    Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

    1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu fuq is-siti web tagħhom bażijiet tad-data ċentrali li jkun fihom il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali kollha applikabbli li jirregolaw ir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS, u s-sommarji tagħhom, b’mill-inqas lingwa waħda abitwali fil-kamp tal-finanzi internazzjonali.

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u s-sommarji tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1 u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata dik l-informazzjoni.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

    3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

    L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO:. Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    4.Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-ESMA għandha teżamina f’rapport ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tinforma lill-Kummissjoni dwarhom. L-ESMA għandha taġġorna dak ir-rapport kull sentejn.

    Artikolu 4

    Il-bażi tad-data ċentrali tal-ESMA dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni

    Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ], l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi tad-data ċentrali li tkun tinkludi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni u s-sommarji tagħhom, u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

    Artikolu 5

    Il-verifika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

    1.Għall-fini uniku ta’ verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu notifika sistematika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom il-ħsieb li jużaw direttament jew indirettament fit-trattazzjonijiet tagħhom mal-investituri.

    In-notifika sistematika msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS.

    Fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu notifika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom, fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol, li jibdew jgħoddu mill-ewwel jum ta’ xogħol wara li tasal in-notifika, jinformaw lill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS dwar kwalunkwe talba biex din temenda l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha.

    2.L-awtoritajiet kompetenti li jesiġu notifika sistematika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jistabbilixxu, japplikaw, u jippubblikaw fis-siti web tagħhom, il-proċeduri għan-notifika sistematika tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ir-regoli u l-proċeduri interni għandhom jiżguraw trattament trasparenti u nondiskriminatorju tal-UCITS kollha, irrispettivament mill-Istati Membri li fihom huma awtorizzati l-UCITS.

    3.Fejn l-Istati Membri jippermettu lill-AIFMs jikkummerċjalizzaw unitajiet jew ishma ta’ AIFs lill-investituri individwali fit-territorji tagħhom, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk l-AIFMs.

    4.L-awtoritajiet kompetenti li jesiġu notifika sistematika ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw lill-ESMA, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu s-sena ta’ qabel rigward ċaħda jew talba għal adattamenti ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

    Ir-rapport lill-ESMA għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)in-numru totali ta’ deċiżjonijiet meħuda, b’distinzjoni ċara tal-aktar ksur frekwenti, u b’deskrizzjoni tas-suġġett;

    (b)l-eżitu ta’ kull deċiżjoni;

    (c)eżempju wieħed konkret ta’ kull ksur imsemmi fil-punt (a).

    Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li janalizza l-effetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

    Artikolu 6

    Prinċipji komuni rigward tariffi jew ħlasijiet

    1.It-tariffi jew il-ħlasijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu proporzjonati għan-nefqa relatata mal-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni u l-prestazzjoni tas-setgħat superviżorji u investigattivi skont l-Artikoli 44, 45 u 46 tad-Direttiva 2011/61/UE u l-Artikoli 97 u 98 tad-Direttiva 2009/65/KE.

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu fattura għas-sena finanzjarja partikolari lill-uffiċċju rreġistrat tal-AIFM jew tal-kumpanija maniġerjali tal-UCITS. Il-fattura għandha tindika t-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-metodu ta’ ħlas u d-data li fiha huwa dovut il-ħlas.

    Artikolu 7

    Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw tariffi u ħlasijiet

    1.Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom bażijiet tad-data ċentrali li jelenkaw it-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), jew, fejn applikabbli, il-metodi ta’ kalkolu għal dawk it-tariffi jew ħlasijiet, b’mill-inqas lingwa abitwali waħda fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

    2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-livelli ta’ tariffi jew ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), u fejn applikabbli, il-metodi ta’ kalkolu għal dawk it-tariffi jew ħlasijiet.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta taħt l-ewwel subparagrafu.

    3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jridu jinnotifikaw lill-ESMA taħt dan l-Artikolu.

    L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    4.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki skont dan l-Artikolu.

    L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 8

    Bażi tad-data interattiva tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet

    Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi tad-data interattiva, aċċessibbli mill-pubbliku b’mill-inqas lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li telenka t-tariffi jew il-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), jew, fejn applikabbli, il-metodi ta’ kalkolu għal dawk it-tariffi jew ħlasijiet.

    Il-bażi tad-data interattiva għandha tinkludi l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1).

    Artikolu 9

    Għodda interattiva tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet

    Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-ESMA għandha tiżviluppa, tagħmel disponibbli u żżomm fis-sit web tagħha għodda interattiva, aċċessibbli mill-pubbliku b’mill-inqas lingwa waħda abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li tippreżenta t-tariffi u l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1).

    L-għodda interattiva għandha tikkostitwixxi parti mill-bażi tad-data interattiva msemmija fl-Artikolu 8.

    Artikolu 10

    Bażi tad-data ċentrali tal-ESMA dwar l-AIFMs, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFs u l-UCITS

    Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-ESMA għandha tippubblika u żżomm fis-sit web tagħha bażi tad-data ċentrali, aċċessibbli għall-pubbliku b’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, li telenka l-AIFMs, il-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFs u l-UCITS kollha li dawk l-AIFMs u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS jimmaniġġjaw u jikkumerċjalizzaw, kif ukoll l-Istati Membri li fihom huma kkummerċjalizzati dawk il-fondi.

    Artikolu 11

    Standardizzazzjoni tan-notifiki lill-ESMA

    1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-ESMA kwalunkwe notifika, ittra ta’ notifika, avviż bil-miktub jew kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3) u (8), fl-Artikolu 18(2) u (4), u fl-Artikolu 93(3) u (8) u fl-Artikolu 93a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 31(2) u (4), fl-Artikolu 32(3) u (7), fl-Artikolu 32a(3) u fl-Artikolu 33(2) u (3) tad-Direttiva 2011/61/UE.

    2.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 17(1), (2), (3), (8) u (9), l-Artikolu 18(1), (2) u (4), l-Artikolu 93(1), (2) u (8) u l-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 32a(2) u l-Artikolu 33(2), (3) u (6) tad-Direttiva 2011/61/UE.

    L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    3.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-forom, il-mudelli u l-proċeduri għall-bgħit tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), (2), (3), (8) u (9), l-Artikolu 18(1), (2) u (4), l-Artikolu 93(1), (2) u (8) u l-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 31 (2) u (4), l-Artikolu 32(2) u (7), l-Artikolu 32a(2) u l-Artikolu 33(2), (3) u (6) tad-Direttiva 2011/61/UE, u tinkludi l-proċedura tal-bgħit tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

    L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    Artikolu 12

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju

    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 jiġi emendat kif ġej:

    (1)fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (o) li ġej:

    “(o)    ‘prekummerċjalizzazzjoni’ tfisser għoti dirett jew indirett ta’ informazzjoni dwar strateġiji ta’ investiment jew ideat ta’ investiment mill-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, jew f’ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b’uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f’fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li għadu mhux irreġistrat”;

    (2)jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

    Artikolu 4a

    1. Il-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jistgħu jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

    (a)tkun relatata ma’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti stabbiliti;

    (b)tkun tinkludi xi referenza għal fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti stabbiliti;

    (c)tkun tippermetti lill-investituri jintrabtu li jixtru unitajiet jew ishma ta’fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti partikolari;

    (d)tkun tammonta għal prospett, dokumenti kostituzzjonali ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li ma jkunux għadhom ġew irreġistrati, li joffru dokumenti, formoli ta’ sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f’forma ta’ abbozz kif ukoll f’forma finali li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta’ investiment.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li l-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni.

    3. Is-sottoskrizzjoni tal-investituri f’unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti rreġistrati wara l-prekummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 jew fl-unitajiet jew l-ishma ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mmaniġġjati u kkummerċjalizzati minn maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li għamlu prekummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li għadhom mhumiex irreġistrati bl-istess karatteristiċi għandha titqies bħala r-riżultat tal-kummerċjalizzazzjoni.

    4. Il-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li joffru unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li kienu l-oġġett ta’ prekummerċjalizzazzjoni għas-sottoskrizzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15.”

    Artikolu 13

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (o) li ġej:

    “(o)    ‘prekummerċjalizzazzjoni’ tfisser għoti dirett jew indirett ta’ informazzjoni dwar strateġiji ta’ investiment jew ideat ta’ investiment mill-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jew f’ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b’uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f’fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għadu mhux irreġistrat”;

    (2)jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

    Artikolu 4a

    1. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jistgħu jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri potenzjali:

    (a)tkun relatata ma’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti stabbiliti;

    (b)tkun tinkludi xi referenza għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti stabbiliti;

    (c)tkun tippermetti lill-investituri jintrabtu li jixtru unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti partikolari;

    (d)tkun tammonta għal prospett, dokumenti kostituzzjonali ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li ma jkunux għadhom ġew irreġistrati, li joffru dokumenti, formoli ta’ sottoskrizzjoni jew dokumenti simili kemm f’forma ta’ abbozz kif ukoll f’forma finali li jippermettu lill-investituri li jieħdu deċiżjoni ta’ investiment.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li l-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu prekummerċjalizzazzjoni.

    3. Is-sottoskrizzjoni tal-investituri f’unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti rreġistrati wara l-prekummerċjalizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jew fl-unitajiet jew l-ishma ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjati u kkummerċjalizzati minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għamlu prekummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għadhom mhumiex irreġistrati bl-istess karatteristiċi għandha titqies bħala r-riżultat tal-kummerċjalizzazzjoni.

    4. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li joffru unitajiet jew ishma ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li kienu l-oġġett ta’ prekummerċjalizzazzjoni għas-sottoskrizzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 16.”

    Artikolu 14

    Evalwazzjoni

    Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal data 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti, tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal l-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], ħlief għall-Artikolu 2(1) u (4), l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13, li għandhom japplikaw minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva:

    1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    1.4.Objettiv(i)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Ir-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti 345/2013 u 346/2013

    1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati

    L-istabbiltà finanzjarja, is-servizzi finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

    1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

    ◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 32

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

     Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Objettiv ġenerali 1: Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

    Objettiv ġenerali 2: Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    1.6 Fluss akbar ta’ investiment transfruntier.

    2.4 Il-konsumaturi jkollhom aċċess għal prodotti u servizzi ta’ assigurazzjoni, pensjoni u ta’ UCITS siguri u affidabbli, kemm f’livell nazzjonali kif ukoll bejn il-fruntieri.

    Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

    12. Servizzi finanzjarji u swieq tal-kapital

    1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jeħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    It-tnaqqis tal-ostakli għad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment għandu jnaqqas l-ispejjeż għall-maniġers tal-assi biex jaqsmu l-fruntieri, u b’hekk jaċċellera t-tkabbir tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi ta’ investiment u jappoġġja l-approfondiment tas-suq uniku għall-fondi ta’ investiment tal-UE.

    Dan, min-naħa tiegħu, għandu jnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq, iżid il-kompetizzjoni u fl-aħħar mill-aħħar jgħin biex tiġi offruta għażla akbar u valur aħjar lill-investituri fl-UE.

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

    Sa tmiem l-2019, il-Kummissjoni se tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ din il-proposta. Il-programm ta’ monitoraġġ se jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, se tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa. Se jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-ESMA fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra.

    Il-lista ta’ sorsi mhux eżawrjenti li ġejja tista’ tipprovdi bażi għall-ġbir tal-informazzjoni għall-monitoraġġ u t-tħejjija tal-evalwazzjoni tal-impatt ta’ din il-proposta:

    (a)    Is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti rigward ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni u t-tariffi u l-ħlasijiet regolatorji,

    (b)    il-bażi tad-data tal-ESMA dwar ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni,

    (c)    il-bażi tad-data tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet,

    (d)    l-għodda interattiva tal-ESMA dwar it-tariffi u l-ħlasijiet,

    (e)    il-bażi tad-data tal-ESMA għan-notifiki.

    Filwaqt li s-sors (e) jippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-objettiv ġenerali ta’ politika ġiex issodisfat, is-sorsi (a) sa (d) jistgħu jservu fl-analiżi ta’ sa fejn intlaħqu l-objettivi speċifiċi ta’ politika.

    L-indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni marbutin ma’ dawn is-sorsi jkunu jinkludu l-eżitu li ġej:

       il-ħolqien/l-aġġornament ta’ siti web mill-awtoritajiet kompetenti u mill-ESMA (u l-użu tas-sorsi (a) sa (c), kontrolli ta’ jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli fuq dawn is-siti web;

       il-ħolqien ta’ bażi tad-data interattiva dwar it-tariffi u l-ħlasijiet mill-ESMA (l-użu ta’ sors (d)), verifika ta’ jekk il-bażi tad-data hijiex qed tiffunzjona.

    F'dak li jirrigwarda r-riżultati u l-impatti, jenħtieġ li l-analiżi tkun ibbażata fuq is-sors (e). Dan is-sors jippermetti li jiġi identifikat in-numru ta’ notifiki totali u għal kull Stat Membru, kif ukoll ir-rata ta’ tkabbir totali u għal kull Stat Membru. L-analiżi għandha tkkunsidra wkoll il-punt ta’ riferiment taż-żieda kurrenti ta’ distribuzzjoni transfruntiera ta’ fondi: it-tkabbir medju tan-numru ta’ fondi transfruntiera fl-aħħar ħames snin kien ta’ 6,8 % fis-sena. Jekk ma jinbidel xejn, it-tkabbir għandu jaċċellera aktar bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva. L-evalwazzjoni abbażi tas-sors (e) tista’ ssir mill-ESMA darba fis-sena u jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea, għal aktar użu jew analiżi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tagħha.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

    Fi żmien qasir, l-ESMA għandha l-kompitu li tiżviluppa u żżomm bażijiet tad-data dwar ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni, it-tariffi u l-ħlasijiet regolatorji u n-notifiki. Barra minn hekk, bħala parti mill-bażi tad-data dwar it-tariffi u l-ħlasijiet regolatorji, l-ESMA għandha l-kompitu li tniedi għodda interattiva li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati kollha jikkalkolaw l-ammont ta’ tariffi regolatorji għal kull Stat Membru.

    Barra minn hekk, l-ESMA se jkollha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-inizjattiva.

    1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

    L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa peress li l-problema ewlenija li din l-inizjattiva tixtieq tindirizza hija l-funzjonament tas-suq intern għall-fondi ta’ investiment (b’mod aktar speċifiku l-użu tal-passaport ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-UE mill-fondi ta’ investiment), li mhuwiex limitat għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed u ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri individwali fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, l-isforzi preċedenti biex jikkonverġu l-prattiki (superviżorji) nazzjonali f'dan il-qasam permezz tal-ESMA ma rnexxilhomx jindirizzaw din il-problema identifikata. Għaldaqstant din il-proposta qed tagħti lill-ESMA l-kompiti deskritti hawn fuq u li ma jistgħux ikunu kkompletati mill-Istati Membri individwali.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    L-ESMA diġà kienet inkarigata b’kompiti simili, bħaż-żamma tar-reġistri tal-maniġers awtorizzati eżistenti għall-UCITS, l-AIFs, l-EuVECA u l-EuSEF. Inġenerali l-esperjenza kienet waħda pożittiva.

    1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    L-inizjattiva hija konformi mar-rwol imtejjeb li l-ESMA qed tingħata fil-proposta dwar ir-rieżami tal-ASE. Madankollu, ma għandha l-ebda impatt dirett fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-ASE peress li tirrigwarda kwistjoni teknika speċifika mhux indirizzata fir-rieżami.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

    ◻ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

     Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

    segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 33

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

       aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    ◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    ◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

    ◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

    ◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Kummenti

    N/A

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Ir-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    F'konformità mal-arranġamenti diġà eżistenti, l-ESMA tħejji rapporti fuq bażi regolari dwar l-attività tagħha (inklużi r-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar tal-Bord Maniġerjali u l-produzzjoni tar-rapport annwali), u tiġi sottomessa għal awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditu Intern dwar l-użu tar-riżorsi tagħha. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-azzjonijiet proposti preżentement se jikkonformaw mar-rekwiżiti diġà eżistenti.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

    2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

    Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku u effiċjenti tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta hu mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li mhumiex attwalment koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti tal-ESMA.

    2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

    Is-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll, kif previst fir-Regolament tal-ESMA, diġà qed jiġu implimentati. L-ESMA taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditu Intern tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-istandards adegwati jiġu milħuqa fl-oqsma kollha ta' kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ESMA skont din il-proposta preżenti. Rapporti annwali tal-awditu intern jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

    Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), japplikaw għall-ESMA mingħajr l-ebda restrizzjoni.

    Bħalissa l-ESMA għandha strateġija dedikata kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni li jirriżulta. L-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni ġew implimentati fl-2014. L-azzjonijiet imsaħħa tal-ESMA fil-qasam ta’ kontra l-frodi se jkunu konformi mar-regoli u mal-gwida pprovduti mir-Regolament Finanzjarju (miżuri ta’ kontra l-frodi bħala parti minn immaniġġjar finanzjarju sod), mill-politiki ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-OLAF, mid-dispożizzjonijiet ipprovduti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)376) kif ukoll kif stabbilit fl-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE (Lulju 2012) u l-pjan direzzjonali relatat.

    Ir-Regolament li jistabbilixxi l-ESMA jistipula d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ESMA u r-regoli finanzjarji applikabbli.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwati

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    1a: Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    Diff./Mhux diff 34 .

    mill-pajjiżi tal-EFTA 35

    mill-pajjiżi kandidati 36

    minn pajjiżi terzi

    skont is-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1.a

    12 02 06 ESMA

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru
    [Intestatura………………………...……………]

    Diff./mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont is-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    […]

    [XX.SS.SS.SS]

    […]

    […]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 37

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1a

    Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi 

    ESMA

    Sena
    N
    38

    Sena
    N+1
    39

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    Titolu 1:

    Impenji

    (1)

    0 441

    0 191

    Minħabba l-arranġament ta’ kofinanzjament ta’ 60/40 tal-ASE, 40 % biss tal-kostijiet stmati qed jissemmew hawnhekk.

    Pagamenti

    (2)

    0 441

    0 191

    Titolu 2:

    Impenji

    (1a)

    Pagamenti

    (2a)

    Titolu 3:

    Impenji

    (3a)

    Pagamenti

    (3b)

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    għall-ESMA

    Impenji

    =1+1a

    +3a

    0 441

    0 191

    Pagamenti

    =2+2a

    3b

    0 441

    0 191






    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    5

    “Nefqa amministrattiva”

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    FISMA

    • Riżorsi umani

    • Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL DĠ FISMA

    Approprjazzjonijiet

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURA 5

    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N 40

    Sena
    N+1 41

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    0 441

    0 191

    Pagamenti

    0 441

    0 191

    3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-ESMA

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    Sena
    N

    Sena
    N+1 42

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 43

    Kost medju

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1.6 u 2.4 44

    - Bażi tad-data dwar it-tariffi/il-ħlasijiet regolatorji

    0 200

    0 040

    Minħabba l-arranġament ta’ kofinanzjament ta’ 60/40 tal-ASE, 40 % biss tal-kostijiet stmati qed jissemmew hawnhekk.

    - Bażi tad-data dwar in-notifiki

    0 100

    0 020

    - Output

    Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

    - Output

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

    KOST TOTALI

    0 300

    0 060

    3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ESMA

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N 45  

    Sena
    N+1 46

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    Uffiċjali (Gradi AD)

    0 141

    (2 impjegati inklużi l-kostijiet tar-reklutaġġ)

    0 131

    (2 impjegati)

    Minħabba l-arranġament ta’ kofinanzjament ta’ 60/40 tal-ASE, 40 % biss tal-kostijiet stmati qed jissemmew hawnhekk.

    Uffiċjali (Gradi AST)

    Persunal kuntrattwali

    Persunal temporanju

    Esperti Nazzjonali Sekondati

    TOTAL

    0 141

    (2 impjegati inklużi l-kostijiet tar-reklutaġġ)

    0 131 (2 impjegati)

    Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) — pjan ta’ stabbiliment

    Grupp tal-funzjoni u grad

    Sena N

    Sena N+1

    Sena N+2

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    AD16

    AD15

    AD14

    AD13

    AD12

    AD11

    AD10

    AD9

    AD8

    AD7

    AD6

    AD5

     

    Total ta’ AD

    0 141
    (2 impjegati inklużi l-kostijiet tar-reklutaġġ)

    0 131
    (2 impjegati)

    AST11

    AST10

    AST9

    AST8

    AST7

    AST6

    AST5

    AST4

    AST3

    AST2

    AST1

    Total ta’ AST

    AST/SC 6

    AST/SC 5

    AST/SC 4

    AST/SC 3

    AST/SC 2

    AST/SC 1

    Total ta’ AST/SC

    TOTAL FINALI

    0 141
    (2 impjegati inklużi l-kostijiet tar-reklutaġġ)

    0 131
    (2 impjegati)

    Stima tal-impatt fuq il-persunal (addizzjonali) — persunal estern

    Aġenti kuntrattwali

    Sena N

    Sena N+1

    Sena N+2

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Grupp ta’ funzjonijiet IV

    Grupp ta’ funzjonijiet III

    Grupp ta’ funzjonijiet II

    Grupp ta’ funzjonijiet I

    Total

    Esperti Nazzjonali Sekondati

    Sena N

    Sena N+1

    Sena N+2

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena N+2

    Sena N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    ·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 47

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

    XX 01 04 ss 48

    - fil-Kwartieri Ġenerali 49

    - fid-Delegazzjonijiet

    XX 01 05 02 (AC, ENS, INT — Riċerka indiretta)

    10 01 05 02 (AC, ENS, INT — Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Persunal estern

    Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

       Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

       Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 50 .

    Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    […]

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

    Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena
    N

    Sena
    N+1 51

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    0 662

    0 287

    60 % tal-kostijiet stmati qed jissemmew hawnhekk minħabba l-arranġamenti ta’ kofinanzjament tal-ASE

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

    0 662

    0 287



    3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq id-dħul mixxellanju

    miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 52

    Sena
    N

    Sena
    N+1

    Sena
    N+2

    Sena
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    […]

    Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

    […]

       

    ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin

    Il-kostijiet relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-ESMA ġew stmati skont tliet kategoriji ta’ kostijiet: Il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tal-infrastruttura u l-kostijiet operattivi.

    Skont l-estimi kurrenti preliminari tal-Kummissjoni, il-kompiti l-ġodda tal-ESMA se jkunu jeħtieġu 2 impjegati ġodda. Dawn jiżdiedu mal-persunal li bħalissa qed jaħdem fl-ESMA u li hu kopert mill-baġit attwali għall-ESMA. Il-kostijiet huma maqsuma fuq bażi ta’ 60/40 mal-Istati Membri.

    Il-ħtieġa għal aktar persunal tirrifletti l-kompiti addizzjonali li l-ESMA ġiet inkarigata minnhom u hija relatata mal-ħolqien u ż-żamma ta’ bażijiet tad-data dwar ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni, it-tariffi u l-ħlasijiet regolatorji u n-notifiki. Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

    Suppożizzjonijiet ġenerali magħmula meta jiġu kkalkolati riżorsi addizzjonali

    Meta ġew ikkalkolati r-riżorsi addizzjonali, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin.

    Il-karigi addizzjonali li jridu jinħolqu huma preżunti li huma persunal permanenti jew persunal temporanju b’kostijiet salarjali medji ta’ EUR 143 000 fis-sena.

    Minħabba li l-ESMA tinsab f’Pariġi, jittieħed koeffiċjent ta’ korrelazzjoni tas-salarju ta’ 1 148 minħabba l-għoli tal-ħajja superjuri meta mqabbla ma’ Brussell.

    Il-kostijiet relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, stallazzjoni u perkaċċi oħrajn, kostijiet tal-ġarr, eċċ) huma stmati għal EUR 12 700 għal kull membru tal-persunal.

    Bħala rimarka ġenerali, il-kostijiet għall-ESMA bħalissa huma maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq bażi ta’ 60/40.

    Kalkolu tan-numru ta’ membri addizzjonali

    Għall-kalkolu tan-numru ta’ membri addizzjonali mal-ESMA, il-kompiti l-ġodda huma maqsuma f’żewġ oqsma ewlenin ta’ xogħol ġdid attribwit lill-ESMA: il-bażi tad-data dwar it-tariffi u l-ħlasijiet regolatorji u l-bażi tad-data dwar in-notifiki. Għal dawn l-oqsma, hi kkunsidrata l-istima li ġejja tal-ammont ta’ xogħol. Għall-bażi tad-data dwar it-tariffi regolatorji huwa stmat li jenħtieġu maniġer tal-proġett wieħed u assistent, filwaqt li għall-bażi tad-data dwar in-notifiki jenħtieġu maniġer tal-proġett wieħed u żewġ assistenti tal-IT.

    It-Tabella 1 tippreżenta n-numru totali stmat addizzjonali ta’ membri tal-persunal għal kull qasam għall-ESMA:

    Tabella 1: Total FTE għal kull qasam fis-sena

    Total FTE għal kull qasam

    Bażi tad-data dwar it-tariffi/il-ħlasijiet regolatorji

    1

    Bażi tad-data dwar in-notifiki

    1

    Total

    2

    Kalkolu tan-nefqa fuq l-infrastruttura esterna

    Għan-nefqa relatata mal-IT huwa preżunt li jenħtieġ total ta’ EUR 750 000 sabiex jitwaqqfu l-bażijiet tad-data u jkun jifdal EUR 150 000 bħala kostijiet kontinwi.

    Tabella 2: Total tan-nefqa fuq l-infrastruttura esterna fis-sena u għal kull qasam

    Total tan-nefqa fuq infrastruttura għal kull qasam

    L-Ewwel Sena (kostijiet ta’ darba)

    Snin Sussegwenti (kostijiet kontinwi)

    Bażi tad-data dwar it-tariffi/il-ħlasijiet regolatorji

    EUR 500 000

    EUR 100 000

    Bażi tad-data dwar in-notifiki.

    EUR 250 000

    EUR 50 000

    Total

    EUR 750 000

    EUR 150 000

    Ammont totali tan-nefqa

    Fid-dawl tas-suppożizzjonijiet msemmija hawn fuq, l-ammonti totali stmati għall-kompiti l-ġodda tal-ESMA huma ppreżentati fit-Tabella 3.

    Tabella 3: Infiq totali relatat

    Tip ta’ spiża

    Il-kalkolu

    L-Ewwel Sena

    Snin Sussegwenti

    Nefqa fuq il-persunal

    EUR 143 000 x 1. 148 għal kull persunal/sena

    EUR 328 328 (2 impjegati)

    EUR 328 328 (2 impjegati)

    Nefqa relatata mar-reklutaġġ

    EUR 12 700 fissi għal kull membru ġdid tal-persunal

    EUR 25 400 (2 impjegati)

    0

    Infrastruttura/IT

    Ara t-tabella 2

    EUR 750 000

    EUR 150 000

    Total*

    EUR 1 103 728

    EUR 478 328

    *Ammonti totali: mingħajr kunsiderazzjoni tal-allokazzjoni ta’ 60/40 bejn l-Istati Membri/ il-Kummissjoni għall-baġit tal-ESMA.

    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

    (1)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
    (2)    Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
    (3)

       Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018 – Aġenda għal Ewropa aktar magħquda, Ewropa aktar b’saħħitha u aktar demokratika, (COM(2017) 650 final).

    (4)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali, (COM(2015) 468 final).
    (5)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: ir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, COM(2017) 292 final).
    (6)    Il-Green Paper: Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali, COM(2015) 63 final.
    (7)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Sejħa għal Evidenza — Qafas regolatorju tal-UE għal servizzi finanzjarji, COM(2016) 855 final.
    (8)     https://ec.europa.eu/info/publications/consultation-cross-border-distribution-investment-funds_mt .
    (9)    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
    (10)    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
    (11)    Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98-121).
    (12)    Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
    (13)    EFAMA, Pubblikazzjoni Statistika Trimestrali Q2 2017.
    (14)    Fact Book 2017 tal-EFAMA u l-Fact Book 2017 tal-Istitut tal-Kumpaniji ta’ Investiment (Investment Company Institute - ICI).
    (15)    http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52014DC0903&from=EN
    (16)    Inizjattivi oħrajn bħal pereżempju, il-gwida dwar l-istandards tal-UE eżistenti għat-trattament ta’ investimenti transfruntiera tal-UE u r-riżoluzzjoni bonarja tat-tilwim dwar l-investiment, ukoll għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-investimenti transfruntiera.
    (17)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
    (18)     https://ec.europa.eu/info/publications/consultation-cross-border-distribution-investment-funds_mt .
    (19)    https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-3132069_mt.
    (20)    Morningstar huwa fornitur ta’ data u ta’ riċerka dwar l-investiment.
    (21)    L-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju SEC(2018)129 final.
    (22)    Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt u s-Sommarju eżekuttiv SWD(2018)54 final u SWD(2018)55 final.
    (23)    ĠU C , , p. .
    (24)    Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
    (25)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
    (26)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
    (27)    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
    (28)    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
    (29)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
    (30)    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
    (31)    Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
    (32)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (33)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
    (34)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (35)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. .
    (36)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (37)    Ara l-Anness għal aktar dettalji.
    (38)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (39)    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (40)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (41)    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (42)    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (43)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (44)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
    (45)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
    (46)    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (47)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet. .
    (48)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (49)    Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).
    (50)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
    (51)    In-nefqa għall-perjodu ta’ 2021-N hija mogħtija biss bħala eżempju. L-impatt finanzjarju fuq il-Baġit tal-UE wara l-2020 se jkun parti mill-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
    (52)    Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
    Top