Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0491

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI 2017 DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA U L-PARLAMENTI NAZZJONALI

    COM/2018/491 final

    Brussell, 23.10.2018

    COM(2018) 491 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    RAPPORT ANNWALI 2017


    DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA U


    L-PARLAMENTI NAZZJONALI








    RAPPORT ANNWALI 2017
    DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA U L
    PARLAMENTI NAZZJONALI

    1.INTRODUZZJONI

    Fl-2017, ir-relazzjonijiet bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni komplew ikunu intensivi u produttivi, kemm f'dak li għandu x’jaqsam maż-żjarat u l-laqgħat bejn il-membri tal-Kummissjoni u l-membri tal-parlamenti nazzjonali, kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-għadd ta’ opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali li waslu skont il-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà jew "id-djalogu politiku".

    Il-parlamenti nazzjonali ħadu sehem attiv fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, li tnieda bil-White Paper tal-Kummissjoni f’Marzu 2017 u fil-ħames dokumenti ta’ riflessjoni li segwewha, li dwarhom il-Kummissjoni kienet irċeviet 23 opinjoni sa tmiem l-2017. Fost il-politiki li wasslu għall-ogħla għadd ta’ opinjonijiet mill-parlamenti nazzjonali nsibu l-Unjoni tal-Enerġija, il-mobilità bit-trasport bit-triq, u s-servizzi pubbliċi. Is-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ażil komplew ikunu suġġetti importanti għad-dibattiti u l-opinjonijiet parlamentari, iżda daqstant ieħor kienu importanti s-suq intern u l-affarijiet soċjali. Il-kwistjoni tal-Brexit kienet is-suġġett ta’ opinjoni konġunta mill-Istati Visegrad u 16-il opinjoni tal-House of Lords.

    Ir-rwol ferm importanti tal-parlamenti nazzjonali, li diġà kien inkluż fil-prijorità Nru 10 ta’ din il-Kummissjoni, dwar it-Tibdil Demokratiku, kompla jiġi ssottolinjat mill-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2017, li fih irrifera għar-rwol tagħhom biex jintensifikaw il-ħidma fuq il-ġejjieni tal-Ewropa u ħabbar li se jżomm kemm lilhom kif ukoll lill-parlamenti reġjonali informati bis-sħiħ mill-bidu dwar in-negozjati għal ftehimiet kummerċjali. Barra minn hekk, il-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi qed ikomplu jkunu involuti fil-kontroll tas-sussidjarjetà u fid-dibattitu ta’ kwistjonijiet politiċi u istituzzjonali rilevanti għalihom.

    Li jiġu proposti modi biex il-Parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kien ukoll wieħed mill-objettivi ewlenin tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Isir Inqas b’Iktar Effiċjenza” li l-President Juncker waqqaf f’Novembru 2017 u li, presedut mill-ewwel Viċi President, issottometta r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Lulju 2018 1 .

    Dan ir-rapport jiffoka fuq id-djalogu politiku tal-Kummissjoni mal-parlamenti nazzjonali, li nbeda fl-2006. Il-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà, li jagħti lill-Parlamenti nazzjonali d-dritt li jivvalutaw jekk proposti leġiżlattivi f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea jikkonformawx mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa indirizzat fir-Rapport Annwali tal-2017 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità 2 . Dak ir-rapport, li qed jiġi ppubblikat b’mod parallel, għandu jitqies bħala komplementari għal dan ir-rapport.

    2.DJALOGU POLITIKU MAL-PARLAMENTI NAZZJONALI

    a. Osservazzjonijiet ġenerali fuq l-opinjonijiet bil-miktub 

    Fl-2017, il-parlamenti nazzjonali indirizzaw 576 opinjoni (inklużi 52 opinjoni motivata) lill-Kummissjoni. Dan kien 7 % inqas mill-2016, meta l-Parlamenti nazzjonali ħarġu 620 opinjoni. L-għadd ta’ opinjonijiet motivati ppreżentati fl-2017 (52) kien 20 % inqas mill-2016 (65 opinjoni motivata), iżda l-perċentwal tagħhom baqa’ simili (9 sa 10.5 % tal-għadd totali ta’ opinjonijiet).

    b. Il-parteċipazzjoni u l-ambitu

    Bħal fis-snin preċedenti, l-għadd ta’ opinjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni kien ivajra sostanzjalment bejn il-parlamenti nazzjonali. L-10 kmamar l-aktar attivi ħarġu kważi 74 % tal-opinjonijiet (jiġifieri 424 opinjoni), li huwa perċentwal simili ħafna għal dak osservat preċedentement (2016: 73 %, 2015: 70 %).

    Il-kamra li l-aktar ħarġet opinjonijiet fl-2017 kienet l-Assembleia da República Portugiża. L-64 opinjoni tagħha kienu jirrappreżentaw 11 % tal-għadd totali ta’ opinjonijiet irċevuti. Il-parlamenti nazzjonali jew kmamar nazzjonali l-oħrajn li l-aktar li bagħtu opinjonijiet fl-2016 kienu wkoll l-aktar attivi fl-2017: is-Senato della Repubblica Taljan (56 opinjoni); is-Senát Ċek (53 opinjoni), il-Camera dei Deputati Taljana (45 opinjoni), il-Bundesrat Ġermaniż (43 opinjoni), il-Camera Deputaților Rumena (41 opinjoni), il-Cortes Generales Spanjoli (38 opinjoni) 3 , is-Senat Rumen (33 opinjoni), is-Sénat Franċiż (29 opinjoni) u l-House of Lords tar-Renju Unit (22 opinjoni). Għal informazzjoni ddettaljata, ara l-Anness 1.

    c. Is-suġġetti ewlenin tal-opinjonijiet fid-djalogu politiku

    Il-pakketti leġiżlattivi li ġejjin, kif ukoll is-sensiela ta’ dokumenti ta’ riflessjoni li segwew il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, kienu fost dawk li l-aktar ġibdu attenzjoni mill-parlamenti nazzjonali (għal aktar dettalji ara l-Anness 2):

    -il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u d-dokumenti ta’ riflessjoni 4 23 opinjoni;

    -il-pakkett tal-“Enerġija Nadifa għal Kulħadd” 5 — 62 opinjoni dwar elementi differenti tal-pakkett;

    -il-pakkett dwar is-servizzi 6 — 22 opinjoni; u

    -il-pakkett dwar il-mobilità “Europe on the Move” 7 — 21 opinjoni.

    ·White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u d-dokumenti ta’ riflessjoni

    Fl-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni adottat White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa 8 , li ppreżentat firxa ta’ ħames xenarji differenti dwar kif l-Unjoni Ewropea ta’ 27 tista’ tevolvi sal-2025 u li kellha l-għan li tvara proċess ta’ riflessjoni, dibattitu u deċiżjoni dwar il-ġejjieni tal-Unjoni. Il-White Paper kienet komplementata minn ħames dokumenti ta’ riflessjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi:

    ·id-dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa 9 , adottata fis-26 ta’ April 2017, jippreżenta għażliet dwar kif id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa tista’ tiġi żviluppata fil-futur;

    ·id-dokument ta’ riflessjoni dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni 10 , adottat fl-10 ta’ Mejju 2017, jeżamina kif l-Unjoni Ewropea tista’ tisfrutta l-globalizzazzjoni bl-aħjar mod u tirrispondi għall-opportunitajiet u l-isfidi li toffri;

    ·id-dokument ta’ riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja 11 , adottat fil-31 ta’ Mejju 2017, intenzjonat biex jistimola d-dibattitu dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u t-tifsila futura tiegħu;

    ·id-dokument ta’ riflessjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea 12 , adottat fis-7 ta’ Ġunju 2018, jippreżenta xenarji possibbli għall-ġejjieni tad-difiża Ewropea; u

    ·id-dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE 13 , adottat fit-28 ta’ Ġunju 2018, jippreżenta l-possibiltajiet u l-għażliet ta’ riforma, u jippreżenta l-opportunitajiet, ir-riskji u l-kompromessi għall-futur tal-baġit tal-UE.

    Fl-2017, tmien parlamenti nazzjonali 14 ppreżentaw total ta’ 23 opinjoni dwar il-White Paper u/jew dwar id-Dokumenti ta’ Riflessjoni.

    Ħames opinjonijiet 15 kienu dwar il-White Paper infisha. B’mod partikolari, enfasizzaw il-ħtieġa għal appoġġ usa’ għall-politiki tal-Unjoni min-naħa taċ-ċittadini tagħha, kif ukoll li tinżamm l-unità tal-Unjoni Ewropea u biex tiġi rifjutata Ewropa b’aktar minn veloċità waħda. Xi wħud ifformulaw ideat dwar kif il-parlamenti nazzjonali jistgħu jiġu involuti aktar fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u l-kontroll tas-sussidjarjetà. Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni spjegat li l-għan tal-White Paper kien fil-fatt li tvara dibattitu wiesgħa maċ-ċittadini, biex tressaq l-Unjoni Ewropea eqreb lejhom, u rreferiet għall-organizzazzjoni tat-taħditiet dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, u għar-rwol li l-parlamenti nazzjonali kellhom f’dan ir-rigward. Ikkjarifikat ukoll, kif kien diġà ngħad fil-White Paper, li l-punt tat-tluq għal kull xenarju fil-White Paper kien li s-27 Stat Membru jimxu ’l quddiem flimkien bħala Unjoni u li, filwaqt li t-Trattati preżenti diġà jippermettu li jkun hemm bosta forom ta’ kooperazzjoni f’raggruppamenti mill-Istati Membri, din il-possibbiltà ma kellhiex tiġi ppreżentata jew tinftiehem bħala xi ħaġa ġdida li timmina l-unità tal-Unjoni.

    Ġew ippreżentati żewġ opinjonijiet 16 dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa: wieħed li jisħaq dwar l-importanza tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni u r-rwol li għandha taqdi biex issaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni, u l-oħra tixħet dubju fuq l-għażla tax-xenarji ppreżentati fid-dokument. Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat li l-“Ewropa Soċjali” u l-investimenti soċjali kienu prijorità fl-aġenda tagħha, u spjegat li x-xenarji possibbli ppreżentati fid-dokument ma kinux maħsuba biex jillimitaw id-dibattitu, iżda sempliċiment kellhom l-għan li juru xi possibbiltajiet. 

    It-tliet opinjonijiet 17 ippreżentati dwar id-dokument ta’ Riflessjoni dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni saħqu b’mod partikolari fuq l-importanza tal-ftehimiet kummerċjali fil-promozzjoni tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea, taċ-ċibersigurtà, u tal-ħolqien ta’ ambjent tan-negozju li jistimula l-innovazzjoni, kif ukoll ir-rwol tal-fondi strutturali u ta’ investiment biex jindirizzaw l-aspetti negattivi tal-globalizzazzjoni. Il-Kummissjoni rrispondiet dwar dawn il-kwistjonijiet u laqgħet il-fatt li l-parlamenti nazzjonali kienu qed japprezzaw l-isforzi li qed isiru fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-opportunitajiet u l-isfidi tal-globalizzazzjoni u biex din tissawwar għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

    Il-ħames opinjonijiet 18 ippreżentati dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kollha ġew minn Stati Membri li bħalissa mhumiex parti miż-żona tal-euro. Dawn semmew it-twaqqit tal-miżuri differenti indikati fid-dokument ta’ riflessjoni, ir-riskju ta’ distakk bejn l-Istati Membri li jinħoloq minn baġit għaż-żona tal-euro u l-ħtieġa li tiġi rrispettata l-integrità tas-suq intern, l-involviment tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll diversi kwistjonijiet tekniċi. Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni b’mod partikolari ċċarat is-sekwenza tal-miżuri previsti f’żewġ fażijiet: waħda li tintemm fl-2019 u l-oħra fl-2025, issottolinjat l-impenn tagħha għall-unità tal-Unjoni Ewropea, u rreferiet għall-proposta tagħha li l-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro jingħataw l-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa biex tippermettilhom jagħmlu dan, biex b’hekk igawdu bis-sħiħ mill-benefiċċji tas-sħubija fl-Unjoni. 

    Ġew ippreżentati erba’ opinjonijiet 19 fuq id-dokument ta’ riflessjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea. Dawn saħqu fuq il-komplementarjetà bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO u esprimew xi tħassib dwar l-aċċess tal-Fond Ewropew għad-Difiża u l-finanzjament tiegħu. Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni qablet li d-duplikazzjoni man-NATO għandha tiġi evitata u spjegat li l-programmi u l-għodod żviluppati taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża jkunu inklużivi u miftuħin għall-parteċipazzjoni ta' benefiċjarji mill-Istati Membri kollha, inklużi intrapriżi żgħar u medji, u li mhux se jaffettwaw ħażin il-programmi eżistenti.

    L-erba’ opinjonijiet 20 dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE kien fihom fehmiet jew suġġerimenti dettaljati dwar bosta aspetti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur, bħan-nefqa, id-dħul, ix-xejra ġenerali u l-volum, kif ukoll dwar it-tul ta’ żmien preferut tal-parlamenti nazzjonali ta’ dan il-qafas finanzjarju pluriennali. Xi parlamenti nazzjonali enfasizzaw ukoll il-komplementarjetà tal-baġits Ewropej u nazzjonali biex jinkisbu riżultati ta’ importanza għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Il-Kummissjoni laqgħet dawn il-kontribuzzjonijiet biex tużahom hija u tħejji l-proposti tagħha ta’ Mejju 2018 għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

    ·Il-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha”

    Kif imħabbar fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tagħha, fit-30 ta’ Novembru 2016 il-Kummissjoni ppreżentat pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, li huwa magħmul minn Komunikazzjoni 21 u tmien proposti leġiżlattivi 22 , li erbgħa minnhom huma marbutin mal-provvista tal-elettriku. Il-miżuri proposti mill-Kummissjoni għandhom l-għan li jaċċelleraw, jittrasformaw u jikkonsolidaw it-tranżizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni għall-enerġija nadifa, biex b’hekk jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir f’setturi ekonomiċi u mudelli kummerċjali ġodda. Il-proposti fil-pakkett ikopru kwistjonijiet bħall-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, id-disinn tas-suq tal-elettriku, is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u r-regoli tal-governanza għall-Unjoni tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet triq ġdida ’l quddiem għall-ekodisinn kif ukoll strateġija għall-mobilità konnessa u awtomatizzata.

    Fl-2017, il-parlamenti nazzjonali ppreżentaw total ta’ 62 opinjoni 23 , fosthom 19-il opinjoni motivata 24 , dwar dokumenti individwali fil-pakkett. Filwaqt li koprew firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, il-maġġoranza tal-opinjonijiet esprimew appoġġ għall-proposti tal-pakkett. Ħlief għat-tħassib dwar is-sussidjarjetà espress b’mod partikolari dwar il-proposta dwar is-suq intern tal-elettriku, il-kmamar parlamentari ffukaw fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, l-allegata interferenza tal-proposta dwar l-enerġija rinnovabbli mal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali biex tintlaħaq il-mira tal-UE. Tħassib ieħor mill-kmamar kien relatat mas-setgħat attribwiti lill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet propost fil-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija, u qajmu dubji dwar l-istabbiliment ta’ ċentri operattivi reġjonali fis-suq intern tal-elettriku. Xi kmamar esprimew ukoll tħassib dwar l-obbligi imposti fuq is-sidien u l-inkwilini bil-proposta għal Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija.

    Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni wieġbet għall-argumenti differenti mill-parlamenti nazzjonali u ċaħdet l-argument li xi proposta mill-pakkett kienet se timmina l-prerogattiva tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom. Fir-rigward tal-proposta dwar l-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni kkonfermat li l-proposta kienet imfassla biex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed flessibbiltà biex idaħħlu fis-seħħ miżuri li jippermettu iktar użu ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur. Fir-rigward taċ-ċentri operattivi reġjonali, il-Kummissjoni ddikjarat li kien meħtieġ li jiġu stabbiliti entitajiet reġjonali li jaġixxu fl-interess tar-reġjun sħiħ biex jiġi evitat li jiġu applikati soluzzjonijiet ineffiċjenti fil-livell reġjonali minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

    ·Il-pakkett dwar is-servizzi

    25 26 Fl-10 ta’ Jannar 2017, bħala parti mill-pjan ta’ direzzjoni stipulat fl-Istrateġija tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tal-pakkett dwar is-servizzi, bl-għan li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku. Il-Pakkett dwar is-Servizzi jinkludi Komunikazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet għar-riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali u erba’ inizjattivi leġiżlattivi: proposta għal Regolament li jintroduċi e-Card Ewropea tas-servizzi, proposta għal Direttiva dwar il-qafas ġuridiku u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, proposta għal Direttiva dwar test tal-propozjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolament ġdid dwar il-professjonijiet u proposta għal Direttiva dwar in-notifika mtejba ta’ liġijiet nazzjonali abbozzati dwar is-servizzi. Filwaqt li l-proposti għal e-card għandhom l-għan li jagħmluha iktar faċli għall-fornituri tas-servizzi li jkunu konformi mal-formalitajiet amministrattivi, il-proposti għal proċedura ta’ notifika riveduta u għal analiżi tal-proporzjonalità għandhom l-għan li jiżguraw li l-miżuri ġodda introdotti mill-Istati Membri jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u li jqisu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra. Il-proposti kollha jiffukaw fuq li jiżguraw li r-regoli eżistenti tal-UE fil-qasam tas-servizzi jiġu applikati aħjar, peress li l-evidenza turi li jekk dawn jiġu implimentati sal-potenzjal sħiħ tagħhom l-ekonomija tal-UE tingħata spinta qawwija.

    27 Fl-2017, il-parlamenti nazzjonali ssottomettew total ta’ 22 opinjoni dwar il-pakkett kollu kemm hu inkella dwar xi wħud mill-proposti tiegħu. Fost dawn kien hemm 14-il opinjoni motivata. Ħlief għal dawn tal-aħħar, il-biċċa l-kbira tal-parlamenti nazzjonali qablu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi trid tiġi ffaċilitata aktar, li l-burokrazija trid titnaqqas u li s-suq uniku Ewropew irid ikompli jiġi approfondit. Ġie espress tħassib li mhuwiex ġustifikabbli li, bl-intenzjoni li tingħata spinta lill-attività ekonomika, jitneħħew l-ostakli legali għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ professjonisti u għall-istabbiliment ta’ kumpaniji, għax tali miżuri jipperikolaw l-eżistenza ta’ ċerti professjonijiet u setturi, minħabba l-ispeċifiċità tagħhom.

    Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni spjegat li kważi 50 miljun ruħ — 22 % tal-forza tax-xogħol Ewropea — kienu jaħdmu fi professjonijiet li l-aċċess għalihom kien jiddependi fuq kwalifiki speċifiċi, jew li inkella l-użu ta’ titlu speċifiku għalihom huwa protett, pereżempju spiżjar jew perit. Ir-regolamentazzjoni tkun meħtieġa għal għadd ta’ professjonijiet, pereżempju dawk b'rabta mas-saħħa u mas-sigurtà pubbliċi. Madankollu, regoli antikwati li joħolqu piżijiet għalxejn jistgħu joħolqu ostakli għall-mobilità tal-professjonisti u għall-kandidati kkwalifikati biex ikollhom aċċess għal dawn l-impjiegi, li huwa wkoll għad-detriment tal-konsumaturi.

    ·Il-pakkett dwar il-mobilità “Europe on the Move”

    Fil-31 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat “Pakkett dwar il-mobilità” dwar it-trasport bit-triq, li jikkonsisti minn tmien proposti leġiżlattivi 28 , imfasslin biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa kif ukoll is-sikurezza fit-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet u r-riperkussjonijiet negattivi tat-trasport bit-triq, biex ir-regoli eżistenti jiġu ssimplifikati u ċċarati, biex l-infurzar isir aktar effiċjenti u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

    29 30 Fl-2017, il-parlamenti nazzjonali ppreżentaw 21 opinjoni b’kollox, fosthom żewġ opinjonijiet motivati, sew fuq il-pakkett kollu kemm hu, inkella dwar xi proposti tiegħu. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-parlamenti nazzjonali appoġġaw l-objettivi tal-pakkett, kien hemm xi wħud li esprimew tħassib dwar il-parti tal-pakkett li tirrigwarda r-regoli soċjali għas-sewwieqa, filwaqt li oħrajn dwar il-liberalizzazzjoni tal-kabotaġġ. Kien hemm ukoll xi tħassib dwar it-tnaqqis tal-awtonomija tal-Istati Membri u d-diskrezzjoni ta’ politika dwar it-tariffi għall-użu tat-toroq.

    Fit-tweġibiet tagħha għat-tħassib speċifiku espress, il-Kummissjoni enfasizzat il-koerenza tal-pakkett u saħqet b’mod partikolari dwar l-importanza ta’ regoli soċjali adegwati (speċjalment kundizzjonijiet għas-serħan) għas-sikurezza fit-toroq, u ta’ approċċ bilanċjat bejn il-ħarsien tad-drittijiet tas-sewwieqa għal paga adegwata u l-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Spjegat ukoll li f’dak li jirrigwarda l-kabotaġġ, il-proposti la għandhom l-għan li jiftħu s-suq u lanqas li jgħalquh meta mqabbel ma’ kif inhu issa, iżda li jillaxkaw l-infurzar u li ma jillimitawx il-marġni ta’ manuvrar tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni.

    d. Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja konġunti

    Fl-2017, il-Kummissjoni rċeviet erba’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja konġunti minn parlamenti nazzjonali, fil-biċċa l-kbira marbutin ma’ kwistjonijiet istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.

    31 L-opinjoni fuq inizjattiva proprja ffirmata minn 26 parlament/kamra dwar it-trasparenza tat-teħid politiku ta’ deċiżjonijiet fl-UE (li segwiet preżentazzjoni fil-laqgħa plenarja tal-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej mit-Tweede Kamer Netherlandiża) argumentat b’mod partikolari li d-dokumenti leġiżlattivi tal-Kunsill għandhom isiru pubbliċi mingħajr dewmien, u li l-Kunsill għandu jadotta regoli speċifiċi dwar ir-rapportar dwar deliberazzjonijiet leġislattivi, u li l-laqgħat informali tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill (bħal meta ssir laqgħa tal-UE 27 fil-format Brexit) u l-laqgħat tal-grupp tal-Euro għandhom jiġu formalizzati, inkluż billi jiġi applikat ir-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti internament.

    Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni spjegat li t-titjib tat-trasparenza huwa fost l-ogħla prijoritajiet tagħha, kif diġà tqiegħed fis-seħħ permezz ta’ bosta inizjattivi u passi li ttieħdu biex jinfetaħ il-proċess ta’ tħejjija leġiżlattiva u biex isir iktar trasparenti. Hija ħeġġet l-isforzi favur iktar trasparenza fil-proċess leġiżlattiv u tat l-appoġġ tagħha lil kwalunkwe miżura li tista’ tiġi deċiża mill-koleġiżlaturi f'dan ir-rigward.

    Opinjonijiet konġunti oħrajn fuq inizjattiva proprja li waslu fl-2017 kienu:

    -żewġ opinjonijiet iffirmati minn sitt parlament/kmamar tal-pajjiżi tal-Grupp ta' Visegrad, li kien fihom il-konklużjonijiet tal-laqgħat konġunti tal-Kumitati dwar l-Affarijiet Ewropej tagħhom dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-UE, il-Brexit, il-Ġejjieni tal-Ewropa, u dwar il-kwistjoni ta’ aktar minn xiber wieħed fil-kwalità tal-ikel. 

    -Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni għall-2020, iffirmata mis-Sénat Franċiż, mid-Dáil Irlandiż, mis-Senato della Repubblica Taljan u mis-Senat Pollakk.

    3.IR-RWOL TAL-PARLAMENTI REĠJONALI

    32 Il-parlamenti reġjonali jikkontribwixxu indirettament għar-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-parlamenti nazzjonali. Skont il-Protokoll 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, meta titwettaq il-verifika tas-sussidjarjetà ta’ abozzi ta’ atti leġiżlattivi tal-UE sabiex jinħarġu opinjonijiet motivati, il-parlamenti nazzjonali għandhom jikkonsultaw, fejn xieraq, il-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi. Il-membri tal-parlament reġjonali huma wkoll rappreżentati fil-Kumitat tar-Reġjuni, li jwettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ permezz tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà u l-pjattaforma online tagħha iddisinjata biex tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fil-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (REGPEX). L-attività relatata mal-kontroll tas-sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni hija deskritta f’aktar dettall fir-Rapport Annwali tal-2017 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità.

    Fl-2017, mis-66 kontribuzzjoni li ġew ippreżentati b’kollox mis-sħab REGPEX, 30 ġew mill-parlamenti reġjonali. L-iktar parlamenti reġjonali attivi kienu l-Assemblea Leġiżlattiva tal-Emilja-Romanja (disa’ opinjonijiet) u l-Parlament tal-Istat ta’ Thüringen seba’ opinjonijiet). Il-proposti li rċevew l-ogħla għadd ta’ reazzjonijiet mill-parlamenti reġjonali kienu l-pakkett dwar is-servizzi (ħamsa) u l-proposta dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u dawk li jindukraw (tlieta).

    Għalkemm ma hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita fit-Trattati għall-interazzjoni diretta bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti reġjonali, bosta parlamenti reġjonali, b’mod partikolari parlamenti tal-istat fl-Awstrija u l-Ġermanja, issottomettew għadd ta’ opinjonijiet lill-Kummissjoni fl-2017 biex jikkummentaw dwar is-sussidjarjetà kif ukoll dwar aspetti ta’ politika ta’ bosta proposti tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-aspetti kollha mqajma u ġeneralment indirizzathom fit-tweġibiet tagħha lill-parlamenti reġjonali.

    Wara d-“Dikjarazzjoni ta’ Heiligendamm” 33 tal-2015, il-firmatarji tagħha adottaw żewġ dikjarazzjonijiet fl-2017. Fid-“Dikjarazzjoni ta’ Feldkirch” 34 tat-13 ta’ Ġunju 2017, il-Presidenti tal-parlamenti Ġermaniżi u Awstrijaki b’setgħat leġiżlattivi 35 jissottolinjaw ir-rwol importanti tal-parlamenti reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u biex ikun hemm konnessjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn jikkommettu li jsaħħu d-djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej u jappellaw lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jinvolvu lill-parlamenti reġjonali fid-dibattiti tagħhom (inkluż dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa), fost l-oħrajn billi jtuhom dokumenti bil-Ġermaniż.

    L-istess grupp adotta d-“Dikjarazzjoni ta’ Brussell” 36 tiegħu fl-okkażżjoni tal-konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li saret f'Novembru 2017 fi Brussell, li fiha l-Kap tal-Kabinett tal-President Juncker ħa sehem u spjega dwar ix-xogħol tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, is-sussidjarjetà, u l-proporzjonalità. Id-dikjarazzjoni ta’ Brussell tenfasizza l-ħtieġa għar-rispett strett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tissuġġerixxi tibdil fil-proċedura ta’ skrutinju tas-sussidjarjetà, fosthom estensjoni tal-perjodu ta’ skrutinju ta’ tmien ġimgħat u tnaqqis fil-livell limitu biex jiġu skattati l-karti “sofor” u “oranġjo”. Din tipproponi li l-ġejjieni tal-Ewropa ma jiġix diskuss f’termini astratti iżda b’rabta ma’ politiki konkreti, u telenka għadd ta’ oqsma li fihom tara’ valur miżjud ċar fil-livell tal-Unjoni. Id-dikjarazzjoni tappella wkoll għat-tisħiħ istituzzjonali tal-korpi leġiżlattivi fil-livell sottonazzjonali (fost l-oħrajn permezz tat-tisħiħ tar-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni) u r-rwol imsaħħaħ tagħhom fil-proċessi konsultattivi tal-Kummissjoni.

    Il-President Juncker, fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta’ Settembru 2017, issottolinja r-rwol importanti tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali, u saħaq li dawn iridu jiġu infurmati bis-sħiħ mil-bidu tan-negozjati, l-istess kif jiġu aġġornati l-Membri tal-Parlament Ewropew.

    Iltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti ta’ bosta gvernijiet u parlamenti reġjonali matul is-sena, inklużi ta’ Baden-Württemberg, tas-Sassonja t’Isfel, tas-Sassonja, ta’ Thüringen (fil-Ġermanja), l-Awstrija ta’ Fuq, it-Tirol (fl-Awstrija), il-Pajjiż Bask, il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja (fi Spanja), il-Komunità Franċiża tal-Belġju u Île de France (fi Franza). Membri oħrajn tal-Kummissjoni kellhom laqgħat simili ma’ gvernijiet u parlamenti reġjonali mill-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, l-Awstrija u Spanja.

    Mappa: L-għadd totali ta’ żjarat u laqgħat tal-Membri tal-Kummissjoni ma’ parlamenti nazzjonali fl-2017: 215

    4.KUNTATTI U ŻJARAT BILATERALI

    Bħal fis-snin preċedenti, fl-2017 il-Membri tal-Kummissjoni żaru kważi l-parlamenti nazzjonali kollha. Bosta kmamar irċevew aktar minn żjara waħda mill-President Juncker, mill-ewwel Viċi President Timmermans, mill-Viċi Presidenti jew mill-Kummissarji. Barra minn hekk, għadd ta’ parlamenti nazzjonali bagħtu delegazzjonijiet fi Brussell biex jiltaqgħu mal-Membri tal-Kummissjoni. B’kollox fl-2017 saru iktar minn 190 żjara u laqgħa. Barra minn hekk, il-Kap Negozjatur inkarigat mit-tmexxija tat-Task Force tal-Kummissjoni għat-Tħejjija u għat-Tmexxija tan-Negozjati mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-TUE, Michel Barnier, iltaqa’ ma’ għadd ta’ parlamenti nazzjonali biex jgħarrafhom dwar in-negozjati. Matul l-2017, uffiċjali tal-Kummissjoni, l-iktar f’livell għoli, attendew aktar minn 80 laqgħa tal-kumitati tal-parlamenti nazzjonali sabiex jiddiskutu proposti leġiżlattivi fuq livell aktar tekniku. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-Kummissjoni kienu mistiedna jippreżentaw inizjattivi ewlenin jew suġġetti importanti bħall-Brexit fi 18-il laqgħa tar-rappreżentanti permanenti tal-parlamenti nazzjonali bbażati fi Brussell. Barra minn hekk, l-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew, li huma bbażati fir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, baqgħu f'kuntatt mal-parlamenti nazzjonali dwar is-Semestru Ewropew u kwistjonijiet ekonomiċi oħra.

    5.LAQGĦAT U KONFERENZI EWLENIN

    Il-Kummissjoni kompliet tinteraġġixxi mal-parlamenti nazzjonali tul l-2017 billi attendiet għal laqgħat u konferenzi interparlamentari importanti 37 , fosthom il-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC) 38 , il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea, il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea 39 , il-Konferenza Interparlamentari dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza 40 u l-Konferenzi Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESK/PESD) 41 .

    Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC)

    Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata fil-laqgħat tal-COSAC tal-2017 u tat risposta bil-miktub għall-kontribuzzjonijiet adottati mill-COSAC fiż-żewġ laqgħat plenarji tiegħu matul is-sena 42 . Fil-laqgħa tal-Presidenti ta’ COSAC li saret fil-Belt Valletta fit-23 ta’ Jannar 2017, li għaliha attenda l-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, id-delegati ddiskutew il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 u l-isfidi marbutin mal-Brexit u modi biex issir reazzjoni għal dak li jidher li hu nuqqas ta’ fiduċja ta’ bosta ċittadini fil-proġett Ewropew .

    Is-LVII laqgħa plenarja tal-COSAC f'Mejju 2017, li ukoll attenda għaliha l-ewwel Viċi President, kompliet id-dibattitu dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u dwar kif iktar trasparenza mill-Kunsill u l-Parlament fuq l-eżempju tal-Kummissjoni jista’ jkollha rwol biex treġġa’ lura l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE. Taħditiet oħrajn kienu ffukati fuq is-sitwazzjoni attwali tal-Brexit, bis-sehem tal-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni, u fuq Politika Marittima Integrata tal-UE iktar sostenibbli.

    Il-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC li saret f’Tallin (l-Estonja) fl-10 ta’ Lulju 2017 tat forum għad-diskussjoni dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Estonjana. Iddiskuta wkoll l-appoġġ tal-Unjoni għat-tkabbir ta’ negozji ġodda u ta’ negozji li qed jespandu.

    Fit-LVIII laqgħa plenarja tiegħu bejn is-26 u t-28 ta’ Novembru f’Tallinn, il-COSAC iddiskuta firxa ta’ suġġetti fosthom il-Ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, b’enfasi speċjali fuq il-konsegwenzi tal-Brexit, għal darb’ oħra bis-sehem tal-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni. Fela wkoll kif il-parlamenti nazzjonali jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiki aħjar biex l-Unjoni Ewropea tinġieb eqreb għaċ-ċittadini tagħha. Saru dibattiti dwar is-Suq Uniku Diġitali b'enfasi partikolari fuq l-esperjenzi Estonjani fit-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn ekonomija u amminstrazzjoni pubblika diġitali, kif ukoll dwar id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni. Sir Julian King, il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà, indika l-inizjattivi attwali tal-Unjoni f’dan il-qasam. Barra minn hekk, ġie diskuss is-sehem tal-parlamenti nazzjonali fit-Task Force għas-sussidjarjetà, għall-proporzjonalità u biex "Isir Inqas b’Iktar Effiċjenza".

    Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea

    Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea 43 saret fi Bratislava fl-24 u l-25 ta’ April 2017. Fid-diskors prinċipali tiegħu lill-konferenza, il-Viċi President Katainen ħeġġeġ bis-saħħa lill-parlamenti nazzjonali biex jinteraġġixxu maċ-ċittadini tagħhom u biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Il-konferenza adottat il-modalitajiet finali tal-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar l-Europol. Il-grupp, li huwa magħmul minn membri tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew u li għandu l-għan li jiżgura l-iskrutinju demokratiku xieraq tal-attivitajiet tal-Europol, kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fid-9 ta’ Ottubru 2017.

    6.KONKLUŻJONIJIET U ASPETTATTIVI

    Fid-djalogu politiku bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali fl-2017, tkompliet ix-xejra tal-2016 ta’ għadd kbir ta’ opinjonijiet ippreżentati mill-parlamenti nazzjonali u l-laqgħat frekwenti bejnhom u l-membri tal-kulleġġ. Bħal snin preċedenti, l-għadd ta’ opinjonijiet motivati (52) imqabblin mal-għadd totali ta’ opinjonijiet ippreżentati (576) wera li l-parlamenti nazzjonali għadhom interessati li jinvolvu ruħhom fi kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-aspetti tas-sussidjarjetà tal-inizjattivi tal-Kummissjoni, u li jagħtu kontribut siewi dwar il-kontenut ta’ dawn l-inizjattivi. Barra mill-involviment tagħhom f’inizjattivi fil-programmi annwali tal-Kummissjoni, il-parlamenti nazzjonali ffukaw fuq suġġetti orizzontali, b’mod partikolari r-riflessjoni dwar il-Ġejjieni ta’ Unjoni Ewropea ta’ 27, u dwar l-iktar sfidi importanti li qed taffaċċja l-Ewropa, bħas-sigurtà, il-kwistjonijiet ekonomiċi u l-konsegwenzi tal-Brexit. Fl-2017 rajna wkoll żieda fl-isforzi min-naħa tal-parlamenti nazzjonali biex jippreżentaw fehmiethom fl-opinjonijiet konġunti, li turi sforz akbar fil-koordinazzjoni tal-kontribut tagħhom għad-djalogu politiku mal-Kummissjoni.

    F’Jannar 2018, it-Task Force għas-sussidjarjetà, għall-proporzjonalità u biex "Isir Inqas b’Iktar Effiċjenza" bdiet il-ħidma tagħha, bis-sehem ta’ rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-Kumitat tar-Reġjuni. Din wasslet għal interess imġedded min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali li jiddibattu, ukoll fil-livell tal-COSAC, ir-rwol tagħhom fil-kontroll tas-sussidjarjetà u fi kwistjonijiet tal-UE b’mod iktar ġenerali, sabiex tiġi żgurata rabta ikbar bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha. Eżaminat ukoll oqsma ta’ politika li fihom, maż-żmien, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u/jew l-implimentazzjoni tagħhom jistgħu jiġu delegati bis-sħiħ jew parzjalment, jew jintraddu lura definittivament lill-Istati Membri, jew fejn il-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tiġi rieżaminata jew saħansitra mħassra. Fir-rapport finali 44 li ġie ppreżentat lill-President Juncker fl-10 ta’ Lulju 2018, għamlet proposti għal titjib fl-istruttura eżistenti biex jiġu involuti l-parlamenti nazzjonali u reġjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u indikat titjib li jkun jeħtieġ tibdil fit-Trattati. Fl-isfond tar-riflessjonijiet u x-xenarji għal Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru, u b’perspettiva għall-2025, il-Kummissjoni tat l-ewwel rispons għall-ħidma tat-Task Force f'Komunikazzjoni, adottata flimkien ma' dan ir-rapport 45 , li fiha tinsab il-viżjoni tagħha għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlamenti nazzjonali sa tmiem l-2018.

     

    (1)       https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-doing-less-more-efficiently_1.pdf  
    (2)      COM(2018) 490.
    (3)      Magħdudin bħala 38 opinjoni konġunta miż-żewġt ikmamar.
    (4)      COM(2017) 2025 final tal-1 ta’ Marzu 2017 u COM(2017) 206 tas-26 ta’ April 2017; COM(2017) 240 tal-10 ta’ Mejju 2017; COM(2017) 291 tal-31 ta’ Mejju 2017; COM(2017) 315 tas-7 ta’ Ġunju 2017; COM(2017) 358 tat-28 ta’ Ġunju 2017.
    (5)      COM(2016) 759,761,763,765 u 767 u COM(2016) 861,862,863 u 864 tat-30 ta’ Novembru 2016.
    (6)      COM(2016) 820, 821, 822, 823 u 824 tal-10 ta’ Jannar 2017.
    (7)      COM(2016) 275, 276, 277, 278, 279, 280, 281 u 282 tal-31 ta’ Mejju 2017.
    (8)      COM (2017) 2025.
    (9)      COM (2017) 206.
    (10)      COM (2017) 240.
    (11)      COM (2017) 291.
    (12)      COM (2017) 315.
    (13)      COM (2017) 358.
    (14)      Il-Bundesrat Awstrijaka, il-Poslanecká sněmovna Ċeka , is-Senát Ċek , il-Hrvatski Sabor Kroat, is-Senato Della Repubblica Taljan, il-Camera Deputaților Rumena, is-Senat Rumen, ir-Riksdag Żvediż.
    (15)      Il-Bundesrat Awstrijak , is-Senát Ċek , il-Hrvatski Sabor Kroat, il-Camera Deputaților Rumena, ir-Riksdag Żvediż
    (16)      Is-Senát Ċek , il-Camera Deputaților Rumena.
    (17)      Il-Poslanecká sněmovna Ċeka, il-Camera Deputaților Rumena, ir-Riksdag Svediż.
    (18)      Il-Poslanecká sněmovna Ċeka, is-Senát Ċek , il-Camera Deputaților Rumena, is-Sendag Svediż , ir-Riksdag Svediż
    (19)      Is-Senát tar-Repubblika Ċeka , is-Senato Della Repubblica Taljan, il-Camera Deputaților Rumena, ir-Riksdag Żvediż.
    (20)      Is-Senát Ċek , il-Camera Deputaților Rumena, is-Senat Rumen, ir-Riksdag Żvediż.
    (21)      Komunikazzjoni “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha” {COM(2016) 860 final).
    (22)      Proposta għal Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija {COM(2016) 759); proposta għal Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija riveduta {COM(2016) 761 final); proposta għal Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija riveduta (COM(2016) 765 final); proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (COM(2016) 767 final); proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar is-Suq Intern tal-Elettriku (COM(2016) 861 final); proposta għal Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija (COM (2016) 862 final); proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (COM (2016) 863 final); u proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (COM(2016) 864 final).
    (23)      Opinjonijiet mill-Bundesrat Awstrijak (4 opinjonijiet), is-Senát Ċek (3 opinjonijiet), il-Poslanecká sněmovna Ċeka (5 opinjonijiet), is-Sénat Franċiż (4 opinjonijiet), il-Bundesrat Ġermaniż (4 opinjonijiet), il-Bundestag Ġermaniż (2 opinjonijiet), il-Congreso de los Diputados/Senato Spanjol (4 opinjonijiet), il-Folketing Daniż (opinjoni waħda), l-Eerste Kamer Netherlandiż (opinjoni waħda), it-Tweede Kamer Netherlandiż (opinjoni waħda), is-Senato Della Repubblica Taljan (3 opinjonijiet), il-Camera Dei Deputati Taljana (7 opinjonijiet), l-Országgyűlés Ungeriż (2 opinjonijiet), is-Senat Pollakk (3 opinjonijiet), is-Sejm Pollakk (2 opinjonijiet), l-Assembleia da República Portugiża (5 opinjonijiet), is-Senat Rumen (4 opinjonijiet), il-Camera Deputaților Rumena (4 opinjonijiet), in-Národná rada Slovakka (3 opinjonijiet) u r-Riksdag Żvediż (opinjoni waħda).
    (24)      Għall-informazzjoni dwar l-opinjonijiet motivati dwar il-pakkett ara r-Rapport Annwali tal-2017 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, COM(2018) 490, taqsima 3.1. 
    (25)      COM(2016) 820 tal-10 ta' Jannar 2017.
    (26)      COM(2016) 824, COM(2016) 823, COM(2016) 822, u COM(2016) 821 tal-10 ta’ Jannar 2017 rispettivament.
    (27)      Għal aktar informazzjoni ara r-Rapport Annwali dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità, il-punt 3.2.
    (28)      Proposti rigward it-tariffi tat-toroq (Proposta għal Direttiva, COM (2017) 275 final), it-tassazzjoni tal-vetturi (Proposta għal Direttiva, COM (2017) 276 final), ir-regoli soċjali għax-xufiera (Proposta għal Regolament COM (2017) 277 final), l-istazzjonar tax-xufiera, (Proposta għal Direttiva, COM (2017) 278 final), il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tad-CO2 (Proposta għal Regolament, COM (2017) 279 final), l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ (Proposta għal Direttiva, COM (2017) 280 final), l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq (Proposta għal Regolament, COM (2017) 281 final) u l-qafas għall-użu ta’ vetturi tal-merkanzija mikrijin (Proposta għal Direttiva, COM (2017) 282 final).
    (29)      Opinjonijiet mill-Bundesrat Awstrijak (2 opinjonijiet), is-Senát Ċek (2 opinjonijiet), il-Poslanecká sněmovna Ċeka (opinjoni waħda), is-Sénat Franċiż(opinjoni waħda), it-Tweede Kamer Netherlandiż (opinjoni waħda), is-Senato Della Repubblica Taljan (opinjoni waħda), l-Országgyűlés (1 opinion) Ungeriż, is-Senat Pollakk (3 opinjonijiet), l-Assembleia da República Portugiża (2 opinjonijiet), is-Senat Rumen (7 opinjonijiet).
    (30)      Mill-Bundesrat Awstrijak dwar COM (2017) 275 u s-Senat Pollakk dwar COM (2017) 278. 
    (31)      Ara:  http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/relations/relations_other/npo/docs/netherlands/own_initiative/ oi_transparency_of_political_decision_making_in_the_eu/oi_transparency_of_political_decision_making_in_the_eu_tweedekamer_opinion_en.pdf  
    (32)      L-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, tal-Protokoll Nru 2 dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità.
    (33)      “Id-Dikjarazzjoni ta’ Heiligendamm” tas-16 ta’ Ġunju 2015 ġiet adottata b’mod konġunt mill-presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Ġermaniżi u Awstrijaċi u tal-Parlament tal-Istat tat-Tirol tan-Nofsinhar. Id-dikjarazzjoni titlob għal inklużjoni akbar tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fis-superviżjoni u l-iskrutinju tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u titlob li r-riżoluzzjonijiet adottati mill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fl-ambitu tas-sistema ta’ twissija bikrija tas-sussidjarjetà jissemmew mill-Kummissjoni Ewropea f’dokumenti uffiċjali bħar-Rapporti Annwali tagħha dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u dwar ir-Relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.
    (34)       https://www.bayern.landtag.de/aktuelles/presse/pressemitteilungen/pressemitteilungen-2017/landtagspraesidentenkonferenz-verabschiedet-europapolitische-erklaerung-von-feldkirch-barbara-stamm-gesetzgebende-regionen-staerker-in-bruessel-einbinden/
    (35)      Il-parlament tal-istat tat-Tirol tan-Nofsinhar u l-president tal-komunità li titkellem bil-Ġermaniż tal-Belġju wkoll ħadu sehem.
    (36)       http://www.pdg.be/PortalData/34/Resources/dokumente/diverses/Bruesseler_Erklaerung.pdf
    (37)      Għal iktar dettalji dwar dawn il-laqgħat, ara r-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali skont it-trattat ta’ Lisbona għall-2017: http://www.europarl.europa.eu/relnatparl/en/about/annual-reports.html
    (38)      Il-COSAC huwa l-uniku forum interparlamentari mnaqqax fit-Trattati, fil-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat iltaqa’ darbtejn f’kull Stat Membru li kellu l-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Il-Kummissjoni għandha status ta’ osservatur fil-COSAC.
    (39)      Il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea, li saret fil-Parlament Ewropew fit-30 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar 2017, ġiet indirizzata minn Valdis Dombrovskis, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Euro u d-Djalogu Soċjali u Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana. Aktar informazzjoni: http://www.europarl.europa.eu/relnatparl/en/conferences/european-parliamentary-week.html
    (40)      Din il-konferenza, li saret bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru 2017 f’Tallinn, kienet indirizzata minn Valdis Dombrovskis, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Euro u d-Djalogu Soċjali u Günther Oettinger, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani. Aktar informazzjoni: http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/conference/getconference.do?id=082dbcc55d1a225d015d1c0237bc00f5  
    (41)      L-għaxar u l-ħdax-il sessjoni konġunta ta’ dawn il-konferenzi saru bejn is-26 u t-28 ta’ April 2017 fil-Belt Valletta u bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru 2017 f’Tallinn rispettivament. Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini attendiet it-tnejn li huma. Aktar informazzjoni: http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/conference/getconference.do?id=082dbcc55898c90b01589adfe78c014b u http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/conference/getconference.do?id=082dbcc55d0fd5e3015d12272613017c
    (42)      Is-sit web tal-COSAC, http://www.cosac.eu/en/ fih rapporti dettaljati tal-laqgħat tal-COSAC kif ukoll kopji tal-kontribuzzjonijiet tal-COSAC u r-risposti tal-Kummissjoni għalihom.
    (43)      Il-konferenza ssir ta’ kull sena fl-Istat Membru li jkollu l-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-tieni nofs tas-sena ta’ qabel. Għal-laqgħa tal-2017 ara http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/euspeakers/getspeakers.do?id=082dbcc55898c90b01589abbb37500fa
    (44)       https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-doing-less-more-efficiently_1.pdf
    (45) COM(2018)703.
    Top

    Brussell, 23.10.2018

    COM(2018) 491 final

    ANNESSI

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI


    DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA U L-PARLAMENTI NAZZJONALI


    ANNESS 1

    Għadd ta’ opinjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni fl-2017 minn kull Parlament/Kamra nazzjonali (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)

    Stat Membru

    Kamra

    Għadd
    totali

    ta’ opinjonijiet
    1

    L-għadd
    minnhom li kienu

    opinjonijiet motivati

    (Protokoll Nru 2)
    2

    Il-Portugall

    Assembleia da República

    64

    0

    L-Italja

    Senato della Repubblica

    56

    1

    Ir-Repubblika Ċeka

    Sénat

    53

    0

    L-Italja

    Camera dei Deputati

    45

    0

    Il-Ġermanja

    Bundesrat

    43

    3

    Ir-Rumanija

    Camera Deputaților

    41

    1

    Spanja

    Las Cortes Generales:
    Senado de España u
    Congreso de los Diputados

    38 3

    2

    Ir-Rumanija

    Senatul

    33

    2

    Franza

    Sénat

    29

    7

    Ir-Renju Unit

    House of Lords

    22

    0

    Ir-Repubblika Ċeka

    Poslanecká sněmovna

    17

    1

    L-Iżvezja

    Riksdag

    17

    4

    Franza

    Assemblée nationale

    16

    2

    L-Awstrija

    Bundesrat

    14

    6

    Il-Polonja

    Senat Rzeczypospolitej Polskiej

    14

    4

    L-Ungerija

    Országgyűlés

    8

    2

    Il-Ġermanja

    Bundestag

    6

    6

    In-Netherlands

    Eerste Kamer

    6

    2

    Il-Polonja

    Sejm Rzeczypospolitej Polskiej

    6

    2

    L-Irlanda

    Il-kmamar tal-Oireachtas:
    Dáil u Seanad Éireann

    6

    1

    Id-Danimarka

    Folketing

    6

    0

    Is-Slovakkja

    Národná rada

    6

    0

    In-Netherlands

    Tweede Kamer

    5

    2

    Ċipru

    Vouli ton Antiprosopon /
    Βουλή των Αντιπροσώπων

    4

    0

    Ir-Renju Unit

    House of Commons

    3

    2

    Il-Greċja

    Vouli ton Ellinon

    3

    0

    L-Irlanda

    Il-kmamar tal-Oireachtas:
    Seanad Éireann

    2

    1

    Il-Belġju

    Chambre des Représentants de Belgique/Belgische Kamer van volksvertegenwoordigers

    2

    0

    Il-Kroazja

    Hrvatski Sabor

    2

    0

    Il-Litwanja

    Seimas

    2

    0

    L-Irlanda

    Il-kmamar tal-Oireachtas:
    Dáil Éireann

    1

    1

    L-Awstrija

    Nationalrat

    1

    0

    Il-Belġju

    Sénat de Belgique/Belgische Senaat

    1

    0

    Il-Bulgarija

    Narodno Sabranie

    1

    0

    Il-Lussemburgu

    Chambre des Députés

    1

    0

    Malta

    Il-Kamra tad-Deputati

    1

    0

    Is-Slovenja

    Državni svet

    1

    0

    L-Estonja

    Riigikogu

    0

    0

    Il-Finlandja

    Eduskunta

    0

    0

    Il-Latvja

    Saeima

    0

    0

    Is-Slovenja

    Državni zbor

    0

    0

    TOTALI

    576

    52



    ANNESS 2

    Id-dokumenti tal-Kummissjoni li ġġeneraw l-akbar għadd ta’ opinjonijiet 4 li waslu għand il-Kummissjoni fl-2017 (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)

    Dokument
    tal-Kummissjoni

    Titlu

    Għadd
    totali

    ta’

    opinjonijiet
    5

    Għadd li
    minnhom

    kienu opinjonijiet motivati

    (Protokoll Nru 2)
    6

    1

    COM(2016)861

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Suq Intern tal-Elettriku (riformulazzjoni)

    16 7

    11

    2

    COM(2017)253

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

    10 8

    4

    3

    COM(2016)864

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (tfassil mill-ġdid)

    10 9

    3

    4

    COM(2016)767

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata)

    10 10

    0

    5

    COM(2017)10

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

    10 11

    0

    6

    COM(2016)822

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    9 12

    5

    7

    COM(2016)863

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid)

    9 13

    3

    8

    COM(2016)821

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    8 14

    4

    9

    COM(2016)815

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    8

    1

    10

    COM(2016)710

    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017: It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

    8

    0

    11

    COM(2016)765

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

    7 15

    2

    12

    COM(2016)723

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

    7

    2

    13

    COM(2016)759

    Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

    7 16

    0

    14

    COM(2017)277

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar ħinijiet tas-sewqan kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz tat-takografi

    7 17

    0



    ANNESS 3

    Għadd ta’ opinjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni fl-2017 skont kull servizz bir-responsabbiltà prinċipali (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)

    Servizz tal-Kummissjoni bir-responsabbiltà prinċipali

    Għadd totali
    ta’ opinjonijiet
    18

    Segretarjat ġenerali

    101

    DĠ Enerġija

    65

    DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (GROW)

    52

    DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni

    41

    DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    38

    DĠ Mobilità u Trasport

    36

    DĠ Stabilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali (FISMA)

    33

    DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

    32

    DĠ Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

    29

    DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura

    25

    DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

    22

    DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali

    15

    DĠ Ambjent

    11

    Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    10 19

    DĠ Kummerċ

    10

    It-Task Force Artikolu 50

    9 20

    EUROSTAT — Statistika Ewropea

    8

    DĠ Kompetizzjoni

    6

    DĠ Politika Reġjonali u Urbana

    6

    DĠ Baġit

    5

    DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

    4

    DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

    4

    DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

    3

    DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

    3

    DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD)

    3

    DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari

    3

    DĠ Azzjoni Klimatika

    2

    TOTALI

    576

    (1)      Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
    (2)      Biex tikkwalifika bħala opinjoni motivata skont id-definizzjoni fil-Protokoll Nru 2, opinjoni trid tiddikjara b’mod ċar ksur tas-sussidjarjetà u tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali.
    (3) Magħdudin bħala tmienja u tletin opinjoni konġunta miż-żewġt ikmamar.
    (4)      It-tabella tikklassifika d-dokumenti kollha tal-Kummissjoni li dwarhom waslu mill-inqas tmien opinjonijiet.
    (5)      Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
    (6)      Biex tikkwalifika bħala opinjoni motivata skont id-definizzjoni fil-Protokoll Nru 2, opinjoni trid tiddikjara b’mod ċar ksur tas-sussidjarjetà u tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali.
    (7)      Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mis-Senát Ċek, kienet tikkonċerna wkoll COM(2016) 864, COM(2016) 862, COM(2016) 863, kif ukoll COM (2016) 861. Opinjoni waħda mill-Assembleia da República Portugiża kienet tikkonċerna COM(2016)864, COM(2016)863 u COM(2016)861 flimkien.
    (8)      Żewġ opinjonijiet, mill-Assembleia da República Portugiża, u l-Camera Deputaților, kienu jikkonċernaw iż-żewġ dokumenti COM(2017)253 u COM(2017)252 flimkien.
    (9)      Waħda mill-opinjonijiet dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni, mill-Cortes Generales ta’ Spanja, kienet tikkonċerna COM(2016)864 u COM(2016)767 flimkien. Opinjoni mis-Senát Ċek kienet tikkonċerna COM(2016)864, COM(2016)862, COM(2016)863 u COM(2016)861 flimkien. Opinjoni waħda mill-Assembleia da República Portugiża kienet tikkonċerna COM(2016)864, COM(2016)863 u COM(2016)861 flimkien.
    (10)      Waħda mill-opinjonijiet dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni, mis-Senát Ċek, kienet tikkonċerna COM(2016)759 u COM(2016)767 flimkien. Opinjoni mill-Poslanecká sněmovna Ċeka kienet tikkonċerna COM(2016)759, COM(2016)767, COM(2016)761 u COM(2016)760 flimkien.
    (11)      Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mill-Poslanecká Sněmovna Ċeka kienet tikkonċerna COM(2017)10, COM(2017) 8 u COM(2017) 7 flimkien.
    (12)      Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mill-Assembleia da Repúblicas Portugiża kienet tikkonċerna COM(2016) 824, COM(2016) 823, COM(2016) 821, COM(2016) 822, u COM(2016) 820 flimkien. Opinjoni mill-Cortes Generales ta’ Spanja kienet tikkonċerna COM(2016)824, COM(2016)823 u COM(2016)822 flimkien.
    (13)      Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mis-Senát Ċek, kienet tikkonċerna COM(2016) 864, COM(2016) 862, COM(2016) 863, u COM (2016) 861 flimkien. Opinjoni waħda mill-Assembleia da República Portugiża kienet tikkonċerna COM(2016)864, COM(2016)863 u COM(2016)861 flimkien. Opinjoni waħda, mis-Senat Franċiż, kienet tikkonċerna COM(2016) 863 u COM(2016) 861 flimkien. Opinjoni mill-Bundesrat Awstrijak, kienet tikkonċerna COM(2016)862 u COM(2016)863 flimkien.
    (14)      Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mill-Assembleia da Repúblicas Portugiża kienet tikkonċerna COM(2016) 824, COM(2016) 823, COM(2016) 863, COM(2016) 822, u COM(2016) 820 flimkien.
    (15)      Żewġ opinjonijiet, mill-Bundesrat tal-Awstrija u mill-Assembleia da República Portugiża li kienu jikkonċernaw COM(2016) 765 u COM(2016) 761 flimkien. Opinjoni mis-Senát Ċek kienet tikkonċerna COM(2017)277, COM(2016)765 u COM(2016)761 flimkien.
    (16)      Waħda mill-opinjonijiet dwar dan id-dokument tal-Kummissjoni, mis-Senát Ċek, kienet tikkonċerna COM(2016)759 u COM(2016)767 flimkien. Opinjoni mill-Poslanecká sněmovna Ċeka kienet tikkonċerna COM(2016)759, COM(2016)767, COM(2016)761 u COM(2016)860 flimkien. Opinjoni mis-Sejm Pollakk, kienet tikkonċerna COM(2016)759 u COM(2016)860 flimkien. Opinjoni mill-Cortes Generales ta’ Spanja kienet tikkonċerna COM(2016)759 u COM(2016)862 flimkien.
    (17)      Żewġ opinjonijiet, mill-Országgyűlés tal-Ungerija u mill-Assembleia da República Portugiża li kienu jikkonċernaw COM(2017) 277 u COM(2017) 278 flimkien. Opinjoni mis-Sénat Franċiż kienet tikkonċerna COM(2017)277, COM(2017)278 u COM(2017)281 flimkien. Opinjoni mis-Senát Ċek kienet tikkonċerna COM(2017)282, COM(2017)277, COM(2017)278 u COM(2017)281 flimkien.
    (18)      Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
    (19)      Is-SEAE mhuwiex servizz tal-Kummissjoni iżda korp indipendenti.
    (20)      It-Task Force Art. 50 mhuwiex servizz tal-Kummissjoni iżda korp indipendenti.
    Top