This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018AP0209
European Parliament legislative resolution of 29 May 2018 on the proposal for a Council decision on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Kingdom of Norway on administrative cooperation, combating fraud and recovery of claims in the field of Value Added Tax (COM(2017)0621 – C8–0407/2017 – 2017/0272(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'isem l-Unjoni Ewropea (COM(2017)0621 – C8-0407/2017 – 2017/0272(NLE))

ĠU C 76, 9.3.2020, p. 221–221
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/221 |
P8_TA(2018)0209
Ftehim UE-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud f'isem l-Unjoni Ewropea (COM(2017)0621 – C8-0407/2017 – 2017/0272(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2020/C 76/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0621), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (14390/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0407/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0147/2018), |
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja. |