Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0473

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2018 f’konformità mal-movimenti fl-ING (ESA 2010) (l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014–2020) li taġġorna u tissostittwixxi l-Komunikazzjoni COM(2017)220 final

    COM/2017/0473 final

    Brussell, 15.9.2017

    COM(2017) 473 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2018 f’konformità mal-movimenti fl-ING (ESA 2010)

    (l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014–2020) li taġġorna u tissostittwixxi l-Komunikazzjoni COM(2017)220 final


    1.daħla

    Fl-24 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni addotat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2018 f’konformità mal-movimenti fl-ING (ESA 2010) 1 . Wara d-dħul fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2017 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014–2020 2 b’riżultat ta’ tar-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri inklużi fil-Komunikazzjoni tal-24 ta’ Mejju 2017 rigward ir-Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza u l-Istrument ta’ Flessibbiltà jenħtieġ li jkunu aġġornati għal raġunijiet ta’ trasparenza. Għalhekk din il-Komunikazzjoni taġġorna u tissostitwixxi l-Komunikazzjoni tal-24 ta’ Mejju 2017.

    L-aġġustamenti taċ-ċifri f’din il-Komunikazzjoni jirriżultaw direttament mill-emenda tar-Regolament QFP mir-Regolament (UE, Euratom) 2017/1123 3 u ma jiddevjawx mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament QFP, li skontu ma jsir l-ebda aġġustament tekniku ieħor għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1). la matul is-sena u lanqas ex-post.

    Ir-Regolament QFP kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 4 u kif aġġustat fl-aġġustament tekniku għall-2017 5 jinkludi t-tabella tal-qafas finanzjarju għall-UE-28 għall-perjodu 2014-2020, mogħti fi prezzijiet tal-2011 (it-Tabella 1).

    Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni ta' kull sena, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, tagħmel aġġustament tekniku fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) f’konformità maċ-ċaqliq fl-introjtu nazzjonali gross (ING) u mal-prezzijiet tal-UE, u tikkomunika r-riżultati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-limiti massimi tan-nefqa fi prezzijiet kurrenti huma stabbiliti bl-użu tad-deflatur annwali fiss ta’ 2 % kif previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament QFP. F'dak li jirrigwarda l-movimenti tal-ING, din il-Komunikazzjoni tinkludi l-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli 6 .

    Fl-istess waqt il-Kummissjoni tikkalkula l-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, l-ammont assolut tal-Marġni ta’ Kontinġenza previst fl-Artikolu 13, il-marġni globali għall-pagamenti previst fl-Artikolu 5, u l-marġni globali għall-impenji previst fl-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP 7 .

    Fis-16 ta’ Ottubru 2016 id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji 2014 (ORD 2014) il-ġdida daħlet fis-seħħ b’mod retroattiv mill-2014 ‘il quddiem 8 . Bl-ORD 2014 fis-seħħ, il-limiti massimi tar-riżorsi proprji u l-limitu massimi għall-approprazzjonijiet għal impenji jistgħu jiġu adattati għad-data il-ġdida dwar l-ING skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010). L-ammont massimu tar-riżorsi proprji issa huwa stabbilit fil-livell ta’ 1.20 % tal-ING (qabel kien stabbilit għal 1.23 %) u l-ammont massimu tal-impeji fil-livell ta’ 1.26 % tal-ING (qabel kien stabbilit għal 1.29 %) 9 .

    L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li jiġi ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew ir-riżultat tal-aġġustamenti tekniċi (UE-28) għall-2018 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament QFP.

    2.It-termini tal-aġġustament tat-tabella tal-QFP (l-Anness - it-tabelli 1-2)

    It-Tabella 1 turi l-qafas finanzjarju għall-UE-28 bil-prezzijiet tal-2011, kif hemm inkluż fl-Anness I tar-Regolament dwar il-QFP, aġġustat skont l-Artikoli 5.

    It-Tabella 2 turi l-qafas finanzjarju għall-UE-28 aġġustat għall-2018 (jiġifieri fi prezzijiet kurrenti). Il-qafas finanzjarju mogħti bħala perċentwal tal-ING huwa aġġornat bl-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli (tar-rebbiegħa 2017) u bil-proġettazzjonijiet fit-tul, u huwa aġġustat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP.

    2.1.Ċifra totali għall-ING

    Meta mqabbel mal-Aġġustament Tekniku għall-2017, iċ-ċifri għall-ING issa huma mniżżla skont l-ESA 2010 minflok l-ESA 95.

    Skont l-aħħar previżjoni disponibbli, l-ING għall-2018 huwa stabbilit għal EUR 15 704 241 miljun fi prezzijiet kurrenti għall-UE-28. Skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-QFP ma jsir l-ebda aġġustament tekniku ulterjuri fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex-post matul is-snin ta' wara. Għaldaqstant, għal skopijiet ta' informazzjoni biss, l-ING aġġornat skont l-ESA 2010 huwa stabbilit għal EUR 13 977 179 miljun għall-2014, EUR 14 641 031 miljun għall-2015, EUR 14 764 598 miljun għall-2016 u EUR 15 168 167 għall-2017. Għall-istess raġuni, il-limitu massimu tar-riżorsi proprji li bħalissa huwa stabbilit fil-livell ta’ 1.20 % tal-ING (ESA 2010) huwa aġġustat biss mill-2018 ‘il quddiem fit-tabella tal-QFP fl-anness. Għall-2017 u għas-snin preċedenti, il-limitu massimu tar-riżorsi proprji huwa muri fil-livell ta’ 1.23 % tal-ING, abbażi tal-ESA95.

    2.2.Ir-riżultati ewlenin tal-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2018

    Il-limitu massimu globali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2018 (EUR 159 514 miljun) huwa ekwivalenti għal 1.02 % tal-ING.

    Il-limitu massimu globali li jikkorrispondi għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament (EUR 154 565 miljun) huwa ekwivalenti għal 0.98 % tal-ING. Abbażi tal-aħħar previżjonijiet ekonomiċi, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1.20 % ta’ EUR 33 886 miljun (0.22 % tal-ING għall-UE-28).

    3.Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP)

    Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-limitu massimu 'l fuq għall-pagamenti għas-snin 2015-2020 b’ammont ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti eżegwiti u l-limitu massimu ta’ pagament tal-QFP tas-sena n-1. Kull aġġustament 'il fuq għandu jiġi paċut kollu bi tnaqqis korrispondenti tal-limitu massimu ta’ pagament għas-sena n-1, fi prezzijiet kostanti tal-2011.

    Fl-aġġustament tekniku għall-2016, il-marġni li jifdal tal-2014 (EUR 104 miljun fi prezzijiet kurrenti) ġie ttrasferit għall-2015 (EUR 106 miljun fi prezzijiet kurrenti) u l-limiti massimi ġew aġġustati adegwatament. Fl-aġġustament tekniku għall-2017, il-marġni li jifdal għall-2015 (EUR 1 288 miljun) ġie trasferit għas-snin 2018-2010. Fl-aġġustament tekniku ta' din is-sena, hemm ikkalkulat il-MGP tal-2016.

    Il-pagamenti għal strumenti speċjali oħra huma trattati bħala pagamenti lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP 10 . Il-limitu massimu ta’ pagament għall-2016 kien EUR 144 685 miljun fi prezzijiet kurrenti. Il-pagamenti eżegwiti fl-2016 jammontaw għal EUR 131 819.4 miljun. Dan l-ammont jikkonsisti mill-pagamenti mwettqin mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati fil-baġit tal-2016 (EUR 130 164.4 miljun) u mir-riport tal-2016 għall-2017 (EUR 1 655.0 miljun) 11 . Il-pagamenti għall-istrumenti speċjali huma esklużi mill-eżekuzzjoni (EUR 016,3 miljun, li jikkonsistu minn EUR 984.7 miljun eżegwiti u minn EUR 31.7 miljun riportat). Għaldaqstant l-eżekuzzjoni meħuda inkonsiderazzjoni għall-kalkolu tal-MGP hija ta' EUR 130 803.0 miljun.

    Ir-riporti kollha mill-2015 sal-2016 tqiesu bħala eżegwiti għall-finijiet tal-kalkolu tal-MGP tal-2015, iżda mhux kollha effettivament twettqu. Għaldaqstant,ir-riporti li skadew jeħtieġ li jiżdiedu fil-kalkolu, peress li jikkostitwixxu sottoeżekuzjoni. Ir-riporti li skadew mill-2015 sal-2016 jammontaw għal EUR 109,4 miljun, li minnhom hemm EUR 0.1 miljun għall-istrumenti speċjali. L-ammont totali tar-riporti li skadew li ttieħdu inkonsiderazzjoni huwa għalhekk ta’ EUR 109.3 miljun.

    Il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu ta’ pagament għall-2016 huwa ta’ EUR 13 991,3 miljun bil-prezzijiet kurrenti (jiġifieri EUR 144 685 miljun – EUR 130 803 + EUR 109.3 miljun).

    Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament QFP, id-deflatur annwali ta’ 2 % jintuża għall-kalkolu tal-MGP u għall-aġġustament korrispondenti tal-limiti massimi. Għaldaqstant il-limitu massimu tal-2016 jitnaqqas b’EUR 13 991.3 bil-prezzijiet kurrenti jew b’EUR 12 672.0 miljun bil-prezzijiet tal-2011.

    F'konformità mal-profil previst tal-ħtiġijiet ta’ pagament, il-MGP jiġi ttrasferit għal-livell massimu ta' pagament fis-snin mill-2018 sal-2020 f’pagamenti indaqs bil-prezzijiet tal-2011 (EUR 4 281 miljun), li jikkorrispondi għal żieda fil-prezzijiet kurrenti ta’ EUR 4 852 miljun fl-2018, EUR 4 949 miljun fl-2019 u EUR 5 048 miljun fl-2020.

    Dan jirriżulta f’limitu massimu globali ta’ pagament li ma jinbidilx għall-perjodu 2014-20 bil-prezzijiet tal-2011, u żieda fil-limitu massimu globali ta’ pagament b'EUR 858 miljun bil-prezzijiet kurrenti.

    It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-MGP għall-2016 12 .

     

    It-tabella ta’ hawn taħt turi l-aġġustamenti korrispondenti għal-limiti massimi ta’ pagament:

    4.Strumenti Speċjali

    Hemm għadd ta’ strumenti li huma disponibbli barra mil-limiti massimi tan-nefqa maqbula fil-qafas finanzjarju 2014-2020. Dawn l-istrumenti għandhom l-għan li jipprovdu rispons rapidu għal avvenimenti eċċezzjonali jew mhux mistennija, u jipprovdu ftit element ta’ flessibilità b’ċerti limiti lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa miftiehma.

    4.1.Riserva għall-Għajnuna f’Emerġenza

    Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament QFP emendat, ir-Riżerva ta' Għajnuna f’Emerġenza tista’ tiġi mobilizzata sal-ammont massimu ta’ EUR 300 miljun fis-sena bil-prezzijiet tal-2011, jew EUR 344.6 miljun bi prezzijiet kurrenti għall-2018 (EUR 2 301.4 miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti). Il-parti tal-ammont mhux użat tas-sena preċedenti tista’ tiġi riportata għas-sena ta' wara. Ir-riporti mill-2016 għall-2017 jammontaw għal EUR 98.6 miljun 13 .

    4.2.Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

    Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament QFP, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jista’ jiġi mobilizzat sa ammont massimu ta’ EUR 500 miljun fis-sena fi prezzijiet tal-2011, jew EUR 574.3 miljun fl-2018 fi prezzijiet kurrenti (EUR 3 944.7 miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti). Il-parti tal-ammont mhux użata tas-sena preċedenti tista’ tiġi riportata għas-sena ta' wara. Ir-riporti mill-2016 għall-2017 jammontaw għal EUR 563.1 miljun. L-ammont ta’ EUR 508.1 miljun li skada fi tmiem l-2016 jintuża biex iżid l-Istrument ta’ Flessibbiltà fl-2017.

    4.3.Strument ta’ Flessibbiltà

    Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP emendat, l-Istrument ta’ Flessibbiltà jista’ jiġi mmobilizzat sa ammont annwali massimu ta’ EUR 600 miljun fi prezzijiet tal-2011, jew EUR 676 miljun fl-2017 u EUR 689 miljun fl-2018 fi prezzijiet kurrenti (EUR 4 315-il miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti). Il-porzjon tal-ammonti annwali mhux użat tat-tliet snin preċedenti jista' jiġi riportat.

    Skont l-Artikolu 6(1)f li jirreferi għall-Art. 11(1) it-tieni subparagrafu ta’ kull sena, mill-2017 ’il quddiem, l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà fl-2017 għandu jiġi miżjud bl-ammonti ekwivalenti għall-porzjon tal-ammont annwali għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUR 508.1 miljun), u għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 137.6 miljun), li skadew fis-sena ta’ qabel.

    L-ammont sħiħ tal-Istrument ta’ Flessibilità qabel l-2017 intuża biex b’hekk EUR 1 322 miljun fi prezzijiet kurrenti huma disponibbli fl-2017 (= ammont inizjali + ammont li skada tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea + ammont li skada tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni).

    4.4.Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament QFP, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jista’ jiġi mobilizzat sa massimu ta’ EUR 150 miljun fis-sena fi prezzijiet tal-2011, jew EUR 172.3 miljun fl-2018 fi prezzijiet kurrenti (EUR 1 183.4 miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti). Ammonti mhux użati mis-sena ta’ qabel ma jistgħux jiġu riportati. L-ammont ta’ EUR 137.6 miljun li skada fi tmiem l-2016 jintuża sabiex jiżdied l-Istrument ta’ Flessibbiltà fl-2017.

    4.5.Marġini ta' Kontinġenza

    Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament QFP, Marġni ta’ Kontinġenza sa 0.03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jiġi stabbilit barra mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2020.

    L-ammont assolut tal-Marġni ta’ Kontinġenza għas-sena 2018 huwa ta’ EUR 4 711.3-il miljun.

    4.6.Marġini globali għal impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, u għall-migrazzjoni u miżuri ta' sigurtà (MGI)

    Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament QFP, il-marġni li jibqgħu disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-snin 2014-2017 jikkostitwixxu Marġni Globali tal-QFP għall-Impenji (MGI), li għandhom isiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fl-Anness tar-Regolament QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta’ politika relatati mat-tkabbir u mal-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi għaż-żgħażagħ. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 jestendi l-ambitu tal-MGI biex issa jkun jista’ jiġi allokat ukoll għall-migrazzjoni u għall-miżuri ta’ sigurtà.

    Fil-baġit finali tal-2016, il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu ta’ impenn tal-2016 jammonta għal EUR 2 090.2 miljun. . L-impenji dwar Strumenti speċjali u l-MGI tal-2014 użat fl-2016 ma humiex ikkunsidrati billi dawn jiġu implimentati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.

    Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-QFP, id-deflatur annwali ta’ 2 % għandu jintuża għall-kalkolu tal-MGI. L-ammont tal-marġni li jifdal mill-2016 li għandu jsir disponibbli għall-2017 jikkorrispondi għal EUR 2 090.2 miljun fi prezzijiet kurrenti fl-2016, jew EUR 2 132.0 miljun bi prezzijiet kurrenti fl-2017 14 (EUR 2 174.7 miljun fi prezzijiet kurrenti fl-2018). L-ammont ta’ MGI bil-prezzijiet tal-2011 jikkorrispondi għal EUR 1 893.2 miljun.

    It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dettalji tal-kalkolu tal-MGI 15 .

    5.tabella sommarja u konklużjonijiet

    It-tabelli ta’ hawn taħt jiġbru fil-qosor il-bidliet fil-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fil-qafas finanzjarju abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament QFP bi prezzijiet kurrenti u tal-2011:

     

    (1)  COM (2017)220 finali
    (2)  ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1
    (3)  Barra minn hekk, żball li jikkonċerna r-riport mill-2016 sal-2017 tar-Riżerva għal Għajnuna f’Emerġenza huwa kkoreġut fil-paġna 6, kif ukoll żbalji żgħar ta’ preżentazzjoni tat-tabella dwar il-marġini globali għall-pagamenti f’paġna 5, l-ammonti tal-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew f’paġna 6 u fit-tabella fuq il-marġini globali għall-impenji f’paġna 8.
    (4) ĠU L 103, 22.4.2015, p.1.
    (5)  COM(2016) 311 final tat-30.6.2016.
    (6)  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/economic-performance-and-forecasts/economic-forecasts/spring-2017-economic-forecast_en
    (7)  Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar il-QFP, is-sottolimitu massimu għall-Intestatura 2 dwar in-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti għandu jiġi aġġustat wara li jseħħu t-trasferimenti bejn il-pilastru I u l-iżvilupp rurali, f’konformità mal-att legali li jistabbilixxi dawn it-trasferimenti. Għall-2018 ma hemm l-ebda trasferiment addizzjonali previst.
    (8)  ĠU L 168, 7.6.2014.
    (9)  COM(2016) 829 finali, 21.12.2016.
    (10) F’każ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiftiehmu mod ieħor dwar il-pagamenti għall-istrumenti speċjali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-tali ftehim meta tikkalkula l-MGP fl-aġġustamenti tekniċi futuri.
    (11) F’każ li xi wieħed mir-riporti mill-2016-2017 jiġi kkanċellat fl-2017, l-ammont korrispondenti jiżdied mal-kalkolu tal-MGP fl-2018.
    (12)  Żball żgħir fil-preżentazzjoni ġie korrett meta mqabbel mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2017 (COM(2017)220) li tindika l-metodu ta’ kalkolu ta’ (24)
    (13)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2017 (COM(2017)220) bi żball irappurtat li dan ir-riport kien ta' EUR 169 miljun
    (14) F’każ li l-ammont jintuża kollu jew parti minnu matul is-snin 2018-2020, dan l-ammont jiġi aġġustat billi jiġi applikat id-deflatur annwali ta’ 2 %, f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament QFP.
    (15)  Żball żgħir fil-preżentazzjoni ġie korrett meta mqabbel mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2017 (COM(2017)220) li tindika l-ammont ta’ MGI 2016 disponibbli fl-2017 u l-2018.
    Top

    Brussell, 15.9.2017

    COM(2017) 473 final

    ANNESS

    mal-

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2018 f’konformità mal-movimenti fl-ING (ESA 2010)
    (l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014–2020) li taġġorna u tissostittwixxi l-Komunikazzjoni COM(2017)220 final


    Tabella 1    QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE 28) AĠĠUSTAT GĦALL-2018*

    * l-ING sottostanti bbażat fuq l-ESA 2010 mill-2018 ’il quddiem

    Tabella 2    QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE 28) AĠĠUSTAT GĦALL-2018*

    * l-ING sottostanti bbażat fuq l-ESA 2010 mill-2018 ’il quddiem

    Top