Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0467

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IL-ĦAMES RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropea

    COM/2017/0467 final

    Brussell, 6.9.2017

    COM(2017) 467 final

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    IL-ĦAMES RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropea


    1.GWARDJA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA EWROPEA - IT-TWAQQIF TA’ ĠESTJONI TAL-FRUNTIERI INTEGRATA EWROPEA

    Il-protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE tibqa’ l-element essenzjali għall-funzjonament taż-żona ta’ Schengen mingħajr kontrolli interni tal-fruntieri u għat-twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (minn hawn ‘il quddiem: ir-Regolament) ħdax-il xahar ilu, saru sforzi kontinwi biex dan jiġi implimentat malajr, u tqiegħed enfasi partikolari fuq li l-Aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta (minn hawn ‘il quddiem: l-Aġenzija) ssir operattiva malajr kemm jista’ jkun. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni rrappurtat fuq bażi regolari dwar il-progress li sar.

    Ir-rapport preżenti jieħu kont tal-progress li sar sa minn Ġunju 2017. Fid-dawl tal-progress li nkiseb, huwa jfakkar fl-azzjonijiet ewlenin li l-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għadhom iridu jieħdu matul ix-xhur li ġejjin.

    Ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu rrimedjati l-vulnerabilitajiet identifikati fil-valutazzjonijiet f’numru ta’ Stati ta’ Schengen 1 intbagħtu u l-Istati kkonċernati ppreżentaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħhom bil-mod debitu.

    L-Aġenzija kompliet bl-eżerċizzji ta’ simulazzjoni u valutazzjonijiet ta’ theddidiet emerġenti, bil-perspettiva tal-assistenza lill-Istati ta’ Schengen fl-identifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet marbuta mat-theddidiet futuri possibbli jew li diġà qegħdin jitfaċċaw fil-fruntieri esterni.

    L-Aġenzija wettqet operazzjonijet konġunti matul ir-rotot migratorji ewlenin, b’mod partikolari fil-Mediterran Ċentrali, fil-Mediterran tal-Lvant, u ulterjorment fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Kif indikat fir-rapport preċedenti, l-Aġenzija nediet ukoll żewġ operazzjonijiet konġunti ġodda sabiex tindirizza l-flussi migratorji irregolari fir-rotta tal-Mediterran tal-Punent. Dan tal-aħħar jaqbel mal-indirizzar taż-żieda reċenti fil-migrazzjoni irregolari matul din ir-rotta.

    2.APPOĠĠ OPERAZZJONALI GĦALL-ISTATI MEMBRI

    L-Aġenzija qed tkompli tipprovdi appoġġ operazzjonali fuq il-post lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntiera b’aktar minn 1,700 gwardja tal-fruntiera u persunal oħra rilevanti jiġu skjerati f’taqsimiet differenti tal-fruntieri esterni tal-UE. Rapporti preċedenti identifikaw nuqqasijiet fl-iskjerar li għadhom hemm. Dawn in-nuqqasijiet huma parzjalment mimlija b’assi u gwardji tal-fruntiera sjkjerati mill-Istati Membri li jospitaw u kkofinanzjati mill-Aġenzija. Madankollu, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri huma meħtieġa biex isaħħu b’mod effiċjenti u sostenibbli l-kapaċità globali tal-Istati Membri li jospitaw sabiex jipproteġu b’mod effettiv it-taqsimiet tagħhom tal-fruntiera esterna tal-UE.

    2.1.    Skjerar fi Stati Membri tal-fruntiera

    Il-Greċja

    L-Aġenzija qed timplimenta tliet operazzjonijiet differenti fil-Greċja. L-Operazzjoni Konġunta Poseidon fil-Baħar Eġew tappoġġa lill-Greċja fil-kontroll tal-fruntiera u fl-implimentazzjoni tal-approċċ ta’ hotspots fil-gżejjer tal-Eġew u tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija.

    888 uffiċjal ġew skjerati mill-Aġenzija fil-kuntest tal-Operazzjoni Konġunta Poseidon inkluż l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ riammissjoni u 280 uffiċjal tas-sigurtà, ikkofinanzjati mill-Aġenzija, li huma skjerati mill-Pulizija Griega. Iċ-ċifra tinkludi esperti li jassistu fl-implimentazzjoni tal-approċċ tal-hotspots kif ukoll membri tal-ekwipaġġ tal-assi skjerati u persunal ta’ koordinazzjoni. L-iskjerar jinkludi wkoll tliet bastimenti tal-għassa barra mill-kosta, erba’ bastimenti tal-għassa mal-kosta, 12-il dgħajsa tal-għassa mal-kosta, inġenju tal-ajru wieħed bil-ġwienaħ fissi, żewġ ħelikopters, 16-il karozza tar-ronda, erba’ xarabankijiet, erba’ vetturi b’termoviżjoni u erba’ uffiċċji mobbli.

    L-Aġenzija tappoġġa wkoll lill-Greċja permezz tal-Operazzjonijiet Konġunti Attivitajiet Operazzjonali Flessibbli u Punti Fokali fl-attivitajiet tal-kontroll tal-fruntiera, bl-iskjerar attwali ta’ 52 uffiċjal b’kollox appoġġati b’vann wieħed b’termoviżjoni, 13-il karozza tar-ronda, rilevatur wieħed tat-taħbit tal-qalb u żewġ kameras smartdeck fil-fruntieri tal-art tal-Greċja mat-Turkija, l-Albanija u mal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja  kif ukoll operazzjonijiet tal-ajru rilevanti. L-attività operazzjonali fit-Tramuntana tal-Greċja ssaħħaħ is-sorveljanza fuq il-fruntiera u tipprevjeni movimenti sekondarji irregolari, u b’hekk issaħħaħ ir-rispons tal-UE għall-isfidi fir-rotta tal-Balkani tal-Punent.

    L-iskjerar attwali fuq il-fruntiera tal-art Griega mal-Albanija u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jikkonsisti minn 31 uffiċjal (b’żewġ kameras smartdeck u 10 karozzi tar-ronda) b’nuqqas li għadu hemm ta’ 35 uffiċjal sa nofs Settembru u mbagħad 37 sa nofs Ottubru.

    L-Italja

    Taħt l-umbrella tal-Operazzjoni Konġunta Triton skjerata fl-Italja u l-Baħar Mediterran Ċentrali, l-Aġenzija skjerat 407 uffiċjal, inklużi membri tal-ekwipaġġ tal-assi skjerati, persunal ta’ koordinazzjoni u esperti li jassistu fl-implimentazzjoni tal-approċċ hotspot. L-iskjerar huwa appoġġat minn tliet inġenji tal-ajru, tliet ħelikopters, żewġ bastimenti tal-għassa barra mill-kosta, sitt bastimenti tal-għassa mal-kosta, dgħajsa waħda tal-għassa mal-kosta u 12-il uffiċċju mobbli.

    Il-Bulgarija

    L-Aġenzija qed tkompli tassisti lill-Bulgarija biex tikkontrolla l-fruntieri tal-art, ukoll fid-dawl tal-prevenzjoni tal-movimenti sekondarji irregolari. L-appoġġ huwa pprovdut permezz tal-Operazzjonijiet Konġunti Attivitajiet Operazzjonali u Punti Fokali fuq il-fruntieri tal-Bulgarija mat-Turkija u s-Serbja kif ukoll operazzjonijiet tal-ajru rilevanti. L-iskjerar kurrenti jikkonsisti f’126 uffiċjal (inklużi membri tal-ekwipaġġ tal-assi skjerati) appoġġati minn sitt vetturi b’termoviżjoni, 38 karozza tar-ronda, rilevatur wieħed tas-CO₂, 39 kamera smartdeck u tliet uffiċċji mobbli.

    Spanja

    L-Aġenzija bħalissa qiegħda timplimenta tliet operazzjonijiet konġunti li jassistu lill-awtoritajiet Spanjoli billi jappoġġaw attivitajiet operazzjonali koordinati fil-fruntieri esterni tal-baħar tar-reġjun tal-Mediterran tal-Punent u r-reġjun tal-Oċean Atlantiku (fil-prossimità tal-Gżejjer Kanarji) sabiex jikkontrollwaw il-flussi tal-migrazzjoni irregolari lejn l-UE u jindirizzaw il-kriminalità transfruntiera. L-Operazzjoni Konġunta Indalo 2017 diġà ġiet implimentata sa minn Mejju 2017 u addizzjonalment l-Operazzjonijiet Konġunti Minerva u l-Operazzjoni Konġunta Hera tnedew f’Awwissu 2017. L-iskjerar kurrenti fi Spanja għal operazzjonijiet marittimi huwa ta’ 193 uffiċjal (inklużi membri tal-ekwipaġġ tal-assi skjerati, persunal tal-koordinazzjoni u timijiet tad-debriefing), appoġġati minn żewġ inġenji tal-ajru, bastiment wieħed tal-għassa barra l-kosta u dgħajsa waħda tal-għassa mal-kosta.

    Il-Balkani tal-Punent

    44 uffiċjal huma skjerati bħalissa fi Stati Membri oħra sabiex jassistu fil-ġestjoni tal-fruntiera fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. L-iskjerar l-aktar importanti qed isir fil-qafas tal-Operazzonijiet Konġunti Attivitajiet Flessibbli fuq il-fruntiera tal-art tal-Kroazja u tal-Ungerija mas-Serbja kif ukoll Punti Fokali u Punti ta’ Koordinazzjoni fuq il-fruntieri tal-art bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent rispettivament. Minbarra dan, hemm 11-il uffiċjal skjerati fl-ajruport ta’ Tirana sabiex jappoġġaw u jagħtu pariri lill-awtoritajiet lokali fil-kontrolli tal-fruntiera. Huma appoġġati minn erba’ karozzi tar-ronda.

    2.2.    Il-ġbir flimkien tar-riżorsi u l-bini tal-kapaċitajiet proprji tal-Aġenzija sabiex jiġi pprovdut appoġġ operazzjonali

    Fl-aħħar żewġ rapporti tagħha, il-Kummissjoni saħqet fuq l-importanza li nelaboraw strateġija komprensiva sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet proprji tal-Aġenzija, b’mod partikolari sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tibbenefika b’mod sħiħ minn EUR 10 miljun fis-sena (EUR 40 miljun b’kollox għall-2017-2020) sabiex tikseb l-apparat tagħha stess, b’mod partikolari assi żgħar u ta’ daqs medju. Wara l-ewwel diskussjoni fil-laqgħa ta’ Ġunju, l-Aġenzija se tippreżenta lill-Bord tal-Ġestjoni għall-adozzjoni fis-26-27 ta’ Settembru 2017 l-istrateġija komprensiva li tqis l-għażliet differenti possibbli (jiġifieri x-xiri, il-kiri, leasing, skjerar fit-tul) u kif dawn jinżammu operattivi wara l-akkwist.

    Kull akkwist jew leasing ta’ tagħmir li jinvolvi spejjeż sinifikanti għall-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi bir-reqqa tal-ħtiġijiet u tal-kostijiet/benefiċċji u konsegwentement kull infiq ta’ dan it-tip għandu jiġi stipulat fil-baġit tal-Aġenzija.

    Għaldaqstant, din l-istrateġija dwar il-kapaċitajiet proprji tal-Aġenzija jenħtieġ li tistabbilixxi kif l-Aġenzija tiżviluppa t-tagħmir tekniku tagħha b’perspettiva fit-tul u jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn valutazzjoni korrispondenti tal-implikazzjonijiet potenzjali kemm f’termini tad-dipendenza tal-Aġenzija fuq l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri sabiex jiskjeraw tagħmir kif ukoll f’termini tal-evoluzzjoni tal-baġit tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin. Dan kollu mingħajr preġudizzju għal analiżi bir-reqqa tal-ħtiġijiet u tal-kostijiet/benefiċċji relatata mal-akkwist konkret tat-tagħmir mill-Aġenzija.

    F’dak li jirrigwarda l-istrateġija komprensiva dwar il-kapaċitajiet proprji tal-Aġenzija, il-Kummissjoni trid tkun f’qagħda li tivvaluta r-riżorsi finanzjarji meħtieġa.

    Il-passi li jmiss

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·Billi n-nuqqasijiet u l-lakuni għadhom jippersistu, iżżid l-isforzi tagħha sabiex tipprova tikseb il-kontribuzzjonijiet neċessarji għall-operazzjonijiet li jinsabu għaddejjin fil-qafas ta’ kuntatti bilaterali mal-Istati Membri bħala kwistjoni ta’ prijorità;

    ·tiżgura l-approvazzjoni malajr mill-Bord tal-Ġestjoni fil-laqgħa tiegħu ta’ Settembru 2017 tal-Istrateġija komprensiva dwar kif il-kapaċitajiet proprji tal-Aġenzija se jiġu żviluppati u użati fl-2017-2020 u tistabbilixxi objettivi strateġiċi dwar it-tagħmir rilevanti meħtieġ fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2020.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·Billi n-nuqqasijiet u l-lakuni għadhom jippersistu, jiżguraw li r-riżorsi maqbula jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għat-tmexxija tal-operazzjonijiet u għar-riżervi mandatorji;

    ·immedjatament jipprovdu r-riżorsi neċessarji fuq il-bażi tal-lakuni identifikati bħalissa kif ippreżentati fl-Anness I.

    3.IL-PROGRESS LI SAR FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-OQSMA TA’ PRIJORITÀ

    3.1.    It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni rapida tal-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż il-ġbir flimkien mandatorju tar-riżorsi

    Riżerva ta' Reazzjoni Rapida

    Filwaqt li d-disponibilità sħiħa ta’ aktar minn 1 500 gwardja tal-fruntiera u uffiċjali oħra ġiet ikkonfermata sa mis-7 ta’ Diċembru 2016, dwar żewġ kwistjonijiet diġà indikati fir-rapport ta’ Ġunju sar biss progress parzjali; għaldaqstant, it-tħejjija sħiħa tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida xorta hija affettwata:

    1) Nomina tal-gwardji tal-fruntiera

    Ir-rekwiżit li l-gwardi tal-fruntiera jiġu nnominati huwa definit b’mod ċar fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament. L-Aġenzija teħtieġ l-ismijiet tal-uffiċjali sabiex tiżgura l-kwalità tar-Riżerva billi tivverifika jekk il-gwardji tal-fruntiera nnominati jikkorrispondux mal-profili definiti u billi tiżgura li jkunu mħarrġa b’mod adegwat qabel jipparteċipaw fl-attivitajiet operazzjonali. Minkejja s-sejħiet urġenti mir-rapport preċedenti sabiex titlesta n-nomina sa tmiem Ġunju 2017, ħames Stati ta’ Schengen oħra biss (l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija u Malta) pprovdew l-ismijiet ta’ esperti li jilħqu jew jaqbżu d-daqs tal-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom previsti fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropea. B’kollox, dan jammonta biss għal 15-il Stat Membru ta’ Schengen (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands, ir-Rumanija, l-Iżvizzera u parzjalment il-Ġermanja).

    Fil-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni tat-13-14 ta’ Ġunju 2017, l-Aġenzija ppreżentat nota ta’ kunċett li kien fiha għażliet differenti għan-nomina ta’ esperti għar-riżerva ta’ reazzjoni rapida li indirizzat ukoll it-tħassib li lissnu l-Istati Membri dwar il-ħtieġa li jiġu identifikati l-esperti individwali li jiffurmaw parti mill-kontribuzzjoni tagħhom għar-riżerva. Madankollu, filwaqt li s-soluzzjoni ssuġġerita li tippermetti lill-Istati Membri jinnominaw numru rekwiżit ta’ esperti iżda wkoll sostituti addizzjonali kienet ikkunsidrata pożittivament mill-maġġoranza tal-Istati Membri, id-diskussjonijiet ma kinux konklussivi.

    Il-kwistjoni se terġa’ tkun fuq l-aġenda tal-Bord tal-Ġestjoni li jmiss fis-26-27 ta’ Settembru 2017. Din id-diskussjoni se tiġi preċeduta minn grupp ta’ ħidma tekniku fl-14 ta’ Settembru 2017 sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tindirizza b’mod komprensiv mal-Istati Membri l-kompożizzjoni u l-funzjonament tar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida u tħejji deċiżjonijiet għal-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni.

    Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Aġenzija u lill-Istati Membri sabiex isibu soluzzjoni malajr għal din il-kwistjoni pendenti importanti ħafna. B’dan l-objettiv, fit-12 ta’ Lulju 2017, il-Kummissarju Avramopoulos bagħat ittra lill-Ministri tal-Intern tal-Istati Membri kollha fejn enfasizza li n-nuqqas ta’ nomina tal-gwardji tal-fruntiera kien għadu preokkupazzjoni serja li taffettwa l-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida u talab in-nomina tal-gwardji tal-fruntiera skont l-Artikolu 20 tar-Regolament.

    2) Armonizzazzjoni tal-profili

    Sa mill-aħħar rapport, wara t-tkomplija ta’ kuntatti bilaterali tal-Aġenzija mal-Istati Membri, inkisbet aktar konformità bejn in-numru ta’ esperti impenjati mill-Istati Membri għal kull profil u l-limiti minimi stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal-Bord tal-Ġestjoni. Filwaqt li għad hemm impenji ftit għolja wisq għal uffiċjali għal xi profili, xi defiċits tnaqqsu, b’mod partikolari għall-esperti tar-reġistrazzjoni/marki tas-swaba (minn 137 għal 29) u, fi grad anqas, ukoll għal esperti tal-iskrinjar (minn 38 għal 23).

    In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni li fadal bejn il-profili qiegħed jenfasizza aktar il-ħtieġa għal nominazzjoni sħiħa ta’ esperti individwali, li tippermetti lill-Aġenzija biex tivverifika l-konformità tagħhom mal-profili rikjesti iżda wkoll biex tiżgura li jintlaħqu l-limiti minimi kumplessivi għal kull profil kif maqbula mill-Bord tal-Ġestjoni. L-aġġustament u l-armonizzazzjoni finali bejn in-numri mitluba u n-numri offruti jinsab għaddej.

    Minbarra dan, din il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata fil-grupp ta’ ħidma tekniku fl-14 ta’ Settembru.

    Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida

    Kif stabbilit f’rapporti preċedenti, l-Aġenzija għal darba oħra talbet impenji meħtieġa mill-Istati Membri fil-laqgħa tan-Netwerk tar-Riżorsi Miġbura Flimkien fil-5-6 ta’ Lulju 2017. Madankollu, sa tmiem Awwissu 2017, ma saru l-ebda impenji addizzjonali ġodda għal dgħajjes tal-għassa mal-kosta, bastimenti tal-għassa ‘l barra mill-kosta u vetturi b’termoviżjoni, u dan iħalli nuqqasijiet konsiderevoli. Is-sitwazzjoni għalhekk ma nbidlitx sa min-Netwerk tar-Riżorsi Miġbura Flimkien preċedenti tal-25-26 ta’ April 2017 imsemmi fir-rapport preċedenti. Effettivament, dan ifisser li sa minn April 2017, ir-Riżerva qed tkompli tiġi żgurata minn 14-il Stat Membru biss (l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja). Minbarra dan, huwa meħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata matul is-sessjoni ta’ ħidma teknika apposta fl-14 ta’ Settembru u mbagħad fil-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni ta’ wara.

    Li titwaqqaf u tiġi żgurata d-disponibilità sħiħa tar-riżorsi umani u tat-tagħmir permezz tar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida u r-Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida huwa prerekwiżit għat-tisħiħ tal-kontroll fil-fruntieri esterni kull meta jkun meħtieġ rispons immedjat. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni fil-livell tekniku dwar il-kwistjonijiet pendenti li jipperikolaw l-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tar-Riżervi, il-Kummissjoni flimkien mal-Aġenzija se tivvaluta l-passi li jmiss li jistgħu jittieħdu sabiex jiġi żgurat li r-Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida jkollha t-tagħmir neċessarju għad-dispożizzjoni tagħha.

    Eżerċizzju ta' Reazzjoni Rapida

    Kif indikat fir-rapport preċedenti, l-Aġenzija se torganizza f’qasir żmien u qabel tmiem Ottubru 2017 eżerċizzju sabiex tivverifika t-tħejjija u l-effikaċja tal-iskjerar mandatorju mir-Riżervi ta’ Reazzjoni Rapida f’każ ta’ intervent rapidu fuq il-fruntiera.

    Dan l-eżerċizzju se jippermetti lill-Aġenzija tagħmel prova tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reazzjoni rapida, b’mod partikolari l-kapaċità tal-Aġenzija sabiex tqassam b’mod korrett il-ħtiġijiet bejn l-Istati Membri u titlob il-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom. F’konformità mat-talba mmirata, kull Stat Membru se jkun mistenni li jiċċekkja d-disponibilità tal-gwardji tal-fruntiera u r-riżorsi tekniċi kif iddikjarati għar-Riżervi ta’ Reazzjoni Rapida.

    Il-passi li jmiss

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·Billi r-Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida għadha qed tirċievi kontribuzzjonijiet biss minn 14-il Stat ta’ Schengen, tiddiskuti din il-kwistjoni bilateralment b’mod urġenti mal-Istati ta’ Schengen rilevanti u fil-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni sabiex tiżgura li dawk li għadhom ma kkontribwixxewx għar-Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida (il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Greċja, Malta, in-Norveġja, il-Lussemburgu, il-Litwanja, Spanja, is-Slovakkja u l-Iżvezja) jagħmlu dan sabiex jimtlew in-nuqqasijiet identifikati fit-tagħmir;

    ·tiżgura b’mod rapidu li l-esperti nnominati għar-Riżerva ta' Reazzjoni rapida, b’mod partikolari l-uffiċjali tar-reġistrazzjoni/teħid tal-marki tas-swaba u dawk tal-iskrinjar, jiġu pprovduti skont in-numri ta’ profili speċifiċi definiti mill-Bord tal-Ġestjoni;

    ·tivverifika b’mod rapidu d-disponibilità tal-1,500 gwardja tal-fruntiera kollha kemm huma fir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida u twettaq sa tmiem Ottubru 2017 skjerar bi prova tar-riżorsi umani u tekniċi mir-Riżervi.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·jekk għadhom ma għamlux dan, jikkontribwixxu b’mod rapidu biex jimlew in-nuqqasijiet identifikati tar-Riżervi tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida;

    ·jikkomunikaw rapidament l-ismijiet u l-profili tal-esperti assenjati għar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida għal dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan.

    3.2.    It-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabilità preventivi bbażati fuq metodoloġija komuni

    3.2.1. Is-sitwazzjoni attwali dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-vulnerabilità

    It-tisħiħ tal-valutazzjonijiet preventivi li jiggarantixxu l-funzjonament effettiv taż-żona ta’ Schengen jibqa’ prijorità politika ewlenija għall-Unjoni Ewropea. Kif indikat fir-rapport preċedenti, l-Aġenzija għamlet sforzi intensivi sabiex tipprepara u tikkonkludi l-ewwel stadju tal-proċess tal-valutazzjoni tal-vulnerabilità (jiġifieri l-valutazzjonijiet ta’ bażi 2 ) f’konformità mal-metodoloġija komuni u mal-kalendarju miftiehem.

    Wara l-valutazzjonijiet ta’ bażi, f’konformità mal-Artikolu 13(6) tar-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija indirizza lil 21 Stat ta’ Schengen rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu numru ta’ miżuri konkreti li għandhom jittieħdu. Wara l-konsultazzjoni obbligatorja mal-Istati Membri prevista mir-Regolament, ir-rakkomandazzjonijiet finali ntbagħtu bejn it-13 ta’ Lulju u l-20 ta’ Lulju 2017. Il-miżuri rrakkomandati jirrigwardaw 46 vulnerabilità minn total ta’ 136 vulnerabilità identifikati mill-Aġenzija madwar il-valutazzjonijiet ta’ bażi. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jindirizzaw - bħala kwistjoni ta’ prijorità - l-aktar vulnerabilitajiet urġenti fir-rigward tal-isfidi kurrenti fil-fruntiera esterna. Madankollu, l-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-vulnerabilitajiet li baqa’, li għalihom ma sarux rakkomandazzjonijiet formali skont ir-Regolament, fil-proċessi nazzjonali tal-ippjanar tagħhom.

    Il-biċċa l-kbira tal-miżuri rrakkomandati għandhom skadenza tal-implimentazzjoni ta’ sitt xhur mill-wasla tar-rakkomandazzjonijiet. Xi miżuri speċifiċ huma mistennija li jkunu lesti għal kollox biss fi tmiem Lulju 2019. Dawn tal-aħħar jidhru li huma relatati ma’ kwistjonijiet strutturali, bħall-għażla tal-persunal.

    Il-kalendarju għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ifisser li jiġi ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni lill-Aġenzija sa tmiem Awwissu 2017 u li jsir ukoll rappurtar regolari kull trimestru dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Dan se jippermetti lill-Aġenzija sabiex timmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati ta’ Schengen. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-miżuri fil-limitu ta’ żmien stabbilit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni ulterjorment lill-Bord tal-Ġestjoni u jinnotifika lill-Kummissjoni. Sa mill-4 ta’ Settembru 2017, 13-il Stat ta’ Schengen bagħtu l-Pjan ta’ Azzjoni tagħhom lill-Aġenzija. Intbagħtet tfakkira mill-Aġenzija lill-Istati ta’ Schengen l-oħra.

    F’każijiet fejn il-persistenza tal-vulnerabilitajiet tista’ tqiegħed il-funzjonament kumplessiv taż-żona ta’ Schengen f’riskju, in-nuqqas li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet fil-limitu ta’ żmien rispettiv tagħhom jista’ jiskatta l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 13(8) u l-Artikolu 19 tar-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tal-miżuri neċessarji mill-Bord tal-Ġestjoni f’deċiżjoni li torbot fuq l-Istati Membri kkonċernati u finalment l-attivazzjoni tal-proċedura speċifika skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntiera ta’ Schengen.

    Minbarra dan, kif indikat fir-rapport preċedenti, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ bażi għas-sitt Stati Membri (il-Bulgarija, il-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja u Spanja) l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni sabiex jiġu vvalutati l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jiffaċċaw l-isfidi futuri fil-fruntieri esterni qed jitwettqu fl-2017. Għal dawn il-finijiet, is-sitt Stati Membri kellhom jippreżentaw informazzjoni addizzjonali lill-Aġenzija sal-1 ta’ Settembru 2017. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li żewġ Stati Membri biss irrispettaw din l-iskadenza. Ladarba r-riżultati tal-eżerċizzji ta’ simulazzjoni jkunu disponibbli sa Ottubru 2017, it-tieni serje ta’ rakkomandazzjonijiet possibbli tista’ tiġi indirizzata mid-Direttur Eżekuttiv lill-Istati Membri kkonċernati.

    Kif irrappurtat, b’mod parallel l-Aġenzija twettaq il-Valutazzjonijiet tat-Theddidiet Emerġenti. Dawn il-Valutazzonijiet tat-Theddidiet Emerġenti bħalissa qed jitwettqu mill-Aġenzija fir-rigward tal-Greċja, l-Italja u Spanja.

    Filwaqt li bniet fuq l-ewwel esperjenzi mill-Valutazzjoni ta’ Bażi, l-Aġenzija, appoġġata min-Netwerk tal-Valutazzjoni tal-Vulnerabilità li jikkonsisti fir-rappreżentanti tal-Istati ta’ Schengen, qiegħda taħdem ukoll dwar ir-reviżjoni tal-metodoloġija komuni ppjanata li tiġi proposta għall-adozzjoni mill-Bord tal-Ġestjoni f’Novembru 2017.

    Skont l-istruttura l-ġdida tal-Aġenzija adottata mill-Bord tal-Ġestjoni fit-12-13 ta’ Ġunju 2017 sabiex tirrifletti l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità, inħolqot unità ddedikata, u din qiegħda tiġi msaħħa b’mod konsistenti. 

    3.2.2. L-impatt tal-valutazzjoni tal-vulnerabilità fuq komponenti oħra tas-sistema ta’ Schengen

    Il-proċess tal-valutazzjoni tal-vulnerabilità, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, jassisti lill-Istati ta’ Schengen fl-identifikazjoni ta’ kull theddida u vulnerabilità eżistenti u futuri possibbli li jistgħu jaffettwaw il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tagħhom. Il-valutazzjonijiet u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu hija kontribuzzjoni importanti għas-salvagwardja tal-funzjonament korrett taż-żona ta’ Schengen, u għalhekk hija fl-interess tal-Istati Membri kollha, mhux biss ta’ dawk ikkonċernati mir-rakkomandazzjonijiet mogħtija. Għaldaqstant, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati huwa parti integrali mill-isforz konġunt Ewropew immirat għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Minbarra dan, huwa daqstant importanti li r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità jitqiesu b’mod sħiħ fi strumenti oħra li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb taż-żona ta’ Schengen, jiġifieri l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen u l-finanzjament tal-UE fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

    Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata s-sinerġija bejn il-proċess tal-Evalwazzjoni ta’ Schengen u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità billi ż-żewġ mekkaniżmi huma parti mill-isforzi tal-kontroll tal-kwalità ta’ Schengen. Din is-sinerġija u koordinazzjoni se jkollha l-effett li r-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ mekkaniżmi jirrinforzaw lil xulxin b’mod reċiproku u tipprovdi wkoll il-bażi għall-Kummissjoni sabiex tivvaluta u tipprijoritizza aħjar ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa.

    Sabiex tikseb dan, il-Kummissjoni diġà kkondividiet mal-Aġenzija fi Frar 2017 id-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-Valutazzjonijiet ta’ Schengen tal-passat u se tkompli tagħmel dan fuq bażi regolari għall-evalwazzjonijiet sussegwenti.

    Għal dak l-għan, il-Kummissjoni rċeviet il-pakkett kollu tal-ewwel riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità u se tqis ir-riżultati (is-sejbiet u rakkomandazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom) meta tqis il-funzjonament taż-żona ta’ Schengen u meta tivvaluta l-abbozzi tal-programmi nazzjonali skont il-fondi rilevanti tal-UE, b’mod partikolari l-Fond tas-Sigurtà Interna, u kull rekwiżit għal finanzjament tal-emerġenza addizzjonali.

    Il-passi li jmiss

    Il-Kummissjoni se:

    ·tkompli ssegwi mill-qrib il-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-livell politiku u hija lesta li taħdem mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona ta’ Schengen.

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·tlesti l-eżerċizzji tas-simulazzjoni sa Ottubru 2017;

    ·tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, tlesti l-Valutazzjonijiet tat-Theddidiet Emerġenti li jinsabu għaddejjin u tagħti r-riżultati tagħhom lill-Istati Membri kkonċernati fiż-żmien dovut;

    ·sa tmiem Novembru 2017, tadotta l-metodoloġija komuni reveduta għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità abbażi tal-esperjenza miksuba.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·jippreżentaw b’mod urġenti lill-Aġenzija l-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-miżuri rrakkomandati mid-Direttur Eżekutiv wara l-valutazzjonijiet ta’ bażi;

    ·jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-miżuri rrakkomandati fil-limitu ta’ żmien stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv wara l-valutazzjonijiet ta’ bażi u jirrappurtaw kull trimestru lill-Aġenzija dwar il-progress miksub;

    ·fid-dawl tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabilità rikorrenti li l-Aġenzija għandha twettaq mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri li ma pprovdewx id-dejta sħiħa dwar il-kapaċitajiet eżistenti jenħtieġ li jtejbu l-proċessi nazzjonali rispettivi tal-ġbir tad-dejta;

    ·is-sitt Stati Membri magħżula għall-eżerċizzju tas-simulazzjoni jenħtieġ li jirrispondu malajr għat-talbiet mill-Aġenzija għal dejta u informazzjoni addizzjonali u wkoll jipprovdu kummenti fil-ħin dwar il-valutazzjonijiet interim.

    3.3.    Appoġġ għar-ritorn

    Il-progress li sar mill-Aġenzija fl-implimentazzjoni sħiħa tal-mandat il-ġdid tagħha dwar ir-ritorni għadu mħallat.

    Minn naħa waħda, in-numru ta’ operazzjonijiet tar-ritorni mwettqa mill-Aġenzija b’mod konġunt mal-Istati Membri żdied u n-numru ta’ pajjiżi tad-destinazzjoni 3 żdied. B’kollox, bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju 2017, l-Aġenzija pprovdiet appoġġ għal 193 operazzjoni ta’ ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li matulhom ġew irritornati 8608 ċittadin ta’ pajjiżi terzi li kienu residenti illegalment.  

    Min-naħa l-oħra, il-mandat fuq ir-ritorni rċevut mill-Aġenzija skont ir-Regolament joffri qafas ħafna aktar wiesa’, bi strumenti u għodod ġodda li jippermettu lill-Aġenzija u lill-Istati Membri sabiex itejbu r-rati ta’ ritorn b’mod sinifikanti. Dan kien ukoll l-objettiv tal-Pjan ta’ Azzjoni Mġedded dwar ir-Ritorni propost mill-Kummissjoni f’Marzu ta’ din is-sena, li l-Istati Membri approvaw b’mod sħiħ.

    Sabiex tinkiseb din it-trasformazzjoni operazzjonali neċessarja, b’riżultati viżibbli f’termini ta’ rati ta’ ritorn madwar l-Istati Membri, l-Aġenzija teħtieġ li tibdel b’mod fundamentali l-approċċ tagħha, flimkien ma’ enfasi u enerġija ugwalment ċara mill-Istati Membri permezz tal-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija u permezz tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet tagħhom responsabbli għar-ritorn.

    Huwa biss permezz tal-mobilizzazzjoni konġunta tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri li trasformazzjoni operazzjonali bħal din tista’ tinkiseb. Pereżempju, matul l-2017, l-Aġenzija għadha ma pprovdiet appoġġ għall-ebda operazzjonijiet ta’ tluq volontarju minn xi Stat Membru, u b’mod ġenerali l-użu tal-appoġġ operazzjonali tal-Aġenzija għar-ritorni għadu limitat għal ftit Stati Membri biss 4 .

    L-istess japplika għat-tliet riżervi ta’ ritorn ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat, skorti tar-ritorn furzat u speċjalisti tar-ritorn, li issa huma disponibbli għall-appoġġ operazzjonali 5 . Esperti mir-riżervi ntużaw fil-prattika (44 kontrollur mir-riżerva tal-kontrolluri tar-ritorn furzat għal operazzjonijiet ta’ ritorn, u 10 skorti tar-ritorn furzat ġew skjerati f’operazzjoni waħda ta’ ritorn). Imma b’mod ġenerali din l-għodda effettiva għadha mhijiex użata biżżejjed mill-Istati Membri, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kontrolluri tar-ritorn furzat u l-esperti tar-ritorn furzat. Sabiex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-użu tar-riżervi, l-Aġenzija għadha trid tipprovdi lill-Istati Membri b’sett finali ta’ modalitajiet u regoli prattiċi li jirrigwardaw l-iskjerar tal-persunal fir-riżervi, id-dmirijiet operazzjonali u r-responsabbiltajiet legali tagħhom 6 . 

    Il-proċeduri biex jinkrew inġenji tal-ajru direttament mill-Aġenzija 7 għadhom għaddejjin, filwaqt li għodda oħra mistennija ħafna għall-appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri, jiġifieri r-ritorn b’titjiriet kummerċjali sa issa għadha pendenti. L-Aġenzija trid tiffinalizza t-tnedija ta’ proġett pilota mmirat (li issa huwa mistenni biss f’Settembru 8 ) u tiżviluppah aktar sabiex ikopri d-destinazzjonijiet ta’ ritorn kollha.

    L-Aġenzija teħtieġ li tavvanza b’mod urġenti l-isforzi biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet u lakuni. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri jridu juru impenn komuni sabiex iżidu b’mod sinifikanti r-riżultati tagħhom dwar ir-ritorn. Għal dak l-għan huma jridu jużaw l-Aġenzija bħala l-qafas li fih jistgħu jinkisbu dawn ir-riżultati. Dan ikun ifisser mhux biss l-allokar ta’ riżorsi abbażi ta’ kwoti u impenji stabbiliti, iżda wkoll l-allinjament operazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom għar-ritorni, bil-miri u l-prattiki tagħhom, ma’ dawk tal-Aġenzija.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Aġenzija sabiex tiddiskuti din il-kwistjoni fil-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni li jmiss.

    B’mod parallel, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri permezz ta’ programmi dwar ir-ritorn kemm eżistenti kif ukoll ġodda ffinanzjati mill-UE, se tkompli toffri assistenza operazzjonali mmirata bl-għan li tappoġġa direttament lill-Aġenzija sabiex tiżviluppa l-elementi kollha tal-mandat il-ġdid tagħha, sabiex timla n-nuqqasijiet operazzjonali kurrenti u tibni strutturi interni b’saħħithom u flessibbli biżżejjed li jistgħu joffru firxa sħiħa ta’ appoġġ operazzjonali għall-Istati Membri. Dan il-proċess se jikkontribwixxi wkoll għall-assorbiment sħiħ eventwali fi żmien debitu tal-programmi kollha ffinanzjati mill-UE dwar ir-ritorn, inklużi attivitajiet u proġetti ġodda, kif ukoll l-għarfien li ġie żviluppat f’dawn il-proġetti, bil-għan li tinbena l-kompetenza tal-Aġenzija.

    Il-passi li jmiss

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·tiffinalizza b’urġenza t-twettiq operazzjonali tal-punti kollha li għadhom pendenti jew li jista’ jkun li għadhom pendenti 9 , inkluż b’mod partikolari:

    otiffinalizza u timplimenta immedjatament il-modalitajiet prattiċi, ir-regoli, il-kompiti operazzjonali u r-responsabbiltajiet legali għall-iskjerar tal-membri tar-riżervi ta’ ritorn;

    otniedi proġett pilota kompletament operazzjonali għall-użu tat-titjiriet kummerċjali għall-operazzjonijiet ta’ ritorn;

    otiżviluppa strateġija u tipproponi b’mod proattiv l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, abbażi tal-informazzjoni ta’ kull xahar li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri, bl-użu sħiħ tal-baġit disponibbli għar-ritorni fl-2017;

    oiżżid l-assistenza ta’ qabel ir-ritorn, inkluż bl-organizzazzjoni tal-identifikazzjoni;

    otiffinalizza l-immappjar tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-ħtiġijiet tar-ritorni;

    oiżżid it-taħriġ tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet ta’ ritorn bi ġbir;

    ·flimkien mal-Istati Membri tiddiskuti b’mod urġenti s-sitwazzjoni attwali tar-riżultati fl-operazzjonalizzazzjoni tal-mandat il-ġdid tar-ritorni sabiex tiżgura li r-rati tar-ritorn jiżdiedu b’mod sinifikanti f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Mġedded dwar ir-Ritorn;

    ·tistabbilixxi b’mod urġenti l-istrutturi interni neċessarji li jkunu jistgħu joffru firxa sħiħa ta’ appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri u jsiru l-fergħa ta’ koordinazzjoni u operazzjonali tal-UE dwar ir-ritorn.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·jipprovdu, fil-Bord tal-Ġestjoni li ġej ta’ Settembru 2017, il-kontribuzzjoni tagħhom dwar kif l-Aġenzija tista’, fuq perjodu ta’ żmien qasir, twettaq l-elementi pendenti kollha skont il-mandat il-ġdid, kif ukoll l-azzjonijiet pendenti mill-Pjan ta’ Azzjoni Mġedded dwar ir-Ritorn;

    ·billi l-ebda Stat Membru ma għamel dan, jibdew jipprovdu immedjatament, fuq bażi ta’ kull xahar, informazzjoni dwar l-ippjanar indikattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tar-ritorn, inkluż in-numru ta’ persuni rritornati u ta’ pajjiżi terzi tar-ritorn;

    ·jallinjaw l-istrateġiji u l-pjanijiet operazzjonali nazzjonali tagħhom mal-pjanijiet tal-Aġenzija sabiex jinkiseb progress lejn l-integrazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet tar-ritorn fil-livell tal-UE.

    3.4.    Il-ftehim tal-kwartieri ġenerali

    Kif imsejħa biex tagħmel mill-Kummissjoni fir-rapporti preċedenti, il-Polonja issa lestiet il-proċess tar-ratifika tal-ftehim tal-kwartieri ġenerali u nnotifikat lill-Aġenzija b’dan. Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2017. Il-Kummissjoni qiegħda tistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-Ftehim, li jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija skont l-Art. 57 tar-Regolament.

    Il-pass li jmiss

    · Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Polonja jiżguraw l-implimentazzjoni mingħajr intoppi tal-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali.

    3.5. Skjerar ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament fl-Istati Membri

    Jenħtieġ li l-Aġenzija timmonitorja b’mod regolari l-ġestjoni tal-fruntieri esterni mill-Istati Membri mhux biss permezz tal-analiżi tar-riskju, l-iskambju tal-informazzjoni u s-Sistema Ewropea tas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR), iżda wkoll permezz tal-preżenza tal-Uffiċjali ta’ Kollegament tagħha fl-Istati Membri.

    Fil-laqgħa tal-Bord tal-Ġestjoni tat-13-14 ta’ Ġunju 2017, il-Bord tal-Ġestjoni approva regoli li jiddefinixxu r-rwol u l-kompiti ta’ dawn l-Uffiċjali ta’ Kollegament, l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni u, fejn rilevanti, alloka Uffiċjal ta’ Kollegament wieħed għal raggruppament ta’ bosta Stati Membri. L-Aġenzija bdiet il-proċedura għall-iskjerar ta’ uffiċjal ta’ kollegament wieħed għal Stat Membru wieħed (il-Bulgarija) u għall-konferma tal-postijiet ewlenin għall-iskjerar ta’ ħames uffiċjali ta’ kollegament għall-ħames raggruppamenti ta’ Stati Membri: 1) L-Italja u Malta, 2) il-Greċja u Ċipru, 3) is-Slovenja u l-Kroazja, 4) ir-Rumanija u l-Ungerija u 5) Spanja u l-Portugall.

    Jenħtieġ li l-Aġenzija taċċellera l-ħidma fuq l-abbozz tal-Memorandum ta’ Ftehim, sabiex sa Ottubru 2017, tiffirma l-Memorandum ta’ Ftehim ma’ kull Stat Membru sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet tal-iskjerar. L-Aġenzija għadha ma nedietx il-proċedura għar-reklutar tal-uffiċjali ta’ kollegament. Billi qabel l-iskjerar il-kandidati magħżula jridu jiġu mħarrġa u ffamiljarizzati mal-Aġenzija, jenħtieġ li l-pubblikazzjoni rilevanti tal-avviżi ta’ postijiet vakanti ssir mingħajr aktar dewmien sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali ta’ kollegament ikunu skjerati b’mod effettiv sa tmiem l-2017.

    Filwaqt li l-prijorità għall-isjkerar bħalissa qiegħda tingħata lill-Istati Membri li huma meqjusa bħala aktar affettwati fil-mument mill-flussi tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija b’mod parallel iżżid u taċċellera l-ħidma għall-iskjerar ta’ uffiċjali ta’ kollegament fl-Istati Membri l-oħra, sabiex ikunu jistgħu jappoġġaw l-Aġenzija b’mod effettiv fiċ-ċiklu ta’ valutazzjoni tal-vulnerabilità li jmiss.

    Il-passi li jmiss

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·Tistabbilixxi l-abbozz tal-Memorandum ta’ Ftehim u taqsmu mal-Istati Membri kkonċernati sa tmiem Settembru 2017;

    ·Tniedi mingħajr aktar dewmien il-proċeduri tal-għażla rilevanti għar-reklutaġġ tal-Uffiċjali ta’ Kollegament bil-mira tat-taħriġ u l-iskjerar effettiv tagħhom sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2017;

    ·iżżid u taċċellera l-ħidma favur l-iskjerar tal-uffiċjali ta’ kollegament fl-Istati Membri li fadal sa Frar 2018.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·Jaqblu mal-Aġenzija dwar il-Memorandum ta’ Ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet għall-iskjerar tal-Uffiċjali ta’ Kollegament sa Ottubru 2017.

    3.6. L-iżvilupp tal-qafas strateġiku tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea

    Fit-tielet rapport tal-progress, il-Kummissjoni pproponiet li tiżviluppa qafas strateġiku għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea (Integrated Border Management, IBM) bi tliet livelli integrati: 1) strateġija politika mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni 2) strateġija teknika u operazzjonali mill-Aġenzija u 3) strateġiji nazzjonali mill-Istati Membri. F’dak il-kuntest, kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew hija kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp b’suċċess tal-istrateġija politika tal-IBM u għall-approvazzjoni mingħajr intoppi tagħha. L-istrateġija politika se tiggwida kemm l-istrateġija teknika u operazzjonali tal-Aġenzija kif ukoll l-istrateġiji nazzjonali.

    Il-kalendarju għall-proċess huwa strett u ambizzjuż ħafna minħabba l-konsultazzjoni kumplessa ħafna ta’ partijiet ikkonċernati differenti interni u esterni. L-ewwel laqgħa tal-livell tal-esperti mal-Istati Membri seħħet fl-20 ta’ Ġunju 2017 fejn il-proċess tal-iżvilupp ġie spjegat u l-komponenti ewlenin tal-istrateġija politika futura ġew diskussi. Il-Kummissjoni tat preżentazzjoni lill-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew fid-29 ta’ Ġunju 2017 dwar il-proċess tal-iżvilupp tal-istrateġija dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Fruntiera u bosta laqgħat ta’ ħidma huma wkoll previsti fil-bidu ta’ Settembru.

    Minbarra dan, fid-dawl tal-importanza politika tal-istrateġija u l-approvazzjoni tagħha, laqgħa tripartitika ta’ livell għoli hija mistennija li sseħħ fis-17 ta’ Ottubru 2017.

    Il-passi li jmiss

    Il-Kummissjoni se:

    ·Torganizza laqgħa tripartitika ta’ livell għoli f’Ottubru 2017 mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u membri tal-Parlament Ewropew sabiex tiddiskuti aktar it-twaqqif tal-qafas politiku għal Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea;

    ·tinkludi evalwazzjoni tematika ta’ Schengen dwar l-istrateġiji nazzjonali tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri għall-2018.

    Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta:

    ·Tniedi l-proċess għall-iżvilupp ta’ strateġija operazzjonali u teknika tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2017;

    ·tadotta l-istrateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea mill-Bord tal-Ġestjoni, ladarba l-istituzzjonijiet tal-UE jaqblu dwar l-istrateġija politika tal-IBM sa Frar 2018;

    ·tistabbilixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, taħriġ speċjali ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen għal esperti magħżula tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri:

    ·Iniedu proċessi nazzjonali sabiex jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri f’Ġunju-Diċembru 2017;

    ·jallinjaw l-istrateġiji nazzjonali rispettivi tagħhom tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri mal-istrateġija politika u l-istrateġija teknika u operazzjonali fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din tal-aħħar;

    ·ikunu mħejjija għal evalwazzjoni ta’ Schengen tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (b’bidu minn tard fil-ħarifa tal-2018).

    4.KONKLUŻJONIJIET

    It-tnedija tal-għodod il-ġodda tar-Regolament tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropej, kif ukoll il-forniment ta’ appoġġ operazzjonali mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta lill-Istati Membri f’taqsimiet differenti tal-fruntieri esterni affettwati mill-immigrazzjoni irregolari kompliet.

    Madankollu, l-Istati Membri għadhom iridu jwettqu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-kapaċità operazzjonali sħiħa tar-riżervi ta’ reazzjoni rapida, b’mod partikolari sabiex jimtlew in-nuqqasijiet għar-Riżerva tat-Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida. Huma meħtieġa wkoll aktar sforzi sabiex jimtlew in-nuqqasijiet persistenti fl-iskjerar lejn l-Operazzjonijiet Konġunti li jinsabu għaddejjin f’appoġġ tal-Istati Membri tal-fruntiera fil-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni. Dawn in-nuqqasijiet jenħtieġ li jiġu indirizzati bħala prijorità.

    Minbarra dan, l-Istati Membri u l-Aġenzija jeħtieġu li jagħtu r-riżultati f’dan il-qasam tal-operazzjonijiet ta’ ritorn billi jużaw b’mod sħiħ l-għodod ta’ appoġġ bħalissa offruti mill-mandat aktar wiesa’ tal-Aġenzija.

    Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri se tkompli toffri assistenza operazzjonali mmirata bl-għan li tappoġġa direttament lill-Aġenzija sabiex tiżviluppa l-elementi kollha tal-mandat il-ġdid tagħha, sabiex timla n-nuqqasijiet operazzjonali kurrenti u tibni strutturi interni b’saħħithom u flessibbli biżżejjed li jistgħu joffru firxa sħiħa ta’ appoġġ operazzjonali għall-Istati Membri.

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill sabiex jirrieżaminaw il-progress miksub sa issa u tistieden lill-Kunsill sabiex jinkoraġġixxi lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati ta’ Schengen sabiex jieħdu l-passi proposti.

    Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropej u ssaħħaħ il-fruntieri esterni b’mod partikolari fir-rigward tal-operazzjonalizzazzjoni tal-mandat il-ġdid tal-Aġenzija dwar ir-ritorni u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropea.

    (1)

         Għall-finijiet ta’ dan ir-Rapport, it-terminu “Stati ta’ Schengen” jirreferi għall-Istati Membri u għall-pajjiżi terzi marbuta bir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jimplimentawh fil-liġi nazzjonali.

    (2)

         Il-valutazzjonijiet ta’ bażi huma analiżi fil-fond tal-kapaċitajiet eżistenti tal-Istati Membri b’rabta mal-indikaturi kurrenti tat-theddid kontra sett ta’ kriterji oġġettivi.

    (3)

         Bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju 2017, l-aktar pajjiżi terzi tad-destinazzjoni importanti barra mill-Balkani tal-Punent kienu: it-Tuneżija (b’appoġġ għal 30 operazzjoni ta’ ritorn ta’ ċittadini), in-Niġerja (12-il operazzjoni), l-Afganistan (11), il-Georgia (8) u l-Pakistan (6).

    (4)

         Sal-31 ta’ Lulju 2017, l-Istati Membri li pparteċipaw fl-akbar numru ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn kienu l-Ġermanja (62), u l-Awstrija (26), segwiti mill-Belġju u l-Iżvezja (14 kull wieħed), u l-Ungerija (13). Min-naħa l-oħra, bosta Stati Membri li jeħtieġu appoġġ jagħmlu biss użu limitat ħafna mill-operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn jew ma jużawhom xejn (pereżempju Franza b’operazzjoni waħda biss jew il-Bulgarija li ma pparteċipat xejn fl-2016 u fl-2017).

    (5)

         Sal-31 ta’ Lulju 2017, in-numru ta’ esperti offruti mill-Istati Membri għar-riżerva tal-esperti tar-ritorn furzat għadu ma jilħaqx in-numru mitlub (426 espert offruti għal 600 post); L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li ma kkontribwixxewx għar-riżerva tal-iskorta tar-ritorn furzat huma: Spanja, il-Greċja, l-Iżlanda, Malta, l-Iżvizzera, l-Iżvezja; L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li ma kkontribwixxewx għar-riżerva tal-kontrolluri tar-ritorn furzat huma: id-Danimarka, l-Estonja, Franza, Ċipru, il-Litwanja, in-Norveġja, il-Polonja, l-Iżvizzera, is-Slovakkja, l-Iżvezja; L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li ma kkontribwixxewx għar-riżerva tal-ispeċjalisti tar-ritorn huma: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, in-Norveġja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvizzera.

    (6)

         Ara r-raba’ rapport tal-operazzjonalizzazzjoni, COM(2017) 325 final, li jsejjaħ lill-Aġenzija sabiex tiffinalizza immedjatament il-modalitajiet prattiċi, ir-regoli, id-dmirijiet operazzjonali u r-responsabbiltajiet legali għall-iskjerar tal-membri tar-riżerva. 

    (7)

         F’dan il-punt, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jikru inġenji tal-ajru u tagħmir ieħor għall-operazzjonijiet ta’ ritorn huma stess. Dawn l-ispejjeż imbagħad huma (parzjalment) koperti mill-Aġenzija. L-Aġenzija ma tikrix inġenji tal-ajru direttament.

    (8)

         Ara l-Komunikazzjoni Dwar politika aktar effettiva ta’ ritorn fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni Mġedded, COM(2017) 200 final, fejn l-Aġenzija ntalbet biex tistabbilixxi sa Ġunju 2017 mekkaniżmu għat-titjiriet kummerċjali, kif ġie mtenni fir-raba’ rapport tal-operazzjonalizzazzjoni.

    (9)

         Ara b’mod partikolari COM(2017) 201 final; COM(2017) 219 final; COM(2017) 325 final; COM(2017) 200 final.

    Top

    Brussell, 6.9.2017

    COM(2017) 467 final

    ANNESS

    tar-

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    IL-ĦAMES RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta


    Ħarsa lejn in-nuqqasijiet tar-riżorsi umani u tat-tagħmir meħtieġa għall-operazzjonijiet konġunti li jinsabu għaddejjin tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

    Nuqqasijiet għall-Greċja - l-Operazzjoni Konġunta Poseidon

    Øis-17 ta’ Awwissu – it-28 ta’ Settembru 2017: l-ebda nuqqasijiet fir-riżorsi umani;

    ØSettembru 2017: ħames dgħajjes tal-għassa kostali (38 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ bastimenti tal-għassa barra mill-kosta (67 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), ħelikopter wieħed (50 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ karozzi tar-ronda (13 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ vetturi tat-trasport (33 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øit-28 ta’ Settembru – is-16 ta’ Novembru: l-ebda nuqqasijiet (il-ħtiġijiet operazzjonali: 151 uffiċjal);

    ØGħall-appoġġ tar-riammissjoni huma nieqsa 11-il uffiċjal għal Settembru u 13-il uffiċjal għal Ottubru.

    Nuqqasijiet għall-Greċja - l-Operazzjoni Konġunta Flexible Operational Activities 2017 Land

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: 42 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 79 uffiċjal), 18-il karozza tar-ronda (58 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ vetturi tat-trasport (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øit-13 ta’ Settembru – il-11 ta’ Ottubru 2017: 39 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 79 uffiċjal), 17-il karozza tar-ronda (55 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ vetturi tat-trasport (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øil-11 ta’ Ottubru it-8 ta’ Novembru 2017: 39 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 79 uffiċjal), 17-il karozza tar-ronda (55 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), żewġ vetturi tat-trasport (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għall-Greċja - l-Operazzjoni Konġunta Focal Points 2017 Land

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: sitt uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 16-il uffiċjal), rilevatur tat-taħbit tal-qalb wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øit-13 ta’ Settembru il-11 ta’ Ottubru 2017: seba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 14-il uffiċjal – 50 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), rilevatur tat-taħbit tal-qalb wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għall-Italja - l-Operazzjoni Konġunta Triton

    ØSettembru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 135 uffiċjal), erba’ bastimenti tal-għassa kostali (67 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), bastiment tal-għassa barra mill-kosta wieħed (50 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    ØOttubru 2017: uffiċjal wieħed (ħtieġa operazzjonali: 135 uffiċjal), erba’ bastimenti tal-għassa kostali (67 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għall-Bulgarija - l-Operazzjoni Konġunta Flexible Operational Activities 2017 Land

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: 84 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 175 uffiċjal - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 24 uffiċjal mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija), 34 karozza tar-ronda (57 % tal-ħtiġijiet operazzjonali - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 12-il karozza tar-ronda mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija), żewġ vetturi b’termoviżjoni (25 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øit-13 ta’ Settembru – il-11 ta’ Ottubru 2017: 64 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 175 uffiċjal - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 24 uffiċjal mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija), 27 karozza tar-ronda (45 % tal-ħtiġijiet operazzjonali - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 12-il karozza tar-ronda mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija);

    Ø il-11 ta’ Ottubru it-8 ta’ Novembru 2017: 58 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 175 uffiċjal - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 24 uffiċjal mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija), 25 karozza tar-ronda (42 % tal-ħtiġijiet operazzjonali - minħabba n-nuqqas ta’ offerti, 12-il karozza tar-ronda mill-Istat Membru ospitanti se jkunu kkofinanzjati mill-Aġenzija).

    Nuqqasijiet għall-Bulgarija - l-Operazzjoni Konġunta Focal Points 2017 Land

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 12-il uffiċjal).

    Øit-13 ta’ Settembru - il-11 ta’ Ottubru 2017: seba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 14-il uffiċjal – 50 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), rilevatur tat-taħbit tal-qalb wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għal Spanja - l-Operazzjoni Konġunta Indalo

    ØSettembru 2017: tliet uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 12-il uffiċjal), u bastiment tal-għassa barra mill-kosta wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    ØOttubru 2017: tliet uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 12-il uffiċjal).

    Nuqqasijiet għal Spanja - l-Operazzjoni Konġunta Hera

    ØSettembru 2017: żewġ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: żewġ uffiċjali), bastiment tal-għassa barra mill-kosta wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), dgħajsa tal-għassa kostali waħda (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    ØOttubru 2017: żewġ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: żewġ uffiċjali), bastiment tal-għassa barra mill-kosta wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali), inġenju tal-ajru bil-ġwienaħ fissi wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għal Spanja - l-Operazzjoni Konġunta Minerva 1

    Øl-14 ta’ Lulju – il-15 ta’ Settembru 2017: 26 uffiċjal (ħtiġijiet operazzjonali: 74 uffiċjal), 12-il tim tal-klieb (44 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għall-Balkani tal-Punent - l-Operazzjoni Konġunta Flexible Operational Activities 2017 dwar is-sorveljanza tal-fruntiera 2

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: erba’ uffiċjali), u TVV wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øit-13 ta’ Settembru 2017 – il-11 ta’ Ottubru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: erba’ uffiċjali), u TVV wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali);

    Øil-11 ta’ Ottubru – it-8 ta’ Novembru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: erba’ uffiċjali), u TVV wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali).

    Nuqqasijiet għall-Balkani tal-Punent - l-Operazzjoni Konġunta Focal Points 2017 Land

    Øis-16 ta’ Awwissu – it-13 ta’ Settembru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 24 uffiċjal), rilevatur tat-taħbit tal-qalb wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali) fil-fruntiera bejn il-Kroazja u s-Serbja;

    Øit-13 ta’ Settembru 2017 – il-11 ta’ Ottubru 2017: erba’ uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 24 uffiċjal), rilevatur tat-taħbit tal-qalb wieħed (100 % tal-ħtiġijiet operazzjonali) fil-fruntiera bejn il-Kroazja u s-Serbja.

    Nuqqasijiet għall-Balkani tal-Punent - l-Operazzjoni Konġunta Coordination Points 2017

    ØSettembru: tliet uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 16-il uffiċjal);

    ØOttubru: ħames uffiċjali (ħtiġijiet operazzjonali: 21 uffiċjal).

    (1)

         L-Operazzjoni Konġunta Minerva tintemm fil-15 ta’ Settembru 2017.

    (2)

         Dawn in-nuqqasijiet jirrigwardaw l-iskjerament fil-fruntieri esterni tal-Kroazja.

    Top