Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AR4309

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża

    COR 2017/04309

    ĠU C 247, 13.7.2018, p. 43–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 247/43


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża

    (2018/C 247/08)

    Relatur:

    Dainis Turlais (LV/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Riga

    Dokumenti ta’ referenza:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

    COM(2017) 294 final – 2017/0125(COD)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża

    COM(2017) 295 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

    Emenda 1

    Żid konsiderazzjoni ġdida wara l-aħħar konsiderazzjoni:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    Wara li kkunsidra l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fis-Sigurtà u d-Difiża (PESCO) maqbula minn 23 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Novembru 2017, kif deskritt fit-Trattat tal-UE, fl-Artikoli 42 (6) u 46, kif ukoll fil-Protokoll 10 tal-istess Trattat;

    Emenda 2

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (2)

    Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”). Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb i l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l- koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta’ innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

    (2)

    Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza fl-infiq ġenerali tal-Unjoni għad-difiża u b’hekk titrawwem l-awtonomija strateġika tal-UE , għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”). Il-Programm għandu jiggarantixxi li l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża jiġu żgurati, filwaqt li jingaħata appoġġ għall- koperazzjoni bejn l-impriżi speċjalment l-SMEs, minn diversi stati waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta’ innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

    Emenda 3

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (3)

    Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta’ skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

    (3)

    Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta’ skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-impriżi rispettivi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża , u b’hekk jippromovi l-istandardizzazzjoni tas-sistemi militari filwaqt li jtejjeb l-interoperabbiltà tagħhom.

    Emenda 4

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (4)

    Il-Programm għandu jkopri perjodu ta’ sentejn mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li l-ammont għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jiġi ddeterminat għal dan il-perjodu.

    (4)

    Il-Programm għandu jkopri perjodu ta’ sentejn mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li l-ammont għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jiġi ddeterminat għal dan il-perjodu. Sabiex il-Programm jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandu jiġi riżervat ammont ta’ EUR 500 miljun fi prezzijiet kurrenti għal dak l-għan. Minħabba li l-Programm huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista fiż-żmien meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2020-2014, u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-iffinanzjar ta’ programmi plurijennali eżistenti, dak l-ammont għandu jittieħed minn marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-ammont finali għandu jiġi awtorizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill permezz tal-proċedura baġitarja annwali.

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 5

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (5)

    Il-Programm għandu jiġu implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-finanzjament jista’ jieħu l-għamla ta’ għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku.

    (5)

    Il-Programm għandu jiġu implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-finanzjament jista’ jieħu l-għamla ta’ għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku , u jistgħu jkunu ta’ interess il-mekkaniżmi ta’ taħlit.

    Raġuni

    Mhux applikabbli

    Emenda 6

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (10)

    Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta’ koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta’ prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta’ sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

    (10)

    Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-awtonomija strateġika tal-UE billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża tagħha u li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta’ koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta’ prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta’ sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża żviluppati mill-Istati Membri .

    Emenda 7

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (13)

    Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b’mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

    (13)

    Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b’mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

    Il-kooperazzjoni transkonfinali tirrikjedi li l-kumpaniji stabbiliti fl-UE jkollhom il-protezzjoni minn interferenza minn kumpaniji minn Stati mhux membri.

    Emenda 8

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (21)

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat tal-Programm”) biex tistabbilixxi dan il-programm ta’ ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta’ ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali.

    (21)

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma pluriennali b’konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat tal-Programm”) biex tistabbilixxi dan il-programm ta’ ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta’ ħidma jirrifletti u jippermetti din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs , fejn l-ammont tal-għotja jkun mill-inqas 20 % tal-baġit annwali globali.

    Emenda 9

    Premessa ġdida wara Premessa 25

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    (26)

    Il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq approċċ territorjali/ibbażat fuq post, filwaqt li tipprovdi informazzjoni lil SMEs, lil raggruppamenti reġjonali u lil reġjuni fl-Istati Membri kollha dwar il-possibbiltajiet għall-użu tal-Programm u dwar aktar possibbiltajiet ta’ finanzjament għal proġetti ta’ difiża, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-protezzjoni ta’ strateġiji reġjonali għall-iżvilupp tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

    Emenda 10

    Artikolu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    L-għanijiet

    L-għanijiet

    Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet:

    Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet:

    (a)

    irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

    (a)

    irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

    (b)

    jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew prodotti b’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b’mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

    (b)

    jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew prodotti b’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b’mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

    (c)

    irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

    (c)

    irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

     

    (d)

    jibni kapaċità ta’ difiża u sigurtà fl-Istati Membri tal-UE li jinsabu mal-fruntieri esterni.

    Raġuni

    Il-programm għandu jkun inklużiv u miftuħ għal benefiċjarji minn kull Stat Membru, li jkisser is-sajlos ġeografiċi. Sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet fil-kontroll u d-difiża tal-fruntieri esterni tal-UE, l-Istati Membri rispettivi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw speċjalizzazzjonijiet intelliġenti fil-kuntest tal-industrija tad-difiża.

    Emenda 11

    Artikolu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Il-baġit

    Il-baġit

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali , li għandhom jittieħdu esklużivament minn marġnijiet mhux allokati u mhux minn riallokazzjonijiet baġitarji .

    Raġuni

    Ma jistax jiġi immaġinat li l-baġit allokat għal dan il-programm, li ma kienx previst fil-mument tal-istabbiliment tal-qafas finanzjarju pluriennali, jittieħed minn mezzi li kienu diġà allokati għall-programmi attwali tal-UE.

    Emenda 12

    Artikolu 4(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament

    Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament

    L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari:

    (a)

    għotjiet;

    (b)

    strumenti finanzjarji;

    (c)

    akkwist pubbliku.

    L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari għotjiet, u possibbilment ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji, u akkwist pubbliku. Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal assistenza teknika għall-iżvilupp ta’ proġetti mill-SMEs.

    Emenda 13

    Artikolu 7(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-entitajiet eliġibbli

    L-entitajiet eliġibbli

    Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

    Il-benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji għal kooperazzjoni transkonfinali, u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

    Emenda 14

    Artikolu 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-kriterji tal-għoti

    Il-kriterji tal-għoti

    L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi:

    L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi:

    (a)

    eċċellenza

    (a)

    eċċellenza

    (b)

    kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b’hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; u

    (b)

    kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b’hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; u

    (c)

    kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta’ difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; u

    (c)

    kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta’ difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; u

    (d)

    il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

    (d)

    il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

    (e)

    għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

    (e)

    għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

     

    L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-parti tal-Programm bl-għan li jappoġġjaw ‘l-SMEs u t-tisħiħ tal-kapaċità fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

     

    (a)

    eċċellenza

     

    (b)

    potenzjal biex tinħoloq sistema integrata ta’ impriżi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża

     

    (c)

    il-vijabbiltà, billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż huma koperti minn mezzi oħrajn ta’ finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

    Raġuni

    Mhux applikabbli

    Emenda 15

    Artikolu 13(3)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-programm ta’ ħidma

    Il-programm ta’ ħidma

    Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali.

    Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn tal-anqas 20 % tal-baġit totali.

    Raġuni

    Mhux applikabbli

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

    Introduzzjoni

    1.

    jinnota li s-sigurtà globali qed tiġi mhedda minn firxa dejjem aktar usa’ ta’ theddid (gwerra, kunflitti armati, terroriżmu, immigrazzjoni illegali, korruzzjoni, populiżmu). Jeżistu problemi speċifiċi tas-sigurtà f’kull pajjiż tal-UE u f’kull reġjun. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jappoġġa l-proposta għal “Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” u l-objettivi tiegħu ta’: promozzjoni tal-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, inkluż fil-qasam taċ-ċiberdifiża, l-isfruttar aħjar tar-riżultati mir-riċerka dwar id-difiża, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn impriżi fl-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiii tad-difiża, kif ukoll proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul fl-Istati Membri. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-inizjattiva biex jiġi stabbilit Fond Ewropew għad-Difiża, li tiġbor fiha kemm il-“Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” kif ukoll l-“Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-Difiża”.

    2.

    jassumi li s-sigurtà ta’ kull pajjiż kif ukoll madwar l-UE sserraħ primarjament fuq żewġ pilastri: il-potenzjal ekonomiku, kif ukoll l-unità u l-koeżjoni tas-soċjetà. Sadattant, is-sigurtà ta’ kull Stat Membru individwali hija sinonima mas-sigurtà tal-UE kollha kemm hi. L-UE għandha tkun aktar viġilanti dwar is-sigurtà tagħha u tadotta profil aktar b’saħħtu bħala attur globali influenti favur il-paċi.

    Konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

    3.

    jirrikonoxxi l-Artikolu 173 tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika xierqa għall-Programm għax jirrelata mal-kompetittività tal-industrija.

    4.

    jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-programm EDIDP ser tkun ġestita mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li topera bħala aġenzija regolatorja responsabbli biss lejn il-Kunsill. Barra minn hekk, mhijiex prattika komuni għal aġenzija regolatorja li timmaniġġja allokazzjonijiet tal-baġit daqshekk kbar. Il-KtR għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-ogħla livell ta’ trasparenza fit-tħaddim tal-programm EDIDP u tieħdu eżempju dwar il-funzjonament tal-aġenziji eżekuttivi responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

    5.

    jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal tal-Istati Membri tal-UE kollha u mhux tiffoka fuq oqsma speċifiċi. M’għandux jiġi minsi li l-iżvilupp reġjonali huwa rilevanti wkoll għas-sigurtà interna tal-Istati Membri individwali tal-UE u huwa wieħed mill-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom;

    6.

    jappella għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tar-reġjuni bi fruntieri esterni tal-UE;

    Enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE

    7.

    jinsisti li l-UE tista’ tilħaq il-paċi, il-libertà, l-ugwaljanza u l-istabbiltà permezz ta’ ħidma mill-qrib mal-gvernijiet tal-Istati Membri, fejn il-valur miżjud Ewropew jinsab fuq l-aġenda. Dan għandu jkun ukoll l-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża;

    8.

    jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tuża s-setgħat kollha tagħha biex isssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Istati Membri tal-UE u biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu żgurati integrazzjoni aktar profonda u gwida ċara dwar id-direzzjoni tal-pjan ta’ appoġġ għall-ippjanar tal-kapaċitajiet ta’ difiża nazzjonali u t-twaqqif ta’ ktajjen ta’ provvista integrati u kompetittivi;

    9.

    jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bini ta’ ktajjen ta’ provvista kompetittivi u integrati fl-UE jiddependi fuq ir-rieda politika tal-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom għaliha. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jfassal u jippromovi azzjonijiet bejn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tagħmir u teknoloġiji tad-difiża;

    10.

    jenfasizza l-importanza ta’ ħidma attiva għall-awtonomija strateġika tal-UE u biex tiżdied il-kapaċità ta’ difiża tagħha. Il-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża għandha tingħata appoġġ, u għandha tingħata attenzjoni kbira biex jiġi vverifikat jekk l-applikanti joriġinawx effettivament mill-UE. Il-kuntratturi u s-sottokuntratturi prinċipali għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, u tal-inqas in-nofs tal-impriża għandu jkun jappartjeni lill-Istati Membri jew persuni fiżiċi u legali tal-UE u li huma effettivament ikkontrollati mill-kapital Ewropew. Il-ġestjoni u l-kontroll effettiv ta’ dawn l-impriżi għandu jkun jista’ jiġi lokalizzat fl-Unjoni Ewropea. Barra dan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura wkoll li l-ebda pajjiż terz ma jkollu kontroll effettiv fuq l-organizzazzjonijiet membri tal-konsorzju;

    11.

    jenfasizza li l-Fond Ewropew għad-Difiża ma jieħux post l-azzjonijiet tal-Istati Membri, iżda jintroduċi proġetti transkonfinali li Stat Membru ma jkunx jista’ jiffinanzja waħdu. Il-Fond Ewropew għad-Difiża, flimkien mal-Istati Membri, in-NATO u investimenti internazzjonali oħrajn – jikkomplementa l-azzjoni mwettqa mill-Istati Membri u jipprovdi valur miżjud Ewropew ċar għall-politika tad-difiża Ewropea;

    L-integrazzjoni tal-SMEs fil-ktajjen tal-provvista tal-industrija tad-difiża Ewropea

    12.

    jilqa’ bi pjaċir l-approċċ ta’ “ċiklu tal-ħajja” għal Fond Ewropew għad-Difiża biex jingħata appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti/teknoloġiji tad-difiża u li għalihom huma previsti żewġ komponenti (twieqi) fil-Fond Ewropew għad-Difiża;

    13.

    jirrakkomanda bil-qawwa li jingħataw punti addizzjonali fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ta’ konsorzji magħmulin minn numru kbir ta’ SMEs;

    14.

    jinnota li prijorità importanti għall-iżvilupp taż-żewġ oqsma ta’ Fond Ewropew għad-Difiża huwa mekkaniżmu effettiv għall-ippjanar tal-kapaċitajiet, li jistabbilixxi l-prijoritajiet għar-riċerka u l-ħiliet u jikkordina iż-żewġ oqsma mill-qrib;

    15.

    jemmen li għandu jintuża finanzjament addizzjonali tal-UE biex jappoġġa l-industrija tad-difiża fit-territorju tagħha stess, u jappoġġja d-definizzjoni tal-benefiċjarji kif tintuża mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha;

    16.

    jistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-ġestjoni taż-żewġ setturi tal-Fond u biex jiddefinixxu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tagħhom;

    17.

    jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani tal-Kummissjoni li tippromovi użu aktar effiċjenti tal-applikazzjonijiet ċivili fil-qasam militari; iqis li għandu jkun hemm investiment f’dawn it-teknoloġiji bħala opportunità eċċellenti biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-UE u biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, peress li dan il-qasam għandu rabta trasversali ma’ diversi setturi: l-elettronika, l-ajruspazju, ir-robotika, l-informatika bi prestazzjoni għolja l-ispazju, it-tessuti, il-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjoni, is-sorveljanza, l-enerġija, in-navigazzjoni, eċċ.;

    18.

    jirrimarka li l-kumpaniji li jaħdmu b’dawn it-teknoloġiji innovattivi huma fuq kollox l-istart-ups u l-SMEs li, b’appoġġ xieraq, jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-avvanz teknoloġiku fis-settur tad-difiża. Hija pożittiva u importanti d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-UE tipprovdi appoġġ speċifiku għall-SMEs f’dan is-settur;

    19.

    jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi rilevanti sabiex il-partijiet interessati jiġu informati u jiġu promossi oġġetti u teknoloġiji ġodda b’użu doppju. L-UE għandha tisfrutta dan il-potenzjal enormi f’termini ta’ tkabbir u kompetittività;

    20.

    jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li tiffaċilita l-involviment tal-SMEs fi proġetti transkonfinali, li għandhom jingħataw appoġġ finanzjarju mill-Fond Ewropew tad-Difiża. Huwa importanti li jitfakkar li l-involviment tal-SMEs fil-katina tal-forniment tal-industrija tad-difiża Ewropea għandu jservi biex itejjeb is-sigurtà u d-difiża tal-UE, il-kompetittività u l-awtonomija strateġika. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jipprovdi inċentivi biex jintlaħqu dawn l-objettivi;

    21.

    huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha sabiex jiġi żgurat li l-SMEs jgawdu minn aċċess ugwali għall-Fond Ewropew għad-Difiża madwar l-UE. Il-progress fl-innovazzjoni ma jistax jitkejjel fuq perjodu ta’ żmien qasir, madankollu jeħtieġ li l-ewwel jinkisbu r-riżultati. Ċertament, l-introduzzjoni ta’ politika tal-innovazzjoni ppjanata tajjeb u koordinata fil-livelli kollha se sservi biex tħeġġeġ lil aktar kumpaniji innovattivi biex jagħmlu investimenti strateġiċi fl-SMEs;

    22.

    jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-miżuri li ġejjin li jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta’ difiża:

    il-kriterji tal-għoti għall-iffinanzjar ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP) għandhom jinkludu wkoll il-kundizzjoni li jkunu involuti tal-inqas tliet kumpaniji minn tal-anqas żewġ Stati Membri. Huwa importanti li l-proġetti proposti jkunu verament transkonfinali u jkunu jistgħu jikkontribwixxu biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża fl-UE. Il-kriterji tal-għoti għandhom jallokaw punti addizzjonali għal dawk il-konsorzji li jinvolvu għadd ta’ kumpaniji u Stati Membri;

    konsorzji b’numru akbar ta’ SMEs parteċipanti għandu jkollhom preċedenza fuq proġetti simili b’għadd iżgħar ta’ SMEs;

    jitlob li, sakemm ikun possibbli, mill-inqas qasam tematiku wieħed ta’ riċerka u żvilupp jiġi marbut mal-SMEs, kif diġà huwa l-każ fl-offerti tal-akkwist pubbliku għal proposti ta’ riċerka;

    jitlob li tiġi stabbilita sistema ta’ komunikazzjoni stabbli biex tikkoordina l-attivitajiet ta’ informazzjoni konġunti mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, peress li wieħed mill-benefiċċji ewlenin ta’ tali sistema huwa li sservi ta’ punt uniku ta’ servizz għall-alternattivi ta’ finanzjament kollha, inklużi l-programmi rilevanti kollha tal-UE fil-qasam tad-difiża u l-oġġetti b’użu doppju. Huwa importanti li din is-sistema ta’ komunikazzjoni tintuża biex jiġu ppubblikati eżempji ta’ prattika tajba;

    jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li talloka parti mill-Fond Ewropew għad-Difiża għall-SMEs għal proġetti li jippromovu l-parteċipazzjoni transkonfinali ta’ SMEs; jilqa’ bi pjaċir l-għajnuna tal-Unjoni sa massimu ta’ 20 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni.

    Finanzjament

    23.

    jirrimarka li l-grupp tal-BEI huwa msieħeb importanti għall-investimenti f’teknoloġiji b’użu doppju fejn l-SMEs jaqdu rwol importanti fl-oqsma ta’ tagħmir jew teknoloġija militari għal użu ċivili, is-sigurtà ċibernetika, it-tilqim, is-sigurtà bijoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi tal-informazzjoni;

    24.

    jenfasizza li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tad-difiża, is-servizzi bankarji mhumiex kollha adatti biex jappoġġjaw “l-SMEs; jilqa” bi pjaċir l-approċċ proattiv tal-BEI biex jintużaw strumenti oħrajn bħal self, garanziji u ekwità.

    25.

    iqis li l-adozzjoni ta’ Fond Ewropew għad-Difiża m’għandhiex isservi bħala pretest biex jinfluwenza b’xi mod jew jitnaqqsu l-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni, li għandhom jibqgħu l-għodda ewlenija ta’ investiment pubbliku tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li titjieb l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

    Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Karl-Heinz LAMBERTZ


    (6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


    Top