Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0072

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

ĠU C 263, 25.7.2018, pp. 322–359 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/322


P8_TA(2017)0072

L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Marzu 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 263/32)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Fid-dawl tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u li nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa - 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)

Il-ġestjoni tal-iskart għandha tiġi ttrasformata f'ġestjoni sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) toffri opportunità għal dak l-għan.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali prudenti tar-riżorsi naturali, u  tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)

L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, tissaħħaħ id-diffużjoni tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati filwaqt li jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirkwit. L-użu tar-riżorsi b'mod aktar effiċjenti jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta' gassijiet serra .

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Inċentiv politiku u soċjetali biex jippromwovi l-irkupru u r-riċiklaġġ bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) u biex japplika b'mod strett l-approċċ li permezz tiegħu il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandu impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (13) għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdiedu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

(2)

Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Miri kwantitattivi separati għall-użu mill-ġdid, li l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu, għandhom jiġu stabbiliti biex jippromwovu imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-iffrankar tar-riżorsi.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Iż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ tista' tnaqqas l-ispiża globali fil-katina tal-provvista u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart mill-imballaġġ. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-introduzzjoni fis-suq ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jkun riċiklabbli fi tmiem il-ħajja tiegħu.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)

F'ċerti sitwazzjonijiet, bħas-servizzi tal-ikel, jinħtieġ imballaġġ b'użu uniku biex jiġu żgurati l-iġjene tal-ikel u s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' dan meta jiżviluppaw miżuri ta' prevenzjoni u għandhom jippromwovu aċċess akbar għar-riċiklaġġ għal tali imballaġġ.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (14), li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.

(3)

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifiċità tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati , meta jkun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.

(4)

Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart u jiġi promoss ir-riċiklaġġ tal-materjali ta' kwalità għolja. Għal dawk ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża u biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE. Barra minn hekk, l-isforzi ta' prevenzjoni tal-iskart m'għandhomx jikkompromettu r-rwol tal-imballaġġ fiż-żamma tal-iġjene jew tas-sikurezza għall-konsumaturi.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi finanzjarji u fiskali bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' prevenzjoni u riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ ta' din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' “ħallas skont kemm tarmi”, skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn programmi ta' prevenzjoni tal-iskart mill-imbllaġġ fl-Istati Membri kollha.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)

Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ, li jinġabar.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)

Sabiex tingħata spinta lill-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent filwaqt li jiġi promoss ir-riċiklaġġ ta' materjali ta' kwalità għolja, ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom jiġu rieżaminati u, jekk meħtieġ, riveduti, biex jissaħħu ir-rekwiżiti li jtejbu d-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-imballaġġ.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e)

L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4 f)

It-trawwim ta' bijoekonomija sostenibbli jista' jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-materja prima importata. It-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq għal imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ bijodegradabbli kompostabbli u r-rieżami tal-liġi eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-materjali joffru l-opportunità biex jiġu stimulati aktar riċerka u innovazzjoni u biex li materja prima bbażata fuq il-fjuwils fossili tiġi sostitwita b'sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' imballaġġ, jekk ikun ta' benefiċċju mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, u biex jiġi appoġġat aktar ir-riċiklaġġ organiku.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima (15) u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari.

(5)

Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima (15) u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel .

Emenda 89

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 a)

L-ekonomija ċirkolari għandha timplimenta dispożizzjonijiet espliċiti tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jitlob l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Hemmm differenzi sostanzjali bejn l-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali. Sabiex jinkiseb għarfien ċar u preċiż dwar iż-żewġ flussi, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwarhom separatament.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(6)

Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ . Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ .

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli li jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.

(7)

Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE tal-Kunsill  (1a), m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart , billi jippromwovu l-prevenzjoni, t-tħejjija għall-użu mill-ġdid għar-riċiklaġġ .

(8)

Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari, , l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u jfasslu dawn l-istrateġiji l-pjanijiet ta' investiment sabiex ikunu mmirati primarjament għall-promozzjoni tal-prevenzjoni l-użu mill-ġdid tal-iskart, segwiti mir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart .

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Ir-regoli dwar iż-żieda ulterjuri tal-miri tar-riċiklaġġ mill-2030 'il quddiem għandhom jiġu rieżaminati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu . Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli , il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta .

(11)

Sabiex jiġi żgurat kalkolu uniformi tad-dejta dwar il-miri tar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar id-determinazzjoni ta' operaturi tar-riċiklaġġ u dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika r-rappurtar tad-dejta . Wara l-adozzjoni ta' din il-metodoloġija armonizzata , l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri tar-riċiklaġġ, iqisu r-riċiklaġġ ta' metalli li jsir flimkien mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni .

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid , huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar . Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ . Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati , taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni . It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura dwar ir-riċiklaġġ , huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar ta' dejta . Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri għandu jkun ibbażat fuq metodu armonizzat wieħed li jipprevjeni r-rappurtar ta' skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dak l-għan , ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ irid ikun ibbażat fuq l-input għall-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

(14)

Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi introdotta metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta bbażata fuq sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(16)

Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart .

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata jew emendata , is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 6a(2) , 6a(5) , 11(3) , 19(2) 20 . Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti . Meta tħejji u tfassal l-atti delegati , il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja , f'waqtha xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew lill-Kunsill .

(17)

Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ , ċerti eċċezzjonijiet li jikkonċernaw il-livelli massimi ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal f'ċerti materjali riċiklati , iċ-ċirkwiti ta' produzzjoni u t-tipi ta' imballaġġ , dwar il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta li tikkonċerna l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ u emendi għal-lista ta' eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ kwalunkwe diffikultà teknika li tinqala' fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva . Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti , u li dawk il-konsultazzjonijiet jiitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari , biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati , il-Parlament Ewropew l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati .

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 12(3b) 19 . Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(18)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni tal-adattament tal-progress xjentifiku tekniku, is-sistema ta' identifikazzjoni li tikkonċerna n-natura tal-materjali tal-imballaġġ użati . Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart.

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart.”

 

“2.   Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżdied il-punt li ġej:

“2a.     ‘imballaġġ b'bażi bijoloġika’ tfisser kull imballaġġ derivat minn materjali ta' oriġini bijoloġika, ħlief materjal inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi u/jew fossilizzati;”

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punti 3 sa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jitħassru l-punti (3) sa (10);

(c)

jitħassru l-punti (3) u (4) u minn (6) sa (10);

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' ‘skart’, ‘produttur tal-iskart’, ‘detentur tal-iskart’, ‘immaniġġjar tal-iskart’, ‘ġbir’, ‘ġbir separat’, ‘prevenzjoni’, ‘użu mill-ġdid’ , ‘trattament’, ‘irkupru’, ‘tħejjija għall-użu mill-ġdid’ , ‘riċiklaġġ’, ‘proċess aħħari tar-riċiklaġġ’ u ‘rimi’, stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.”;

“Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' ‘skart’, ‘produttur tal-iskart’, ‘detentur tal-iskart’, ‘immaniġġjar tal-iskart’, ‘ġbir’, ‘ġbir separat’, ‘prevenzjoni’, ‘separazzjoni’, ‘skart muniċipali’, ‘skart industrijali u kummerċjali’ , ‘trattament’, ‘irkupru’, ‘riċiklaġġ’, ‘riċiklaġġ organiku’ , ‘proċess aħħari tar-riċiklaġġ’ , ‘żibel’, u ‘rimi’, stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.”

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Dawn il-miżuri differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ , jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni. Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1) .”;

“L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi għall-prevenzjoni tal-iskart li huma stipulati fil-paragrafu - 1 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/98/KE. Tali miżuri għandhom jinkludu r-responsabbiltà estiża tal-produttur kif definita fit-tielet subparagrafu fl-Artikolu 8(1) u inċentivi għall-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża .

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Tali miżuri m'għandhomx jikkompromettu l-iġjene jew is-sikurezza tal-ikel.

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjonijiet oħra adottati f' konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-konsumatur u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni.

 

Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).

 

L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE.”

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ.

 

“3.    Sal-31 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex taġġorna r-rekwiżiti essenzjali sabiex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar ta' dawn ir-rekwiżiti sabiex tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati kollha, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-aġġornament tar -rekwiżiti, b'mod partikolari biex issaħħaħ id-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja.”

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ambjent minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta' imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ kompostabbli bijodegradabbli, billi jieħdu miżuri bħal dawk:

(a)

li jippromwovu l-użu tagħhom permezz ta', inter alia, l-użu ta' strumenti ekonomiċi;

(b)

li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal tali prodotti;

(c)

li jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-prodotti.”

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2c)

Fl-Artikolu 5, jiddaħħal it-titolu li ġej:

“Użu mill-ġdid”

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2d)

Fl-Artikolu 5,il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat.

 

“1.    Bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat , mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi .”

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e)

Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.     L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu l-miri li ġejjin għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ:

(a)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 5 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;

(b)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 10 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;”

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2f)

Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.     Sabiex jinkoraġġixxu operazzjonijiet ta' użu mill-ġdid, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jieħdu l-miżuri li ġejjin:

l-użu ta' skemi ta' rifużjoni tad-depożitu għal prodotti b'imballaġġ li jista' jerġa' jintuża;

l-istabbiliment ta' perċentwal minimu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta' imballaġġ;

l-istabbiliment ta' inċentivi ekonomiċi adegwati lill-produtturi ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża.”

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 g (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 g)

Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1c.     L-imballaġġ u l-imballaġġ użat mill-ġdid li jinġabar permezz ta' skema ta' rifużjoni tad-depożitu jista' jingħadd favur l-ilħuq ta' miri ta' prevenzjoni stabbiliti minn programmi ta' prevenzjoni nazzjonali.

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-titolu jinbidel bi “Irkupru , użu mill-ġdid u riċiklaġġ”;

(a)

it-titolu jinbidel bi “Irkupru u riċiklaġġ”;

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu - 1 li ġej:

“-1.     L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sistemi ta' separazzjoni għall-materjali kollha tal-imballaġġ.”

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65  % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ;

(f)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 70  % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat ikun riċiklat ;

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(g)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

 

(i)

55  % tal-plastik;

 

(i)

60  % tal-plastik;

 

(ii)

60  % tal-injam;

 

(ii)

65  % tal-injam;

 

(iii)

75  % tal-metall ferruż;

 

(iii)

80  % tal-metall ferruż;

 

(iv)

75  % tal-aluminju;

 

(iv)

80  % tal-aluminju;

 

(v)

75  % tal-ħġieġ;

 

(v)

80  % tal-ħġieġ;

 

(vi)

75  % tal-karta u tal-kartun;

 

(vi)

90  % tal-karta u tal-kartun;

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75  % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

(h)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 80  % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat jiġi riċiklat ;

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, se jintlaħqu l-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn jidħlu dawn il-materjali speċifiċi li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

 

(i)

75  % tal-injam;

 

(i)

80  % tal-injam;

 

(ii)

85  % tal-metall ferruż;

 

(ii)

90  % tal-metall ferruż;

 

(iii)

85  % tal-aluminju;

 

(iii)

90  % tal-aluminju;

 

(iv)

85  % tal-ħġieġ;

 

(iv)

90  % tal-ħġieġ;

 

(v)

85 % tal-karta u tal-kartun;

 

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.

3.   L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-fini ta' riċiklaġġ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   L-Istati Membri għandhom , fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

“4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ tal-iskart tal-imballaġġ, meta dan ikun ta' benefiċċju minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, għall-manifattura tal-imballaġġ u prodotti oħra billi:

(a)

itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(a)

itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b)

jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali;

(b)

jeżaminaw mill-ġdid ir-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawk il-materjali;

 

(ba)

jagħmlu użu minn strumenti ekonomiċi adegwati sabiex jinċentivav l-użu ta' materja prima sekondarja, li jistgħu jinkludu miżuri li jippromwovu l-kontenut riċiklat tal-prodotti u l-applikazzjoni ta' kriterji sostenibbli għall-akkwist pubbliku;

 

(bb)

jippromwovu materjali li, meta riċiklati, ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem meta jiġu riċiklati f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.”

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafi 5, 8 u 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-paragrafi 5 , 8 u 9 jitħassru;

(d)

il-paragrafi 5 u 9 jitħassru;

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)

Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.    Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-ambjent, kif ukoll fuq it-tħaddim tas-suq intern. Ir-rapport għandu jieħu in- konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi individwali f'kull Stat Membru. Għandu jkun fih dan li ġej:

“8.    Għal dak l-għan, sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miri stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-progress li sar biex dawn jintlaħqu, b'kunsiderazzjoni tal-aħjar prattiki u l-miżuri użati mill-Istati Membri biex jilħqu dawk il-miri.

 

Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta':

(a)

evalwazzjoni ta' l-effettività, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali;

(a)

miri dwar flussi oħra ta' skart mill-imballaġġ;

(b)

miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jitnaqqas kemm jista' jkun possibli l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar mingħajr ma jiġu kompromessi l-funzjonijiet essenzali;

(b)

miri separati għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u għall-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali.

(c)

l-iżvilupp possibbli ta' indikatur ambjentali dwar l-ippakkjar biex jagħmel il-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar sempliċi u aktar effettiv;

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”

(d)

pjani għall-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar;

 

(e)

appoġġ għall-użu mill-ġdid u, b'mod partikolari, tqabbil ta' l-ispejjes u l-benefiċċji ta' l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

 

(f)

ir-responsabbilità tal-produttur inkluż l-aspetti finanzjarji;

 

(g)

sforzi biex jitnaqqsu aktar u, jekk xieraq, fl-aħħar jitneħħew metalli tqal u sustanzi oħra perikolużi fl-ippakkjar sal-2010.

 

Dan ir-rapport għandu, kif inhu xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, kemm-il darba dawn il-proposti sa dak iż-żmien ma jkunux ġew ippreżentati.

 

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'1.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 6(1) (f) sa (i),

'1.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti  (f) sa (i)  tal-Artikolu 6(1) il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ f'sena partikolari.

(a)

il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ;

 

(b)

il-piż tal-iskart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jkun ġie rkuprat jew miġbur minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindif u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;

 

(c)

l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.

 

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, abbażi tal-aqwa prattiki disponibbli.

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 (b) u (c) u tal-Anness IV , il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu , inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, il-verifika r-rappurtar tad-dejta.

2.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi tar-riċiklaġġ finali , inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà l-verifika u r-rappurtar.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltajiet ta' u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri għas-simplifikazzjoni tar-rappurtar ta' imballaġġ imħallat skont l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    B'deroga mill-paragrafu 1, il-piż tal-output ta' kull operat ta' separazzjoni tal-iskart jista' jiġi rrappurtat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat, dejjem jekk:

imħassar

(a)

tali output ta' skart jiddaħħal fi proċess aħħari ta' riċiklaġġ;

 

(b)

il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, jibqa' taħt l-10 % tal-piż totali li għandu jiġi rrappurtat bħala riċiklat.

 

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu  3(a) u (b) . Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat.

4.    F'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw konformità mar-regoli stipulati fil-paragrafu  1 . Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-sistema magħżula għall-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà.

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.

5.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunux intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew mal-koinċinerazzjoni biss jekk l-iskart ikun ġie separat qabel l-inċinerazzjoni jew jekk l-obbligu li jiġi stabbilit ġbir separat għall-karti, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart ikun tħares , proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat jew koinċinerat , dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-miri.

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6b – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta jkun meħtieġ, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-tbassir tal-ilħuq tal-miri inklużi fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart u l-perċentwal u l-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu :

“1.    Sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprevedu u jinċentivaw :

(a)

għar-ritorn u/jew għall-ġbir ta’ l-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-gabra finali ta’ l-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart l-aktar addattati;

(a)

ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-fluss tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;

(b)

għall-użu mill-ġdid jew għall-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u/jew l-iskart mill-imballaġġ miġbur,

(b)

l-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur,

‘sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva’.

 

Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċ tas-setturi interessati u għall-parteċipazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat.”

Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi nteressati u għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat.”

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 7a

 

Miżuri speċifiċi għal sistemi ta' ritorn u ta' ġbir

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ:

 

(a)

il-ġbir separat ta' mill-inqas imballaġġ jew skart mill-imballaġġ magħmul minn karti, metall, plastik jew ħġieġ;

 

(b)

l-imballaġġ kompost kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE għandu jinġabar fi skemi ta' ġbir eżistenti li jissodisfaw l-istandards ta' kwalità meħtieġa għar-riċiklaġġ finali.”

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i)  għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE (1)."

“2.   Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-imballaġġ għandu jinkludi informazzjoni utli għal dak il-għan. B'mod partikolari, l-imballaġġ għandu jindika għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni tiegħu mill-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i)  għall-imballaġġ fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE (1).

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'3a.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1) (a) sa (i). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18 -il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.

'3a.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-punti  (a) sa (i)  tal-Artikolu 6(1) . Għandhom jiġbru u jipproċessaw id-dejta b'konformità mal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d u jirrappurtawha b'mod elettroniku sa 12 -il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

Id-dejta għandha tinġabar u tiġi pproċessata permezz tal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d, u għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6 għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja , is-sorsi tad-dejta u  l-metoloġija użata fl-Istati Membri , kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta . Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

3c.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3d, ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta , is-sorsi tad-dejta u  l-metodoloġija użata fl-Istati Membri . Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta u l-informazzjoni ppreżentata . Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem .

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3ca.     Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi u tevalwa l-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u s-suq intern. Jekk ikun xieraq, proposta biex din id-Direttiva tiġi riveduta tista' takkumpanja r-rapport.

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3d.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) .";

3d.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. ';

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

L-Anness II tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa sostitwit kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 94/62/KE

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

l-Anness IV tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa emendat kif muri fl-Anness ta' din id-Direttiva.

imħassar

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu - 1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 1 – inċiż 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)

Fl-Anness II, punt 1, l-ewwel inċiż huwa emendat kif ġej:

L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta' rkupru , u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart mill-imballaġġ.

 

“—

L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ , skont il-ġerarkija tal-iskart , u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ.”

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu - 1a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 1 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)

Fl-Anness II, punt 1 jiddaħħal l-inċiż 1a li ġej:

“—

L-imballaġġ għandu jiġi prodott b'tali mod li jnaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu, anke bl-użu ta' materjali bijodegradabbli u b'bażi bijoloġika sostenibbli.”

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu - 1b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 3 – punt c

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b)

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(c)

L-imballaġġ illi jista' jiġi rkuprat fil-forma ta' kompostjar

 

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta' natura bijodegradabbli li ma tfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.

 

Emenda 83

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu - 1c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 3 – punt d

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)

Fl-Anness II, punt 3, il-punt d huwa emendat kif ġej:

(d)

Imballaġġ bijodegradabbli;

“(d)

Imballaġġ bijodegradabbli;

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' jiddekomponi fl-aħħar f'dijossidu karboniku , bijomassa u ilma.

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' fl-aħħar jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju , bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m'għandux jitqies bħala bijodegradabbli.”

Emenda 84

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 2

Direttiva 94/62/KE

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiżdied l-Anness IV li ġej:

imħassar

“ANNESS IV

 

Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)(f) sa (i)

 

Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata ta' riċiklaġġ u tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:

 

‘E=’‘(A+R)*100’ /‘(P+R)’

 

E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

A: piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

P: piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena determinata.”

 


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0029/2017).

(1a)   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(1a)   Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(13)   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(14)   Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(15)  COM(2013) 0442.

(15)  COM(2013) 0442.

(1a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).

(1)  ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28.”

(1)  ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28.”


Top