Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0005

P8_TA(2017)0005 I-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo: proċedura għall-applikazzjoni tiegħu ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo min-naħa l-oħra (COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD)) P8_TC1-COD(2016)0218 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta’ Jannar 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo min-naħa l-oħra

ĠU C 242, 10.7.2018, pp. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/46


P8_TA(2017)0005

I-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo: proċedura għall-applikazzjoni tiegħu ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1) min-naħa l-oħra (COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 242/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0460),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0327/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0361/2016),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


P8_TC1-COD(2016)0218

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta’ Jannar 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1) min-naħa l-oħra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/355.)


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


Top