Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XG1004(01)

    Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li tikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    ĠU C 365, 4.10.2016, p. 3–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 365/3


    Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li tikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    (2016/C 365/04)

    INVIT PUBBLIKU GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TA’ ŻEJT U GASS NATURALI U L-ESTRAZZJONI TA’ ŻEJT U GASS NATURALI FIŻ-ŻONA TA’ “PROSZOWICE”

    TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

    1.

    L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, il-punt 196, kif emendat)

    2.

    Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

    3.

    Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

    TAQSIMA II: ENTITÀ LI TISTIEDEN OFFERTI

    Isem: Ministeru tal-Ambjent

    Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw, il-Polonja

    Tel. +48 223692449, +48 223692447; Faks: +48 223692460

    Sit web: www.mos.gov.pl

    TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

    1.   it-tip ta’ attivitajiet li għalihom għandha tingħata l-konċessjoni:

    Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u gass naturali fiż-żona ta’ “Proszowice”, il-blokkijiet ta’ konċessjoni 373, 374 u 393.

    2.   iż-żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:

    Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma ddefiniti minn linji li jgħaqqdu punti mal-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

    Nru tal-Punt

    X [PL-1992]

    Y [PL-1992]

    1

    265 797,369

    606 784,682

    2

    256 877,580

    606 993,250

    3

    256 866,895

    601 531,158

    4

    265 972,196

    601 470,879

    5

    265 785,258

    594 508,986

    6

    256 792,099

    594 610,492

    7

    256 861,670

    598 860,040

    8

    251 837,130

    598 803,240

    9

    245 959,166

    604 332,289

    10

    240 684,937

    604 381,020

    11

    240 244,081

    603 139,260

    12

    238 495,594

    597 181,464

    13

    238 486,801

    597 044,425

    14

    254 726,425

    579 328,472

    15

    265 370,279

    579 332,115

    16

    269 669,762

    596 654,081

    17

    284 288,245

    596 762,366

    18

    284 357,997

    606 534,408

    19

    266 162,867

    623 612,266

    L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti hija ta’ 818,29 km2.

    Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fid-distretti u l-muniċipalitajiet li ġejjin

    Fil-Provinċja ta’ Małopolskie:

     

    id-distrett ta’ Krakovja, il-muniċipalitajiet ta’ Słomniki (2,04 % taż-żona), Kocmyrzów-Luborzyca (3,97 %), Igołomia-Wawrzeńczyce (6,30 %),

     

    Id-distrett tal-belt ta’ Krakovja, il-muniċipalità urbana ta’ Krakovja (0,29 %),

     

    Id-distrett ta’ Proszowice, il-muniċipalitajiet ta’ Radziemice (3,57 %), Pałecznica (2,74 %), Koniusza (10,81 %), Proszowice (7,17 %), Nowe Brzesko (2,94 %), Koszyce (0,18 %),

     

    Id-distrett ta’ Wieliczka, il-muniċipalitajiet ta’ Niepołomice (3,86 %), Kłaj (2,29 %),

     

    Id-distrett ta’ Bochnia, il-muniċipalitajiet ta’ Drwinia (7,05 %), Bochnia (0,98 %),

     

    Id-distrett ta’ Dąbrowa, il-muniċipalità ta’ Gręboszów (0,01 %);

    Il-Provinċja ta’ Świętokrzyskie:

     

    Id-distrett ta’ Pińczów, il-muniċipalitajiet ta’ Michałów (0,04 %), Pińczów (1,47 %), Działoszyce (5,47 %), Złota (3,43 %),

     

    Id-distrett ta’ Kazimierza Wielka, il-muniċipalitajiet ta’ Skalbmierz (8,81 %), Czarnocin (8,43 %), Kazimierza Wielka (12,44 %), Bejsce (1,80 %), Opatowiec (3,91 %),

     

    Id-distrett ta’ Busko-Zdrój, il-muniċipalità ta’ Wiślica (< 0,01 %).

    L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċji huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni ta’ żejt u gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

    3.   il-limitu ta’ żmien, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

    L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru tal-Ambjent mhux iktar tard mill-16:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda jiskorri mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    4.   l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerta u speċifikazzjoni tal-ippeżar tagħhom, biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri tad-9 ta’ Ġunju 2011 huma ssodisfati:

    L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li dwarhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) u (2) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri, b’mod indipendenti, jew bħala l-operatur jekk ikunu qed japplikaw bosta entitajiet b’mod konġunt għall-konċessjoni.

    L-offerti li jaslu jiġu evalwati mill-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:

    30 %

    :

    il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbutin mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi rispettivament, jitwettqu u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi tal-finanzjament tal-attivitajiet previsti, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

    25 %

    :

    il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi rispettivament, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq tar-riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani;

    20 %

    :

    il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ tħaffir proposti;

    10 %

    :

    l-esperjenza fil-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, biex jiġu żgurati l-operat sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-annimali, u l-protezzjoni tal-ambjent;

    10 %

    :

    it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ tħaffir, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

    5 %

    :

    il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskedar tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin waqt l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi t-tħaffir għal mases ċilindriċi.

    Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew iktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri dovuta waqt il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

    5.   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

    Dejta tal-konċessjoni

    isem iż-żona: Proszowice

    post: fuq l-art; il-blokkijiet ta’ konċessjoni 373, 374 u 393;

    Tip ta’ depożitu

    depożiti taż-żejt u ta’ gass naturali konvenzjonali

    Livelli strutturali

    Cenozoic

    Mesozoic

    Paleozoic

    Sistemi taż-żejt mhux maħdum

    Paleozoic-Mesozoic

    Blat ta’ sors

    Blat Ordoviċjan, Silurjan, Devonjan, Karboniferu u tal-perjodu Ġurassiku tan-Nofs

    Blat Ġibjun

    Ġebel ramli glawkonitiku Ċenomanjan (Kretaċju Superjuri) u ġebla tal-ġir tad-detrit lito-Rawraċjan (Ġurassiku Superjuri, diviżjoni inferjuri tal-Oksfordjan Superjuri)

    Blat Siġill

    Ħamrija Senonjana (id-diviżjoni superjuri tal-Kretaċju Superjuri) u formazzjonijiet tal-Foredeep tal-Karpazji (strata Krakovjani)

    Il-ħxuna tal-piż żejjed

    350-750 m

    Tip ta’ nassa

    strutturali

    Depożiti identifikati fil-viċinat (NG – gass naturali; O – żejt)

    Pławowice (O) – skopert fl-1964; produzzjoni kumulattiva tul 50 sena: 610 710 tunnellata; produzzjoni fl-2014: 4 580 tunnellata; riżervi u riżorsi: 92 490 tunnellata (industrijali: 20 130 tunnellata

    Grobla (O) – skopert fl-1962; produzzjoni kumulattiva tul 52 sena: 2 822 590 tunnellata u 145 020 000 m3 ta’ gass assoċjat; produzzjoni fl-2014: 4 430 tunnellata; riżervi u riżorsi: 48 300 tunnellata (industrijali: 21 050 tunnellata)

    Mniszów (O) – skopert fl-1966, mhux sfruttat

    Dąbrówka (NG) – skopert fl-1976; produzzjoni kumulattiva tul 38 sena: 425 350 000 m3; produzzjoni fl-2014: 1 230 000 m3; riżervi u riżorsi: 30 850 000 m3 (industrijali: 8 020 000 m3)

    Grądy Bocheńskie (NG) – skopert fl-1985; produzzjoni kumulattiva tul 18-il sena: 166 900 000 m3; produzzjoni fl-2014: l-ebda produzzjoni; riżervi u riżorsi: 39 170 000 m3 (industrijali: 14 050 000 m3)

    Rajsko (NG) – skopert fl-1997; produzzjoni kumulattiva tul 3 snin: 20 630 000 m3; produzzjoni fl-2014: 6 730 000 m3; riżervi u riżorsi: 142 370 000 m3 (industrijali: 54 370 000 m3)

    Rylowa (NG) – skopert fl-1988; produzzjoni kumulattiva tul 4 snin: 66 460 000 m3; produzzjoni fl-2014: 27 110 000 m3; riżervi u riżorsi: 478 540 000 m3 (industrijali: 175 160 000 m3)

    Rysie (NG) – skopert fl-1985; produzzjoni kumulattiva tul 25 sena: 75 810 000 m3; produzzjoni fl-2014: 740 000 m3; riżervi u riżorsi: 15 960 000 m3 (industrijali: 1 470 000 m3)

    Szczepanów (NG) – skopert fl-1990; produzzjoni kumulattiva tul 16-il sena: 707 240 000 m3; produzzjoni fl-2014: 9 870 000 m3; riżervi u riżorsi: 206 960 000 m3 (industrijali: 116 620 000 m3)

    Łazy (NG) – skopert fl-1995; produzzjoni kumulattiva tul 7 snin: 12 480 000 m3; produzzjoni fl-2014: l-ebda produzzjoni; riżervi u riżorsi: 13 400 000 m3 (industrijali: l-ebda produzzjoni)

    Łętowice-Bogumiłowice (NG) – skopert fl-1993; produzzjoni kumulattiva tul 18-il sena: 137 580 000 m3; produzzjoni fl-2014: 400 000 m3; riżervi u riżorsi: 110 870 000 m3 (industrijali: 21 150 000 m3)

    Stħarriġ sismiku lest (proprjetarju)

    1975 Kazimierza Wielka-Dąbrowa Tarnowska 2D (Teżor tal-Istat)

    1977-1978 Bochnia-Czchów-Pilzno 2D (Teżor tal-Istat)

    1987-1988 Kazimierza Wielka-Pińczów-Nowy Korczyn 2D (Teżor tal-Istat)

    1987-1988 Niepołomice-Gdów-Myślenice 2D (Teżor tal-Istat)

    1989-1990 Kazimierza Wielka-Pińczów-Nowy Korczyn 2D (PGNiG)

    1991-1993 Słomniki-Pińczów 2D (PGNiG)

    1993 Liplas-Grobla-Żukowice 2D (PGNiG)

    2003 Puszcza-Krzeczów-Borek 2D (Teżor tal-Istat)

    Bjar ta’ referenza (TVD)

    Puszcza-14 (1 642 m), Dodów 2 (1 267 m), Kózki 1 (800 m)

    6.   id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

    L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

    7.   il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni, b’mod partikolari dwar l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih tiġi pprovduta s-sigurtà msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri u, meta jkun iġġustifikat, l-ammont, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-mod li bih tiġi pprovduta s-sigurtà msemmija fl-Artikolu 49x(2) ta’ dak l-Att:

    L-offerent rebbieħ ikun meħtieġ jipprovdi sigurtà li tkopri n-nuqqas ta’ konformità jew konformità mhux adegwata mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-konċessjoni u għall-finanzjament tal-għeluq tax-xogħlijiet fil-minjieri jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida. Din is-sigurtà trid tiġi pprovduta għall-perjodu mid-data li fiha l-konċessjoni tingħata sal-aħħar tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni. L-ammont tas-sigurtà huwa ta’ PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-pagament tagħha huma rregolati bl-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri.

    8.   il-kamp ta’ applikazzjoni minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ tħaffir:

    Il-programm minimu ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-prospettar u l-fażi ta’ esplorazzjoni jinkludi:

    Id-dewmien tal-Istadju I: 12-il xahar

    kamp ta’ applikazzjoni: l-interpretazzjoni u l-analiżi tad-dejta ġeoloġika arkivjali

    Id-dewmien tal-Istadju II: 12-il xahar

    kamp ta’ applikazzjoni: it-twettiq ta’ stħarriġ sismiku 2D (100 km) jew it-tħaffir ta’ toqba għat-tiftix taż-żejt ta’ fond massimu ta’ 2 000 m, bi tħaffir obbligatorju ta’ intervalli prospettivi

    Id-dewmien tal-Istadju III: 24 xahar

    kamp ta’ applikazzjoni: it-tħaffir ta’ toqba għat-tiftix taż-żejt ta’ fond massimu ta’ 2 000 m, bi tħaffir obbligatorju ta’ intervalli prospettivi

    Id-dewmien tal-Istadju IV: 12-il xahar

    kamp ta’ applikazzjoni: analiżi tad-dejta miksuba

    9.   il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni:

    Il-perjodu tal-konċessjoni huwa ta’ 10 snin, li jinkludi:

    fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ dewmien ta’ ħames snin, li tiskorri mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

    fażi tal-estrazzjoni, li tiskorri mid-data li fiha tinkiseb id-deċiżjoni ta’ investiment.

    10.   il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u biex jiġu żgurati s-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

    L-implimentazzjoni tal-konċessjoni tal-programm ta’ ħidma m’għandhiex tikser id-drittijiet tal-proprjetarji tal-art u ma teliminax il-ħtieġa għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri, u r-rekwiżiti dwar l-użu tal-art, il-protezzjoni ambjentali, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

    11.   il-ftehim mudell dwar l-istabbiliment ta’ drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri:

    Il-ftehim mudell huwa mehmuż bħala anness ma’ dan id-dokument.

    12.   l-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri:

    L-ammont minimu għat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ “Proszowice” waqt il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 173 902,99 (bil-kliem: mija u tlieta u sebgħin elf, disa’ mija u tnejn zlotys u disgħa u disgħin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet tal-użufrutt għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali indiċjati biex jilħqu l-medja tal-indiċi annwali tal-prezzijiet tal-konsumaturi stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu li jmur mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri).

    13.   l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

    1.

    Jeħtieġ li l-offerti jispeċifikaw:

    1)

    l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju rreġistrat tal-offerent;

    2)

    għandhom jiġu stabbiliti s-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tiddefinixxi ż-żona li fiha l-konċessjoni għandha tingħata u d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri;

    3)

    il-perjodu li għalih tingħata l-konċessjoni, id-dewmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

    4)

    l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ tħaffir u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

    5)

    skeda taż-żmien, maqsuma skont is-snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet;

    6)

    il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskeda taż-żmien tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin waqt l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi tħaffir għal mases ċilindriċi, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri;

    7)

    id-drittijiet miżmumin mill-offerent għall-proprjetà immobbli (żona) li fiha se jitwettqu l-attivitajiet maħsuba, jew id-dritt għall-istabbiliment li għalih tkun qiegħda tapplika dik l-entità;

    8)

    lista taż-żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax il-proġetti li għalihom tkun meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

    9)

    il-mod li bih l-impatti ambjentali avversi tal-attivitajiet maħsuba għandhom jiġu bbilanċjati;

    10)

    il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

    11)

    l-esperjenza fil-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, biex jiġu żgurati l-operat sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-annimali, u l-protezzjoni tal-ambjent;

    12)

    il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, rispettivament, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq tar-riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani;

    13)

    il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbutin mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi rispettivament, jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi tal-finanzjament tal-attivitajiet previsti, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

    14)

    it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijet ta’ tħaffir;

    15)

    l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri, li m’għandhiex tkun inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura ta’ offerti;

    16)

    il-forma proposta għat-tnedija tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri;

    17)

    jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn bosta entitajiet, trid tispeċifika b’mod addizzjonali:

    (a)

    l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji rreġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

    (b)

    l-operatur;

    (c)

    l-ishma perċentwali fl-ispejjeż tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

    2.

    L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-avviż tat-tnedija ta’ din il-proċedura ta’ offerti.

    3.

    Id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmuża mal-offerti:

    1)

    evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari estratti mir-reġistri rilevanti;

    2)

    prova li d-depożitu jkun sar;

    3)

    kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri;

    4)

    annessi grafiċi mħejjija skont ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-mapep tal-minjieri, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

    5)

    impenji bil-miktub dwar id-disponibbiltà tar-riżorsi tekniċi għall-entità li tieħu parti fil-proċedura ta’ offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

    6)

    żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

    4.

    L-offerenti jistgħu, minn jeddhom, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

    5.

    Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu oriġinali jew kopji awtentiċi ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kopji ta’ dokumenti li għandhom jiġu mehmużin mal-offerti u li jinħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

    6.

    Id-dokumenti mfasslin b’lingwa barranija jeħtieġ li jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni bil-Pollakk minn traduttur taħt ġurament.

    7.

    L-offerti jridu jiġu sottomessi f’envelopp issiġillat jew pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura ta’ offerti.

    8.

    L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

    14.   l-informazzjoni dwar il-mod ta’ sottomissjoni ta’ depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

    L-offerenti huma meħtieġa jiddepożitaw l-ammont ta’ PLN 1 000 (bil-kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti.

    TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    IV.1)   Il-Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti

    Għandu jinħatar kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti mill-awtorità tal-konċessjoni sabiex titwettaq il-proċedura ta’ offerti u tintgħażel l-offerta l-aktar vantaġġjuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli tal-proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi u l-estrazzjoni ta’ idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerta jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għal approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura ta’ offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jissottomettu offerti.

    IV.2)   Spjegazzjonijiet addizzjonali

    Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni biex jiġu pprovduti spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien sebat ijiem mill-irċevuta tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Il-Bulettin tal-Informazzjoni Pubblika), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

    IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

    Informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura ta’ offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fi Pakiet danych geologicznych (il-Pakkett tad-Dejta Ġeoloġika), u hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mid-

    Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

    Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru tal-Ambjent)

    ul. Wawelska 52/54

    00-922 Warszawa

    POLSKA/IL-POLANJA

    Tel. +48 223692449

    Fak: +48 223692460


    ANNESS

    FTEHIM

    li jistabbilixxi drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u gass naturali fiż-żona ta’ “Proszowice”

    konkluż f’Varsavja fi … 2016 bejn:

    it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f’ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ambjent u l-Ġeologu Ewlieni tal-Polonja, qed jaġixxi skont il-prokura Nru 5 tas-27 ta’ Jannar 2016, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-“Teżor tal-Istat”

    u

    XXX, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi: … (indirizz sħiħ) …

    minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ id-“Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri”,

    bil-kliem li ġej:

    Taqsima 1

    1.

    It-Teżor tal-Istat, bħala l-proprjetarju esklużiv tas-substrata tas-saff ta’ fuq tad-Dinja li tkopri ż-żona fil-muniċipalitajiet ta’: Kocmyrzów-Luborzyca, Igołomia-Wawrzeńczyce, Radziemice, Pałecznica, Koniusza, Koszyce, Kłaj, Drwinia, Bochnia u Gręboszów, il-bliet u l-muniċipalitajiet ta’: Słomniki, Proszowice, Nowe Brzesko u Niepołomice, u l-belt ta’ Krakovja fil-Provinċja ta’ Małopolskie u fil-muniċipalitajiet ta’: Michałów, Złota, Czarnocin, Bejsce, Opatowiec u Wiślica, u l-bliet u l-muniċipalitajiet ta’: Pińczów, Działoszyce, Skalbmierz u Kazimierza Wielka fil-Provinċja ta’ Świętokrzyskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti b’linji li jgħaqqdu serje ta’ punti (1 sa 19) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

    Nru

    Koordinati

    X

    Y

    1

    265 797,369

    606 784,682

    2

    256 877,580

    606 993,250

    3

    256 866,895

    601 531,158

    4

    265 972,196

    601 470,879

    5

    265 785,258

    594 508,986

    6

    256 792,099

    594 610,492

    7

    256 861,670

    598 860,040

    8

    251 837,130

    598 803,240

    9

    245 959,166

    604 332,289

    10

    240 684,937

    604 381,020

    11

    240 244,081

    603 139,260

    12

    238 495,594

    597 181,464

    13

    238 486,801

    597 044,425

    14

    254 726,425

    579 328,472

    15

    265 370,279

    579 332,115

    16

    269 669,762

    596 654,081

    17

    284 288,245

    596 762,366

    18

    284 357,997

    606 534,408

    19

    266 162,867

    623 612,266

    b’dan jistabbilixxi d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għad-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mill-konfini t’isfel tal-proprjetajiet tal-art tal-wiċċ u minn taħt mis-sediment tal-formazzjonijiet Ġurassiċi, bil-kondizzjoni li d-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona ta’ “Proszowice” fi żmien sena mid-data tal-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri.

    2.

    Jekk il-kondizzjoni tal-ksib tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tintlaħaqx, l-obbligi li jinħolqu skont il-ftehim jiskadu.

    3.

    Fiż-żona tal-massa ta’ blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-minjieri jista’:

    1.

    fil-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċji, iwettaq attivitajiet marbutin mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali; u

    2.

    fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività meħtieġa sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċji.

    4.

    L-erja tal-wiċċ tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 818,29 km2.

    Taqsima 2

    1.

    Il-ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri jibda jkollu effett mid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

    2.

    Id-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 10 snin, inklużi ħames snin għall-fażi ta’ prospettar u esplorazzjoni u ħames snin għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 9.

    3.

    Id-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri jiskadu fid-data li fiha tintemm il-konċessjoni.

    Taqsima 3

    1.

    Id-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri li juża ż-żona speċifikata fit-Taqsima 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u gass naturali fiż-żona ta’ “Proszowice”, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet meħtieġa kollha għal dan l-għan fiż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2015, punt 196, kif emendat), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri”, u d-deċiżjonijiet maħruġin skontu. Waqt il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jista’ jiżviluppa l-minerali esplorati biss sal-punt li jkun meħtieġ biex titfassal dokumentazzjoni ġeoloġika u ta’ investiment.

    2.

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub bi kwalunkwe tibdil li jirriżulta fit-tibdil tal-isem jew tal-forma organizzattiva, fit-tibdil tan-numri tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni jew f’żidiet jew f’tnaqqis fil-kapital azzjonarju, fi trasferiment tal-konċessjoni lejn entità oħra bl-operat tal-liġi, fi tressiq ta’ petizzjoni ta’ falliment, f’dikjarazzjoni ta’ falliment, f’bidu ta’ proċedimenti ta’ arranġament jew bidu ta’ proċedimenti ta’ likwidazzjoni. It-Teżor tal-Istat jista’ jeħtieġ li f’dawn il-każijiet jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq iseħħu.

    Taqsima 4

    Il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari l-proprjetarji tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri m’għandux ikun eżenti mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti bil-liġi, b’mod partikolari dawk marbutin mall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-protezzjoni u l-użu ta’ riżorsi ambjentali.

    Taqsima 5

    It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri sabiex jitwettqu attivitajiet għajr dawk speċifikati fil-ftehim, b’mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri.

    Taqsima 6

    1.

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) waqt il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ ħames snin għal kull sena ta’ użufrutt tal-minjieri (li jingħaddu bħala 12-il xahar konsekuttiv):

    (a)

    PLN … (ammont)(fi kliem: … zlotys) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tiskorri mid-data li fiha l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, li jrid jitħallas fi żmien 30 jum mill-bidu tas-sena tal-użufrutt tal-minjieri kkonċernata;

    (b)

    PLN … (ammont)(fi kliem: … zlotys) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tiskorri mid-data li fiha l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, li jrid jitħallas fi żmien 30 jum mill-bidu tas-sena tal-użufrutt tal-minjieri kkonċernata;

    (c)

    PLN … (ammont)(fi kliem: … zlotys) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tiskorri mid-data li fiha l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, li jrid jitħallas fi żmien 30 jum mill-bidu tas-sena tal-użufrutt tal-minjieri kkonċernata;

    (d)

    PLN … (ammont)(fi kliem: … zlotys) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tiskorri mid-data li fiha l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, li jrid jitħallas fi żmien 30 jum mill-bidu tas-sena tal-użufrutt tal-minjieri kkonċernata;

    (e)

    PLN … (ammont)(fi kliem: … zlotys) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tiskorri mid-data li fiha l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, li jrid jitħallas fi żmien 30 jum mill-bidu tas-sena tal-użufrutt tal-minjieri kkonċernata;

    - soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

    2.

    Jekk id-data tal-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt taminjieri tkun bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa hija soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallasha mhux iktar kmieni mid-data li fiha l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3 jitħabbar, wara li jiġi kkunsidrat dan l-indiċi.

    3.

    It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata biex tilħaq il-medja tal-indiċi annwali tal-prezzijiet tal-konsumaturi stabbiliti għall-perjodu li jiskorri mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena preċedenti għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja).

    4.

    Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha jkun ġie konkluż il-ftehim, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata.

    5.

    Jekk il-ftehim jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ fis-sena preċedenti għas-sena li tinkludi d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jħallasha sal-aħħar tas-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-ftehim.

    6.

    Jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jitlef id-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri stabbiliti skont il-ftehim qabel mal-limitu ta’ żmien speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2) jiskadi, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri jintilfu b’riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għal raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 9(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 2(1) u (2), b’kunsiderazzjoni tal-indiċjar tas-sena ta’ qabel it-terminazzjoni tal-ftehim. It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jintilfu d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri. It-telf tad-drittijiet tal-użufrutt m’għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri minn obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

    7.

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-Fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, għall-istabbiliment ta’ drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri f’konnessjoni ma’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u ta’ gass naturali u l-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali fiż-żona ta’ “Proszowice”.

    Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha l-fondi jiġu kkreditati fil-kont tat-Teżor tal-Istat.

    8.

    It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’mod li l-attivitajiet li jinsabu f’dan il-ftehim isiru soġġetti għal tassazzjoni, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

    9.

    It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri bil-miktub b’ kull tibdil fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

    10.

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jibgħat kopji ta’ prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 lit-Teżor tal-Istat fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri.

    Taqsima 7

    Wara li d-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-minjieri jikseb deċiżjoni dwar investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni ta’ żejt u ta’ gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni, jiffirmaw anness għal dan il-ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim waqt il-fażi tal-estrazzjoni.

    Taqsima 8

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

    Taqsima 9

    1.

    Jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jikser l-obbligi stabbiliti fil-ftehim, it-Teżor tal-Istat jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, itemm il-ftehim b’effett immedjat, u d-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri ma jkun intitolat jagħmel l-ebda talba għall-proprjetà. Madankollu, il-ftehim m’għandux jintemm jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jikser l-obbligi skont il-ftehim minħabba force majeure.

    2.

    Jekk il-ftehim jintemm għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu sħiħ tal-użufrutt fit-Taqsima 2(1) u (2), soġġett għall-indiċjar għas-sena preċedenti għas-sena li fiha jintemm il-ftehim.

    3.

    Jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jdum iktar minn sebat ijiem biex iħallas it-tariffa lil hinn mill-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 6(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-irċevuta tat-talba, u jekk jonqos milli jagħmel dan il-ftehim jintemm b’effett immedjat.

    4.

    It-Teżor tal-Istat jista’ jtemm il-ftehim kompletament jew parzjalment billi jagħti avviż ta’ 30 jum, b’effett minn tmiem ix-xahar kalendarju, jekk id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri ma jinfurmax lit-Teżor tal-Istat biċ-ċirkostanzi msemmija fit-Taqsima 3(2) fi żmien 30 jum minn meta jseħħu.

    5.

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jkun marbut bil-ftehim sad-data li fiha l-konċessjoni tintemm u ma jistax jittermina l-ftehim.

    6.

    Il-ftehim għandu jintemm bil-miktub, fin-nuqqas ta’ liema t-terminazzjoni ma tkunx valida.

    7.

    Il-partijiet jiftiehmu li jekk it-Teżor tal-Istat itemm il-ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri msemmija fit-Taqsima 6(1), m’għandhiex tiġi rimborżata.

    8.

    It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens b’eċċess tal-ammont ta’ penali kuntrattwali fuq termini ġenerali jekk l-ammont tal-ħsara li jġarrab it-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

    Taqsima 10

    Fl-eventwalità ta’ force majeure, il-partijiet għandhom minnufih jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar l-azzjoni li hemm bżonn tittieħed. “Force majeure” għandha tinftiehem bħala avveniment mhux mistenni li jaffettwa b’mod dirett lid-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri, jipprevjeni t-twettiq tal-attivitajiet li jinsabu fil-ftehim u li ma jistax ikun previst jew evitat.

    Taqsima 11

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri jista’ japplika għall-estensjoni tal-ftehim, kompletament jew parzjalment, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u jekk jonqos li jagħmel dan l-applikazzjoni tkun invalida.

    Taqsima 12

    Jekk il-ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri m’għandu jkun intitolat jagħmel l-ebda talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri.

    Taqsima 13

    Kull tilwim li jinħoloq mill-ftehim għandu jiġi riżolt mill-qorti ordinarja li jkollha ġurisdizzjoni fuq is-sede tat-Teżor tal-Istat.

    Taqsima 14

    Fil-kwistjonijiet mhux regolati mill-ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi Ġeoloġika u tal-Minjieri u tal-Kodiċi Ċivili, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kera.

    Taqsima 15

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-ftehim.

    Taqsima 16

    L-emendi għall-ftehim għandhom isiru bil-miktub, fin-nuqqas ta’ liema ma jkunux validi.

    Taqsima 17

    Dan il-ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

    It-Teżor tal-Istat

    Id-Detentur tad-Drittijiet tal-Użufrutt tal-Minjieri


    Top