Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0824

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    COM/2016/0824 final - 2016/0403 (COD)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/04/2021

    Brussell, 10.1.2017

    COM(2016) 824 final

    2016/0403(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    {SWD(2016) 439 final}
    {SWD(2016) 442 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Bis-servizzi li jammontaw għal madwar 70 % tal-PDG u l-impjiegi tal-UE, il-promozzjoni tal-kompetittività tas-swieq tas-servizzi tal-UE hija ċentrali għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-UE. Id-Direttiva dwar is-Servizzi, adottata fl-2006, stabbilixxiet dispożizzjonijiet ġenerali li jħaffu l-istabbiliment ta’ fornituri ta’ servizzi u l-kapaċità tagħhom biex joffru servizzi transfruntiera fis-suq uniku. Id-Direttiva wasslet għal għadd ta’ riformi madwar l-Istati Membri tal-UE, li jżidu madwar 0.9 % mal-PDG tal-UE matul għaxar snin.

    Madankollu għad hemm potenzjal kbir għat-tkabbir u l-impjiegi li għadu jista’ jiġi sfruttat. Is-swieq tas-servizzi tal-UE jibbenefikaw minn tkabbir tal-produttività aktar mgħaġġel u allokazzjoni tar-riżorsi aktar effiċjenti. Il-kummerċ transfruntier u l-investiment fis-servizzi jibqgħu baxxi. It-trattament tal-ostakoli li fadal għal aktar attivitajiet transfruntiera fis-servizzi se jgħin biex isaħħaħ il-kompetizzjoni, li tirriżulta f’aktar għażla u prezzijiet aħjar għall-konsumaturi kif ukoll żieda fl-innovazzjoni. L-indirizzar ta’ dawn l-ostakoli skont il-qafas diġà pprovdut mid-Direttiva dwar is-Servizzi joffri potenzjal li jkun iġġenerat 1.7 % aktar mal-PDG tal-UE 1 . Barra minn hekk, swieq tas-servizzi li jiffunzjonaw aħjar se jaffettwaw ukoll b’mod pożittiv il-kompetittività tal-industrija peress li s-settur tal-manifattura tal-UE jirrappreżenta xerrej u utent finali importanti tas-servizzi. Fil-fatt, is-servizzi jammontaw għal 40 % tal-valur ta’ prodott ta’ manifattura finali fl-UE. Settur tal-manifattura kompetittiv jiddependi għalhekk fuq swieq tas-servizzi li jiffunzjonaw sew.

    Għal dawn ir-raġunijiet il-Kunsill Ewropew issottolinja li "il-kisba ta' suq uniku aktar approfondit u ġust ser tkun strumentali fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda, fil-promozzjoni tal-produttività u fl-iżgurar ta' klima attraenti għall-investiment u l-innovazzjoni" 2 . Suq intern li jiffunzjona aħjar huwa wieħed mill-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-Istrateġija għal Suq Uniku tagħha adottata f’Ottubru 2015, il-Kummissjoni ħabbret serje ta’ azzjonijiet biex is-suq uniku mingħajr fruntieri għas-servizzi jsir realtà 3 . L-objettiv huwa ċar: li jitnaqqsu l-ostakoli biex ikun aktar faċli għall-fornituri ta' servizzi li jsegwu opportunitajiet ġodda ta’ negozju, filwaqt li jkunu garantiti servizzi ta’ kwalità għall-konsumaturi. Din il-proposta tkompli mal-Istrateġija għal Suq Uniku.

    Id-Direttiva dwar is-Servizzi tipprovdi qafas legali bbilanċjat biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Hija tiżgura li r-regolamentazzjoni nazzjonali hija nondiskriminatorja, ġustifikata u proporzjonata biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess pubbliku. Barra minn hekk, din teħtieġ lill-Istati Membri jnaqqsu l-ostakoli ta’ natura amministrattiva li jiskoraġixxu fil-prattika lill-fornituri ta' servizzi milli joperaw b'mod transfruntier. Id-Direttiva dwar is-Servizzi u l-prinċipji importanti li stabbilixxiet ma jiġux affettwati minn din il-proposta.

    Dawn il-prinċipji introdotti mid-Direttiva dwar is-Servizzi ppermettew progress pożittiv lejn funzjonament aħjar tas-swieq tas-servizzi tal-UE. Fl-istess ħin, l-ostakoli għall-integrazzjoni akbar tas-suq uniku għadhom preżenti f’għadd ta’ setturi tas-servizzi ewlenin. Dan huwa l-każ partikolarment f'bosta servizzi tan-negozju u s-settur tal-bini fejn il-fornituri ta' servizzi spiss ma jkunux jistgħu jsegwu faċilment l-opportunitajiet ta’ negozju fi Stati Membri oħra. Dawn qed jiffaċċjaw ostakoli amministrattivi meta jespandu barra minn pajjiżhom. Dan kien ikkonfermat permezz ta’ kuntatti estensivi mal-fornituri ta' servizzi 4 .

    Il-fornituri ta' servizzi jiffaċċjaw kumplessità amministrattiva meta jmorru lil hinn mill-fruntieri. Dan jinkludi nuqqas ta’ ċarezza dwar kif għandhom jikkonformaw ma’ regoli eżistenti li jiddiswadu l-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, milli jippruvaw jisfruttaw opportunitajiet ta’ negozju fi Stati Membri oħra. Il-fornituri ta' servizzi jsibuha diffiċli biex jiksbu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri regolatorji applikabbli li jridu jiġu kkompletati għall-aċċess tas-suq ta’ Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali ta’ spiss ikopru biss sitwazzjonijiet nazzjonali mingħajr ma jiċċaraw kif għandhom jiġu applikati għall-fornituri ta’ servizzi minn Stati Membri oħra tal-UE. Bħala riżultat, il-fornituri ta' servizzi li jippruvaw jistabbilixxu preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor jew li jipprovdu servizzi transfruntiera fuq bażi temporanja spiss isibuha diffiċli biex jifhmu liema regoli japplikaw u kif. Il-formalitajiet amministrattivi fi Stati Membri differenti huma ħafna drabi kkumplikati u għaljin għall-fornituri ta' servizzi biex jikkompletawhom.

    L-e-Card Ewropea tas-servizzi għalhekk timmira li tnaqqas il-kumplessità amministrattiva għall-fornituri ta’ servizzi li jridu jespandu l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra. Fl-istess ħin se tiżgura li l-Istati Membri jistgħu japplikaw regolamentazzjoni ġustifikata. Din tiġi offruta lill-fornituri ta’ servizzi fuq bażi volontarja bħala rotta alternattiva biex juru l-konformità mar-regoli applikabbli. Hija tippermetti lill-fornituri ta' servizzi biex jużaw proċedura kompletament elettronika fil-livell tal-UE biex ilestu l-formalitajiet meta jkunu qed jespandu barra minn pajjiżhom, u b’dan toffrilhom aktar ċertezza legali u tnaqqas b’mod sinifikanti l-kumplessità amministrattiva. Permezz tal-e-Card dawn se jkunu jistgħu jevitaw ostakoli amministrattivi bħall-inċertezza dwar liema rekwiżiti japplikaw, il-mili ta’ formoli differenti f’lingwi barranin, it-traduzzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-awtentifikazzjoni tad-dokumenti u l-passi proċedurali mhux elettroniċi. L-iffrankar fl-ispejjeż relatati mal-formalitajiet koperti mill-proċedura tal-e-Card xorta waħda jkun sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni eżistenti, u jammonta possibbilment sa 50 % jew saħansitra aktar 5 .

    Fejn fornitur ta' servizzi jippjana li jipprovdi servizz transfruntier għal perjodu temporanju, l-e-Card tinħareġ mill-Istat Membru tad-domiċilju. L-Istati Membri ospitanti jkunu jistgħu joġġezzjonaw għall-ħruġ tal-e-Card fejn id-Direttiva dwar is-Servizzi diġà tippermettilhom li jagħmlu dan skont waħda mir-raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku elenkati fl-Artikolu 16. Ladarba tinħareġ, l-e-Card tippermetti lill-fornitur ta' servizzi jipprovdi servizzi fuq bażi temporanja u transfruntiera fl-Istat Membru ospitanti. Is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Istati Membri ospitanti biex jirrifjutaw applikazzjoni għal e-Card tas-servizzi baqgħu ma nbidlux, skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

    Fejn fornitur ta' servizzi jippjana li jipprovdi servizzi permezz ta’ fergħa, aġenzija jew uffiċċju fi Stat Membru ieħor, l-e-Card tinħareġ mill-Istat Membru ospitanti. F’dan il-każ il-fornitur ta' servizzi xorta jitlob l-e-Card mill-awtoritajiet tal-pajjiż tad-domiċilju tiegħu, li jivverifikaw li l-fornitur ta' servizzi huwa stabbilit fit-territorju tiegħu b’mod konformi mar-regoli applikabbli tiegħu. Iżda fit-tieni stadju, l-awtoritajiet tal-Istati Membri tad-domiċilju jibdew proċess mal-amministrazzjoni relevanti tal-pajjiż ospitanti li jippermetti lil dan tal-aħħar jivverifika jekk il-fornitur ta’ servizzi rikjedenti jissodisfax ir-rekwiżiti regolatorji tal-pajjiż ospitanti tiegħu b’konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi. Bħala riżultat, ma jkun hemm ebda trattament mhux ugwali bejn il-fornituri domestiċi u barranin. Ladarba tinħareġ, l-e-Card tippermetti lill-fornitur ta' servizzi jipprovdi servizzi permezz ta’ stabbiliment sekondarju (fil-forma ta’ fergħa, aġenzija jew uffiċċju) fl-Istat Membru ospitanti kkonċernat.

    L-idea tal-e-Card Ewropea tas-servizzi hija simili għall-Karta Professjonali Ewropea (KPE), li l-awtoritajiet tal-Istati Membri diġà huma familjari magħha. Il-KPE saret disponibbli f’Jannar 2016 u kien hemm adozzjoni sinifikanti mill-professjonisti magħżula koperti, li juri li din it-tip ta’ għodda ta’ simplifikazzjoni tipprovdi benefiċċji prattiċi għall-utenti tagħha. Kemm l-e-Card Ewropea tas-Servizzi kif ukoll il-KPE huma proċeduri elettroniċi volontarji mħaddmin fil-livell tal-UE. L-użu ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi huwa volontarju għall-fornituri ta' servizzi. L-awtorità tal-pajjiż tad-domiċilju tal-applikant taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt waħdieni. Barra minn hekk, il-funzjonament taż-żewġ sistemi jistrieħ fuq flussi tax-xogħol predefiniti u vinkolanti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern eżistenti (IMI) stabbilita bir-Regolament tal-IMI 6 .

    Fl-istess ħin, iż-żewġ sistemi għandhom objettivi differenti. IL-KPE tiffaċilita l-forniment ta’ servizzi transfruntiera permezz tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali għall-persuni fiżiċi bħala ħaddiema jew fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom skont id-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (PQD).

    L-e-Card Ewropea tas-Servizzi min-naħa l-oħra tindirizza firxa ferm usa’ ta’ rekwiżiti. Din tkun disponibbli kemm għall-persuni fiżiċi li jaħdmu għal rashom kif ukoll għall-kumpaniji li jixtiequ jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor. B’kuntrast mal-KPE, l-e-Card Ewropea tas-Servizzi se toffri wkoll faċilitajiet tekniċi li jiffaċilitaw il-konformità mal-formalitajiet amministrattivi relatati mal-istazzjonar tal-persunal fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri li kkomunikaw lill-Kummissjoni li jixtiequ jagħmlu użu mill-IMI għal dan il-għan. Din il-possibilità li jsir użu mill-IMI bl-ebda mod mhu se tbiddel is-sustanza tar-regoli applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE. Huma inklużi wkoll regoli biex jiffaċilitaw il-kisba ta' kopertura tal-assigurazzjoni bejn il-fruntieri.

    L-e-Card se tkopri r-rekwiżiti li jaqgħu taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi u għaldaqstant mhux l-oqsma bħat-taxxa, ix-xogħol u s-sigurtà soċjali. Madankollu, l-awtoritajiet fl-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li d-detentur tal-e-Card jipprovdi kwalunkwe informazzjoni li diġà tinsab fl-e-Card għal proċeduri jew formalitajiet imposti fuq fornitur fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, kompetizzjoni tad-disinn jew konċessjoni, il-formazzjoni ta’ sussidjarji jew ir-reġistrazzjoni ta’ fergħat skont il-liġi tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni ma’ skemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni soċjali.

    L-e-Card Ewropea tas-Servizzi għandha tapplika – fl-ewwel stadju – għas-servizzi tan-negozju u tal-bini – sal-punt li l-attivitajiet relatati jaqgħu diġà taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi. Iż-żewġ setturi huma ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija tal-UE 7 . Il-fornituri ta' servizzi ta’ servizzi tal-bini jew tan-negozju spiss jiffaċċjaw kumplessità amministrattiva għolja meta jespandu barra minn pajjiżhom. Barra minn hekk, it-tkabbir fil-produttività matul l-aħħar għaxar snin kien baxx ħafna fiż-żewġ setturi u hemm kummerċ u investiment transfruntiera limitat. Aktar kompetizzjoni transfruntiera għandha tgħin biex tinżamm u tittejjeb il-kompetittività taż-żewġ setturi.

    Din il-proposta tinkludi wkoll klawżoli ta’ rieżami għall-kunsiderazzjonijiet futuri tal-effettività tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, inklużi dawk rigward il-konformità mal-formalitajiet meħtieġa għall-istazzjonar tal-ħaddiema u b’kont meħud tal-esperjenza ta’ dawk l-Istati Membri li setgħu għażlu l-possibilità prevista fl-Artikolu 6(3) ta’ dan l-abbozz ta’ Regolament li tippermetti li jitwettqu l-formalitajiet meħtieġa permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

    Dan ir-Regolament huwa ppreżentat flimkien ma’ Direttiva. Ir-Regolament jintroduċi l-e-Card Ewropea tas-servizzi mingħajr ma jimmodifika r-regoli sottostanti tal-UE. Jistabbilixxi għodod li huma disponibbli għall-fornituri ta' servizzi madwar l-UE. Barra minn hekk, jiffaċilita s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-kopertura tal-assigurazzjoni ta' fornitur ta' servizzi meta jkun barra l-pajjiż. Id-Direttiva tistabbilixxi l-qafas legali u operazzjonali tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, li tirregola fost oħrajn il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, il-kompetenzi tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, il-validità tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-kundizzjonijiet għar-revoka jew is-sospensjoni tagħha.

    Dan ir-Regolament iżomm id-dispożizzjonijiet kollha eżistenti tal-UE dwar kwistjonijiet soċjali, kundizzjonijiet tal-impjieg (b'mod partikulari l-istazzjonar tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-pilastru soċjali), is-saħħa u s-sigurtà u l-ħarsien tal-ambjent. Ma jbiddilx jew ma jixħet l-ebda dubju fuq il-garanziji eżistenti f'dan ir-rigward. L-e-Card tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kumpanija. Is-setgħa tal-Istati Membri li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post mhu se tintmess bla ebda mod. Ir-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema skont id-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE se jkomplu japplikaw fil-kuntest tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi iżda għandhom jiġu pprovduti faċilitajiet oħra sabiex ikun hemm konformità ma’ dawn ir-regoli. Fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew proċeduri li jippermettu dikjarazzjoni relatata mal-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE li trid timtela b’mezzi elettroniċi, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tidderieġi lid-detentur tal-e-Card lejn il-proċeduri nazzjonali relevanti. Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-Servizzi jistgħu wkoll jissottomettu din id-dikjarazzjoni permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI fejn l-Istat Membru ospitanti jkun ikkomunika mal-Kummissjoni li din il-possibilità għandha tapplika għall-istazzjonar tal-ħaddimea fit-territorju tiegħu.

    Il-proposta għal e-Card Ewropea tas-Servizzi hija kumplimentari għal inizjattivi oħra ta' politika fil-kuntest ta’ servizzi mħabbra fl-Istrateġija għal Suq Uniku sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni ta’ ostakoli għall-forniment ta’ servizzi transfruntier fil-livell nazzjonali. F'dan ir-rigward, hija kumplimentari għall-proposta [XX] tal-Kummissjoni għal Direttiva li tirriforma l-proċedura li biha l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw skemi ta' awtorizzazzjoni u rekwiżiti relatati mas-servizzi.

    Din il-proposta se tiġi kkumplimentata wkoll bl-inizjattiva tal-Portal Diġitali Uniku, imħabbar fl-Istrateġija għal Suq Uniku għall-2017. Il-Portal, li saret konsultazzjoni pubblika dwaru fil-ħarifa 2016, se jindirizza l-lakuni attwali fl-informazzjoni għan-negozji u ċ-ċittadini billi jintegra, jikkompleta u jtejjeb l-informazzjoni relevanti onlajn fil-livell tal-UE u nazzjonali. Huwa se joħloq ukoll rabta mas-servizzi tal-assistenza. Barra minn hekk, għandu l-mira li jmexxi aktar id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali relevanti għaċ-ċittadini u n-negozju fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fis-Suq Uniku. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Portal Diġitali Uniku huwa maħsub li jmur lil hinn mis-setturi koperti minn din l-inizjattiva.

    B’paragun, l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha toffri strument armonizzat u standardizzat bis-sħiħ għal forniment transfruntier ta’ servizzi, għat-tnaqqis tal-ispejjeż ta' konformità għal swieq speċifiċi tas-servizzi li huma ddominati ħafna mill-SMEs. Qiegħda taqdi l-objettiv ta' simplifikazzjoni amministrattiva bl-involviment tal-Istat Membru minn fejn joriġina l-fornitur ta' servizzi iżda li dak l-Istat Membru (tad-domiċilju) ma għandu ebda setgħa fuq liema rekwiżiti fornitur ta' servizzi għandu jissodisfa fi Stati Membri oħrajn. Skont l-e-Card Ewropea tas-servizzi, dawn tal-aħħar għandhom jinformaw u jiżguraw il-konformità fil-qafas ta’ fluss tax-xogħol predefinit u standardizzat bis-sħiħ. Il-Portal Diġitali Uniku ser jorbot ma' din il-proċedura u l-benefiċjarji tiegħu jkunu jistgħu jsibuh faċilment.

    L-implimentazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi se tkun allinjata bis-sħiħ mal-iżvilupp tal-proġett tal-Portal Diġitali Uniku u tirrispetta l-prinċipji deskritti fil-pjan ta' azzjoni dwar il-Gvern elettroniku (b'mod partikolari: diġitali, interoperabbli, transfruntier, ta’ darba biss u inklussiv b’mod awtomatiku) 8 .

    Fl-aħħar nett, din il-proposta hija kumplimentari għall-politika ta' infurzar tal-Kummissjoni, li hija ssegwi b'mod parallel, biex jiġu indirizzati restrizzjonijiet nazzjonali mhux ġustifikati jew sproporzjonati għal-libertà ta' l-istabbiliment u l-forniment liberu tas-servizzi.

    L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se tkun appoġġjata mis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita mir-Regolament tal-IMI 9 . L-IMI tista' tintuża minn madwar 5000 awtorità mill-2011; hija soġġetta għal stħarriġ kostanti tal-utenti u ppruvat il-potenzjal tagħha bl-introduzzjoni tal-Karta Professjonali Ewropea f'Jannar 2016.

    Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

    Il-proposta għal e-Card Ewropea tas-servizzi skont dan ir-Regolament u d-Direttiva proposta hija konsistenti bis-sħiħ ma’ għadd ta’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari ma’ dawk li jsegwu l-istess objettivi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi.

    Is-simplifikazzjoni ta’ formalitajiet li jirrigwardaw id-dokumenti se ssegwi mill-qrib is-soluzzjonijiet li se jiġu introdotti skont ir-Regolament (UE) 2016/1191 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea 10 .

    Fil-qasam tar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, għodda simili li trawwem is-simplifikazzjoni amministrattiva - il-Karta Professjonali Ewropea msemmija hawn fuq - ġiet introdotta fl-2013 u hija disponibbli għal għadd magħżul ta' professjonijiet (infermiera, spiżjara, fiżjoterapisti, gwidi tal-muntanji u aġenti tal-proprjetà immobbli) minn Jannar 2016. Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' duplikazzjonijiet, il-proposta preżenti tiżgura li professjonisti li jistgħu japplikaw għal Karta Professjonali Ewropea ma jistgħux jiksbu e-Card Ewropea tas-Servizzi.

    Fil-kuntest tal-proċedura tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi, l-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu użu mill interkonnessjonijiet kollha disponibbli ta' reġistri nazzjonali li jinkludu l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali (BRIS), kif mitlub mid-Direttiva 2009/101/KE, u ta' reġistri ta' insolvenza skont ir-Regolament (UE) 2015/848 qabel kwalunkwe mezz ieħor sabiex jiksbu jew jivverifikaw l-informazzjoni miksuba qabel għall-finijiet ta' din il-proċedura.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Din l-azzjoni leġiżlattiva taqa' fi ħdan il-qasam ta' kompetenza kondiviża skont l-Artikolu 4(2)(a) tat-TFUE. Hija timmira li tiffaċilita l-istabbiliment u l-fornimenti ta' servizzi mill-adozzjoni ta' miżuri dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi li għandhom bħala l-għan tagħhom il-funzjonament tas-Suq Intern. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE li huwa l-bażi ġuridika ġenerali għall-adozzjoni ta' tali miżuri.

    Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

    L-objettiv ġenerali ta' din il-proposta leġiżlattiva huwa li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku tal-UE għas-servizzi, li mhuwiex limitat għat-territorju ta' Stat Membru wieħed, iżda jkopri t-territorju kollu tal-UE. Minħabba n-natura transnazzjonali tas-suq uniku tal-UE, u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet f'kuntesti transfruntiera bl-aktar mod koerenti, billi tintuża l-għodda tal-IT eżistenti madwar l-UE – l-IMI –, tikkostitwixxi rispons effiċjenti li jista' jingħata biss b'azzjoni fil-livell tal-UE.

    Proporzjonalità

    Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma proporzjonati għall-objettiv tiegħu ta’ integrazzjoni akbar tas-swieq tas-servizzi fil-livell tal-UE, billi jippermetti żieda dinamika tas-suq u l-kompetizzjoni transfruntiera. Huma wkoll proporzjonati għall-objettivi li tiżdied it-trasparenza, jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġu ssimplifikati l-proċeduri li l-Istati Membri jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi f'sitwazzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari fil-proċeduri għall-istazzjonar tal-persunal u fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali. Barra minn hekk, jibnu fuq l-IMI, strument eżistenti tal-IT fil-livell tal-UE ffinanzjat mill-baġit tal-UE u użat diġà mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-proċedura fil-livell tal-UE se ġġib biss aġġustamenti limitati għall-IMI, li jirriżultaw fi spejjeż limitati fil-livell tal-UE u nazzjonali. Tali spejjeż limitati ġew ivvalutati fir-rigward ta' proċeduri eżistenti oħra, bħall-Karta Professjonali Ewropea.

    Dawn il-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jissolvew il-problemi identifikati u biex jintlaħqu l-objettivi identifikati. Għalkemm il-proċedura fil-livell tal-UE teħtieġ rwol attiv tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-isforzi finanzjarji li wieħed għandu jistenna mill-Istati Membri se jkunu limitati bl-użu tas-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern, pjattaforma li diġà teżisti u li twaqqfet bis-saħħa tal-fondi tal-UE. Barra minn hekk, il-prospetti li jinħolqu bl-użu tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi tal-kompetizzjoni addizzjonali fis-swieq tas-servizzi b'aktar atturi tas-suq u fatturat addizzjonali, għandu jkollhom effett pożittiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.

    L-użu ta' e-Card Ewropea tas-servizzi se jkun volontarju għall-fornituri ta' servizzi.

    Għażla tal-istrument

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE. Dan jinkludi dispożizzjonijiet biex jiffaċilitaw l-eżerċitar ta' stabbiliment sekondarju u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u sitwazzjonijiet transfruntiera temporanji. Billi jibni fuq din id-dispożizzjoni tat-Trattat ir-Regolament jintroduċi wkoll għodda prattiċi dwar assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali li l-fornituri ta’ servizzi qed ifittxu għall-attivitajiet tagħhom barra minn pajjiżhom.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Bi tħejjija għal din il-proposta, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni fil-fond tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Din l-evalwazzjoni wriet li s'issa l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi kienet effettiva biss b'mod parzjali. Id-Direttiva dwar is-Servizzi kienet kapaċi tiġġenera tkabbir addizzjonali permezz ta' riformi tal-Istati Membri. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi f’setturi ta’ servizzi ewlenin (bħalma huma s-servizzi tan-negozju u tal-bini) għadhom jiffaċċjaw għadd importanti ta’ ostakoli. Barra minn hekk, is-sistema ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri mhux qed twassal il-benefiċċji kollha tagħha. Analiżi fil-fond li twettqet dwar il-funzjonament u l-użabilità tal-PSCs ikkonkludiet li ħafna mill-PSCs għadhom ma wasslux għas-simplifikazzjoni kollha mistennija fl-amministrazzjoni f’termini ta’ forniment ta' servizzi transfruntiera temporanji jew it-twaqqif ta' negozju.

    Barra minn hekk, l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni żvelat li l-Istati Membri jieħdu approċċ eteroġenu ħafna dwar l-obbligi tal-assigurazzjoni u l-aċċess għall-assigurazzjoni għall-forniment ta' servizzi, li joħloq diffikultajiet u jqum il-flus għall-fornituri ta' servizzi biex jikkuntrattaw kopertura ta' assigurazzjoni għall-forniment transfruntier ta' servizzi, b'mod partikolari fis-servizzi tan-negozju u tal-bini.

    Dawn l-ostakoli li jifdal kollha huma ta' ħsara għall-iżvilupp ta' aktar kummerċ u investiment transfruntiera fil-qasam tas-servizzi.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

    Il-Kummissjoni wettqet diversi analiżijiet u konsultazzjonijiet biex tinġabar evidenza dwar l-ostakoli li għad fadal biex is-Suq Uniku jiffunzjona b'mod sħiħ għas-servizzi, b'enfasi akbar fuq l-effetti prattiċi tad-dispożizzjonijiet eżistenti. Twettqet valutazzjoni ekonomika biex tevalwa l-effetti tar-riforma nazzjonali fis-swieq tas-servizzi u l-aċċess għall-assigurazzjoni għall-fornituri ta' servizzi. Barra minn hekk, ġew organizzati laqgħat ta' ħidma mal-partijiet ikkonċernati bħala parti mill-Forum tas-Suq Uniku fl-2014, 2015 u 2016. Dawn trattaw l-isfidi tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju biex jiżviluppaw fis-swieq reġjonali transfruntiera, jew sfidi speċifiċi fis-setturi tas-servizzi (b'mod partikolari s-servizzi tan-negozju u s-servizzi tal-bini) li huma mxekkla mill-kummerċ transfruntiera baxx u mill-investiment fil-livell tal-UE. Il-kontributi u r-riżultati miġbura żvelaw li, minkejja li sar ftit progress fl-aħħar snin, il-fornituri ta' servizzi f'diversi setturi ekonomikament importanti għadhom jiffaċċjaw firxa ta' ostakoli meta jfittxu li jespandu bejn il-fruntieri tal-Istati Membri.

    Il-partijiet interessati esprimew fehmiet differenti dwar il-modi possibbli għat-titjib tal-qafas regolatorju li s-swieq tas-servizzi huma soġġetti għalih fl-UE u fil-livell nazzjonali. Il-partijiet interessati kważi kollha b’mod unanimu jopponu l-ftugħ mill-ġdid tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Dan ir-Regolament ma jimmodifika ebda regoli sostantivi dwar il-forniment ta’servizzi transfruntiera ta’ servizzi hekk kif stipulat fid-Direttiva dwar is-Servizzi, lanqas ir-regoli relatati mal-istazzjonar tal-ħaddiema, is-saħħa u s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-ambjent.

    Saret konsultazzjoni elettronika pubblika li damet mit-3 ta' Mejju sas-26 ta' Lulju 2016. Il-konsultazzjoni ġabret aktar fehmiet ta' partijiet interessati, kif ukoll esperjenzi personali dwar l-ostakoli li għad fadal f'dawn is-setturi tas-servizzi, b'mod partikolari, għall-forniment transfruntiera ta' servizzi fl-UE.

    Il-Kummissjoni ġabret ukoll opinjonijiet mill-partijiet interessati f'diversi okkażjonijiet dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom il-fornituri ta' servizzi fil-kisba ta' kopertura ta' assigurazzjoni meta jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor fuq bażi temporanja, b'mod partikolari permezz ta' żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi fl-2013 u fl-2015.

    Ir-riżultati ta' dawn l-eżerċizzji kollha kkonfermaw li r-rekwiżiti inġustifikati jew sproporzjonati għadhom jippersistu fil-livell nazzjonali, għad-detriment tal-fornituri u r-riċevituri ta' servizzi fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, dawn taw indikazzjonijiet speċifiċi ta' x'reazzjonijiet politiċi huma mistennija mill-partijiet interessati. Il-maġġoranza tagħhom appoġġjaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakoli li fadal għall-forniment transfruntier ta' servizzi, u li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-kopertura tal-assigurazzjoni f'dawn is-sitwazzjonijiet, filwaqt li jżommu mal-acquis tal-UE fi kwistjonijiet soċjali, marbuta mal-impjiegi, is-saħħa u s-sigurtà jew l-ambjent, u filwaqt li jsegwu politika ambizzjuża ta' infurzar. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni adottat pakkett komprensiv ta' infurzar f'Novembru 2016 biex tindirizza restrizzjonijiet sproporzjonati introdotti fil-qasam tas-servizzi f'disa' Stati Membri.

    Din l-inizjattiva mmirata biex ittejjeb l-iżvilupp tas-swieq tas-servizzi transfruntiera ġiet appoġġjata wkoll mill-Kunsill Kompetittività fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija għal Suq Uniku 11 u mill-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2016 12 . Dan kien appoġġjat ukoll mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar l-Istrateġija għal Suq Uniku adottat fis-26 ta' Mejju 2016 13 .

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Ir-riżultati tal-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka mal-Istati Membri fl-2010-11, il-kontrolli tal-prestazzjoni li twettqu fl-2011-12 u l-evalwazzjoni bejn il-pari li twettqet fl-2012-2013 kienu lkoll ta’ kontribut għat-tħejjija ta’ din il-proposta għal Regolament. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet pubbliċi differenti, inklużi dawk li saru fis-sajf 2016, offrew bażi solida ta' għarfien espert.

    Dwar l-aspetti ta' assigurazzjoni, ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika mnedija fl-2013 dwar id-diffikultajiet iffaċċjati mill-fornituri ta' servizzi fil-kisba ta' kopertura ta' assigurazzjoni f'kuntesti tranfruntieri, u f'Diċembru 2015 għal Green Paper possibbli fuq is-servizzi finanzjarji bl-imnut, ġew ikkunsidrati wkoll. Din l-aħħar konsultazzjoni ttrattat ukoll kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-aċċess għall-assigurazzjoni ta' indemnità professjonali f'kuntest transfruntier. Barra minn hekk, saru diskussjonijiet regolari ma' rappreżentanti tas-settur tal-assigurazzjoni.

    Il-Kummissjoni wettqet diversi workshops ma’ partijiet interessati, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali, billi ġabret għarfien espert dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom minħabba rekwiżiti amministrattivi importanti fl-Istati Membri kollha. Inġabret ukoll data permezz ta' studji esterni u rapporti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq skambji regolari fil-livell tekniku fil-kuntest tal-Grupp ta' Esperti tagħha dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Twettqet valutazzjoni tal-impatt bi tħejjija għal din l-inizjattiva. Ir-rapport ippreżentat mill-ġdid iqis ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Bord ta' Skrutinju Regolatorju fl-opinjoni inizjali tiegħu tal-14 ta' Ottubru 2016 14 kif ukoll il-punti addizzjonali mressqa mill-Bord fl-opinjoni pożittiva finali tiegħu tat-8 ta' Novembru 2016 15 . B'mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-problema u l-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt ġew ikkjarifikati, l-għażliet varji tal-politika ġew iggruppati mill-ġdid f'pakketti ta' għażliet li jintgħarfu b'mod ċar u t-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi ġie stmat b'aktar preċiżjoni.

    Tqiesu għażliet ta' politika individwali fil-valutazzjoni tal-impatt u nġabru f'"pakketti" ta' għażliet ta' politika. Ġew studjati l-pakketti ta' għażliet ta' politika li ġejjin:

    L-ewwel pakkett ta' għażliet jippermetti li l-fornitur ta' servizzi jikseb ċertifikat dwar l-istabbiliment legali fl-Istat Membru tad-domiċilju u l-konferma ta' kopertura tal-assigurazzjoni eżistenti għal attivitajiet anki fl-Istat Membru tad-domiċilju;

    It-tieni pakkett ta' għażliet jippermetti li l-fornitur ta' servizzi jagħmel użu minn proċedura fil-livell tal-UE li tiffaċilita l-aċċess għas-suq ta' Stat Membru ieħor, inkluż mekkaniżmu elettroniku avvanzat, konness mal-IMI biex jiffaċilita l-konformità mal-formalitajiet għall-persunal stazzjonat, li l-Istat Membru ospitanti jista’ jagħżel li juża. Barra minn hekk, dan jista' jindirizza ostakoli prattiċi relatati mal-assigurazzjoni f'sitwazzjonijiet transfruntiera;

    It-tielet pakkett ta’ għażliet ikompli jżid fuq it-2 pakket billi jnaqqas id-disparità regolatorja f’għadd ta’ servizzi kummerċjali prinċipali (servizzi tal-arkitettura, tal-inġinerija u tal-kontabilità) permezz tal-armonizzazzjoni ta’ għadd limitat ta’ rekwiżiti applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi f’dawn it-tliet oqsma (bażikament restrizzjonijiet tal-format legali, rekwiżiti li jistabbilixxu l-perċentwal tal-parteċipazzjoni azzjonarja li għanda tiġi riżervata għall-professjonisti u r-restrizzjonijiet għall-provvista ta’ attivitajiet multidixxiplinarji);

    Ir-raba’ pakkett ta’ għażliet ikompli jżid fuq it-3 pakkett billi jintroduċi soluzzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw id-disparitajiet regolatorji msemmija hawn fuq fil-każ ta’ stabbiliment sekondarju (fergħat u aġenziji), li jeżentaw fornituri ta’ servizzi barranin minn ċerti rekwiżiti filwaqt li jippermettu l-Istat Membru ospitanti jintroduċi salvagwardji alternattivi.

    L-ewwel pakkett jiġġenera ċerti effetti ta' simplifikazzjoni li huma, madankollu, aktar limitati meta mqabbla mal-pakketti l-oħra. Filwaqt li kemm il-pakkett 3 u kif ukoll il-pakkett 4 ikollhom effetti saħansitra aktar b'saħħithom minn dawk tal-pakkett 2 peress li jindirizzaw ukoll l-ostakoli regolatorji (minbarra s-simplifikazzjoni amministrattiva), il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel il-pakkett 2, abbażi tar-raġunament li ġej: It-tneħħija tar-rekwiżiti l-aktar restrittivi koperti bil-pakketti 3 u 4 permezz ta’ azzjoni ta’ infurzar immirata, ikkumplimentata minn rakkomandazzjonijiet speċifiċi li jitrattaw il-qafas regolatorju sħiħ applikabbli għall-professjoni li tforni s-servizz, jidher li huwa aktar proporzjonat minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi armonizzazzjoni minima għal għadd limitat ta’ rekwiżiti f’għadd limitat ta’ setturi tas-servizzi. Barra minn hekk, il-pakkett 4 ma ntgħażilx ukoll għax jista' jagħti aktar lok għal perċezzjonijiet ta' introduzzjoni ta' soluzzjoni mmexxija mill-approċċ tal-pajjiż ta’ oriġini li biha l-fornituri ta' servizzi barranin ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom biss, xi ħaġa li twassal għal diskriminazzjoni inversa tal-fornituri ta' servizzi domestiċi.

    Il-pakkett magħżul huwa mistenni li jżid iċ-ċertezza legali u l-iffrankar tal-ispejjeż għall-fornituri ta' servizzi li ser jaqsmu l-fruntieri. Probabbli li jiġġenera żieda fid-dinamiki tas-suq u l-livelli tal-kompetizzjoni, li jwasslu għal aktar għażla u valur miżjud għall-konsumaturi.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Il-proposta għal regolament li jintroduċi e-Card Ewropea tas-Servizzi se tikkontribwixxi għal idoneità regolatorja fir-rigward tal-aċċess għas-suq għall-fornituri ta' servizzi u s-simplifikazzjoni billi ttejjeb u tissimplifika l-modalitajiet li bihom il-fornituri ta' servizzi jingħataw l-aċċess għas-suq ta' Stat Membru ieħor. Dan ma jibdilx il-prerogattivi tal-Istati Membri ospitanti skont id-Direttiva dwar is-Servizzi.

       Drittijiet fundamentali

    Din il-proposta tippromwovi drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. B'mod aktar speċifiku, il-protezzjoni tad-data personali għandha tiġi żgurata b'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta. Barra minn hekk, l-objettiv ewlieni ta' din l-inizjattiva huwa li tiffaċilita d-drittijiet ta' stabbiliment u d-dritt li jiġu fornuti servizzi f'kull Stat Membru, kif preskritt mill-Artikolu 15(2) tal-Karta, filwaqt li tiżgura li l-ebda diskriminazzjoni, lanqas indiretta, ma ssir minħabba n-nazzjonalità (b'hekk timplimenta ulterjorment l-Artikolu 21(2) tal-Karta). Barra minn hekk, il-proċedura fil-livell tal-UE hi prevista li ddaħħal fis-seħħ proċedura imparzjali, ġusta u raġonevolment veloċi, ukoll fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, kif mitlub mill-Artikolu 41 tal-Karta. Fl-aħħar nett, il-projbizzjoni tal-abbuż tad-drittijiet, jiġifieri tal-libertà li jiġu fornuti servizzi, għandha tkun meqjusa b'mod xieraq, kif preskritt mill-Artikolu 54 tal-Karta.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta mistennija li jkollha implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE sal-punt li l-e-Card Ewropea tas-servizzi futura tuża s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("IMI") bħala s-sinsla operazzjonali tagħha. L-IMI se jkollha tiġi adattata biex tappoġġja l-proċedura tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi u r-rekwiżiti tal-ħażna, u li tkun supplimentata b'funzjonijiet addizzjonali, jiġifieri b'interfaċċja pubblika għall-fornituri ta' servizzi, b'interkonnessjonijiet għal sistemi oħra relevanti, u b'funzjonalità ta’ back-office għall-awtoritajiet nazzjonali. Dan huwa minħabba l-fatt li għall-iskopijiet tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, l-IMI se tiġi offruta bħala għodda għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan ċertu Stati Membri, mingħajr preġudizzju għal soluzzjonijiet oħra stabbiliti mill-Istati Membri. L-implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE se jkunu modesti minħabba l-fatt li l-użu tal-IMI għat-tisħiħ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi se jipprovdi ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa importanti. Barra minn hekk, il-kapaċitajiet ewlenin eżistenti tal-IMI u dawk li qed jiġu żviluppati bħalissa huma fil-biċċa l-kbira konformi mar-rekwiżiti tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. L-ispejjeż ta' adattament u żvilupp għaldaqstant se jitnaqqsu b'mod sostanzjali.

    Kwalunkwe allokazzjoni meħtieġa, madankollu, se tintlaħaq permezz ta' allokazzjoni mill-ġdid; mhuwa mistenni l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE lil hinn mill-approprjazzjonijiet diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċjali tal-Kummissjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar

    Evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija prevista kull ħames snin wara l-implimentazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet koordinatriċi fl-Istati Membri, u għandha tqis il-ħtieġa li jiġu adattati l-proċeduri għall-e-Card Ewropea tas-Servizzi fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-Gvern elettroniku. L-Istati Membri, il-fornituri ta' servizzi, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati l-oħra jiġu wkoll mistiedna biex jevalwaw il-funzjonament tal-inizjattiva. Se jitqiesu l-indikaturi speċifiċi li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatti tar-Regolament, bħall-għadd ta' fornituri ta' servizzi li jużaw l-e-Card Ewropea tas-Servizzi, l-esperjenza tagħhom relatata mal-piż amministrattiv, il-veloċità tal-proċeduri użati jew l-għadd ta' skambji ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

    Minħabba li r-rieżami ta’ xi wħud mill-aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE huwa previst għal Ġunju 2019, il-potenzjal tal-faċilitajiet li għandhom jiġu offruti skont l-Artikolu 6 għandhom jiġu evalwati mill-ġdid bħala parti minn dak ir-rieżami. Dan ir-rieżami se jieħu kont tal-esperjenza ta’ dawk l-Istati Membri li setgħu għażlu l-possibiltà prevista fl-Artikolu 6(3) ta’ dan l-abbozz ta’ Regolament li tippermetti li jitwettqu l-formalitajiet meħtieġa għall-istazzjonar tal-ħaddiema permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    L-Artikolu 1 jispeċifika s-suġġett tar-Regolament propost, li jintroduċi l-e-Card Ewropea tas-Servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati li jistgħu jintużaw mill-fornituri li jipprovdu servizzi bejn il-fruntieri. Jiċċara wkoll li l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji biex din l-e-Card issir disponibbli hija stabbilita fid-Direttiva (ESC) li se tiġi adottati fl-istess ħin.

    L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li għalihom l-e-Card Ewropea tas-servizzi hija disponibbli, kif ukoll l-attivitajiet speċifiċi, l-oqsma u l-kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-e-Card, filwaqt li jiġi segwit il-mudell tad-Direttiva 2006/123/KE.

    Jiddikjara wkoll li, simili għad-Direttiva 2006/123/KE, dan ir-Regolament ma jaffettwax id-definizzjoni jew l-organizzazzjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew ir-regoli kif regolati mil-liġi tal-kompetizzjoni. Lanqas ma jaffettwa d-diversità kulturali jew lingwistika jew il-pluraliżmu fix-xandir. Fl-aħħar nett, ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali kriminali, il-liġi tax-xogħol, il-liġi tat-taxxa jew il-liġi tas-sigurtà soċjali.

    Bħalma huwa l-każ għad-Direttiva 2006/123/KE, ġie ċċarat li dan ir-Regolament ma għandux japplika meta jmur kontra atti oħra tal-Unjoni li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' aċċess għal jew l-eżerċitar ta' attività ta' servizz f'setturi speċifiċi jew għal setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi.

    L-Artikolu 3 fih id-definizzjonijiet relevanti għar-Regolament.

    L-Artikolu 4 jiddefinixxi l-elementi essenzjali tal-applikazzjonijiet għall-e-Card Ewropea tas-servizzi, li għandhom ikunu l-istess fl-UE kollha, u jikkonferixxi setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tispeċifika l-formola standard u d-dettalji tekniċi kif ukoll setgħat delegati biex tispeċifika aktar it-tip ta’ informazzjoni ta' appoġġ u, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-ħtieġa tagħhom, id-dokumenti li għandhom jkunu pprovduti fl-applikazzjoni.

    L-Artikolu 5 jistabbilixxi obbligu impost fuq id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja, li jagħtu ċertifikat ta' assigurazzjoni fuq talba mingħand id-detenturi tal-poloz tagħhom. Jiddefinixxi wkoll l-elementi essenzjali li għandu jkun hemm f’dak iċ-ċertifikat u jipprevedi l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tiddefinixxi formola standard permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

    L-Artikolu 6 jippermetti lid-detenturi ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi jissodisfaw il-formalitajiet għall-issekondar tal-persunal skont id-Direttiva 2005/36/KE, permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI taħt il-koordinazzjoni tal-awtorità koordinatriċi fl-Istat Membru tad-domiċilju. Għall-istazzjonar tal-ħaddiema skont id-Direttiva 96/71/KE u 2014/67/KE l-istess possibilità tapplika b’relazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni li din il-possibilità għandha tapplika għall-istazzjonar tal-ħaddiema fit-territorji tagħhom. Barra minn hekk, fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew proċeduri li jippermettu għal dikjarazzjoni relatata mal-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE li trid timtela b’mezzi elettroniċi, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI għandha tidderieġi lid-detentur tal-e-Card lejn il-proċeduri nazzjonali relevanti.

    L-Artikolu 7 jippermetti li l-applikanti tal-e-Card Ewropea tas-servizzi jissodisfaw il-formalitajiet meħtieġa għall-moviment liberu ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom skont id-Direttiva 2005/36/KE, permezz ta' pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI, taħt il-koordinazzjoni tal-awtorità koordinatriċi fl-Istat Membru tad-domiċilju. Dan jippermetti wkoll għas-sostituzzjoni tal-attestazzjonijiet dwar il-kwalifiki professjonali meħtieġa skont id-Direttiva 2005/36/KE ma’ formola ta’ applikazzjoni mimlija għal e-Card Ewropea tas-servizzi.

    L-Artikolu 8 jistabbilixxi li l-proċeduri għall-applikazzjonijiet, il-ħruġ, l-aġġornar, is-sospensjoni, ir-revokar u l-kanċellazzjoni ta’ e-Cards Ewropej tas-servizzi għandhom ikunu kompletament elettroniċi u disponibbli permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI, mingħajr preġudizzju għall-fluss tax-xogħol proċedurali intern bejn l-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Dan jikkonferixxi wkoll setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-proċeduri elettroniċi msemmija hawn fuq.

    L-Artikolu 9 jipprevedi regoli komuni dwar il-format u l-lingwa tad-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura għall-e-Card Ewropea tas-servizzi. Dan jikkonferixxi wkoll setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni biex tadotta regoli tekniċi għat-traduzzjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti użati fil-kuntest tal-proċedura għall-e-Card Ewropea tas-servizzi. .

    L-Artikolu 10 jiddefinixxi l-prinċipji li jiċċaraw liema tariffi jistgħu jintalbu mill-Istat Membru tad-domiċilju u dak ospitanti, li m’għandhomx jeċċedu l-ispejjeż li jġarrbu l-Istati Membri b’mod dirett. Dan jikkonferixxi wkoll setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regoli tekniċi dwar il-modalitajiet u l-proċeduri ta' ħlas.

    L-Artikolu 11 jistabbilixxi obbligu fuq id-distributuri tal-assigurazzjoni li fuq talba minn detentur ta’ polza joħorġu dikjarazzjoni li għandha x'taqsam mal-pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li jirrigwardaw l-attivitajiet tad-detentur ta' polza. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli implimentattivi dwar format standard tad-dikjarazzjoni.

    L-Artikolu 12 jirrikjedi li d-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja, iqisu kif xieraq u b'mod mhux diskriminatorju d-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet ippreżentati minn fornitur fil-politika ta' aċċettazzjoni tagħhom u l-kalkolu tal-primjums.

    L-Artikolu 13 jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet professjonali li joffru kopertura kollettiva relatata ma’ assigurazzjoni ta' indemnità professjonali lill-membri tagħhom jew fornituri ta’ servizzi speċifiċi oħra, jagħtu aċċess għaliha fuq termini mhux diskriminatorji lill-fornituri minn Stati Membri oħra li jesprimu interess, inkluż lid-detenturi ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi.

    L-Artikolu 14 jistipula obbligu reċiproku ta' skambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet koordinatriċi involuti. Il-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħat implimentattivi biex tiddefinixxi d-dettalji tekniċi għall-ipproċessar ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni.

    L-Artikolu 15 jirregola l-eżerċitar tad-delega mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 4.

    L-Artikolu 16 jiddefinixxi l-Kumitat li jassisti lill-Kummissjoni fl-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni u l-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) 182/2011.

    L-Artikolu 17 jistipula obbligu fuq l-Istati Membri biex jinnominaw l-awtorità koordinatriċi li jkollha s-setgħa li twettaq il-kompiti previsti fir-Regolament u d-Direttiva li tistabbilixxi l-qafas operazzjonali għal e-Card Ewropea tas-servizzi, jikkomunikaw isem l-awtorità mal-Kummissjoni u jirreġistrawh fl-IMI.

    L-Artikoli 18 u 19 jimponu l-obbligi ta' monitoraġġ u tar-rieżami fuq il-Kummissjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament dwar il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu fornuti servizzi madwar l-Istati Membri kollha. Jirreferi wkoll għar-rieżami tal-faċilitajiet offruti skont l-Artikolu 6 bħala parti mir-rieżami skont id-Direttiva 2014/67/UE.

    L-Artikolu 20 jipprevedi l-emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar l-IMI sabiex tinkludi l-e-Card Ewropea tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

    L-Artikolu 21 jittratta d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni. Id-dati relevanti huma adattati għad-dati proposti għad-Direttiva.

    2016/0403 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 16 ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 17 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiggarantixxi lill-fornituri ta' servizzi l-libertà ta' stabbiliment fi Stati Membri oħra u l-libertà ta' forniment ta’ servizzi fl-Istati Membri kollha.

    (2)Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri ta’ servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi. Hija tistipula fost l-oħrajn li l-Istati Membri għandhom jistipulaw simplifikazzjoni amministrattiva, billi pereżempju jużaw Punti ta' Kuntatt Waħdieni, kif ukoll li jaċċettaw l-assigurazzjoni ekwivalenti ta' indemnità professjonali li l-fornituri ta' servizzi diġà jkollhom fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

    (3)Id-Direttiva 2006/123/KE teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu Punti ta' Kuntatt Waħdieni kontinwament aġġornati, biex fornitur ta' servizzi li jkun jixtieq jistabbilixxi jew iforni servizzi, ikun jista' jsib l-informazzjoni kollha relevanti dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu mħarsa u l-proċeduri elettroniċi fir-rigward tal-formalitajiet kollha, l-awtorizzazzjonijiet u n-notifiki meħtieġa. Madankollu, sal-lum għad hemm sfidi li jiswew il-flus biex tinkiseb l-informazzjoni u diffikultajiet marbuta mal-konformità ta' proċeduri nazzjonali minn ċertu distanza għall-fornituri ta' servizzi, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rekwiżiti relatati ma’ settur partikolari. Il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet ta' Stati Membri differenti għandha, fil-prinċipju, issir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), pjattaforma tal-IT offruta għall-iskambju transfruntier ta' informazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri differenti taħt dik id-Direttiva. Minkejja l-fatt li l-awtoritajiet kultant ikollhom dubji dwar l-istabbiliment legali ta' fornitur fi Stat Membru ieħor, il-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni mogħtija bħalissa fl-IMI għadhom mhux qed jiġu sfruttati għal kollox.

    (4)Għad hemm rekwiżiti fis-seħħ li jtaqqlu u jxekklu l-espansjoni tal-operazzjonijiet għall-fornituri ta' servizzi fis-suq intern, bħal skemi multipli jew diverġenti ta' awtorizzazzjoni quddiem awtoritajiet differenti, li, fir-rigward tal-istabbiliment, jonqsu milli jilħqu għarfien reċiproku tal-kundizzjonijiet li jkunu diġà ġew issodisfati fi Stati Membri oħra jew, fil-każ tal-provvista temporanja ta' servizzi transkonfinali japplikaw restrizzjonijiet sproporzjonati jew mhux ġustifikati. B'konsegwenza ta' dan, il-fornituri ta' servizzi jiffaċċjaw spejjeż multipli u sproporzjonati għall-konformità meta jiddeċiedu jaqsmu l-fruntiera.

    (5)Il-formalitajiet assoċjati mal-awtorizzazzjonijiet u n-notifiki ta' spiss jirrikjedu l-mili ta’ formoli tal-karti u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti tal-karti, li l-ispiża tad-traduzzjoni tagħhom hija sinifikanti u li jkunu jridu wkoll jikkonformaw mar-rekwiżiti partikolari tal-formola bħal ċertifikazzjoni jew awtentikazzjoni. L-informazzjoni dwar dawn l-ostakoli jew ma tkunx disponibbli elettronikament jew tkun skarsa, inkompleta, imxerrda u diffiċli biex tinterpretaha fir-rigward taċ-ċirkostanzi partikolari ta' fornitur li jkun jixtieq jespandi b'mod transfruntier, għax dawn l-ostakli ta' spiss jiffukaw fuq sitwazzjonijiet purament domestiċi. Il-fornituri ta' servizzi ta' spiss jirriskjaw li jippreżentaw għal darba darbtejn l-informazzjoni u d-dokumenti u li jiġu kontrolli aktar minn darba għall-istess affarijiet ma' awtoritajiet differenti fl-istess Stat Membru. L-ispejjeż sinifikanti ta' traduzzjoni jiddiżinċentivaw b’mod qawwi lill-kumpaniji li jkunu jixtiequ jieħdu l-ewwel passi biex ifornu servizzi b'mod transfruntier.

    (6)Il-kummerċ transfruntier u l-investiment transfruntier f'ċerti servizzi tan-negozju u tal-bini huma partikolarment baxxi u juru potenzjal għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tas-servizzi b'riperkussjonijiet negattivi sinifikanti għall-bqija tal-ekonomija. Din is-sottoprestazzjoni twassal għal sitwazzjonijiet fejn il-potenzjal għal aktar tkabbir u għal aktar impjiegi fis-Suq Uniku għadu ma ġiex sfruttat għalkollox.

    (7)L-indirizzar tal-ostakoli li għad fadal għal aktar attivitajiet transfruntiera jgħin biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni, li tirriżulta f’aktar għażla u fi prezzijiet aħjar għall-konsumaturi kif ukoll f’setturi tas-servizzi aktar kompetittivi li joħolqu impjiegi ġodda, li jippromwovu l-produttività u li jiżguraw klima aktar attraenti għall-investiment u l-innovazzjoni.

    (8)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi fi ħdan is-suq uniku f’oqsma diġà koperti mid-Direttiva 2006/123/KE permezz tal-adozzjoni ta’ aktar miżuri dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE.

    (9)Fid-dawl ta’ dan, dan ir-Regolament jintroduċi e-Card Ewropea tas-Servizzi li se tiffaċilita ċerti servizzi pprovduti biex tespandi d-dispożizzjonijiet tas-servizzi bejn il-fruntieri tas-suq intern, fil-forma tal-forniment temporanju ta’ servizzi jew permezz ta’ stabbiliment sekondarju permezz ta’ fergħat, aġenziji jew uffiċċji.

    (10)B'dan il-mod, dan ir-Regolament speċifikament għandu fil-mira s-setturi tas-servizzi tan-negozju u tal-bini inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ... li jiffaċċjaw uħud mill-ostakoli regolatorji u amministrattivi l-aktar stretti għall-espansjoni transfruntiera u konsegwentement li għandhom potenzjal mhux sfruttat għall-integrazzjoni tas-suq intern.

    (11)Il-kwistjonijiet, l-attivitajiet u l-oqsma kollha esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE għandhom jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa kwistjonijiet, attivitajiet u oqsma, bħal dawk li jirriżultaw mit-tassazzjoni, is-sigurtà soċjali u l-liġi tax-xogħol, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni legali jew kuntrattwali li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol u r-relazzjoni ta' bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema. Ugwalment dan ir-Regolament ma jaffettwax il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni li tirriżulta mid-dritt tal-kompetizzjoni kif ukoll għal kwalunkwe regola dwar il-liġi jew il-ġurisdizzjoni applikabbli skont il-liġi internazzjonali privata.

    (12)Għal raġunijiet ta' koerenza, il-konflitti possibbli bejn dan ir-Regolament u atti oħrajn tal-UE li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' aċċess jew l-eżerċizzju ta' attività ta' servizz f'settur speċifiku għandhom jissolvew kif previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/123/KE li jitratta l-konflitti bejn dik id-Direttiva u atti ta’ dan it-tip, bl-applikazzjoni ta' dawk l-atti l-oħra. B’riżultat ta’ dan, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu invokati sabiex ikunu ġġustifikati skemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, skemi ta’ notifika minn qabel jew rekwiżiti ta’ stabbiliment li huma pprojbiti b’atti oħrajn tal-UE li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' aċċess jew l-eżerċizzju ta' attività ta' servizz f'settur speċifiku bħad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 19 . Barra minn dawn t’hawn fuq, dan ir-Regolament ma jaffettwa bl-ebda mod l-obbligi li l-fornituri ta' servizzi jridu jirrispettaw skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  21 .

    (13)L-e-Card Ewropea tas-servizzi se tiġi introdotta bħala alternattiva volontarja għall-fornituri ta’ servizzi. Il-fornituri ta' servizzi għandhom ikomplu jgawdu mill-possibbiltà li juru li huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli meta jespandu l-operazzjonijiet transfruntiera fil-kuntest ta' awtorizzazzjonijiet u notifiki oħra introdotti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Fornitur ta’ servizzi jenħtieġ li dejjem ikun jista’ jagħżel li ma japplikax għal e-Card Ewropea tas-servizzi.

    (14)L-e-Card Ewropea tas-servizzi tenħtieġ li tkun kompletament elettronika, tiddependi kważi esklussivament fuq data pprovduta minn sorsi affidabbli, tillimita l-użu ta’ dokumenti għall-minimu neċessarju u tippermetti l-ipproċessar multilingwi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż ta’ traduzzjoni. Sabiex il-proċedura ssir kompletament elettronika u tippermetti kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Jenħtieġ li taħt dan ir-Regolament tintuża s-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Jenħtieġ li tiġi żviluppata pjattaforma elettronika speċifika sabiex jinħarġu, jiġu aġġornati, sospiżi, revokati jew ikkanċellati e-Cards Ewropej tas-servizzi, kif ukoll biex e-Cards Ewropej tas-Servizzi validi jsiru disponibbli elettronikament għad-detenturi tagħhom u għall-awtoritajiet kompetenti.

    (15)Sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi, jenħtieġ li jkun hemm disponibbli formola armonizzata multilingwi li tiżgura li l-elementi meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-fornitur u tas-servizzi li għalihom l-e-Card hija mitluba, kif ukoll għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għas-servizzi involuti, bħal dawk dwar prova tal-istabbiliment tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju, reputazzjoni tajba jew kopertura ta’ assigurazzjoni, huma inklużi u għalhekk disponibbli għall-awtoritajiet koordinatriċi kemm fl-Istati Membri tad-domiċilju kif ukoll dawk ospitanti.

    (16)Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li jkun hemm fil-formola ta' applikazzjoni standard u d-dokumenti li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni bħala evidenza ta' sostenn. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (17)Matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jaġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri imposti skont il-liġi nazzjonali dwar il-fornituri transfruntiera deħlin li jixtiequ jipprovdu servizzi b'mod temporanju jew permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju, inkluż l-informazzjoni u d-dokumenti li għalihom dawn il-proċeduri jappartjenu, biex jippermettu għall-preparazzjoni ta' formoli ta' applikazzjoni. Għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi li tikkonċerna l-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi pprovduta għall-applikazzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. Dawn is-setgħat jenħtieġu li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

    (18)Jista' jkun diffiċli li tinsab deskrizzjoni tat-termini ta' kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja jew volontarja inkluża fil-kuntratti bil-miktub. Distributuri tal-assigurazzjoni, kif ukoll korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja, għandhom għalhekk jipprovdu deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-kopertura għall-klijent tagħhom fil-format ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi anness mal-formola ta' applikazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' din il-parti tar-Regolament, hemm bżonn li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta format armonizzat għaċ-ċertifikati. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (19)Jista’ jkun li d-detenturi ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi jkunu jridu li jissekondaw il-persunal fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti. Meta jagħmlu hekk il-fornituri ta' servizzi jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti, bħal dikjarazzjonijiet minn qabel indirizzati lejn l-Istat Membru ospitanti li huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati. L-e-Card Ewropea tas-servizzi bla ebda mod mhi se taffettwa l-kontenut ta’ dikjarazzjonijiet ta’ dan it-tip u r-responsabbiltajiet tal-Istat Membru ospitanti f’dak ir-rigward.

    (20)Pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI, li għad trid tiġi żviluppata mill-Kummissjoni, għandha tkun disponibbli għad-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi biex tiffaċilita l-konformità ma’ dawk il-formalitajiet li, skont il-każ, jenħtieġ li jiġu kkompletati mal-Istat Membru ospitanti. Dawn il-formalitajiet jikkonċernaw b’mod partikolari l-obbligu possibbli tad-dikjarazzjonijiet bil-quddiem tal-kwalifiki professjonali tal-ħaddiema, li għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

    (21)Fir-rigward tad-dikjarazzjoni minn qabel li tista’ tkun mitluba skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI għandha tidderieġi lid-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi lejn il-proċeduri elettroniċi nazzjonali stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti fejn il-ħaddiema jkunu se jiġu stazzjonati, kull fejn proċeduri nazzjonali ta’ dan it-tip jippermettu għas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni minn qabel imsemmija hawn fuq.

    (22)Il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal dawk l-Istati Membri li diġà kkomunikaw lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu użu minn din il-possibilità. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu li tintuża l-IMI biex tintbagħat id-dikjarazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ ħaddiema stazzjonati fit-territorju tagħhom, id-detenturi tal-e-Card Ewropea tas-servizzi għandhom ikunu kapaċi jisottomettu dikjarazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2014/67/UE, permezz tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI. Għal dak il-għan, Stat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-elementi kollha meħtieġa skont il-punt a) tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE bħala l-bażi għall-formola multilingwi li trid tiġi sottomessa għad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati fuq it-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-formola fil-Ġurnal Uffiċjali li se tkun disponibbli fil-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI. L-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-elementi meħtieġa għandha tkun disponibbli għall-Istat Membru ospitanti kkonċernat b’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-lingwa stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE. L-esperjenza ta’ dawn l-Istati Membri bl-użu tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI jenħtieġ li tifforma parti mill-evalwazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikou 19 ta’ dan ir-Regolament.

    (23)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċeduri tal-ħruġ u l-aġġornament tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, kif ukoll għall-formalitajiet fir-rigward tal-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-premessa preċedenti, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġu li jingħataw lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-ipproċessar elettroniku ta' dawk il-proċeduri. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (24)Proċeduri amministrattivi domestiċi li jappoġġjaw il-proċeduri rregolati minn dan ir-Regolament għandhom ikunu elettroniċi jekk l-Istati Membri konċernati jiddeċiedu hekk. L-Istati Membri jistgħu madankollu jagħmlu użu mis-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 għal skopijiet domestiċi ta' kooperazzjoni amministrattiva.

    (25)Proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ e-Card Ewropea tas-Servizzi jenħtieġ li jagħmlu użu minn dokumenti biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-informazzjoni aktar dettaljata hi assolutament essenzjali. Fi kwalunkwe każ, dawn id-dokumenti kollha jenħtieġ li jintużaw u jiġu aċċettati f'format sempliċi.

    (26)Il-liġi tal-UE tista' tippermetti, fil-kuntest ta' formalitajiet għall-issekondar tal-persunal bħala professjonisti rregolati jew il-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom fir-rigward ta' kontroll tal-kwalifiki professjonali, għal dokumenti li għandhom jiġu sottomessi f'forma speċjali, pereżempju bħala dokumenti ċċertifikati jew awtentikati. Ladarba titwettaq fl-Istat Membru tal-ħruġ oriġinali tad-dokument ikkonċernat, dawn iċ-ċertifikazzjoni u l-awtentikazzjoni, għandhom jiġu aċċettati madwar l-UE.

    (27)Traduzzjoni ċċertifikata ta’ dokumenti m’għandhiex tkun meħtieġa skont dan ir-Regolament. Hemm bżonn li l-pjattaformi elettroniċi li jittrattaw il-proċeduri jipprevedu soluzzjoni teknika biex tittraduċi l-kontenut tagħhom. Sabiex tiżgura implimentazzjoni uniformi ta' din il-parti tar-Regolament hemm bżonn li jingħataw poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-regoli dwar it-traduzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest tal-istazzjonar tal-ħaddiema u l-applikazzjoni għall-attestazzjonijiet fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom m’għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

    (28)L-Istati Membri huma intitolati jitolbu tariffi biss sal-limitu tal-ispejjeż speċifiċi mġarrba biex iwettqu l-proċedura. L-ispejjeż diġà mġarrba mill-baġit tal-Unjoni m'għandhomx jagħtu lok għal tariffi imposti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw it-tariffi imposti lill-Kummissjoni permezz tal-IMI u jippubblikawha din l-informazzjoni. Minħabba li l-IMI essenzjalment qed toffri l-faċilitajiet kollha meħtieġa, l-Istati Membri fost l-oħrajn m’għandhomx bżonn jitolbu tariffi biex jaġġornaw, jissospendu, jirrevokaw jew jikkanċellaw l-e-Card Ewropea tas-servizzi. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tat-tariffi, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar modalitajiet ta' ħlas u pproċessar. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (29)Dan ir-Regolament jibni fuq kooperazzjoni amministrattiva mtejba bejn Stati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, li tenħtieġ li tinkludi skambji ta' informazzjoni u l-użu ta' reġistri nazzjonali interkonnessi sabiex jiksbu jew jivverifikaw l-informazzjoni miksuba preċedentement bħal reġistri meħtieġa skont id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 jew skont ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 . Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-immaniġġjar u l-ipproċessar ta' skambji ta' informazzjoni u l-assistenza reċiproka il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (30)Fornituri ta' servizzi obbligati li jiksbu assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali fi Stati Membri fejn ma kinux attivi spiss ikollhom diffikultà jipprovdu evidenza dwar il-pretensjonijiet tagħhom rigward kopertura miksuba xi mkien ieħor. L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti hija element essenzjali għad-distributuri tal-assigurazzjoni biex jaċċertaw u jivvalutaw il-profil tar-riskju ta' klijent potenzjali. L-evidenza hija diffiċli li tintwera minħabba komunikazzjoni dgħajfa bejn id-distributuri tal-assigurazzjoni mifruxa mas-suq intern, iżda wkoll minħabba fid-differenzi fid-deskrizzjoni tal-istorja ta' parti assigurata, saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru. Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu kopertura ta' assigurazzjoni obbligatorja se jkunu għalhekk obbligati li joħorġu stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' terzi li mbagħad tkun tista' tintuża b'mod transfruntier u anki domestiku, jekk fornitur ta' servizzi jiddeċiedi li jbiddel id-distributur tal-assigurazzjoni.

    (31)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-preżentazzjoni tad-deskrizzjoni tar-responsabbilità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa ta' implimentazzjoni biex tadotta r-regoli dwar il-format ta' preżentazzjoni standardizzata ta' dik id-dikjarazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (32)Dikjarazzjoni li għandha x'taqsam mal-evidenza dwar il-pretensjonijiet għandha tkun strumentali biex tippermetti lid-distributuri tal-assigurazzjoni u lil-korpi maħtura minn Stat Membru jipprovdu assigurazzjoni ta' indemnità obbligatorja biex jipprojbixxu prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ fornituri transfruntiera peress li l-informazzjoni tagħhom hija aktar skarsa u diffiċli biex tinkiseb. L-istess prinċipju ta' nondiskriminazzjoni għandu japplika għall-organizzazzjonijiet professjonali li joffru kopertura kollettiva lill-membri tagħhom jew lil fornituri oħra tas-servizzi.

    (33)Tenħtieġ li tiġi nnominata awtorità koordinatriċi waħda minn kull Stat Membru biex twettaq il-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu rreġistrati bħala awtorità kompetenti fis-sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern għall-finijiet tar-Regolament (UE) 1024/2012 u kkomunikati lill-Kummissjoni.

    (34)L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tenħtieġ li tiġi ssorveljata u evalwata sabiex jiġi ddeterminat l-impatt tiegħu fuq l-ispejjeż tal-espansjoni transfruntiera tal-operazzjonijiet, iż-żieda fit-trasparenza dwar il-fornituri transfruntiera, il-kompetizzjoni, il-prezzijiet u l-kwalità tas-servizzi pprovduti. L-effetti ta' dan ir-Regolament u l-funzjonament prattiku tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet koordinatriċi għandhom jiġu evalwati b'mod regolari. Dan il-monitoraġġ iseħħ b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati relevanti oħra.

    (35)Sabiex jadattaw il-funzjonament tal-IMI għall-kompiti mogħtija minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

    (36)Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-riskju tal-kumplessità u l-inkonsistenza ta' approċċi regolatorji ta' ċerti servizzi fl-Istati Membri, iżda, permezz ta' koordinazzjoni amministrattiva msaħħa u armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha, ikun pjuttost aħjar li jinkisbu fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' propozjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (37)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament, permezz tal-introduzzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet u l-proċeduri amministrattivi relatati, qed jimmira li jippromwovi d-drittijiet ta’ stabbiliment u d-dritt ta’ forniment ta’ servizzi f'kull Stat Membru, billi jevita kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità u jiżgura proċedura imparzjali, ġusta u b’veloċità raġonevoli, skont l-Artikoli 15, 21 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiżgura rispett sħiħ tal-protezzjoni tad-data personali, inkluż b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 , u wara konsiderazzjoni debita tar-riskju ta’ abbuż tad-drittijiet previsti rispettivament fl-Artikoli 8 u 54 ta’ dik il-Karta,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1
    Suġġett

    Dan ir-Regolament jintroduċi e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati, li għandhom ikunu disponibbli madwar l-Unjoni Ewropea għall-fornituri ta’ servizzi lesti li jagħmlu użu minn dik l-e-Card.

    Sabiex tinħoloq din it-tip ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi biex fornitur ta’ servizzi ikun jista’ jibda u jeżerċita l-attivitajiet tiegħu, il-koordinazzjoni meħtieġa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, tar-regolamentazzjoni jew tal-azzjoni amministrattiva fi Stat Membru hija stipulata fid-Direttiva ........[id-Direttiva tal-ESC]....

    Artikolu 2
    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.Dan ir-Regolament japplika għas-servizzi elenkati fl-Anness tad-Direttiva [id-Direttiva tal-ESC].

    2.Din id-Direttiva ma taffettwax il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) sa (7) tad-Direttiva 2006/123/KE.

    M'għandhiex tapplika għall-attivitajiet u l-qasam imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE.

    3.Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jkunu f'konflitt ma’ xi dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz f'setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tipprevali u għandha tapplika għal dawk is-setturi jew professjonijiet speċifiċi.

    Dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Kapitolu III tiegħu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema, l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi u l-kontrolli relatati fl-Istati Membri stabbiliti fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE.

    Artikolu 3
    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    1."Informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tajba tal-fornitur" tfisser informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 33 (1) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    2."dokument elettroniku" tfisser dokument elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(35) tar-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 ;

    3."IMI" tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita bir-Regolament (KE) 1024/2012;

    4."dokument pubbliku" tfisser kull dokument maħruġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu dwar kwistjonijiet relevanti għall-proċeduri rregolati minn dan ir-Regolament kif ġej:

    (a) dokumenti li joriġinaw minn awtorità jew uffiċjal konnessi mal-qrati jew mat-tribunali ta' Stat Membru, inklużi dawk li oriġinaw minn prosekutur pubbliku, skrivan tal-qorti jew uffiċjal ġudizzjarju ("huissier de justice");

    (b) dokumenti amministrattivi;

    (c) atti notarili;

    (d) ċertifikati uffiċjali li jitpoġġew fuq dokumenti ffirmati minn persuni fil-kapaċità privata tagħhom, bħal ċertifikati uffiċjali li jirreġistraw ir-reġistrazzjoni ta' dokument jew il-fatt li kien jeżisti f'ċerta data u awtentikazzjonijiet uffiċjali u notarili ta' firem;

    (e) dokumenti mħejjija mill-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta' Stat Membru li jaġixxu fit-territorju ta' kull Stat fil-kariga uffiċjali tagħhom, fejn dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew lill-aġenti diplomatiċi jew konsulari ta' Stat Membru ieħor li jaġixxi fit-territorju ta' Stat terz.

    5."legalizzazzjoni" tfisser il-formalità għaċ-ċertifikazzjoni tal-awtentiċità ta' firma ta' detentur ta' uffiċċju pubbliku, il-kapaċità li aġixxiet fiha l-persuna li ffirmat id-dokument u, fejn xieraq, l-identità tas-siġill jew tat-timbru li ġġorr;

    6."formalità apostille" tfisser il-formalità li tista' tkun meħtieġa biex tiġi ċċertifikata l-awtentiċità tal-firma, il-kapaċità li fiha aġixxiet il-persuna li tiffirma d-dokument u, fejn xieraq, l-identità tas-siġill jew tat-timbru li ġġorr maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat li minnu d-dokument joħroġ, prevista mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 li Tabolixxi r-Rekwiżit ta' Legalizzazzjoni għad-Dokumenti Pubbliċi Barranin (Konvenzjoni Apostille);

    7."kopja ċċertifikata" tfisser kopja ta' dokument oriġinali li jkun iffirmat u attestat li jkun riproduzzjoni preċiża u kompleta tad-dokument oriġinali minn awtorità bis-setgħa li tagħmel dan skont il-liġi nazzjonali;

    8."traduzzjoni ċċertifikata" tfisser traduzzjoni mwettqa minn persuna kwalifikata biex tagħmel hekk skont il-liġi ta' Stat Membru;

    9."assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali" tfisser assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali kif definita fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2006/123/KE.

    10."servizz" għandha tfisser servizz kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    11."fornitur" għandha tfisser fornitur kif definit fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    12."Stat Membru ta' stabbiliment" tfisser Stat Membru ta' stabbiliment kif definit fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    13."stabbiliment" tfisser stabbiliment kif ddefinit fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    14."Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru li fih il-fornitur applika għal e-Card Ewropea tas-servizzi;

    15."Stat Membru ospitanti" tfisser l-Istat Membru li fih fornitur iddikjara l-intenzjoni li jipprovdi s-servizzi billi jagħmel użu minn e-Card Ewropea tas-servizzi;

    16."rekwiżit" tfisser rekwiżit kif definit fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2006/123/KE;

    17."awtorità koordinatriċi" tfisser awtorità maħtura skont l-Artikolu 17;

    18."awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4 il-punt 9 tad-Direttiva 2006/123/KE;

    (ii) awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2005/36/KE;

    (iii) kwalunkwe awtorità jew korp inkarigat minn reġistru ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji fi Stat Membru;

    (iv) kwalunkwe awtorità fiskali fi Stat Membru;

    19.“distributur tal-assigurazzjoni” tfisser distributur tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 ,

    KAPITOLU II
    PROĊEDURA GĦALL-ĦRUĠ TA' E-CARD EWROPEA TAS-SERVIZZI

    Artikolu 4
    Applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi

    1.Il-fornituri jistgħu jagħżlu li japplikaw għal e-Card Ewropea tas-servizzi.

    Kwalunkwe applikazzjoni għal e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tiġi ppreżentata fi pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI permezz ta’ formola standard multilingwi.

    Il-formola standard għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

    (a) l-identifikazzjoni tal-fornitur, inkluż, fejn applikabbli, in-numri tar-reġistrazzjoni fir-reġistri ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji u għal skopijiet ta' taxxa u tas-sigurtà soċjali;

    (b) l-identifikazzjoni tal-attività tas-servizz, l-Istat Membru ospitanti, it-tip ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi prevista;

    (c) indikazzjoni dwar jekk hux previst il-forniment ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

    (d) informazzjoni li tappartjeni għall-istabbiliment tal-fornitur fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tal-attività tas-servizz identifikata skont (b), inkluża d-data tal-istabbiliment inizjali u l-identifikazzjoni ta' Stati Membri oħra ta' stabbiliment;

    (e) rekwiżiti li jkun soġġett għalihom l-applikant għall-forniment tas-servizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, bħal kwalifiki jew ċertifikazzjonijiet;

    (f) informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tajba tal-fornitur;

    (g) informazzjoni dwar kwalunkwe assigurazzjoni ta' indemnità professjonali eżistenti tal-fornitur fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju, inkluża informazzjoni dwar il-kopertura għal attivitajiet imwettqa fit-territorju ta' Stati Membri oħra, kif ikun xieraq;

    (h) referenza għal e-Cards Ewropej tas-servizzi diġà maħruġin għall-istess fornitur u attività ta’ servizz kif identifikati skont (a) u (b).

    2.Il-Kummissjoni għandha tispeċifika kif l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (h) hawn fuq għandha tiġi ppreżentata fil-formola standard u tistabbilixxi d-dettalji tekniċi tal-formola standard fl-Unjoni Ewropea, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti ta' sostenn kollha meħtieġa, imtella' mill-applikant fil-pjattaforma elettronika fejn il-formola standard għal applikazzjoni tkun disponibbli.

    3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 15 sabiex tispeċifika ulterjorment:

    a) dettalji tal-elementi ta' informazzjoni tal-formola standard elenkati fl-ittri paragrafu 1, il-punti (a) sa (h), li għandhom ikunu fil-formola standard;

    b) dokumentazzjoni jew kategoriji ulterjuri ta' dokumenti li huma eċċezzjonalment meħtieġa li jiġu inklużi bħala evidenza ta' sostenn;

    4.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha dwar il-passi proċedurali relatati mar-rekwiżiti imposti fuq il-fornituri għall-forniment ta' servizzi permezz ta' fergħa, aġenzija jew uffiċċju u għall-forniment transfruntier temporanju ta' attivitajiet ta' servizzi li jaqgħu taħt id-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ......... .., li hija meħtieġa għall-iżvilupp tal-formoli ta' applikazzjoni standard, li jiddeskrivu l-informazzjoni u jiddokumentaw il-preżentazzjoni li hija meħtieġa skont il-liġi nazzjonali tal-fornitur b’relazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli kollha, permezz tal-IMI minn [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] sal-punt fejn l-informazzjoni ma kinitx tinsab fin-notifika tar-rekwiżit innifsu diġà sottomess skont l-Artikoli 15(7) u 39(5) tad-Direttiva 2006/123/KE.

    5.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw permezz tal-IMI lill-Kummissjoni l-bidliet għall-informazzjoni kkomunikata preċedentement lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.

    Artikolu 5
    Ċertifikat ta' assigurazzjoni

    1.Fejn l-informazzjoni dwar il-kopertura ta' assigurazzjoni hija mdaħħla fil-formola standard, skont il-punt (g) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), għandu jiġi mehmuż ċertifikat ta’ assigurazzjoni korrispondenti mal-formola ta’ applikazzjoni.

    Id-distributur tal-assigurazzjoni jew il-korp maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja għandu jipprovdi ċ-ċertifikat lill-applikant fuq talba.

    Iċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar l-eżistenza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali għas-servizzi kkonċernati, inkluż l-ambitu territorjali ta' tali kopertura fl-Istati Membri l-oħra, ir-riskji assigurati, it-tul ta' żmien, is-somom assigurati għal kull pretensjoni u għall-pretensjonijiet kollha f'sena, u l-esklużjonijiet possibbli.

    2.Il-Kummissjoni tista' tadotta format armonizzat għaċ-ċertifikat ta' assigurazzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    KAPITOLU III
    FORMALITAJIET GĦALL-ISSEKONDAR TAL-PERSUNAL

    U L-MOVIMENT TA' PERSUNI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM

    Artikolu 6
    Formalitajiet għall-persunal issekondat

    1.Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu jissottomettu dikjarazzjoni bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE b’relazzjoni mal-kwalifiki professjonali tal-persunal li fi ħsiebhom jissekondaw fl-Istat Membru ospitanti, b’rabta mal-attività tas-servizz li għalih tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(18) ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI.

    Is-subparagrafu preċedenti m’għandux japplika għal dikjarazzjonijiet bil-quddiem fir-rigward ta’ kwalifiki professjonali tal-professjonijiet regolati:

    (i) b’implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà pubblika li ma jibbenefikawx minn rikonoxximent awtomatiku skont il-Kapitoli II, III jew IIIA tat-Titolu III tad-Direttiva 2005/36/KE;

    (ii) li għalihom tkun ġiet introdotta Karta Professjonali Ewropea, skont id-Direttiva 2005/36/KE.

    Id-dikjarazzjoni fir-rigward tal-kwalifiki professjonali tal-persunal issekondat għandha tiġi sottomessa bħala formola multilingwi u dokumenti ta' sostenn kif meħtieġ mill-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE

    Dikjarazzjoni kkomunikata skont dan il-paragrafu għandha tikkostitwixxi dikjarazzjoni bil-quddiem kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE.

    2.Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi u li fi ħsiebhom jistazzjonaw ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti b’rabta mal-attività tas-servizz ikkonċernat għandhom jissottomettu kwalunkwe dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE b’segwitu għall-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri għal dan il-għan.

    Fejn l-Istati Membri jkunu stabbilixxew proċeduri li jippermettu d-dikjarazzjoni relatata mal-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE li trid timtela b’mezzi elettroniċi, il-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tidderieġi lid-detentur tal-e-Card lejn il-proċeduri nazzjonali relevanti.

    3.Fornituri li jkollhom e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu wkoll jissottomettu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, b’relazzjoni mal-ħaddiema li fi ħsiebhom jistazzjonaw fl-Istat Membru ospitanti b’rabta mal-attività tas-servizz li għalih tapplika l-e-Card, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2014/67/UE permezz tal-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI imsemmija fil-Paragrafu 1, meta Stat Membru ospitanti jkun ikkomunika lill-Kummissjoni li din il-possibilità għandha tapplika għall-istazzjonar ta’ ħaddiema fit-territorju tiegħu.

    Biex jagħmel użu mill-possibilità prevista fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-elementi kollha meħtieġa skont il-punt a) tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE bħala l-bażi għall-formola multilingwi li trid tiġi sottomessa għad-dikjarazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati fuq it-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-formola fil-Ġurnal Uffiċjali u din se tkun disponibbli fil-pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI. L-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-elementi meħtieġa għandha tkun disponibbli għall-Istat Membru ospitanti kkonċernat b’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-lingwa stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2014/67/UE.

    Dikjarazzjoni kkomunikata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu għandha tikkostitwixxi dikjarazzjoni valida għall-finijiet tal-punt a) tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti amministrattivi oħra jew miżuri ta’ kontroll imposti mill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva.

    Stat Membru ospitanti jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni li ma jixtieqx japplika aktar il-possibiltà prevista fl-ewwel subparagrafu.

    4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta regoli tekniċi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar id-disinn tal-formoli multilingwi msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16(2).

    Artikolu 7
    Formalitajiet dwar il-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom

    1.Fornituri li huma persuni fiżiċi u japplikaw għal e-Card Ewropea tas-servizzi jistgħu jissottomettu dikjarazzjoni bil-quddiem fir-rigward tal-kwalifiki professjonali tagħhom fi pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI skont l-istess kondizzjonijiet kif preskritti fil-Paragrafu 1 tal-Artikolu 6 fir-rigward tal-ħaddiema tagħhom.

    Rigward id-dikjarazzjonijiet bil-quddiem fir-rigward tal-kwalifiki professjonali tal-fornitur, l-attestazzjonijiet imsemmija fil-punti b) u d) tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/36/KE għandhom jiġu sostitwiti mill-formola ta' applikazzjoni mimlija għal e-Card Ewropea tas-servizzi, ikkomunikata lill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva ... [id-Direttiva tal-ESC] ...... .., li tagħti prova tal-istabbiliment tal-fornitur.

    2.Dikjarazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 għandha tikkostitwixxi d-dikjarazzjoni bil-quddiem skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE.

    3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli tekniċi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar id-disinn tal-formoli multilingwi msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16(2).

    KAPITOLU IV
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-PROĊEDURI

    TAL-E-CARD EWROPEA TAS-SERVIZZI

    Artikolu 8
    Proċeduri elettroniċi

    1.Il-fornituri għandu jkollhom il-possibilità li jibbenefikaw minn immaniġġjar u pproċessar kompletament elettroniku għall-applikazzjoni, għall-ħruġ u l-aġġornament ta' e-Card Ewropea tas-servizzi kif ukoll għal formalitajiet kompletament elettroniċi skont l-Artikolu 6(1), 6(3) u 7.

    Dawk il-proċeduri u formalitajiet elettroniċi għandhom ikunu disponibbli mill-Kummissjoni fi pjattaforma elettronika konnessa mal-IMI.

    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-flussi tax-xogħol proċedurali bejn l-awtoritajiet koordinatriċi tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom involuti fil-proċeduri u l-formalitajiet tal-e-Cards Ewropej tas-servizzi għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom skont l-Artikoli 6 u 7 għandhomx ikunu elettroniċi jew le.

    2.Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immaniġġjar u l-ipproċessar elettroniku tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, inklużi miżuri biex jiżguraw l-integrità, il-kunfidenzjalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-detentur ta' e-Card Ewropea tas-Servizzi biex iniżżel din l-informazzjoni, biex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċessaw tali informazzjoni u biex dawk il-partijiet terzi jivverifikaw l-istess informazzjoni.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    3.L-awtoritajiet koordinatriċi tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-funzjonament u l-valur miżjud tal-e-Card Ewropea tas-servizzi u l-formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom skond l-Artikoli 6(1) u 7.

    Artikolu 9
    Format tad-dokumenti u t-traduzzjoni

    1.Fil-kuntest ta' proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' e-Card Ewropea tas-servizzi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti fil-format ta' kopja sempliċi u m'għandhomx jitolbu li d-dokumenti sottomessi lilhom ikunu soġġetti għal legalizzazzjoni, formalitajiet apostille, ċertifikazzjoni jew awtentikazzjoni.

    2.Sa fejn huwa meħtieġ format speċjali, skont il-Liġi tal-UE, għad-dokumenti użati għall-iskopijiet ta' formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom skont l-Artikoli 6(1) u 7, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(19) għandhom jaċċettaw:

    (a) dokumenti pubbliċi, dokumenti ċertifikati u l-kopji ċertifikati tagħhom eżentati mill-formalità apostille u minn kull forma ta' legalizzazzjoni;

    (b) dokumenti ċertifikati jew awtentikati fl-Istat Membru tal-ħruġ oriġinali, skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet jew il-prattiki amministrattivi, kif ċertifikati jew awtentikati;

    (c) kopji ċertifikati magħmula f'kwalunkwe Stat Membru, skont il-liġijiet tal-Istat Membru fejn twettqet iċ-ċertifikazzjoni.

    3.Traduzzjoni ċertifikata m’għandhiex tintalab għal dokumenti użati fil-kuntest ta’ proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-e-Card Ewropea tas-servizzi jew fil-kuntest ta' formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom skont l-Artikoli 6(1) u 7. Dan m'għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jitolbu traduzzjonijiet mhux ċertifikati ta' dokumenti f'waħda mil-lingwi uffiċjali tagħhom, skont il-liġi tal-UE.

    4.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta r-regoli tekniċi għat-traduzzjoni awtomatika ta’ informazzjoni u dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri għall-ħruġ, l-aġġornament, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-e-Card Ewropea tas-servizzi jew fil-kuntest ta’ formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom skont l-Artikoli 6(1) u 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-eżami msemmi fl-Artikolu 16(2).

    Artikolu 10
    Tariffi għall-ħruġ ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi
    u rigward il-formalitajiet għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

    1.Kwalunkwe tariffa mitluba fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħruġ ta’ e-Card Ewropea tas-Servizzi għandha tkun raġonevoli u proporzjonata u m’għandhiex taqbeż l-ispiża li tirriżulta direttament mill-ħidma speċifika relatata mal-proċedura.

    Il-fornituri għandu jkollhom id-dritt li jiġu rimborsati għal tariffi mħallsa bil-quddiem lill-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti fir-rigward ta' applikazzjonijiet li ma ġewx eżaminati, ivverifikati u kkompletati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva ......... [id-Direttiva tal-ESC] ..........

    M’għandha tintalab l-ebda tariffa fir-rigward:

    (a) il-proċeduri għall-aġġornament, is-sospensjoni, ir-revoka jew l-ikkanċellar ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi;

    (b) l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali mid-detentur tal-e-Card skont l-Artikolu 17(4) ta’ ... [id-Direttiva];

    (c) formalitajiet introdotti skont l-Artikoli 6(1) u 7 għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom.

    2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tariffi u l-modalitajiet tal-ħlas li jintalbu skont dan l-Artikolu lill-Kummissjoni permezz tal-IMI sa [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-aktar tard u għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni kif jixraq.

    3.Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli tekniċi dwar il-modalitajiet tal-ħlas u l-ipproċessar permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    KAPITOLU V
    ASSIGURAZZJONI TA' RESPONSABBILTÀ PROFESSJONALI

    Artikolu 11
    Stqarrija relatata ma' pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta’ terzi

    1.Distributur tal-assigurazzjoni għandu joħroġ, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jirċievi t-talba għal dan il-għan minn detentur ta' polza, dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta’ terzi relatati mal-attivitajiet tiegħu koperti mill-kuntratt ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali, matul is-snin ta' qabel ir-relazzjoni kuntrattwali sa massimu ta' ħames snin (5), jew fin-nuqqas ta' tali pretensjonijiet, li tiddeskrivi l-obbligi li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi inkwistjoni li kienu l-oġġett ta' pretensjoni.

    2.Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dwar il-format tal-preżentazzjoni standardizzata tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    Artikolu 12
    Obbligi għad-distributuri tal-assigurazzjoni

    Id-distributuri tal-assigurazzjoni u l-korpi maħtura minn Stat Membru biex jipprovdu assigurazzjoni obbligatorja għandhom debitament jikkunsidraw fil-politika ta' aċċettazzjoni u fil-kalkolu tal-primjums, b'mod mhux diskriminatorju, l-esperjenza tal-fornitur kif riflessa fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni maħruġa skont l-Artikolu 11, kif ippreżentata mill-fornitur.

    Artikolu 13
    Obbligi għal organizzazzjonijiet professjonali

    L-organizzazzjonijiet professjonali, inklużi l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 3(18), li joffru koperturi kollettivi relatati mal-assigurazzjoni ta' responsabbiltà professjonali lill-membri tagħhom jew lil fornituri ta' servizzi b'kundizzjonijiet speċifiċi, għandhom jiżguraw aċċess għal tali garanzija, skont l-istess kundizzjonijiet b'mod mhux diskriminatorju, għall-fornituri ta' servizzi minn Stati Membri oħra li juru interess li jibbenefikaw minn tali kopertura kollettiva.

    KAPITOLU VI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 14
    Skambju ta' informazzjoni u assistenza reċiproka

    1.L-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti għandhom jiskambjaw informazzjoni u jagħtu assistenza reċiproka lil xulxin fil-kuntest ta' proċedura għall-ħruġ, is-sospensjoni, ir-revoka jew l-ikkanċellar ta' e-card Ewropea tas-servizzi kif ukoll fl-aġġornament tal-informazzjoni li tinsab fiha. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll fil-kuntest tal-formalitajiet skont l-Artikoli 6(1) u 7 għall-issekondar tal-persunal u l-moviment ta' persuni li jaħdmu għal rashom, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(19).

    2.L-awtoritajiet koordinatriċi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu użu mill-interkonnessjonijiet kollha disponibbli tar-reġistri nazzjonali bl-għan li jiksbu jew jivverifikaw informazzjoni miksuba minn qabel fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 preċedenti, inkluża l-interkonnessjoni fir-reġistri ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji skont id-Direttiva 2009/101/KE u tar-reġistri ta' insolvenza skont ir-Regolament (UE) 2015/848.

    3.Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli tekniċi għall-immaniġġjar u l-ipproċessar ta' skambji ta' informazzjoni u assistenza reċiproka msemmija fil-paragrafi 1 u 3 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-funzjonament tas-sistemi ta' interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rispettivi tagħhom.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    Artikolu 15
    Eżerċitar tad-delega

    1.Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni u hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

    2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn […]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

    3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

    4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 16
    Proċedura ta’ kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2006/123/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 17
    II-ħatra u r-rwol tal-awtoritajiet koordinatriċi

    1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità koordinatriċi waħda, li jkollha s-setgħa li twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

    2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet koordinatriċi maħtura skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u jirreġistrawha mal-IMI skont l-Artikolu 5(f) tar-Regolament (UE) 1024/2012.

    3.Dan l-Artikolu ma għandux jixħet f'dubju fuq l-allokazzjoni tal-kompetenzi, fil-livell lokali jew reġjonali, tal-Istati Membri.

    Artikolu 18
    Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati relevanti oħra, se tistabbilixxi arranġamenti ta' monitoraġġ għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-impatti tiegħu fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi fl-Istati Membri kollha għas-servizzi koperti, b’relazzjoni mal-ispejjeż għall-fornituri biex jespandu l-operazzjonijiet f'pajjiżi oħrajn, it-tisħiħ tat-trasparenza b'rabta mal-fornituri transfruntiera, iż-żieda fil-kompetizzjoni, u kif se jolqot il-prezzijiet u l-kwalità ta' dawn is-servizzi kkonċernati, meta jitqiesu l-indikaturi relevanti.

    Artikolu 19
    Klawżola ta' rieżami

    Sa 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mill-inqas darba kull ħames snin minn dakinhar ’l hemm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prestazzjoni tiegħu, inkluża analiżi tal-impatt tal-piż amministrattiv li jridu jġarrbu l-fornituri ta' servizzi attivi fil-livell transfruntier. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta' kwalunkwe esperjenza prattika relevanti għall-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet koordinatriċi. Dan ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tal-introduzzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi għal attivitajiet oħra ta’ servizz. Għandu jinkludi evalwazzjoni tad-Direttiva .......[id-Direttiva tal-ESC]...b’konformità mal-Artikolu 21 tagħha.

    Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-rapport previst fil-Paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/67/UE, tevalwa jekk u safejn il-pjattaforma konnessa mal-IMI msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament tkun tista’ tiffaċilita l-konformità mal-formalitajiet meħtieġa għall-istazzjonar tal-ħaddiema skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE. Dik l-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-esperjenza tal-Istati Membri li setgħu għażlu li jagħmlu użu mill-pjattaforma konnessa mal-IMI skont il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 20
    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

    Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, jiżdied il-punt li ġej:

    “9. Ir-Regolament (UE) ...... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ............... li jintroduċi e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati.’

    Artikolu 21
    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 4(1) sa (3), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), (2), (3) u (4), l-Artikolu 7(1) u (2), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(1), (2) u (3), l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

    1.4.Objettiv(i)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.L-intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwati

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 31  

    Titolu 02: Suq intern, industrija, intraprenditorija u SMEs

    Attività 02 03: Suq intern għal oġġetti u servizzi

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

     Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida mħabbra fl-Istrateġija għal Suq Uniku 

     Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 32  

     Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku (strateġiċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-Pjan Strateġiku għall-2016-2020 tad-DĠ GROW jidentifika suq intern aktar profond u ġust b’bażi industrijali msaħħa bħala prijorità tal-Kummissjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Istrateġija għal Suq Uniku "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji” (COM(2015) 550 final), il-Kummissjoni ħabbret inizjattivi leġiżlattivi li għandhom l-għan li jneħħu l-ostakoli fis-suq tas-servizzi.

    F’dan il-kuntest, l-Istrateġija għal Suq Uniku pproponiet it-tnedija ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi (“passaport tas-servizzi”) biex tiżdied iċ-ċertezza u jitnaqqsu l-ostakoli għall-fornituri ta’ servizzi li jridu jaċċessaw swieq oħra tal-UE sabiex jespandu l-attivitajiet tagħhom. Din l-aħbar intlaqgħet mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2016.

    L-objettivi ġenerali ta’ din l-inizjattiva huma t-tisħiħ tal-integrazzjoni tas-suq fis-servizzi tan-negozju u tal-bini u t-titjib tat-tkabbir tal-produttività fiż-żewġ setturi.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku (speċfiċi) u attività (attivitajiet) ABM/ABB ikkonċernati

    Objettivi speċifiċi

    L-objettivi speċifiċi ta’ din il-proposta huma li:

    - jkun aktar faċli u orħos għall-kumpaniji biex jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra;

    - titkattar il-fiduċja fis-suq fir-rigward ta’ fornituri ta' servizzi barranin billi tiżdied it-trasparenza u l-informazzjoni disponibbli;

    - jitkattru d-dinamiki u l-kompetizzjoni fis-suq li jirriżultaw f’aktar għażla u valur miżjud għall-konsumaturi.

    Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, qed nipprevedu l-attivitajiet li ġejjin:

    1. it-tnaqqis tal-piż amministrattiv permezz ta’ proċedura fil-livell tal-UE b’interfaċċja pubblika li tippermetti lill-fornituri ta' servizzi jikkompletaw il-formalitajiet onlajn;

    2. il-konnettività tal-Istat Membru tad-domiċilju mal-Istat Membru ospitanti permezz ta’ pjattaforma tal-IT fil-livell Ewropew. Għal dan il-għan, is-sistema IMI se sservi bħala funzjonalità back-office għall-awtoritajiet nazzjonali. Din għandha tiġi żviluppata aktar biex tappoġġja l-funzjonament tal-e-Card Ewropea tas-servizzi.

    Attività (attivitajiet) ABM/ABB ikkonċernata (ikkonċernati)

    Kapitolu 02 03: Suq intern għal oġġetti u servizzi

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Il-proposta li tkompli tibni fuq id-direttiva li se tintroduċi l-e-Card Ewropea tas-servizzi se tipprevedi:

    1. Tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-fornituri ta' servizzi li jridu jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra, peress li dawn ikunu jistgħu jużaw proċedura elettronika simplifikata biex jikkompletaw il-formalitajiet u jgawdu minn trasparenza fir-rigward tal-ipproċessar tat-talbiet. Dan se jippermettilhom jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż meta jmorru jipprovdu servizzi transfruntiera jew jistabbilixxu stabbiliment sekondarju;

    2. Tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali, inkluż l-iffaċilitar ta’ kooperazzjoni ikbar bejn Stati Membri differenti;

    3. Iffrankar tal-ispejjeż bl-użu ta’ għodda tal-IT eżistenti (is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern – minn hawn ’il quddiem imsejħa IMI) f’oqsma ġodda biex b’hekk ikun hemm ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa (minflok ma tiġi żviluppata għodda ġdida bi skop waħdieni). L-awtoritajiet kompetenti diġà huma rreġistrati ma’ IMI.

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Il-proposta se tikkontribwixxi għal implimentazzjoni aktar effettiva tad-Direttiva dwar is-Servizzi, b’mod partikolari għas-servizzi tan-negozju u tal-bini.

    L-impatt dirett tagħha jista’ jitkejjel permezz tal-indikaturi li ġejjin:

    - L-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi li jużaw l-e-Card Ewropea tas-servizzi (u l-formalitajiet li jakkumpanjawha għall-issekondar tal-persunal jew il-moviment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom);

    - L-esperjenza tal-fornituri ta' servizzi fir-rigward ta’ kemm isibuha faċli biex jikkompletaw il-proċeduri elettroniċi offruti;

    - Il-veloċità medja tal-proċeduri offruti;

    - L-għadd ta’ skambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri;

    - L-esperjenza ta’ dawk l-Istati Membri li se jagħmlu użu mill-possibiltà mogħtija mill-Artikolu 6(3) tar-Regolament fir-rigward tal-kriterji t’hawn fuq

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

    Il-proposta se tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid iċ-ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi li jixtiequ jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor kemm fuq bażi temporanja kif ukoll fil-każ ta’ stabbiliment sekondarju. Barra minn hekk, se tispira aktar fiduċja fis-suq fir-rigward ta’ fornituri ta' servizzi billi żżid it-trasparenza u l-informazzjoni disponibbli.

    Permezz tal-e-Card Ewropea tas-servizzi l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkollhom ukoll ċerti benefiċċji. L-ewwel nett, se tiffaċilita l-ammont ta’ xogħol tal-awtoritajiet kompetenti kemm fl-Istat Membru ospitanti u kif ukoll f’dak tad-domiċilju billi tissostitwixxi d-dokumentazzjoni konvenzjonali bi fluss tax-xogħol elettroniku. Dan il-fluss tax-xogħol se jkun standardizzat ħafna u se jiġu offruti faċilitajiet ta’ traduzzjoni awtomatika. It-tieni nett, il-formalitajiet se jkunu ssimplifikati taħt applikazzjoni elettronika waħda minflok id-diversi flussi tax-xogħol paralleli li jeżistu llum il-ġurnata.

    Dan se jinkiseb billi tiġi stabbilita proċedura waħda fil-livell tal-UE bbażata fuq pjattaforma tal-IT pan-Ewropea komuni (is-sistema IMI). Din is-sistema ilha tiġi żviluppata, ġestita u ffinanzjata mill-Kummissjoni għal diversi snin. L-Istati Membri diġà għandhom l-esperjenza bis-sistema, peress li aktar minn 5,000 awtorità kompetenti ilhom irreġistrati mal-IMI mill-2011.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Is-soluzzjonijiet nazzjonali jew reġjonali potenzjali għas-simplifikazzjoni amministrattiva jkunu differenti fl-Istati Membri kollha f’termini ta’ ffrankar ta’ spejjeż u f’termini ta’ effettività. L-azzjoni tal-UE tiżgura li l-fornituri ta' servizzi jistgħu jibbenefikaw minn approċċ inqas diverġenti fl-Istati Membri kollha meta jespandu l-fruntieri tagħhom.

    Minħabba n-natura tal-IMI bħala għodda ta’ komunikazzjoni ċentralizzata li ġiet żviluppata u li hija ospitata mill-Kummissjoni, se tiffaċilita l-introduzzjoni u t-tħaddim bla xkiel tal-ħruġ tal-e-Card Ewropea tas-servizzi kif ukoll ta’ sistema effiċjenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. L-e-Card Ewropea tas-servizzi (abbażi tas-sistema IMI) tippermetti wkoll li jingħelbu ċerti ostakoli bħall-ispejjeż ta’ traduzzjoni għall-kumpaniji. Il-Kummissjoni se toffri l-IMI bħala pjattaforma tal-IT mingħajr ħlas lill-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minnha għas-sottomissjoni elettronika ta’ dikjarazzjonijiet bil-quddiem ta’ ħaddiema li huma stazzjonati fit-territorju tagħhom. L-IMI se tkun disponibbli wkoll għall-skambji domestiċi relatati mal-e-Card Ewropea tas-servizzi meta l-Istat Membru jkun jixtieq dan.

    1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Is-sistema IMI wriet li hija għodda effettiva u affidabbli f’oqsma oħra. Il-proċedura tal-Karta Professjonali Ewropea (KPE) għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali – introdotta fl-2013 bid-Direttiva emendatorja 2005/36/KE – hija eżempju tajjeb.

    Il-KPE tiffaċilita r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali għal professjonisti magħżula. Hija proċedura fil-livell tal-UE pprovduta b’mod ċentrali bi proċedura definita b’mod ċar imħaddma fi ħdan is-sistema IMI. L-obbligi tal-Istati Membri fil-fluss tax-xogħol proċedurali huma deskritti f’aktar dettall, sabiex b’hekk tingħeleb l-ambigwità ta’ regoli aktar ġenerali. Tipprovdi soluzzjoni mmirata li hija sostnuta minn regoli speċifiċi dwar kwistjonijiet prattiċi bħal dokumenti, skadenzi għat-trattament tal-applikazzjonijiet u approvazzjonijiet taċiti f’każ li l-awtoritajiet tal-pajjiżi ospitanti ma jiħdux deċiżjoni finali qabel l-iskadenza. B’dan il-mod, il-KPE tipprovdi mod aktar faċli, rapidu u trasparenti għar-rikonoxximent tal-kwalifiki.

    Minn mindu l-KPE saret disponibbli f’Jannar 2016, diġà inħarġu aktar minn 560 KPE (is-sitwazzjoni fl-20 ta’ Ottubru 2016). L-adozzjoni tal-KPE kienet sinifikanti, u dan jirrifletti domanda għolja fost il-professjonisti li bħalissa jistgħu jibbenefikaw minnha (tobba, fiżjoterapisti, gwidi tal-muntanji, aġenti tal-proprjetà immobbli u spiżjara).

    1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    Hemm għadd ta’ inizjattivi futuri min-naħa tal-Kummissjoni li għandhom ukoll l-għan li jintroduċu proċeduri jew faċilitajiet elettroniċi li għalihom is-sinerġiji huma previsti safejn possibbli. Dawn jinkludu l-inizjattivi dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-kumpaniji (BRIS), l-interkonnessjoni tar-reġistri ta’ insolvenza, u l-estensjoni tal-Mini One Stop Shop għall-VAT. Il-BRIS se tibda topera minn nofs l-2017 u toffri aċċess usa’ għad-data tal-kumpaniji. Mill-2019, din se tkun ikkumplimentata minn interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza. Mill-2021 ’il quddiem, il-VAT MOSS se jnaqqas l-ispejjeż għall-fornituri ta' servizzi barranin fil-qasam tal-formalitajiet tal-VAT.

    Dawn l-inizjattivi huma kollha kumplimentari għall-e-Card Ewropea tas-servizzi. Barra minn hekk, ser jiġu mfittxija sinerġiji. Pereżempju, jekk huwa teknikament fattibbli, l-informazzjoni disponibbli permezz tal-BRIS (u anki l-interkonnessjoni tar-reġistri ta’ insolvenza) għandha tintuża mill-awtoritajiet koordinatriċi biex jimlew l-applikazzjoni għal ESC jew biex jikkontroverifikaw l-informazzjoni.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju

     Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

    ◻ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

    ◻ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

     Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2018 sal-2021,

    segwita bi tħaddim fuq skala sħiħa. L-ispejjeż ta’ ospitar, operazzjonali u ta’ manutenzjoni huma inklużi fl-ispejjeż relevanti għat-tħaddim tas-sistema IMI.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 33  

     Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    ⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

     Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

    ◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

    ◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

    ◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

    ◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

    ◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku relevanti.

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-Kummissjoni qiegħda tirrapporta dwar l-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-IMI permezz tat-Tabella onlajn ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. L-użu tal-IMI għat-talbiet marbuta mal-e-Card Ewropea tas-servizzi se jiġi rrapportat b’mod adegwat f’dak il-kuntest. Barra minn hekk, perjodikament se jiġi sottomess rapport dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data tal-IMI, inkluż is-sigurtà lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

    Wara li tkun ġiet introdotta l-e-Card Ewropea tas-servizzi, l-istrumenti legali futuri se jipprevedu wkoll rieżami wara 5 snin.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Riskju (riskji) identifikat(i)

    Ir-riskju ġenerali li jista’ jiġi identifikat huwa li l-fornituri ta' servizzi ma jadottawx il-faċilità tal-e-Card Ewropea tas-servizzi. Jiġifieri r-riskju li l-e-Card Ewropea tas-servizzi tkun żviluppata għalkollox u operattiva iżda jkun hemm ftit jew ebda domanda għaliha. Riskju ieħor huwa li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jsibuha diffiċli biex jadattaw ruħhom u jistgħu ma jipprovdux riżorsi adegwati biex jipproċessaw it-talbiet b’mod xieraq u f’waqtu.

    Waħda mill-karatteristiki ewlenin tal-proposta hija li l-e-Card Ewropea tas-servizzi se tkun ibbażata fuq il-funzjonalitajiet tal-IMI. Il-qafas ta’ riskju ġenerali tal-IMI, inkluż ir-riskji operazzjonali, ġie identifikat fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru1024/2012 (“ir-Regolament tal-IMI”). Il-Kummissjoni hija “sid is-sistema” tal-IMI, u hija responabbli għat-tħaddim ta’ kuljum, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tagħha. Is-sistema hija żviluppata u ospitata minn fornitur intern li jiżgura livell għoli ta’ kontinwità tan-negozju. Fil-kuntest tal-introduzzjoni tal-e-Card Ewropea tas-servizzi, hemm ukoll riskji relatati ma’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data.

    2.2.2.Tagħrif dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

    Meta tindirizza r-riskji ġenerali kif identifikati skont it-taqsima 2.2.1 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni se tipprovdi għajnuna (eż. sessjonijiet ta’ ħidma, eċċ) lill-partijiet interessati kollha (eż. l-awtoritajiet tal-Istati Membri, korpi professjonali eċċ) u tippromwovi b’mod attiv l-introduzzjoni u l-użu tas-sistema l-ġdida. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa wkoll jippromwovu l-benefiċċji tal-għodda proposta.

    Fir-rigward tal-aspetti operazzjonali tal-e-Card Ewropea tas-Servizzi, b’mod partikolari l-interfaċċja pubblika, kemm il-back office kif ukoll il-faċilità ta’ notifika, dawn huma marbuta mat-tħaddim tal-IMI u għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-istabbiliment globali ta’ kontroll intern tal-IMI, kif previst skont ir-Regolament tal-IMI. Il-kumitat ta’ tmexxija tal-IMI huwa responsabbli għal monitoraġġ u kontroll ta’ livell għoli. Laqgħat regolari u strumenti ta’ rapportar jiffaċilitaw il-monitoraġġ mill-qrib tal-ħidma ta’ żvilupp tal-IT u l-manutenzjoni.

    Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-IMI, mill-2012, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fl-IMI jitwettaq skont ir-regoli applikabbli. L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data se jissorveljaw l-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Istati Membri.

    2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

    Ir-riskji ġenerali se jiġu indirizzati bil-miżuri relevanti, inkluż l-għoti ta’ għajnuna u informazzjoni lill-partijiet interessati.

    It-tħaddim tal-e-Card Ewropea tas-servizzi se jkun ibbażat fuq il-funzjonalitajiet tal-IMI u se jkun kopert mis-sistema eżistenti ta’ ġestjoni u kontroll għall-IMI. Huwa kkunsidrat li l-proposta mhux se twassal għal żieda fir-riskju ta’ żball.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet normalment applikabbli għall-attivitajiet tal-Kummissjoni, inkluż ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), se japplikaw fil-kuntest tal-IMI mingħajr restrizzjoni.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.L-intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwati

    Il-linji baġitarji eżistenti

    Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru
    [Intestatura………………………...…………]

    Diff./Mhux diff 34 .

    minn pajjiżi tal-EFTA 35

    minn pajjiżi kandidati 36

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    1A

    02.03.04

    Għodod ta’ governanza tas-suq intern

    Diff

    IVA

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    L-allokazzjonijiet indikati f’din it-taqsima se jintlaħqu permezz ta’ riallokazzjoni; mhuwa mistenni l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE lil hinn mill-approprjazzjonijiet diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċjali tal-Kummissjoni.

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    1A

    Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    DĠ: GROW

    2018

    2019

    2020

    2021

    TOTAL

    • Approprjazzjonijiet operazzjonali

    02.03.04

    Impenji

    (1)

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    Pagamenti

    (2)

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    Numru tal-linja baġitarja

    Impenji

    (1a)

    Pagamenti

    (2a)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 37  

    Numru tal-linja baġitarja

    (3)

    0

    0

    0

    0

    0

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    għad-DĠ GROW

    Impenji

    =1+1a +3

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    Pagamenti

    =2+2a +3

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000



    Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI

    Impenji

    (4)

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    Pagamenti

    (5)

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    • Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

    (6)

    0

    0

    0

    0

    0

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURA 1A
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    Pagamenti

    =5+ 6

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000



    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    5

    “Nefqa amministrattiva”

    EUR

    2018

    2019

    2020

    2021

    TOTAL

    DĠ: GROW

    • Riżorsi umani

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    • Nefqa amministrattiva oħra

    0

    0

    0

    0

    0

    TOTAL tad-DĠ GROW

    Approprjazzjonijiet

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    EUR

    2018

    2019

    2020

    2021

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI
    taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    613 600

    1 372 800

    1 372 800

    358 800

    3 718 000

    Pagamenti

    613 600

    1 372 800

    1 372 800

    358 800

    3 718 000

    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta' impenn f’EUR

    Indika l-objettivi u r-riżultati

    2018

    2019

    2020

    2021

    TOTAL

    Tip 38

    Spiża medja

    Le

    Spiża

    Le

    Spiża

    Le

    Spiża

    Le

    Spiża

    Nru Totali

    Spiża totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 39  

    Tnaqqis tal-piż amministrattiv

    - Riżultat

    Interfaċċja pubblika

    200 000

    600 000

    600 000

    0

    1 400 000

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

    200 000

    600 000

    600 000

    0

    1 400 000

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

    Funzjonalità back-office

    - Riżultat

    Funzjonalità back-office

    110 000

    345 000

    345 000

    0

    800 000

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

    110 000

    345 000

    345 000

    0

    800 000

    SPIŻA TOTALI

    310 000

    945 000

    945 000

    0

    2 200 000

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.2.1.Sommarju

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR

    2018

    2019

    2020

    2021

    TOTAL

    INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    ’l barra mill-INTESTATURA 5 40
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal
    ’l barra mill-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    303 600

    427 800

    427 800

    358 800

    1 518 000

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ. Kwalunkwe impatt li joriġina mill-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet proposti dwar l-għadd tal-persunal jew il-livell ta’ approprjazzjonijiet se jiġi kopert mill-allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi eżistenti.

    3.2.2.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

       Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

    2018

    2019

    2020

    2021

    • Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    2.2

    3.1

    3.1

    2.6

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 41

    XX 01 02 01 (AC, SNE, INT mill-“pakkett globali”)

    XX 01 02 02 (AC, AL, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 04 yy  42

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    XX 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka indiretta)

    10 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    2.2

    3.1

    3.1

    2.6

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ. Kwalunkwe impatt li joriġina mill-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet proposti dwar l-għadd tal-persunal jew il-livell ta’ approprjazzjonijiet se jiġi kopert mill-allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi eżistenti.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Jappoġġjaw l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni relatati, Ġestjoni tal-proġetti, Analiżi tan-negozju u ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni.

    Persunal estern

    3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

       Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

       Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    ⌧ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

    ◻ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt.

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq id-dħul mixxellanju

    (1) Il-Kummissjoni Ewropea, "Aġġornament tal-istudju dwar l-impatt ekonomiku tad-Direttiva dwar is-Servizzi", 2015
    (2) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew; 28 ta’ Ġunju 2016.
    (3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozju, 28 ta’ Ottubru 2015.
    (4) Inklużi 9 workshops organizzati mill-Kummissjoni ma’ fornituri ta’ servizzi fir-reġjuni transfruntiera.
    (5) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċu e-Card Ewropea tas-servizzi u s-servizzi amministrattivi relatati”, 2017.
    (6) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)
    (7) Iż-żewġ setturi jkopru madwar 20 % tal-PGD u l-impjiegi tal-UE - Eurostat
    (8)    Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 – Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika - COM(2016)179.
    (9) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)
    (10) Ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (OJ L 200, 26.07.2016, p.1)
    (11) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "L-Istrateġija għal Suq Uniku għal servizzi u oġġetti" tad-29 ta' Frar 2016 .
    (12) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 28 ta' Ġunju 2016 .
    (13) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għal Suq Uniku .
    (14) Ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-Bord fl-opinjoni oriġinali tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-impatt kienu li tissaħħaħ id-definizzjoni tal-problema, li jkun ikkunsidrat mill-ġdid id-disinn u l-artikolazzjoni tal-għażliet differenti u li jiġi pprovdut aktar tagħrif fuq l-ispejjeż possibbli għall-Istati Membri u l-fehmiet tal-partijiet interessati.
    (15) http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/ia_carried_out/cia_2016_en.htm
    (16) ĠU C , , p. .
    (17) ĠU C , , p. .
    (18) Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
    (19) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment, il-kummerċ elettroniku fis-suq intern (ĠU L178, 17.7.2000, p. 1).
    (20)

       Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

    (21) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11)
    (22) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)
    (23) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
    (24) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005)
    (25) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU l 159, 28.5.2014, p. 11)
    (26) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u partijiet terzi, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11)
    (27) Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19)
    (28)

       Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data ( ĠU L 8, 12.1.2001. p.1)

    (29)

       Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73)

    (30)

       Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 26, 2.2.2016, p.19)

    (31) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
    (32) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (33) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (34) Diff: = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (35) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (36) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (37) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (38) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ).
    (39) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
    (40) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (41) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
    (42) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
    Top