This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AP0101
P8_TA(2016)0101 Breeding animals and their germinal products ***I European Parliament legislative resolution of 12 April 2016 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the zootechnical and genealogical conditions for trade in and imports into the Union of breeding animals and their germinal products (COM(2014)0005 — C7-0032/2014 — 2014/0032(COD)) P8_TC1-COD(2014)0032 Position of the European Parliament adopted at first reading on 12 April 2016 with a view to the adoption of Regulation (EU) 2016/… of the European Parliament and of the Council on zootechnical and genealogical conditions for the breeding, trade in and entry into the Union of purebred breeding animals, hybrid breeding pigs and the germinal products thereof and amending Regulation (EU) No 652/2014, Council Directives 89/608/EEC and 90/425/EEC and repealing certain acts in the area of animal breeding (‘Animal Breeding Regulation’)
P8_TA(2016)0101 Annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom (COM(2014)0005 – C7-0032/2014 – 2014/0032(COD)) P8_TC1-COD(2014)0032 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' April 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u ▌tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”)

ĠU C 58, 15.2.2018, p. 231–231
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/231 |
P8_TA(2016)0101
Annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom (COM(2014)0005 – C7-0032/2014 – 2014/0032(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 058/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0005 – 2014/0032(COD)), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2014)0004 – 2014/0033(COD)), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C7-0032/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014 (1), |
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0288/2015), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Iqis li, minħabba l-inkorporazzjoni tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2014)0004 f'dik il-pożizzjoni, il-proċedura leġiżlattiva 2014/0033(COD) skadiet; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 70.
P8_TC1-COD(2014)0032
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' April 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u ▌tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1012.)