Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0328

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (Statistika dwar l-Enerġija)

    COM/2015/0328 final - 2015/0144 (NLE)

    Brussell, 9.7.2015

    COM(2015) 328 final

    2015/0144(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
    fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika)
    tal-Ftehim ŻEE
    (Statistika dwar l-Enerġija)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Sabiex jiġi żgurat ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u l-omoġenità tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-UE fil-Ftehim taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tiegħu.

    2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex jinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi 1 fil-Ftehim ŻEE.

    L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE qed jitolbu derogi mill-acquis tal-UE għal Liechtenstein u l-Islanda. Billi dawn l-adattamenti jintroduċu bidliet li huma aktar minn aġġustamenti tekniċi sempliċi, kif previst fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94, il-pożizzjoni tal-UE għandha tiġi adottata mill-Kunsill.

    L-Istati tal-EFTA taż-ŻEE jitolbu d-deroga għal l-Islanda fejn qalet li l-Islanda ma tkunx konnessa man-netwerk Ewropew tal-enerġija u bħala tali hi sistema indipendenti iżolata tal-enerġija. Il-produzzjoni tal-elettriku fl-Islanda hija bbażata fuq kważi 100 % ta’ sorsi rinnovabbli, li jammontaw għal prattikament kull użu aħħari tal-enerġija residenzjali. L-użu domestiku tal-elettriku fl-Islanda jammonta għal 4 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-Islanda. Il-klassifikazzjoni dettaljata tal-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi skont l-attività stabbilita fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008, għaldaqstant ma tkunx rilevanti għall-istrateġija tal-enerġija tal-Islanda u saħansitra ta' valur inqas għall-istrateġija tal-enerġija tal-UE, minħabba li l-Islanda tikkostitwixxi sistema tal-enerġija iżolata. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda interess nazzjonali f’din l-istatistika partikolari, u ma żżid l-ebda valur għall-istatistika Ewropea prodotta skont dan ir-Regolament.

    Barra minn hekk, il-konformità tkun tirrikjedi stħarriġ għall-ġbir tad-dejta li jista’ jkun għali u kkumplikat, u tista’ toħloq distorsjoni fuq il-kapaċità organizzattiva u l-fondi lil hinn mill-produzzjoni statistika ta’ aktar valur sinifikanti kemm għall-UE kif ukoll għall-Islanda.

    F'dan id-dawl, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika kif deskritt hawn fuq, ġie ppreżentat test ta’ adattament, li jeżenta l-Islanda mill-ġbir ta’ dejta li taqa' fi ħdan l-ambitu tal-Anness B.

    Jekk jogħġbok innota li għal raġunijiet tekniċi, din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tissostitwixxi t-test sħiħ tal-punt 26a tal-Anness XXI għall-Ftehim taż-ŻEE. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 u l-eżenzjoni speċifika għal Liechtenstein previsti fil-punt (a) kienu parti mill-Ftehim ŻEE sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009.

    3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn, fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

    2015/0144 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
    fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika)

    tal-Ftehim ŻEE

    (Statistika dwar l-Enerġija)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 338(1) u 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 2 , u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 3 (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE.

    (3)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tat-8 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (4)Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1) ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1.
    (2) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
    (3) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
    (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi, ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1.
    Top

    Brussell, 9.7.2015

    COM(2015) 328 final

    ANNESSI

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE EEA Nru .../2015
    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi)
    għall-Ftehim taż-ŻEE

    tal-

    proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
    (Statistiċi tal-Enerġija)


    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru .../2015

    li temenda l-ANNESS XXI (Statistiċi)

    għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi 1 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE

    (2)L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test ta' punt 26a (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI hu sostitwit b’dan li ġej:

    32008 R 1099: Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1), kif emendat b’dawn li ġejjin:

    -32013 R 0147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 (ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1),

    -32014 R 0431: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta’ April 2014 (ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għal dejta dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-enerġija varji u l-produzzjoni tal-elettriku għall-Istatistiċi Annwali dwar l-Enerġija (Anness B).

    (b)L-Islanda hija eżentata mir-rappurtaġġ tal-aggregati ddefiniti fl-Anness B li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni dettaljata tal-konsum tal-enerġija skont it-tip ta’ użu finali (tisħin ta’ spazju, tkessiħ ta' spazju, tisħin tal-ilma, tisjir, dawl elettriku u apparati elettriċi, użi finali oħra) tas-settur Residenzjali kif huwa definit fit-Taqsima 2.3 tal-Anness A.’

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 431/2014 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi[…], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE*.

    2Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

       Il-President
       
       
       
       Is-Segretarji
       għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    (1) ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1.
    (2) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
    Top